Ġeneralment l istudjużi jaqblu li Ġesù u d dixxipli tiegħu kienu jitkellmu bl l ilsien komuni tal Palestina fl ewwel sek
Aramajk ta' Ġesù

Ġeneralment l-istudjużi jaqblu li Ġesù u d-dixxipli tiegħu kienu jitkellmu bl- , l-ilsien komuni tal- Palestina fl-ewwel seklu WK, x’aktarx djalett Galilew differenti minn dak ta’ Ġerusalemm.
Sfond kulturali u lingwistiku
L-Aramajk kien l- tal-Mediterran tal-Lvant matul u wara l-imperu Neo-Assirjan, l-imperu Neo-Babilonjani u l-imperu Akemenid (722 QK – 330 QK) u baqgħet lingwa komuni fir-reġjun fl-ewwel seklu WK. Minkejja li l-importanza tal-Grieg kienet qiegħda tikber, l-użu tal- Aramajk kien ukoll qiegħed jinfirex, u kellu jsir dominanti fost il-Lhud tal- u l-artijiet l-oħra tal- madwar il-200 WK u kellu jibqa’ hekk sal- fis-seklu 7.
Frażijiet Aramajċi fit-Testment il-Ġdid Grieg
Fit-Testment il-Ġdid Grieg insibu xi kliem Semitiku trażliterat. Meta t-test stess jirreferi għall-lingwa ta' glossi Semitiċi bħal dawn, juża kelma li tfisser "Ebrajk"/"Lhudi", imma dan it-terminu sikwit jiġi applikat għal kliem u frażijiet li żgur huma bl-Aramajk; għal din ir-raġuni, f'traduzzjonijiet riċenti ġie spiss interpretat li jfisser "il-vernakular (Aramajk) tal-lhud". Is-"Semitiżmi" huma prinċipalment kliem attribwit lil Ġesù minn Mark, u forsi għalhekk għandu sinjifikat speċjali.
Hemm minoranza żgħira ħafna li jemmnu li t-Testment il-Ġdid kollu jew fil-parti l-kbira oriġinarjament inkiteb bl-Aramajk. Il-parti l-kbira tal-istudjużi moderni ma jaqblux ma' din il-pożizzjoni. Minflok, il-kunsens fost il-maġġoranza tal-akkademiċi hu li għalkemm x'aktarx ħafna hemm saffi Aramajċi jew materjal ta' nisel Aramajk li jservu bħala sisien ta' xi partijiet tat-Testment il-Ġdid, il-kotba kif nafuhom illum ġew kompilati u redatti bl-ilsien Grieg.
Talitha kum (Ταλιθα κουμ)
5:41
- Qabdilha idha, u qalilha: "Talitha, kum!" jiġifieri: "Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!"
Dan il-vers jagħti frażi bl-Aramajk, attribwit li Ġesù meta qajjem tfajla mill-mewt, b'trażliterazzjoni bil-Grieg, bħala, ταλιθα κουμ.
Xi manuskritti Griegi (, ) tal- jagħtu din il-forma, imma oħrajn (, it-test magħruf bħala t- u l- Latina) jagħtu kumi minflok.
L-Aramajk hu ţlīthā qūm. Il-kelma ţlīthā hi l-forma femminili tal-kelma ţlē, li tfisser "żagħżugħ". Qūm bl-Aramajk hi l-istess bħall-Malti Qum. Fl-Imperattiv femminil singulari, kienet oriġinarjament 'qūmī'. Però, hemm xhieda li fl-ilsien mitkellem l-ī tal-aħħar kienet taqa' u ma kienx hemm differenza bejn il-maskil u l-femminil. Allura l-eqdem manuskritti użaw ortografija Griega li timxi mal-pronunzja, waqt li ż-żieda ta' kienet saret minn kopjatur akkademiku ż-żejjed.
Miktuba bl-Aramajk, tista' tkun טליתא קומי jew טלתא קומי.
Effatha (Εφφαθα)
7:34
- Imbagħad refa' għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: "Effatha?" jiġifieri,"Infetaħ!"
Għal darba oħra. il-kelma Aramajka hi mogħtija f'trażlittazzjoni, imma dil-kelma hi iżjed ikkomplikata. Bil-Grieg, il-kelma Aramajka hi miktuba εφφαθα. Din tista' tkun mill-Aramajk 'ethpthaḥ', l-imperattiv passiv tal-verb 'pthaḥ', 'fetaħ', billi it-'th' tista' tassimila fl-Aramajk tal-Punent. il-'' gutturali sikwit kienet titħalla barra f'trażlitterazzjonijiet Griegi fis-Septwaġinta u fid-djalett tal-Galilea kienet tiħfif.
Miktuba bl-Aramajk, tista' tkun אתפתח jew אפתח.
Abbà (Αββα)
14:36
- U qal: "Abbà, Missier, kollox jista' jkun għalik; biegħed minni dan il-kalċi! Iżda mhux li rrid jien, imma li trid int."
Abbà ('abbā) hi kelma Aramajka li daħlet fit-Testment il-Qadim Grieg bħala isem (2Chr 29:1). Din il-kelma hi komuni fil-Lhudi Mixnajk u għadha tintuża fl-Ebrajk modern. fit-test tal-evanġelju warajha eżatt hemm il-kelma bil-Grieg li tfisser l-istess, Πατηρ mingħajr ma jingħad li din traduzzjoni. Il-kliem Abbà, Missier jerġgħu jidhru fl- 8:15 u fl- 4:6.
Miktuba bl-Aramajk tiġi אבא.
Ta' min jinnota li hi l-forma ellenizzata tal-Aramajk Bar Abba (בר אבא), letteralment, "Iben il-Missier".
Raka (Ρακα)
5:22
- Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, 'Raka', ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, 'Iblah', ikun ħaqqu n-nar ta' l-infern.
Raka, bl-Aramajk jew l-Ebrajk tat- tfisser ġifa.
Miktuba bl-Aramajk tista' tkun ריקא jew ריקה.
Mammona (Μαμωνας)
6:24
- "Ħadd ma jista' jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma' wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-mammona.
16:9-13
- U jiena ngħidilkom, agħmlu għalikom infuskom ħbieb tal-mammona tal-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta' dejjem. Min hu fidil f'ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f'ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-mammona ħażina, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f'dak li hu ta' ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? Ebda qaddej ma jista' jaqdi żewġ sidien, għax jew ikun jobgħod lil wieħed minnhom u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma' wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-mammona.
Bl-Aramajk tista' tkun ממון jew ממונא(it-tmiem tal-kema bil-Grieg jissuġġerixxi l-istat "enfatiku" tipiku fl-Aramajk). Din il-kelma li oriġinarjament kienet Aramajka, imbagħad daħlet fil-Lhudi rabbinku, imma l-fatt li tidher fil-Lhudi Bibliku tat-tard, u, kif jgħidu xi wħud, fil-Puniku tas-seklu 4, jista' jindika li ġejja mill-"isfond Semitiku komuni".
Fit-Testment il-Ġdid, il-kelma Μαμωνᾶς — Mamōnâs — hi deklinata bħalli kieku kienet kelma Griega, waqt li ħafna mill-kliem Aramajk u Lhudi ieħor jiġi trattat bħala kliem barrani u mhuwiex deklinat.
Rabbuni (Ραββουνει)
20:16}
- Ġesù sejjħilha: "Marjam!" Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: 'Rabbuni!' jiġifieri Mgħallem.
Ukoll f'Mark 10:51. Il-forma Lhudija hi użata bħala t-titlu ta' Ġesù f'Mattew 26:25,49; Mark 9:5, 11:21, 14:45; Ġwanni 1:49, 4:31, 6:25, 9:2, 11:8.
Bl-Aramajk tiġi רבוני.
Eli Eli lema sabakthani (Ηλει Ηλει λεμα σαβαχθανει)
27:46
- U madwar id-disa' siegħa Ġesù għajjat b'leħen qawwi u qal: "Eli, Eli, lema sabakthani?" Jiġifieri, "Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?"
15:34
- U fid-disa' siegħa Ġesù għajjat b'leħen qawwi: "Eloî, Eloî, lema sabakthani!", li jfisser: "Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?"
L-għajta ta' Ġesuù mis-salib hi mogħtija f'żewġ verżjonijiet. Il-verżjoni ta' Mattew hi trażlitterata fil-Grieg bħala ηλι ηλι λιμα σαβαχθανει. Il-verżjoni ta' Mark hi ελωι ελωι λιμα σαβαχθανει (Eloî minflok Eli).
Iż-żewġ verżjonijiet jidhru li huma Aramajċi iktar minn Ebrajċi minħabba l- verb שבק (šbq) "telaq" jew "abbanduna" li hu oriġinarjament Aramajk. Il-kelma ekwivalenti "pura" fl-Ebrajk Bibliku hi עזב (`zb) tidher fl-ewwel vers ta' Salm 22, li l-għajta ta' Ġesu tidher li qiegħda tikkwota. Mela, Ġesù mhux qiegħed jikkwota l-verżjoni Ebrajka (êlî êlî lâmâ `azabtânî); seta' kien qiegħed jikkwota l-verżjoni f' Aramajk (Targum Aramajċi li baqa' jużaw šbq fit-traduzzjoni ta' Salm 22).
Il-kelma ta' Mark għal "Alla tiegħi", ελωι, żgur tikkorrispondi mal-forma Aramajka אלהי, elāhî. Dik ta' Mattew ηλι, taqbel aħjar ma' אלי tas-salm oriġinai bl-Ebrajk, kif ġie spjegat fil-letteratura; però, tista' tkun ukoll Aramajka, għaliex tidher spiss fl-Aramajk ukoll.
Fiż-żewġ rakkonti fil-vers li jmiss, xi wħud li jisimgħu l-għajta ta' Ġesù jaħsbu li qiegħed jitlob l-għajnuna lil (Ēlīyā bl-Aramajk).
Kważi l-manuskritti Griegi antiki kollha jidhru li qegħdin jippruvaw jinnormaizzaw it-test. Pereżempju, il- li hu naqra stramb jagħti ż-żewġ verżjonijiet bħala ηλι ηλι λαμα ζαφθανι (ēli ēli lama żafthani). Il-familji testwali Alessandrini, Tal-Punent u Ċesarji kollha jagħmlu xi armonizzazzjoni tat-test bejn Matthew u Mark. It-tradizzjoni testwali Biżantina biss iżomm id-distinzjoni.
Bl-Aramajk tista' tkun אלהי אלהי למא שבקתני.
Iota u t-tikka fuq l-"i" (Ἰῶτα ἓν ἢ μία κεραία)
5:18
- Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.
Dawn ifissru dettalji żgħar ħafna. Fit-test Grieg, tradott bil-Malti bħala "l-iżgħar ittra jew tikka", insibu iota u keraia. hi l-iżgħar ittra tal-alfabett Grieg (ι), imma billi l-ittri kapitali biss kienu jintużaw fi żmien it-Testment il-Ġdid Grieg din kienet tinkiteb (Ι), u x'aktarx iota tirrapreżenta l-ittra Aramajka (י) li hi l-iżgħar ittra tal-alfabett Aramajk. Keraia hi ganċ jew serif.
Korban (Κορβαν)
27:6
- Imbagħad il-qassisin il-kbar ġabru l-flus minn hemm u qalu: "Dawn ma nistgħux inqegħduhom mal-offerti, għax huma prezz tad-demm."
Bl-Aramajk (קרבנא) tirreferi għat-teżor fit-. Din ġejja mill-Ebrajk Korban (קרבן) li fisser "offerta" u li nsibu f' Mark 7:11 u fis-Septwaġinta (b'trażlitterazzjoni Griega).
Il-kelma Griega κορβανᾶς hi deklinata bħala nom Grieg, bħal eżempji oħra.
Sikera (Σικερα)
1:15
- Għax hu jkun kbir quddiem il-Mulej; ma jkun jixrob ebda inbid jew xorb qawwi, u jimtela bi spirtu qaddis sa minn ġuf ommu.
Hosanna (Ὡσαννά)
11:9
- U kemm dawk li kienu miexja quddiem u kemm dawk li kienu miexja wara, bdew jgħajjtu: Hosanna! Imbierek minn ġej f’isem il-Mulej!.
Din il-kelma ġejja minn הושע נא. Hi ġeneralment meqjusa li hi kwotazzjoni mis- 118:25 "Ejja, nitolbuk, Mulej, salvana!", imma l-forma oriġinali bl-Ebrajk Bibliku kienet הושיעה נא. Il-forma mqassra הושע tista' tkun Aramajka jew Ebrajka.
L-ismijiet personali Aramajċi fit-Testment il-Ġdid
Fit-Testment il-Ġdid insibu ismijiet personali li ġejjin minn għadd ta' lingwi, l-iżjed komuni l-Ebrajk u l-Grieg. Però, hemm numru mhux ħażin ta' ismijiet Aramajċi wkoll. Il-karatteristika l-iżjed prominenti fl-ismijiet Aramajċi hi 'bar' (trażlitterazzjoni Griega βαρ, Aramajk bar), li tfisser 'bin', prefiss patronomiku komuni. L-ekwivalenti Ebrajk hu, 'ben', li ma jidher imkien. Dawn huma fit eżempji:
- Mattew 10:3 — Bartilmew (Βαρθολομαιος, Bartholomais, minn bar-Tôlmay, forsi 'bin ir-raded' jew 'ħarrat').
- Mattew 16:17 — Xmun bin Ġona Simon (Σιμων Βαριωνας, Barionas, minn Šim`ôn bar-Yônâ, 'Simon bin Jona').
- Ġwanni 1:42 — Xmun bin Ġwanni (Simon bar-Jochanan, 'Simon bin Jochanan').
- Mattew 27:16 — Barabba (Βαραββας, Barabbas, minn bar-Abbâ, 'bin il-missier').
- Mark 10:46 — Bartimew (Βαρτιμαιος, Bartimaios, forsi minn kombinazzjoni tal-Aramajk bar u l-Grieg timaios li tfisser 'tal-ġieħ', forsi 'iben tal-ġieħ').
- Atti 1:23 — Ġużeppi msejjaħ Barsaba (Βαρσαββας, Barsabbas, minn bar-Šabbâ, 'bin is-sibt').
- Atti 4:36 — Ġużeppi, minn Ċipru, li l-appostli kienu jsejjħulu Barnaba, jiġifieri bin il-faraġ (Βαρναβας, Barnabas, minn bar-Navâ li tfisser 'bin il-profezija, il-profeta', imma t-traduzzjoni Griega hi υιος παρακλησεως; is-soltu tiġi tradotta bħala 'bin il-faraġ').
- Atti 13:6 — Barjesu (Βαριησους, Bariesous, minn bar-Yêšû`, 'bin Jesu').
Boanerges (Βοανηργες)
3:17
- U Ġakbu ta' Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta' Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad.
Ġesu, lill-aħwa Ġakbu u Ġwanni tahom laqam li jirrifletti kemm kienu jisħnu malajr. Il-laqam bil-Grieg hu Βοανηργες (Boanērges).
Kien hemm ħafna argumenti fuq dan il-laqam. It-traduzzjoni Griega li tiġi miegħu hi "Ulied ir-ragħad". L-ewwel element hu 'bnê', 'Ulied' (il-plural ta' 'bar'), Aramajk (בני). Fit-trażlitterazzjoni Griega din ġiet βοανη (boanê), b'vokali żejda. Wieħed jista' jiddeduċi minn dan, li t-trażlitterazzjoni Griega mhux ta' min joqgħod fuqha. It-tieni parti "rges", is-soltu jgħidu li hi 'rğaš' ('storbju') Aramajk (רגיש), jew 'rğaz' ('għadab') Aramajk (רגז). Però, Maurice Casey jirraġuna li dan sempliċiment żball fill-qari tal-kelma 'r`am' li tfisser "ragħad" (minħabba x-xebħ bejn l-m tal-aħħar u l-s). Dan tikkonfermah it-traduzzjoni Sirjaka tal-laqam bħala 'bnay ra`mâ'. Il- tagħti "bnay rğešy," li taqbel ma kompożizzjoni tagħha ta' iżjed tard, imsejsa fuq qari Biżantin tat-test oriġinali bil-Grieg.
Kefas (Κηφας)
1:42
- U ħadu għand Ġesù. Ġesù ħares lejh u qallu: "Inti Xmun, bin Ġwanni. Inti tissejjaħ Kefa" - jew Pietru.
1:12
- Irrid ngħid jien, li kull wieħed minnkom qiegħed jgħid,"Jiena ta' Pawlu?""U jiena ta' Apollo?" "U jiena ta' Kefa?" "U jiena ta' Kristu."
1:18
- Imbagħad, tliet snin wara, tlajt Ġerusalemm inżur lil Kefa, u bqajt miegħu ħmistax-il ġurnata.
Dawn is-siltiet jagħtu 'Kefa' bħala l-laqam tal-appostlu li hu magħruf iżjed bħala . Bil-Grieg il-laqam ġie trażlitterat bħala Κηφᾶς (Kēphâs).
Isem l-appostlu kien Xmun u ngħata il-laqam bl-Aramajk, kêfâ, li tfisser 'blata'. L-s tal-aħħar ġiet miżjuda fil-Grieg biex tagħmel l-isem maskil u mhux femminil. Xi jfisser l-isem hu iżjed importanti milll-isem stess kif jidher ċar minn kief ġiet aċċettata universalment it-traduzzjoni Griega Πέτρος (Petros). Ma nafux għaliex Pawlu juża l-laqam bl-Aramajk minflok bil-Grieg meta jikteb lill-knejjes fil- u . Għandu mnejn kien qiegħed jikteb qabel kulħadd beda jsejjaħlu Pietru. Skont , kien hemm tnejn minn-nies jisimhom Kefas: wieħed kien l-appostlu Xmun Pietru, u l-ieħor wieħed mis-Sebgħin Dixxipli ta' Ġesù. Klement ikompli jgħid li kien Kefas tas-Sebgħin li kiem ikkundannat minn Pawlu f'Galatin 2 għax ma kienx jiekol mal-Ġentili, imma forsi hawn Klement qiegħed jipprova jiddefletti l-kundanna minn fuq Xmun Pietru. Hi kif inhi, l-agument dwar ir-relazzjoni bejn Pawlu minn Tarsu u l-Ġudaiżmu (u kollox li jidħol fiha) għadu sejjer.
Bl-Aramajk tista' tkun כיפא.
Tumas (Θωμας)
11:16
- Tumas, imlaqqam it-Tewmi, qal lil sħabu d-dixxipli: "Immorru aħna wkoll ħa mmutu miegħu."
Θωμᾶς (Thōmâs) hu mniżżel mad-dixxipli ta' Ġesù fl-erba' evanġelji u fl-Atti tal-Appostli. Però, l-evanġelju ta' Ġwanni biss jagħtina iżjed informazzjoni fuqu. Fi tliet postijiet (Ġwanni 11:16, 20:24 u 21:2) jingħata l-isem Didymos (Δίδυμος), li bil-Grieg tfisser "tewmi". Infatti, "it-Tewmi" hi traduzzjoni ta' "Thōmâs". Il-kelma Griega Θωμᾶς — Thōmâs — ġejja mil-Aramajk tômâ, "tewmi". Allura Thōmâs u Didymos it-tnejn ifissru t-Tewmi. Fit-tradizzjoni Nisranija Tumas għandu l-isem ta' Ġuda, u forsi ingħata l-laqam it-Tewmi biex ma jħalltuhx ma oħrajn tal-istess isem.
Bl-Aramajk tista' tkun תאומא.
Tabita (Ταβειθα)
Atti 9:36
- F'Ġaffa kien hemm waħda mid-dixxipli jisimha Tabita, isem li jfisser Għażżiela; kienet mara tagħmel ħafna opri ta' karità u għemejjel tajba.
L-isem ta' din id-dixxiplu ingħata bl-Aramajk, Ταβειθα (Tabitha) u bil-Grieg, Δορκας (Dorkas). L-isem bl-Aramajk hu trażlitterazzjoni ta' Ţbîthâ, il-forma femminili ta' טביא (Ţabyâ). It-tnejn ifissru 'għażżiela'.
Bl-Aramajk, tista' tkun טביתא.
Ismijiet ta' postijiet bl-Aramajk fit-Testment il-Ġdid
Ġetsemani (Γεθσημανει)
26:36
- Imbagħad Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f'qasam, jgħidulu l-Ġetsemani.
14:32
- Waslu f'qasam jismu Ġetsemani
It-trażlitterazzjoni Griega tal-post fejn Ġesù mar mad-dixxipli tiegħu biex jitlob qabel ma ġie arrestat hi Γεθσημανει (Gethsēmani). Din tirrappreżenta l-Aramajk 'Gath-Šmânê', li tfisser 'magħsra taż-żejt'.
Bl-Aramajk tista tkun גת שמני.
Golgota (Γολγοθα)
15:22
- U wassluh f'post jismu Golgota, li jfisser post il-Qorriegħa.
19:17
- Ġesù rafa' s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ 'il-Qorriegħa', bil-Lhudi Golgota.
'Gûlgaltâ' bl-Aramajk tfisser 'Qorriegħa'. L-isem jidher fl-evanġelji kollha ħlief ta' San Luqa, li jgħidlu Kranion 'Qorriegħa' bil-Grieg mingħajr ekwivalenti semitiku. L-isem '' ġej mill-Latin tal-, Calvaria.
Bl-Aramajk tista tkun גולגלתא.
Gabbatà (Γαββαθα)
19:13
- Meta semagħhom jgħidu dan, Pilatu ġieb lil Ġesù barra u qiegħdu fuq sedja għolja, fil-post imsejjaħ Litòstrotos, bil-Lhudi Gabbatà.
Dan l-isem (Gabbatha) jidher li hu Aramajk. Skont , Il-gwerer Lhudin, Kapitlu V.ii.1, numru 51, il-kelma Gabath tfisser post għoli, allura forsi post ċatt għoli ħdejn it-tempju. L-"א" tal-aħħar tista' tirrappreżenta l-istat enfatiku tan-nom.
Bl-Aramajk tista tkun גבהתא.
Ħakeldama (Ακελδαμαχ)
Atti 1:19
- In-nies kollha ta' Ġerusalemm saru jafu b'dan, u bdew isejjħu lil dik l-għalqa bl-ilsien tagħhom Ħakeldama, jiġifieri l-għalqa tad-demm.
L-isem bil-Grieg tal-post fejn miet hu mogħti ċar, "l-Għalqa tad-Demm". Però fil-manuskritti l-Aramajk hu spellut b'bosta modi. It- jagħti Ακελδαμα ([H]akeldama); manuskritti oħra jagħtu Αχελδαμα ([H]akheldama), Ακελδαιμα ([H]akeldaima), Ακελδαμακ ([H]akeldamak) u Ακελδαμαχ ([H]akeldamakh). Minkejja dawn l-ortografiji differenti l-Aramajk x'aktarx hu 'ḥqêl dmâ', 'għalqa tad-demm'. Il-ħoss Grieg "kh" [χ] f-aħħar tal-kelma qisu qiegħed għalxejn u diffiċli tispjegah, imma fis-Septwaġinta hemm dan l-istess ħoss magħdud fl-aħħar tal-isem semitiku fl-isem bil-Grieg tal-Ktieb ta' "Sirakh" (Latin: Sirach). Dan il-ħoss jista' jkun xi pekuljarità tad-djalett tal-Grieg jew tal-Aramajk.
Bl-Aramajk tista tkun חקל דמא.
Il-menqgħa ta' Betzata (βηθζαθα)
5:2
- F'Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b'ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata.
Bethzatha kien l-isem ta' menqgħa f'Ġerusalemm li kienet magħrufa wkoll bħala il-Menqgħa tan-Nagħaġ. L-isem bl-Aramajk ifisser "Dar tal-Grazzja". Hi assoċjata mal-fejqan u f' hu rrakkontat li Ġesu fejjaq lil raġel ħdejn din il-menqgħa.
Bl-Aramajk tista tkun בית חסדא.
Referenzi
- ^ Allen C. Myers, ed. (1987). Aramaic, The Eerdmans Bible Dictionary. Grand Rapids, MI: William B. Eerdmans. p. 72. ISBN 0-8028-2402-1.
- ^ Sáenz-Badillos, Ángel; Elwolde, John (1996), A history of the Hebrew language, pp. 170–71.
- ^ Pereżempju Atti 21:40; 22:2; 26:14: têi hebraïdi dialéktôi, lit. 'fid-djalett Ebrajk'
- ^ Fitzmyer, Joseph A. A Wandering Armenian: Collected Aramaic Essays, p.43
- ^ The Cambridge History of Judaism: The late Roman-Rabbinic period, 2006. P.460
- ^ E.g. Geoffrey W.Bromley (ed.)The International Standard Bible Encyclopedia, W.B.Eeerdmans, Grand Rapids, Michigan 1979, 4 volumi. vol.1 sub.'Aramaic' p.233
- ^ Kutscher, E.Y.. (1976). Studies in Galilean Aramaic.
- ^ a b Greenspahn, Frederick E. 2003. An introduction to Aramaic. P.25
- ^ Fernández, Miguel Pérez and John Elwolde. 1999. An introductory grammar of rabbinic Hebrew. P.5
- ^ Fitzmyer, Joseph A. 1979. A Wandering Aramean: Collected Aramaic Essays. P.12
- ^ a b Davies, William D. and Dale C. Allison. 1997. Critical and Exegetical Commentary on the Gospel According to Saint Matthew. Volume III. P.624
- ^ Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni? Bqajt 'il bogħod u ma salvajtnix, ma tajtx widen għall-għajjat tiegħi!
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-19. Miġbur 2013-02-10.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ Williams P.J. 2004. The linguistic background to Jesus' Dereliction Cry. The New Testament in its first century setting (ed.Williams P.J., Andre D. Clarke et al.) P.7-8.
- ^ Brunson, Andrew. 2003. Psalm 118 in the Gospel of John: An Intertextual Study on the New Exodus Pattern in the Theology of John. P.204
- ^ Balz, Horst. Exegetical Dictionary of the New Testament, Vol. 3. P.509
- ^ Bauer's Lexicon: Gal 1:18; 2:9,11,14; 1Kor 1:12; 3:22; 9:5; 15:5; Klement 1 47:3 ukoll
- ^ Ewsebju, Storja tal-Knisja, Ktieb 1, Kapitlu 12, Paragrafu 2
- ^ The Comprehensive Aramaic Lexicon - Ara taħt "ṭbyʾ"
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Aramajk ta' Ġesù, X'inhi Aramajk ta' Ġesù? Xi tfisser Aramajk ta' Ġesù?
Ġeneralment l istudjuzi jaqblu li Ġesu u d dixxipli tiegħu kienu jitkellmu bl l ilsien komuni tal Palestina fl ewwel seklu WK x aktarx djalett Galilew differenti minn dak ta Ġerusalemm Sfond kulturali u lingwistikuL Aramajk kien l tal Mediterran tal Lvant matul u wara l imperu Neo Assirjan l imperu Neo Babilonjani u l imperu Akemenid 722 QK 330 QK u baqgħet lingwa komuni fir reġjun fl ewwel seklu WK Minkejja li l importanza tal Grieg kienet qiegħda tikber l uzu tal Aramajk kien ukoll qiegħed jinfirex u kellu jsir dominanti fost il Lhud tal u l artijiet l oħra tal madwar il 200 WK u kellu jibqa hekk sal fis seklu 7 Frazijiet Aramajċi fit Testment il Ġdid GriegFit Testment il Ġdid Grieg insibu xi kliem Semitiku trazliterat Meta t test stess jirreferi għall lingwa ta glossi Semitiċi bħal dawn juza kelma li tfisser Ebrajk Lhudi imma dan it terminu sikwit jiġi applikat għal kliem u frazijiet li zgur huma bl Aramajk għal din ir raġuni f traduzzjonijiet riċenti ġie spiss interpretat li jfisser il vernakular Aramajk tal lhud Is Semitizmi huma prinċipalment kliem attribwit lil Ġesu minn Mark u forsi għalhekk għandu sinjifikat speċjali Hemm minoranza zgħira ħafna li jemmnu li t Testment il Ġdid kollu jew fil parti l kbira oriġinarjament inkiteb bl Aramajk Il parti l kbira tal istudjuzi moderni ma jaqblux ma din il pozizzjoni Minflok il kunsens fost il maġġoranza tal akkademiċi hu li għalkemm x aktarx ħafna hemm saffi Aramajċi jew materjal ta nisel Aramajk li jservu bħala sisien ta xi partijiet tat Testment il Ġdid il kotba kif nafuhom illum ġew kompilati u redatti bl ilsien Grieg Talitha kum Tali8a koym 5 41 Qabdilha idha u qalilha Talitha kum jiġifieri Tfajla qiegħed ngħidlek qum Dan il vers jagħti frazi bl Aramajk attribwit li Ġesu meta qajjem tfajla mill mewt b trazliterazzjoni bil Grieg bħala tali8a koym Xi manuskritti Griegi tal jagħtu din il forma imma oħrajn it test magħruf bħala t u l Latina jagħtu kumi minflok L Aramajk hu ţlitha qum Il kelma ţlitha hi l forma femminili tal kelma ţle li tfisser zagħzugħ Qum bl Aramajk hi l istess bħall Malti Qum Fl Imperattiv femminil singulari kienet oriġinarjament qumi Pero hemm xhieda li fl ilsien mitkellem l i tal aħħar kienet taqa u ma kienx hemm differenza bejn il maskil u l femminil Allura l eqdem manuskritti uzaw ortografija Griega li timxi mal pronunzja waqt li z zieda ta kienet saret minn kopjatur akkademiku z zejjed Miktuba bl Aramajk tista tkun טליתא קומי jew טלתא קומי Effatha Effa8a 7 34 Imbagħad refa għajnejh lejn is sema tniehed tnehida u qallu Effatha jiġifieri Infetaħ Għal darba oħra il kelma Aramajka hi mogħtija f trazlittazzjoni imma dil kelma hi izjed ikkomplikata Bil Grieg il kelma Aramajka hi miktuba effa8a Din tista tkun mill Aramajk ethpthaḥ l imperattiv passiv tal verb pthaḥ fetaħ billi it th tista tassimila fl Aramajk tal Punent il gutturali sikwit kienet titħalla barra f trazlitterazzjonijiet Griegi fis Septwaġinta u fid djalett tal Galilea kienet tiħfif Miktuba bl Aramajk tista tkun אתפתח jew אפתח Abba Abba 14 36 U qal Abba Missier kollox jista jkun għalik biegħed minni dan il kalċi Izda mhux li rrid jien imma li trid int Abba abba hi kelma Aramajka li daħlet fit Testment il Qadim Grieg bħala isem 2Chr 29 1 Din il kelma hi komuni fil Lhudi Mixnajk u għadha tintuza fl Ebrajk modern fit test tal evanġelju warajha ezatt hemm il kelma bil Grieg li tfisser l istess Pathr mingħajr ma jingħad li din traduzzjoni Il kliem Abba Missier jerġgħu jidhru fl 8 15 u fl 4 6 Miktuba bl Aramajk tiġi אבא Ta min jinnota li hi l forma ellenizzata tal Aramajk Bar Abba בר אבא letteralment Iben il Missier Raka Raka 5 22 Imma jien ngħidilkom li l kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu Raka ikun ħaqqu l kundanna tas Sinedriju u jekk jgħidlu Iblah ikun ħaqqu n nar ta l infern Raka bl Aramajk jew l Ebrajk tat tfisser ġifa Miktuba bl Aramajk tista tkun ריקא jew ריקה Mammona Mamwnas 6 24 Ħadd ma jista jaqdi zewġ sidien għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill ieħor jew jintrabat ma wieħed u jistmell lill ieħor Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill mammona 16 9 13 U jiena ngħidilkom agħmlu għalikom infuskom ħbieb tal mammona tal ħzunija ħalli meta jonqoskom jilqgħukom fl għerejjex ta dejjem Min hu fidil f ħaġa tassew zgħira hu fidil ukoll fil ħafna min hu dizonest f ħaġa tassew zgħira hu dizonest ukoll fil ħafna Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil mammona ħazina min se jafdalkom il ġid veru U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f dak li hu ta ħaddieħor min se jagħtikom dak li hu tagħkom Ebda qaddej ma jista jaqdi zewġ sidien għax jew ikun jobgħod lil wieħed minnhom u jħobb lill ieħor jew jintrabat ma wieħed u jistmell lill ieħor Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill mammona Bl Aramajk tista tkun ממון jew ממונא it tmiem tal kema bil Grieg jissuġġerixxi l istat enfatiku tipiku fl Aramajk Din il kelma li oriġinarjament kienet Aramajka imbagħad daħlet fil Lhudi rabbinku imma l fatt li tidher fil Lhudi Bibliku tat tard u kif jgħidu xi wħud fil Puniku tas seklu 4 jista jindika li ġejja mill isfond Semitiku komuni Fit Testment il Ġdid il kelma Mamwnᾶs Mamōnas hi deklinata bħalli kieku kienet kelma Griega waqt li ħafna mill kliem Aramajk u Lhudi ieħor jiġi trattat bħala kliem barrani u mhuwiex deklinat Rabbuni Rabboynei 20 16 Ġesu sejjħilha Marjam Hi daret u qaltlu bil Lhudi Rabbuni jiġifieri Mgħallem Ukoll f Mark 10 51 Il forma Lhudija hi uzata bħala t titlu ta Ġesu f Mattew 26 25 49 Mark 9 5 11 21 14 45 Ġwanni 1 49 4 31 6 25 9 2 11 8 Bl Aramajk tiġi רבוני Eli Eli lema sabakthani Hlei Hlei lema sabax8anei 27 46 U madwar id disa siegħa Ġesu għajjat b leħen qawwi u qal Eli Eli lema sabakthani Jiġifieri Alla tiegħi Alla tiegħi għaliex tlaqtni 15 34 U fid disa siegħa Ġesu għajjat b leħen qawwi Eloi Eloi lema sabakthani li jfisser Alla tiegħi Alla tiegħi għaliex tlaqtni L għajta ta Ġesuu mis salib hi mogħtija f zewġ verzjonijiet Il verzjoni ta Mattew hi trazlitterata fil Grieg bħala hli hli lima sabax8anei Il verzjoni ta Mark hi elwi elwi lima sabax8anei Eloi minflok Eli Iz zewġ verzjonijiet jidhru li huma Aramajċi iktar minn Ebrajċi minħabba l verb שבק sbq telaq jew abbanduna li hu oriġinarjament Aramajk Il kelma ekwivalenti pura fl Ebrajk Bibliku hi עזב zb tidher fl ewwel vers ta Salm 22 li l għajta ta Ġesu tidher li qiegħda tikkwota Mela Ġesu mhux qiegħed jikkwota l verzjoni Ebrajka eli eli lama azabtani seta kien qiegħed jikkwota l verzjoni f Aramajk Targum Aramajċi li baqa juzaw sbq fit traduzzjoni ta Salm 22 Il kelma ta Mark għal Alla tiegħi elwi zgur tikkorrispondi mal forma Aramajka אלהי elahi Dik ta Mattew hli taqbel aħjar ma אלי tas salm oriġinai bl Ebrajk kif ġie spjegat fil letteratura pero tista tkun ukoll Aramajka għaliex tidher spiss fl Aramajk ukoll Fiz zewġ rakkonti fil vers li jmiss xi wħud li jisimgħu l għajta ta Ġesu jaħsbu li qiegħed jitlob l għajnuna lil Eliya bl Aramajk Kwazi l manuskritti Griegi antiki kollha jidhru li qegħdin jippruvaw jinnormaizzaw it test Perezempju il li hu naqra stramb jagħti z zewġ verzjonijiet bħala hli hli lama zaf8ani eli eli lama zafthani Il familji testwali Alessandrini Tal Punent u Ċesarji kollha jagħmlu xi armonizzazzjoni tat test bejn Matthew u Mark It tradizzjoni testwali Bizantina biss izomm id distinzjoni Bl Aramajk tista tkun אלהי אלהי למא שבקתני Iota u t tikka fuq l i Ἰῶta ἓn ἢ mia keraia 5 18 Tassew ngħidilkom li sa ma jkunu għaddew is sema u l art anqas l izgħar ittra jew tikka waħda mil Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox Dawn ifissru dettalji zgħar ħafna Fit test Grieg tradott bil Malti bħala l izgħar ittra jew tikka insibu iota u keraia hi l izgħar ittra tal alfabett Grieg i imma billi l ittri kapitali biss kienu jintuzaw fi zmien it Testment il Ġdid Grieg din kienet tinkiteb I u x aktarx iota tirraprezenta l ittra Aramajka י li hi l izgħar ittra tal alfabett Aramajk Keraia hi ganċ jew serif Korban Korban 27 6 Imbagħad il qassisin il kbar ġabru l flus minn hemm u qalu Dawn ma nistgħux inqegħduhom mal offerti għax huma prezz tad demm Bl Aramajk קרבנא tirreferi għat tezor fit Din ġejja mill Ebrajk Korban קרבן li fisser offerta u li nsibu f Mark 7 11 u fis Septwaġinta b trazlitterazzjoni Griega Il kelma Griega korbanᾶs hi deklinata bħala nom Grieg bħal ezempji oħra Sikera Sikera 1 15 Għax hu jkun kbir quddiem il Mulej ma jkun jixrob ebda inbid jew xorb qawwi u jimtela bi spirtu qaddis sa minn ġuf ommu Hosanna Ὡsanna 11 9 U kemm dawk li kienu miexja quddiem u kemm dawk li kienu miexja wara bdew jgħajjtu Hosanna Imbierek minn ġej f isem il Mulej Din il kelma ġejja minn הושע נא Hi ġeneralment meqjusa li hi kwotazzjoni mis 118 25 Ejja nitolbuk Mulej salvana imma l forma oriġinali bl Ebrajk Bibliku kienet הושיעה נא Il forma mqassra הושע tista tkun Aramajka jew Ebrajka L ismijiet personali Aramajċi fit Testment il ĠdidFit Testment il Ġdid insibu ismijiet personali li ġejjin minn għadd ta lingwi l izjed komuni l Ebrajk u l Grieg Pero hemm numru mhux ħazin ta ismijiet Aramajċi wkoll Il karatteristika l izjed prominenti fl ismijiet Aramajċi hi bar trazlitterazzjoni Griega bar Aramajk bar li tfisser bin prefiss patronomiku komuni L ekwivalenti Ebrajk hu ben li ma jidher imkien Dawn huma fit ezempji Mattew 10 3 Bartilmew Bar8olomaios Bartholomais minn bar Tolmay forsi bin ir raded jew ħarrat Mattew 16 17 Xmun bin Ġona Simon Simwn Bariwnas Barionas minn Sim on bar Yona Simon bin Jona Ġwanni 1 42 Xmun bin Ġwanni Simon bar Jochanan Simon bin Jochanan Mattew 27 16 Barabba Barabbas Barabbas minn bar Abba bin il missier Mark 10 46 Bartimew Bartimaios Bartimaios forsi minn kombinazzjoni tal Aramajk bar u l Grieg timaios li tfisser tal ġieħ forsi iben tal ġieħ Atti 1 23 Ġuzeppi msejjaħ Barsaba Barsabbas Barsabbas minn bar Sabba bin is sibt Atti 4 36 Ġuzeppi minn Ċipru li l appostli kienu jsejjħulu Barnaba jiġifieri bin il faraġ Barnabas Barnabas minn bar Nava li tfisser bin il profezija il profeta imma t traduzzjoni Griega hi yios paraklhsews is soltu tiġi tradotta bħala bin il faraġ Atti 13 6 Barjesu Barihsoys Bariesous minn bar Yesu bin Jesu Boanerges Boanhrges 3 17 U Ġakbu ta Zebedew u Ġwanni ħu Ġakbu li tahom ukoll l isem ta Boanerges jiġifieri wlied ir ragħad Ġesu lill aħwa Ġakbu u Ġwanni tahom laqam li jirrifletti kemm kienu jisħnu malajr Il laqam bil Grieg hu Boanhrges Boanerges Kien hemm ħafna argumenti fuq dan il laqam It traduzzjoni Griega li tiġi miegħu hi Ulied ir ragħad L ewwel element hu bne Ulied il plural ta bar Aramajk בני Fit trazlitterazzjoni Griega din ġiet boanh boane b vokali zejda Wieħed jista jiddeduċi minn dan li t trazlitterazzjoni Griega mhux ta min joqgħod fuqha It tieni parti rges is soltu jgħidu li hi rgas storbju Aramajk רגיש jew rgaz għadab Aramajk רגז Pero Maurice Casey jirraġuna li dan sempliċiment zball fill qari tal kelma r am li tfisser ragħad minħabba x xebħ bejn l m tal aħħar u l s Dan tikkonfermah it traduzzjoni Sirjaka tal laqam bħala bnay ra ma Il tagħti bnay rgesy li taqbel ma kompozizzjoni tagħha ta izjed tard imsejsa fuq qari Bizantin tat test oriġinali bil Grieg Kefas Khfas 1 42 U ħadu għand Ġesu Ġesu ħares lejh u qallu Inti Xmun bin Ġwanni Inti tissejjaħ Kefa jew Pietru 1 12 Irrid ngħid jien li kull wieħed minnkom qiegħed jgħid Jiena ta Pawlu U jiena ta Apollo U jiena ta Kefa U jiena ta Kristu 1 18 Imbagħad tliet snin wara tlajt Ġerusalemm inzur lil Kefa u bqajt miegħu ħmistax il ġurnata Dawn is siltiet jagħtu Kefa bħala l laqam tal appostlu li hu magħruf izjed bħala Bil Grieg il laqam ġie trazlitterat bħala Khfᾶs Kephas Isem l appostlu kien Xmun u ngħata il laqam bl Aramajk kefa li tfisser blata L s tal aħħar ġiet mizjuda fil Grieg biex tagħmel l isem maskil u mhux femminil Xi jfisser l isem hu izjed importanti milll isem stess kif jidher ċar minn kief ġiet aċċettata universalment it traduzzjoni Griega Petros Petros Ma nafux għaliex Pawlu juza l laqam bl Aramajk minflok bil Grieg meta jikteb lill knejjes fil u Għandu mnejn kien qiegħed jikteb qabel kulħadd beda jsejjaħlu Pietru Skont kien hemm tnejn minn nies jisimhom Kefas wieħed kien l appostlu Xmun Pietru u l ieħor wieħed mis Sebgħin Dixxipli ta Ġesu Klement ikompli jgħid li kien Kefas tas Sebgħin li kiem ikkundannat minn Pawlu f Galatin 2 għax ma kienx jiekol mal Ġentili imma forsi hawn Klement qiegħed jipprova jiddefletti l kundanna minn fuq Xmun Pietru Hi kif inhi l agument dwar ir relazzjoni bejn Pawlu minn Tarsu u l Ġudaizmu u kollox li jidħol fiha għadu sejjer Bl Aramajk tista tkun כיפא Tumas 8wmas 11 16 Tumas imlaqqam it Tewmi qal lil sħabu d dixxipli Immorru aħna wkoll ħa mmutu miegħu 8wmᾶs Thōmas hu mnizzel mad dixxipli ta Ġesu fl erba evanġelji u fl Atti tal Appostli Pero l evanġelju ta Ġwanni biss jagħtina izjed informazzjoni fuqu Fi tliet postijiet Ġwanni 11 16 20 24 u 21 2 jingħata l isem Didymos Didymos li bil Grieg tfisser tewmi Infatti it Tewmi hi traduzzjoni ta Thōmas Il kelma Griega 8wmᾶs Thōmas ġejja mil Aramajk toma tewmi Allura Thōmas u Didymos it tnejn ifissru t Tewmi Fit tradizzjoni Nisranija Tumas għandu l isem ta Ġuda u forsi ingħata l laqam it Tewmi biex ma jħalltuhx ma oħrajn tal istess isem Bl Aramajk tista tkun תאומא Tabita Tabei8a Atti 9 36 F Ġaffa kien hemm waħda mid dixxipli jisimha Tabita isem li jfisser Għazziela kienet mara tagħmel ħafna opri ta karita u għemejjel tajba L isem ta din id dixxiplu ingħata bl Aramajk Tabei8a Tabitha u bil Grieg Dorkas Dorkas L isem bl Aramajk hu trazlitterazzjoni ta Ţbitha il forma femminili ta טביא Ţabya It tnejn ifissru għazziela Bl Aramajk tista tkun טביתא Ismijiet ta postijiet bl Aramajk fit Testment il ĠdidĠetsemani Ge8shmanei 26 36 Imbagħad Ġesu flimkien mad dixxipli tiegħu wasal f qasam jgħidulu l Ġetsemani 14 32 Waslu f qasam jismu Ġetsemani It trazlitterazzjoni Griega tal post fejn Ġesu mar mad dixxipli tiegħu biex jitlob qabel ma ġie arrestat hi Ge8shmanei Gethsemani Din tirrapprezenta l Aramajk Gath Smane li tfisser magħsra taz zejt Bl Aramajk tista tkun גת שמני Golgota Golgo8a 15 22 U wassluh f post jismu Golgota li jfisser post il Qorriegħa 19 17 Ġesu rafa s salib u ħareġ lejn il post imsejjaħ il Qorriegħa bil Lhudi Golgota Gulgalta bl Aramajk tfisser Qorriegħa L isem jidher fl evanġelji kollha ħlief ta San Luqa li jgħidlu Kranion Qorriegħa bil Grieg mingħajr ekwivalenti semitiku L isem ġej mill Latin tal Calvaria Bl Aramajk tista tkun גולגלתא Gabbata Gabba8a 19 13 Meta semagħhom jgħidu dan Pilatu ġieb lil Ġesu barra u qiegħdu fuq sedja għolja fil post imsejjaħ Litostrotos bil Lhudi Gabbata Dan l isem Gabbatha jidher li hu Aramajk Skont Il gwerer Lhudin Kapitlu V ii 1 numru 51 il kelma Gabath tfisser post għoli allura forsi post ċatt għoli ħdejn it tempju L א tal aħħar tista tirrapprezenta l istat enfatiku tan nom Bl Aramajk tista tkun גבהתא Ħakeldama Akeldamax Atti 1 19 In nies kollha ta Ġerusalemm saru jafu b dan u bdew isejjħu lil dik l għalqa bl ilsien tagħhom Ħakeldama jiġifieri l għalqa tad demm L isem bil Grieg tal post fejn miet hu mogħti ċar l Għalqa tad Demm Pero fil manuskritti l Aramajk hu spellut b bosta modi It jagħti Akeldama H akeldama manuskritti oħra jagħtu Axeldama H akheldama Akeldaima H akeldaima Akeldamak H akeldamak u Akeldamax H akeldamakh Minkejja dawn l ortografiji differenti l Aramajk x aktarx hu ḥqel dma għalqa tad demm Il ħoss Grieg kh x f aħħar tal kelma qisu qiegħed għalxejn u diffiċli tispjegah imma fis Septwaġinta hemm dan l istess ħoss magħdud fl aħħar tal isem semitiku fl isem bil Grieg tal Ktieb ta Sirakh Latin Sirach Dan il ħoss jista jkun xi pekuljarita tad djalett tal Grieg jew tal Aramajk Bl Aramajk tista tkun חקל דמא Il menqgħa ta Betzata bh8za8a 5 2 F Ġerusalemm maġenb il menqgħa tal Bieb tan Nagħaġ hemm bini b ħames loġoġ li bil Lhudi jgħidulu Betzata Bethzatha kien l isem ta menqgħa f Ġerusalemm li kienet magħrufa wkoll bħala il Menqgħa tan Nagħaġ L isem bl Aramajk ifisser Dar tal Grazzja Hi assoċjata mal fejqan u f hu rrakkontat li Ġesu fejjaq lil raġel ħdejn din il menqgħa Bl Aramajk tista tkun בית חסדא Referenzi Allen C Myers ed 1987 Aramaic The Eerdmans Bible Dictionary Grand Rapids MI William B Eerdmans p 72 ISBN 0 8028 2402 1 Saenz Badillos Angel Elwolde John 1996 A history of the Hebrew language pp 170 71 Perezempju Atti 21 40 22 2 26 14 tei hebraidi dialektoi lit fid djalett Ebrajk Fitzmyer Joseph A A Wandering Armenian Collected Aramaic Essays p 43 The Cambridge History of Judaism The late Roman Rabbinic period 2006 P 460 E g Geoffrey W Bromley ed The International Standard Bible Encyclopedia W B Eeerdmans Grand Rapids Michigan 1979 4 volumi vol 1 sub Aramaic p 233 Kutscher E Y 1976 Studies in Galilean Aramaic a b Greenspahn Frederick E 2003 An introduction to Aramaic P 25 Fernandez Miguel Perez and John Elwolde 1999 An introductory grammar of rabbinic Hebrew P 5 Fitzmyer Joseph A 1979 A Wandering Aramean Collected Aramaic Essays P 12 a b Davies William D and Dale C Allison 1997 Critical and Exegetical Commentary on the Gospel According to Saint Matthew Volume III P 624 Alla tiegħi Alla tiegħi għaliex tlaqtni Bqajt il bogħod u ma salvajtnix ma tajtx widen għall għajjat tiegħi Archive copy Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 04 19 Miġbur 2013 02 10 Manutenzjoni CS1 kopja arkivjata bħala titlu link Williams P J 2004 The linguistic background to Jesus Dereliction Cry The New Testament in its first century setting ed Williams P J Andre D Clarke et al P 7 8 Brunson Andrew 2003 Psalm 118 in the Gospel of John An Intertextual Study on the New Exodus Pattern in the Theology of John P 204 Balz Horst Exegetical Dictionary of the New Testament Vol 3 P 509 Bauer s Lexicon Gal 1 18 2 9 11 14 1Kor 1 12 3 22 9 5 15 5 Klement 1 47 3 ukoll Ewsebju Storja tal Knisja Ktieb 1 Kapitlu 12 Paragrafu 2 The Comprehensive Aramaic Lexicon Ara taħt ṭbyʾ