Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka huma Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fis Sri Lanka Is sit fih tliet komponenti iż

Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka

  • Paġna Ewlenija
  • Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka
Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-Artijiet Għoljin Ċentrali tas-Sri Lanka huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-Sri Lanka. Is-sit fih tliet komponenti: iż-Żona Protetta tal-Quċċata ta' Adam, il-Park Nazzjonali tal-Pjanuri ta' Horton u ż-Żona tal-Konservazzjoni Forestali ta' Knuckles. Dawn il-komponenti huma foresti pluvjali, fejn l-elevazzjoni titla' sa 2,500 metru (8,200 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Fir-reġjun jgħixu varjetà ta' speċijiet ta' mammiferi, inkluż ix-xadina Trachypithecus vetulus monticola (subspeċi tal-langur ta' wiċċu vjola) u l-loris tal-Pjanuri ta' Horton Loris tardigradus nycticeboides (subspeċi tal-loris aħmar).

Dan kien l-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżel mis-Sri Lanka fl-1988. Oriġinarjament kien tressaq bħala Sit ta' Wirt Dinji mħallat (kulturali u naturali), iżda l-Kumitat tal-Wirt Dinji rrikonoxxa biss il-valuri naturali tas-sit. Fil-31 ta' Lulju 2010, il-Kumitat tal-Wirt Dinji fl-34 sessjoni tiegħu f'Brażilja żied l-Artijiet Għoljin Ċentrali tas-Sri Lanka u Papahānaumokuākea ta' Hawaii bħala Siti ta' Wirt Dinji Naturali tal-UNESCO.

Sit ta' Wirt Dinji

L-Artijiet Għoljin Ċentrali tas-Sri Lanka ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".

Komponenti

Il-foresti pluvjali muntanjużi tas-Sri Lanka jirrappreżentaw il-foresti muntanjużi u submuntanjużi bl-indewwa ta' fuq l-1,000 metru (3,300 pied) fl-artijiet għoljin ċentrali u fil-katina muntanjuża ta' Knuckles. Nofs il-pjanti endemiċi tas-Sri Lanka li jarmu l-fjuri u 51 fil-mija tal-vertebrati endemiċi huma ristretti għal dak l-ekoreġjun. F'dan l-ekoreġjun jgħixu ħames mammiferi endemiċi u tmien mammiferi kważi endemiċi. Fl-ekoreġjun jinstabu wkoll ħames speċijiet endemiċi ta' għasafar u 20 speċi kważi endemiċi. Is-sit huwa magħmul minn tliet żoni protetti:

  • is-Santwarju tan-Natura Selvaġġa tal-Quċċata ta' Adam;
  • il-Park Nazzjonali tal-Pjanuri ta' Horton;
  • il-Katina Muntanjuża ta' Knuckles.

Is-Santwarju tan-Natura Selvaġġa tal-Quċċata ta' Adam huwa santwarju b'erja ta' 22,380 ettaru (86.4 mil kwadru), li ġie stabbilit fil-25 ta' Ottubru 1940. Il-Park Nazzjonali tal-Pjanuri ta' Horton imiss mal-konfini tal-Lvant tas-santwarju. Il-Park Nazzjonali tal-Pjanuri ta' Horton oriġinarjament ġie ddeżinjat bħala riżerva naturali fil-5 ta' Diċembru 1969 li iktar 'il quddiem ġie elevat għall-istatus ta' park nazzjonali fis-16 ta' Marzu 1988. Il-katina muntanjuża ta' Knuckles tinsab lejn il-Grigal, u l-flora u l-fawna endemiċi tagħha huma distinti mill-foresti muntanjużi tal-artijiet għoljin ċentrali.

Referenzi

  1. ^ a b ċ "Central Highlands of Sri Lanka - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-12-01.
  2. ^ "IUCN - Home". web.archive.org. 2011-08-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-08-07. Miġbur 2024-12-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "World Heritage Committee inscribes two new sites on World Heritage List". whc.unesco.org. Miġbur 2024-12-01.
  4. ^ "Southern Asia: Central part of the Island of Sri Lanka | Ecoregions | WWF". World Wildlife Fund (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-01.
  5. ^ Green, Michael J. B. (1990). IUCN directory of South Asian protected areas. IUCN. pp. 234. ISBN 2-8317-0030-2.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 10 Lul, 2025 / 13:37

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka, X'inhi Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka? Xi tfisser Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka?

L Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka huma Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fis Sri Lanka Is sit fih tliet komponenti iz Zona Protetta tal Quċċata ta Adam il Park Nazzjonali tal Pjanuri ta Horton u z Zona tal Konservazzjoni Forestali ta Knuckles Dawn il komponenti huma foresti pluvjali fejn l elevazzjoni titla sa 2 500 metru 8 200 pied il fuq mil livell tal baħar Fir reġjun jgħixu varjeta ta speċijiet ta mammiferi inkluz ix xadina Trachypithecus vetulus monticola subspeċi tal langur ta wiċċu vjola u l loris tal Pjanuri ta Horton Loris tardigradus nycticeboides subspeċi tal loris aħmar Veduta tal Quċċata ta Adam Dan kien l ewwel Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO li tnizzel mis Sri Lanka fl 1988 Oriġinarjament kien tressaq bħala Sit ta Wirt Dinji mħallat kulturali u naturali izda l Kumitat tal Wirt Dinji rrikonoxxa biss il valuri naturali tas sit Fil 31 ta Lulju 2010 il Kumitat tal Wirt Dinji fl 34 sessjoni tiegħu f Brazilja zied l Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka u Papahanaumokuakea ta Hawaii bħala Siti ta Wirt Dinji Naturali tal UNESCO Sit ta Wirt DinjiL Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1988 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ix Ezempju straordinarju li jirrapprezenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl evoluzzjoni u fl izvilupp ta ekosistemi u ta komunitajiet ta pjanti u ta annimali terrestri tal ilma ħelu kostali u tal baħar u l kriterju x Post fejn hemm l iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall konservazzjoni fil post tad diversita bijoloġika inkluz fejn hemm speċijiet mhedda ta valur universali straordinarju mill perspettiva tax xjenza jew tal konservazzjoni KomponentiIl foresti pluvjali muntanjuzi tas Sri Lanka jirrapprezentaw il foresti muntanjuzi u submuntanjuzi bl indewwa ta fuq l 1 000 metru 3 300 pied fl artijiet għoljin ċentrali u fil katina muntanjuza ta Knuckles Nofs il pjanti endemiċi tas Sri Lanka li jarmu l fjuri u 51 fil mija tal vertebrati endemiċi huma ristretti għal dak l ekoreġjun F dan l ekoreġjun jgħixu ħames mammiferi endemiċi u tmien mammiferi kwazi endemiċi Fl ekoreġjun jinstabu wkoll ħames speċijiet endemiċi ta għasafar u 20 speċi kwazi endemiċi Is sit huwa magħmul minn tliet zoni protetti is Santwarju tan Natura Selvaġġa tal Quċċata ta Adam il Park Nazzjonali tal Pjanuri ta Horton il Katina Muntanjuza ta Knuckles Is Santwarju tan Natura Selvaġġa tal Quċċata ta Adam huwa santwarju b erja ta 22 380 ettaru 86 4 mil kwadru li ġie stabbilit fil 25 ta Ottubru 1940 Il Park Nazzjonali tal Pjanuri ta Horton imiss mal konfini tal Lvant tas santwarju Il Park Nazzjonali tal Pjanuri ta Horton oriġinarjament ġie ddezinjat bħala rizerva naturali fil 5 ta Diċembru 1969 li iktar il quddiem ġie elevat għall istatus ta park nazzjonali fis 16 ta Marzu 1988 Il katina muntanjuza ta Knuckles tinsab lejn il Grigal u l flora u l fawna endemiċi tagħha huma distinti mill foresti muntanjuzi tal artijiet għoljin ċentrali Referenzi a b ċ Central Highlands of Sri Lanka UNESCO whc unesco org Miġbur 2024 12 01 IUCN Home web archive org 2011 08 07 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 08 07 Miġbur 2024 12 01 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link World Heritage Committee inscribes two new sites on World Heritage List whc unesco org Miġbur 2024 12 01 Southern Asia Central part of the Island of Sri Lanka Ecoregions WWF World Wildlife Fund bl Ingliz Miġbur 2024 12 01 Green Michael J B 1990 IUCN directory of South Asian protected areas IUCN pp 234 ISBN 2 8317 0030 2

L-aħħar artikli
  • Lulju 09, 2025

    Liebru Korsikan

  • Lulju 10, 2025

    Liechtenstein fil-Festival tal-Eurovision

  • Lulju 09, 2025

    Libanu fil-Festival tal-Eurovision

  • Lulju 10, 2025

    Lestodelphys halli

  • Lulju 10, 2025

    Lepus peguensis

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq