Attard Football Club hu klabb tal futbol Malti minn Ħ Attard raħal fin nofs ta Malta b popolazzjoni ta madwar 10 000 ruħ
Attard FC

Attard Football Club hu klabb tal-futbol Malti minn Ħ'Attard raħal fin-nofs ta' Malta b'popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ. Bħalissa jilagħbu fit-Tielet Diviżjoni. Il-klabb twaqqaf fl-1974.
Isem sħiħ | Attard Football Club | ||
---|---|---|---|
Fundazzjoni | 1974 | ||
Grawnd | Grawnd Nazzjonali Ta' Qali, Ta' Qali | ||
President | ? | ||
Kowċ | ? | ||
Kampjonat | ? | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Kumitat eżekuttiv
Pożizzjoni | Isem |
---|---|
President: | Charles Caruana |
Segretarju: | Simon Spiteri |
Teżorier: | Rennie Ciantar |
Il-bidu tal-futbol fir-raħal Jidher li sa mill-1928 f’Ħ’Attard kien diġa’ qed jintlagħab il-futbol, tant illi fil-25 ta’ Marzu ta’ dik is-sena, tim taħt l-isem ta’ Attard United kien lagħab partita ta’ ħbiberija kontra t-tim tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi Birkirkara u tilef bi skor kbir.
Ftit tas-snin wara u propju fis-17 ta’ Marzu, 1935 Attard United ħa sehem fl-Amateur Cup u tilef fl-ewwel rawnd kontra Birżebbuġia Hunters 4 – 2 biex fl-istaġun ta’ wara, dak ta’ l-1935/36 ikkompeta fir-Raba’ Diviżjoni ‘Sezzjoni A’ tal-Malta Football Association, kif ukoll ipparteċipa fl-Amateur Cup. Jidher li f’dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet ir-riżultati xejn ma kienu nkoraġġanti, iżda fl-istaġun ta’ wara, jiġifieri dak tal-1936/37 it-tim issaħħaħ sewwa b’xi players ġodda fosthom numru ta’ Karkariżi u saħansitra sfurzaw ‘decider’ għall-promozzjoni fit-Tielet Diviżjoni kontra Birkirkara St. Helena wara li fil-kampjonat għelbu lill-istess tim 2 -0, iżda fid-decider it-tim Karkariż ħareġ rebbieħ 4 – 1.
B’xorti tajba s-sena ta’ wara l-M.F.A. kienet għamlet xi tibdiliet fl-organizazzjoni tad-divizjonijiet u Attard United sagħbu posthom bla ħsieb fit-Tielet Diviżjoni. Jidher li x-xorti baqgħet magħhom anke fl-istaġun ta’ wara (1937/38) tant li t-tim spiċċa fit-tieni pożizzjoni ta’ ‘Sezzjoni A’, punt anqas mir-rebbieħa Cospicua Unitas. Bir-riforma tal-M.F.A., fl-istaġun 1938/39 tneħħiet għal kollox ir-Raba’ Diviżjoni u t-timijiet ġew reorganizzati. Attard United bħala Runners-Up spiċċaw promossi għat-Tieni Diviżjoni u kontra timijiet b’aktar esperjenza minnhom tħabtu ħafna biex żammew posthom. Fl-istaġun ta’ wara, jiġifieri dak ta’ l-1939/40, reġgħu spiċċaw lejn qiegħ il-klassifika finali iżda salvaw mir-relegazzjoni bi ftit meta temmew l-istaġun qabel Sliema Rangers u Birkirkara St. Helena. Wieħed jista jgħid li fi tmiem dak l-istaġun intemmet ukoll għal kollox il-ħajja ta’ Attard United wara ħames staġuni membru tal-Malta Football Association. Dan għaliex wara li fil-gwerra l-futbol organizzat fil-pajjiz waqaf għal kollox, meta ntemmet il-gwerra Attard United għebu totalment mix-xena kalċistika.
Is-snin ta’ qabel l-1974
Jidher li fis-snin ta’ wara l-gwerra ż-żgħażagħ ta’ Ħ’Attard ftit li xejn kelhom ħajra li jkomplu fil-futbol fejn ħallew ta’ qabilhom fl-1940 u għal xi żmien donnu li kollox kien wieqaf. Iżda lejn il-bidu tal-ħamsinijiet kien sar tentattiv ieħor biex il-futbol fir-raħal jerġa jibda jintlagħab. F’dak iż-żmien dilettanti membri tal-Każin Eastern Star (illum La Stella Levantina) kienu waqqfu tim tal-futbol u bdew jilgħabu logħbiet ta’ ħbiberija, l-aktar kontra timijiet tas-servizzi Ingliz fil-grawnd ta’ l-Imtarfa. Missieri kien wieħed mid-diriġenti ta’ dan it-tim u għadni niftakar sewwa li ta’ tifel żgħir mhux l-ewwel darba li ħadni miegħu għal xi partita minn dawn. Il-bidu huwa dejjem u f’kollox diffiċli, aktar u aktar fis-snin bikrin ta’ wara l-gwerra, tant li dan it-tim biex jilgħabu ġieli sselfu l-flokkijiet mill-klabb ġar ta’ Ħal-Lija. Il-Coach tat-tim kien Giużeppi Caruana u bħala Manager kien Giużeppi Ellul u kważi l-players kollha fit-tim kienu minn Ħ’Attard (ritratt ta’ dan it-tim deher fil-ħarġa tas-Seraċina ta’ l-2008). Il-ħajja ta’ dan it-tim iżda kienet pjuttost qasira għaliex fis-snin ta’ wara, kemm dawn iż-żewġ diriġenti, kif ukoll x’uħud mill-players u żgħażagħ oħra tar-raħal emigraw lejn l-Awstralia, il-Kanada eċċ. u t-tim sfaxxa.
Fis-sena 1957 kien twaqqaf tim ieħor din id-darba taħt l-isem ta’ Attard S.C. (Sports Club li aktar tard beda jissejjaħ Sports Centre). Il-fundatur ewlieni kien il-ħabrieki Mannie Galea li kien jieħu ħsieb kollox fit-tim. Kien propju l-Manager ta’ dan it-tim. Fl-istaġun 1957/58 dan it-tim kien ipparteċipa fl-Amateur League tal-Malta Football Association. Attard S.C. lagħab l-ewwel logħba kompetittiva tiegħu f’din il-kompetizzjoni fix-Schreiber Sports Ground nhar il-Ħadd, 6 ta’ Ottubru, 1957 kontra t-tim Belti Rovers United u ħareġ rebbieħ 3 – 1. Niftakar sew din il-partita għaliex kont attendejt għaliha ma missieri. Il-players minn Ħ’Attard f’din l-ewwel logħba kienu Charles u Tony Galea, Carmel Attard, Ralph Bonello, Vivien Micallef u ħija Edwin. Fost il-players l-oħra kien hemm iż-żgħażuġħ Eddie Theobald li wara kellu karriera twila u brillanti ma Hibernians u Malta. Dan it-tim li kien jilbes flokkijiet, shorts u kalzetti kollha ħomor baqa’ jieħu sehem f’din il-kompetizzjoni għal xi tliet staġuni. Fit-28 ta’ Frar, 1960 Mannie Galea kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur u jumejn wara, fl-1 ta’ Marzu, kien tilef ħajtu. It-tim allura kien kważi sfaxxa għax ma kellux min imexxieħ, pero’ ftit tax-xhur wara xi żgħażagħ ‘saraċini’ ħassew li kellhom ikomplu fejn ħalla Mannie Galea u ddeċidew li jerġgħu jagħtu ħajja lit-tim bil-għan li fil-ġejjieni fir-raħal ikun hawn tim stabbilit.
Bil-permess tal-kumitat tal-Każin Eastern Star f’Settembru, 1960 kienet inżammet laqgħa fl-istess każin għal dan l-iskop u fiha kien twaqqaf l-ewwel kumitat. It-tlett uffiċjali ta’ dan il-kumitat kienu: President: Eddie Attard Flores; Segretarju: Paul Grixti u Kaxxier: Carmel Attard. Immedjatament kienet saret talba lill-kumitat tal-Każin Eastern Star biex Attard S.C jagħmel użu minn xi kamra fil-każin fejn ikunu jistgħu jbiddlu l-players u jinżammu xi laqgħat. Din it-talba kienet ġiet milqugħa. Fl-ewwel staġun it-tim kien lagħab biss xi partiti ta’ ħbiberija biex fl-istaġun ta’ wara jiġifieri fl-1961/62 Attard S.C. kien ġie affiljat mall-M.A.F.A. u kkompeta fit-Tielet Diviżjoni. L-ewwel logħba uffiċjali kienet dik li ntlagħbet f’Ottubru, 1961 kontra Little St. George’s ta’ Bormla fil-grawnd ta’ St. Andrews u ntemmet b’rebħa ta’ 1 - 0. Dan it-tim, li aktar tard sab ruħu fit-Tieni Diviżjoni minħabba xi tibdil mill-Assoċjazzjoni, dam jipparteċipa regolarment fil-M.A.F.A. sa l-istaġun 1969/70 fejn minħabba nuqqas ta’ interess it-tim spiċċa biex miet mewta naturali.
Fl-istaġun 1971/72 xi żgħażagħ dilettanti tal-futbol, din id-darba mill-Każin Santa Marija ħassew in-nuqqas ta’ tim tal-futbol fir-raħal u ddeċidew li jwaqqfu tim huma taħt l-isem ta’ Attard Five Pointed Stars. It-tim mill-ewwel ikkompeta fit-Tielet Diviżjoni tal-M.A.F.A. u propju fl-ewwel staġun kompetettiv tiegħu rebaħ il-promozzjoni meta għeleb lil Valletta Stars 1 – 0 f’decider li ntlagħbet fil-grawnd tal-Marsa nhar is-Sibt, 1 t’April, 1972. Il-ħajja qasira ta’ dan it-tim kienet tassew kontroversjali għaliex filwaqt li fl-ewwel staġun beda’ bir-rebħ ta’ unur, lejn nofs l-istaġun 1973/74 it-tim safa’ mkeċċi mill-assoċċjazzjoni wara li xi partitarji tiegħu f’logħba partikulari tilfu rashom u qalgħu xi ġlied ma dawk tat-tim oppost, tant li l-logħba kella tiġi abbandunata u sussegwentament it-tim ġie mneħħi mill-M.A.F.A.
It-twaqqif ta’ Attard F.C.
Bħal ma jgħid il-Malti “kull deni ħudu b’ġid” u hekk ġara fil-każ tat-twaqqif ta’ Attard Football Club fl-1974. Propju kmieni f’dik is-sena l-M.F.A. kienet ħabbret li mill-istaġun 1974/75 kienet ser terġa torganizza l-kampjonat tar-Raba’ Diviżjoni. Bid-diżappunt tat-tneħħija tal-Attard F.P.S. mill-M.A.F.A. għadu frisk f’moħħ id-dilettanti kollha, din l-aħbar ittieħdet bl-akbar serjeta għaliex beda jinħass li dan kien tassew ċans tajjeb biex fl-aħħar H’Attard ikun rrappreżentat fl-għola assoċċjazzjoni tal-pajjiż jiġifieri dik tal-Malta Football Association. Wara li l-opinjoni tad-dilettanti kienet favur din l-opportunita ġdida li nqalgħet, f’Marzu ta’ l-1974 kienet inżammet laqgħa fil-Każin Santa Marija għal dawk kollha nteressati sew bħala players kif ukoll bħala amministraturi, bil-għan prinċipali li jitwaqqaf tim fuq sisien sodi bl-eventwalita tad-dħul fir-Raba’ Diviżjoni tal-M.F.A. Dawk preżenti qablu ma din l-idea u minnufiħ ġie deċiż li t-tim ikun jismu ATTARD FOOTBALL CLUB, bl-iskop li jkun jirrappreżenta aktar lir-raħal kollu u tinqatgħa kull konnessjoni mall passat. Fl-istess laqgħa kien ġie maħtur l-ewwel kumitat biex iħejji l-ħtiġijiet neċessarji sabiex f’qasir żmien ikun jista japplika għad-dħul fir-Raba’ Diviżjoni. Dan il-kumitat kien kompost hekk: President-Anthony Bonnici; Segretarju-Norman Borg; Kaxxier-Joe Pisani; Viċi-President-Anthony Borg; Ass. Segretarju-Louis Pisani u Ass. Kaxxier-Salvu Muscat. Bħala membri kienu inħatru: Louis Mifsud, Joseph Vella, Martin Zammit, Laurence Cortis u Alessio Zammit.
F’Ġunju ta’ l-1974 Attard F.C. kien ġie aċċettat bħala wieħed mill-membri ġodda fi ħdan il-Malta F.A. biex jifforma parti mir-Raba’ Diviżjoni. Intant l-ewwel logħba uffiċjali tal-klabb kienet intlagħbet il-Ħadd, 13 ta’ Ottubru, 1974 kontra Fgura United, tim ieħor ġdid fl-M.F.A. Il-logħba kienet spiċċat fi draw ta’ 0 – 0. Il-kowċ tat-tim f’dak l-ewwel staġun kien Alessio Zammit u l-kuluri tal-kit kienu flokkijiet ħomor u suwed, shorts suwed u kalzetti ħomor, kif għadhom sa llum. Dak l-ewwel staġun fl-M.F.A. xejn ma kien wieħed feliċi u nkoraġġanti għaliex fi tmiem il-kampjonat it-tim kien spiċċa fl-aħħar post tal-klassifika finali. Dan iżda xejn ma qata’ qalb id-diriġenti u għall-istaġun ta’ wara ppreparaw ħafna aħjar filwaqt li saħħew lit-tim b’xi akkwisti ġodda. Totalment kuntrarju għall-ewwel staġun, fl-1975/76 it-tim kellu staġun verament tajjeb għaliex fil-kampjonat kien spiċċa fit-tieni post ta’ Sezzjoni ‘B’ wara t-tim promoss ta’ Sta. Venera L. Barra minn hekk, kien wasal ukoll l-ewwel unur għal klabb bir-rebħ tan-Knock-Out tar-Raba’ Diviżjoni, fejn Attard F.C. fil-finali kienu rebħu lill-istess Sta. Venera L. bl-iskor ta’ 2 – 1. Fl-ewwel round il-klabb kien għeleb lil Ta’ Xbiex 3 – 2 , fil-kwarti tal-finali lil San Gwann 5 – 4 bil-penalties wara draw ta’ 1 – 1 u fis-semi-finali lill-Mġarr Utd. 3 – 0. F’dak l-istaġun il-Coach tat-tim kien l-ex-player tas-Sliema W. Joe Bonnici.
Sena wara jiġifieri fl-1976/77 il-klabb rebaħ unur ieħor, dak tar-Reserve League tar-Raba’ Diviżjoni. F’dak l-istess staġun il-klabb ipparteċipa għall-ewwel darba fil-Minor League (Under 18). Fl-istaġun 1979/80 l-M.F.A. għamlet tibdiliet kbar f’kull kategorija tal-kompetizzjonijiet tagħha. B’riżultat ta’ dan tneħħiet ir-Raba’ Diviżjoni u t-timijiet tħalltu ma dawk tat-Tielet Diviżjoni biex iffurmaw tliet sezzjonijiet. Fl-ewwel ftit staġuni wara din il-bidla Attard F.C. dejjem żamm postu lejn nofs il-klassifika iżda fis-snin ta’ wara il-klabb għadda minn żmienijiet tassew diffiċli għaliex bejn 1984 u 1988 spiċċa dejjem fl-aħħar post tal-klassifika finali. Dan kien wassal biex fl-1988 il-kumitat ħa passi drastiċi billi neħħa xi players li kienu bdew jikbru fl-eta’ u minn flokhom daħħal oħrajn żgħar, b’aktar ħeġġa u enerġija. Is-sħaba sewda bħal donna bdiet għaddejja minn fuq il-klabb għaliex fl-istaġun ta’ wara it-tim beda jkun aktar kompetettiv, inkisbu riżultati pożittivi u l-futur beda jidher ferm aħjar.
Fl-1988 fuq suġġeriment tal-Kappillan Dun Anton Portelli u bl-inizjattiva tal-President attwali Charlie Caruana (ex-player u ex-coach tal-klabb) li għal xi żmien qabel kien diġa jittrejnja għadd ġmielu ta’ tfal, twaqqfet il-Youth Nursery tal-klabb u ġiet affiljata mal-Youth F.A. Fl-ewwel istaġun (1988/89) il-klabb ħa sehem fl-Under 14 biss fejn inkisbu riżultati sodisfaċenti ħafna. L-istaġun ta’ wara (1989/90) inkoraġġit mill-wirjiet u l-interess fl-Under 14, il-klabb ipparteċipa wkoll fl-Under 16. Fi tmien l-istaġun l-Under 14 ħadu sehem f’Tournement f’Acireale u spiċċaw fit-tieni post. F’Settembru ta’ l-1991 il-klabb kiteb paġna ġdida li kienet tant meħtieġa, meta għall-ewwel darba kellu d-dar indipendenti tiegħu. F’dik is-sena l-klabb ħalla l-Każin Santa Marija, li fih dejjem sab għajnuna kbira u koperazzjoni sħieħa u daħal f’post ġdid, mibni għal dak l-iskop mill-gvern fi Triq Ħal-Warda. Din kienet l-ewwel darba li tim tal-futbol f’Ħ’Attard kellu l-post tiegħu, għaliex fis-snin ta’ qabel dejjem kien isir użu miż-żewġ soċjetajiet tar-raħal – La Stella Levantina jew Santa Marija. Minkejja l-għajnuna li dawn is-soċjetajiet dejjem offrew, in-nuqqas ta’ każin totalment indipendenti kien dejjem jinħass.
Bid-dħul fil-każin il-ġdid f’Settembru ta’ 1991 donnu li r-rota tal-fortuna bdiet iddur bil-mod lejn żmienijiet aħjar u ta’ suċċess. Dan għaliex propju f’dak l-istess staġun jiġifieri 1991/92 sew l-Under 16 kif ukoll l-Under 14 tal-klabb rebħu s-sezzjonijiet rispettivi tagħhom b’punti massimi u s-sena ta’ wara l-Under 16 reġgħu rebħu s-sezzjoni tagħhom, b’disgħa rebħiet u draw, iżda fallew li jaslu sal-finali ta’ l-Inter Section Competition meta fis-semi-finali tilfu kontra Valletta F.C. 2 - 1. Fis-sena 1993 l-Under16 ħadu sehem f’tournement barra minn xtutna fejn ipparteċipaw fil-Vildbjerg Cup fid-Danimarka u spiċċaw bħala Runners-up. F’dak il-perjodu numru ta’ tfal (Under 16 u Under 14) minn Nursery tal-klabb kienu ġew magħżula mill-M.F.A. biex jittrejnjaw fil-kategoriji tagħhom f’Ta’Qali. Xi wħud kienu anke rrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali.
Bejn l-1994 u l-1996 il-klabb, bi players li telgħu minn Nursery, taħt il-gwida ta’ Charlie Caruana, rebħu għal tliet staġuni konsekuttivi s-sezzjoni tal-Youths (Under 18) tal-M.F.A. F’żewġ okkażjonijiet minnhom iż-żgħażagħ tal-klabb saħansitra waslu sal-finali ta’ l-Inter Section Competition. Sfortunament f’dawn iż-żewġ finali Attard F.C. spiċċaw fuq in-naħa telliefa. Fl-ewwel finali, dik ta’ l-istaġun 1993/94 ġewwa l-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali il-klabb iffaċċja lit-tim prestiġġjuż ta’ Sliema Wanderers (rebbieħa tas-sezzjoni tal-Premier) u wara 120 minuta logħob ir-riżultat baqa’ 1 – 1. Ġimgħa wara, fir-replay fuq ir-ramel ta’ Pace Grasso, iż-żgħażagħ ‘saraċini’ spiċċaw fuq in-naħa telliefa 5 – 4 bil-penalties wara 120 minuta oħra ta’ logħob mingħajr goals. Fit-tieni finali li waslet fl-istaġun 1995/96 Attard F.C. lagħbu kontra l-ġirien fil-Premier Birkirkara Luxol fuq il-ħaxix ta’l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Birkirkara kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5 – 3 wara l-ħin barrani. F’dawn iż-żewġ finali l-prestazzjoni tal-players żgħażagħ kienet veru tajba u minkejja li ma ntrebaħx l-unur prinċipali kien jidher ċar li l-klabb kien miexi fit-triq it-tajba u l-futur deher inkoraġġanti ħafna.
Tasal il-promozzjoni f’għeluq il-25 Anniversarju tal-Klabb
Wara s-suċċessi miksuba fil-kategoriji ż-żgħar (Under 18, Under 16 u Under 14) tliet snin wara t-tim ewlieni jiġifieri dak tat-Tielet Diviżjoni, issa kważi kompost kollu kemm hu minn players żgħażagħ li telgħu min-Nursery, deher li seta’ jagħti sfida qawwija għar-rebħ tal-promozzjoni. Wara li fl-1996/97 it-tim spiċċa fit-tielet post tal-klassifika finali u fis-sena ta’ wara 1997/98 fit-tieni post wara t-tim promoss ta’ Mġarr Utd., wasal l-istaġun 1998/99, li kien jaħbat għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-klabb. Il-Kumitat, flimkien mal-Coach Charlie Caruana, ipprepara bis-sħieħ għal l-isfida prinċipali jiġifieri dik tar-rebħ tal-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni. Xi players tal-klabb li fl-istaġun ta’ qabel kienu mislufin lil timijiet oħra f’diviżjonijiet ogħla rritornaw lura mall-klabb u b’hekk it-tim kien issaħħaħ sewwa u deher lest għall-isfida tal-promozzjoni. Matul l-ewwel parti ta’ l-istaġun it-tim żamm il-pass ma ta’ quddiem u fit-tieni rawnd deher biċ-ċar li l-isfida għar-rebħ ta’ Sezzjoni ‘B’ kienet ser tkun bejn Attard F.C. u Luqa St. Andrews. Sa tliet logħbiet qabel tmien l-istaġun id-differenza bejn iż-żewġ timijiet kienet ta’ tliet punti favur Attard F.C. Fil-logħob li kien imiss Attard F.C. spiċċaw 1 – 1 ma Senglea Ath. filwaqt li Luqa S.A. tilfu 1 – 0 ma Balzan Y. Il-Ħadd, 18 t’April,1999 waslet il-logħba deċisiva għal Attard għaliex b’rebħa kontra t-tim ta’ l-aħħar Msida S.J. kien ifisser li l-klabb ‘saraċin’ jagħmel ċert mill-promozzjoni. Fill-fatt dik il-logħba intrebħet kif kien mistenni minn Attard F.C. bl-iskor ta’ 2 – 0, gowl f’kull taqsima minn Richard Camilleri u Franco Degabriele biex tefgħu lill-players, coach, kumitat u supporters f’dillirju ta’ ferh bl-akkwist ta’ l-ewwel promozzjoni. Kważi xahar wara, propju l-Ħadd, 16 ta’ Mejju, 1999 il-klabb lagħab l-aħħar logħba tal-kampjonat kontra l-istess Luqa S.A., naturalment issa xi ftit demoralizzati u rebaħ 3 – 0 (żewġ goals ta’ Chris. Ciappara u ieħor ta’ Raymond Agius) biex b’hekk temm il-kampjonat bħala rebbieħ ta’ Sezzjoni ‘B’ mingħajr telfa (disa’ rebħiet u tliet draws). Għal din il-logħba attendew numru sabiħ ta’ supporters akkumpanjati mill-banda – grazzi għall-kumitat tas-Soċjeta La Stella Levantina. Wara l-logħba l-captain tal-ġurnata Stefano Cremona ġie ppreżentat bit-tazza tar-rebħ tas-sezzjoni u lura r-raħal il-players, coach u kumitat akkompanjati mill-banda ġew milqugħa mill-kumitati rispettivi fl-erba’ każini tal-lokal fi trieqthom lejn il-każin fi Triq Ħal-Warda. Il-Ħadd ta’ wara, it-23 ta’ Mejju, 1999, intlagħbet id-decider għar-rebħ tal-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni kontra l-Melita, rebbiħa ta’ Sezzjoni “A”. Din kienet tassew decider denja ta’ isimha għaliex svolġiet f’logħba sabieħa, akkanita, milgħuba fi spirtu sportiv u li fiha ġew skurjati xejn anqas minn sebgha gowlijiet. Attard F.C. rebħu din id-decider bl-iskor ta’ 4 – 3 wara l-ħin barrani biex spiċċaw l-istaġun bħala Champions tat-Tielet Diviżjoni. Ir-riżultat fi tmiem id-disgħin minuta kien ta’ 3 – 3. Il-goals f’din il-logħba ġew skurjati minn Chris Ciappara tnejn (1 minn penalty), Richard Camilleri u Chris Gauci. B’dawn iż-żewġ goals Chris Ciappara kien spiċċa bħala top-scorer tat-Tielet Diviżjoni b’total ta’ 24 gowl filwaqt li l-klabb kien temm l-istaġun mingħajr ma ġie melgħub. Wara l-logħba il-captain tat-tim Ian Ruggier ġie ppreżentat bit-tazza ta’ Champions tat-Tielet Diviżjoni mill-Viċi-President ta’ l-M.F.A. is-Sur Carmelo Bartolo. Inċidentalment din kienet l-aħħar logħba kompetittiva ta’ l-M.F.A. li ntlagħbet fuq l-art iebsa ta’ Pace Grasso, għaliex mill-istaġun ta’ wara (1999/2000) il-logħob tat-Tieni u t-Tielet Divizjoni beda jintlagħab fuq il-ħaxix sintetiku tas-Centenary Stadium f’Ta’ Qali. B’kumbinazzjoni wkoll l-ewwel logħba tat-Tieni Diviżjoni f’dan l-istadium ġdid kienet dik bejn Attard F.C u Għaxaq li ntemmet fi draw ta’ 1 – 1. Din kienet propju l-magħmudija tan-nar għall-klabb promoss ta’ Attard F.C. Nieqes mill-esperjenza tat-Tieni Diviżjoni l-klabb f’dan l-ewwel staġun tiegħu kellu jitħabgħat mhux ftit biex żamm postu f’din id-diviżjoni, aktar u aktar għaliex f’dak l-istaġun mit-tlettax il-tim li ffurmaw it-Tieni Diviżjoni, tliet timijiet minflok is-solitu tnejn, kellhom jiġu relegati għat-Tielet Diviżjoni. Finalment il-klabb spiċċa l-istaġun b’total ta’ 14 il-punt u fil-raba’ pożizzjoni mill-qiegħ tal-klassifika biex b’hekk żamm il-post li denjatament kien rebaħ l-istaġun ta’ qabel.
Fiż-żewġ staġuni ta’ wara jiġifieri 2000/01 u 2001/02 it-tim reġa’ tħabat biex iżomm postu fit-Tieni Diviżjoni. F’dak ta’ l-ewwel salva b’21 punt minn daqstant partiti filwaqt li s-sena ta’ wara kellu jilgħab decider kontra Sta. Venera L. wara li ż-żewg timijiet spiċċaw l-istaġun bi 22 punt kull wieħed. Attard F.C. rebaħ din il-logħba 1 – 0 li kkonfermat staġun ieħor fit-Tieni Diviżjoni. L-istaġun 2002/03 filwaqt li t-tim tat-Tieni Diviżjoni spiċċa f’nofs il-klassifika bi 30 punt, dak tal-‘Under 18’ rebaħ Sezzjoni ‘C’ b’46 punt iżda mbagħad tilef il-finali tal-Youth ‘B’ Knock-Out Competition 0 - 3 kontra l-Melita. Fis-sentejn ta’ wara 2003/04 u 2004/05 Attard F.C. reġgħu żammew posthom fit-Tieni Diviżjoni meta spiċċaw f’nofs il-klassifika b’35 u 28 punt rispettivament. Fl-istaġun 2005/06 ġiet fi tmiemha din l-ewwel avventura tal-klabb fit-Tieni Diviżjoni meta spiċċa relegat għat-Tielet Diviżjoni b’19 il-punt. F’dak l-istess staġun it-tim tal-‘Under 14’ spiċċa fit-tieni post ta’ Sezzjoni ‘C’ bi 42 punt kontra l-44 tat-tim rebbieħ Kirkop Utd. Lura fit-Tielet Diviżjoni wara sebgħa staġuni l-klabb dam xi ftit biex irkupra mir-relegazzjoni u wara li fl-ewwel staġun (2006/07) spiċċa lejn nofs il-klassifika, s-sena ta’ wara (2007/08) temm l-istaġun fit-tieni post ta’ Sezzjoni ‘A’ bi 33 punt wara r-rebbieħa Żebbug R. ( 42 punt). It-tim kien irnexxielu jasal sal-finali tal-play-offs iżda tilef kontra t-tim mit-Tieni Diviżjoni Mgarr Utd. 1 – 0 wara li fl-ewwel round kien għeleb lil Gzira Utd. 4 – 3 bil-penalties wara draw ta’ 0 – 0.
Fl-istess staġun it-tim ta’ l-Under 16 flimkien ma dak ta’ Pembroke Ath. spiċċa fl-ewwel post fil-klassifika finali ta’ Sezzjoni ‘C’ bi 52 punt kull wieħed iżda mbagħad tilef id-decider ma l-istess tim 2 – 0. Sena wara jiġifieri 2008/09 kienu l-Under 15 li rebħu Sezzjoni ‘C2’ tal-Youth F.A. b’27 punt iżda tilfu fil-kwarti-finali tan-Knock-Out 1 -0 kontra Sliema W. Fl-istaġun 2009/10 kien imiss lit-tim tal-Under 17 li jirbaħ Sezzjoni ‘C3’ tal-Youth F.A. bi 33 punt, iżda mbagħad ġie melgħub bl-iskor ta’ 1 - 0 minn Valletta F.C. fis-semi-finali ta’ l-Under 17 Knock-Out wara li fil-kwarti-finali kien għeleb lil Lija/Iklin 2 – 1.
L-istaġun 2010/11 kien pjuttost tajjeb għal Attard F.C. għaliex it-tim ewlieni, jiġifieri dak tat-Tielet Diviżjoni rega’ kiseb il-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni wara li fil-klassifika finali spiċċa fir-raba’ post b’36 punt wara Siggiewi, Sta. Venera u Gudja. F’dik is-sena l-M.F.A. għamlet xi tibdiliet fl-istruttura tal-kampjonati fosthom dawk tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni u b’riżultat ta’ dan sebgħa timijiet mit-Tielet Diviżjoni kellhom jiġu promossi. It-timijiet klassifikati fir-raba’ post ta’ kull sezzjoni riedu jilgħabu ‘Promotion Decider’ bejniethom u f’din il-logħba Attard F.C. rebaħ lit-tim ta’ Pembroke Ath. 4 – 0 biex reġgħa kiseb il-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni wara nuqqas ta’ 5 snin. Fl-istess staġun l-Under 19 (Youths) tal-klabb rebħu Sezzjoni ‘B’ b’37 punt u fil-finali tal-Youths ‘B’ Knock-Out għelbu lil Qormi F.C. 3 – 1 wara li fir-rounds ta’ qabel kienu rebħu kontra Xgħajra T. (4 – 1), Luqa S.A. (w.o.), Rabat A. (4 – 2) u Marsaxlokk F.C. (1 – 0).
Sfortunatament din it-tieni avventura fit-Tieni Diviżjoni kienet waħda verament qasira għaliex fi tmiem l-istaġun 2011/12 it-tim rega’ sab ruħu relegat wara li spiċċa fit-tielet post mill-aħħar b’total ta’ 25 punt, żewġ punti taħt it-tim ta’ qablu li żamm postu fit-Tieni Diviżjoni. Mill-ewwel deher li l-klabb kien ser ikollu għadma iebsa fit-Tieni Diviżjoni u dan x’aktarx minħabba l-fatt li l-promozzjoni mirbuħa kienet aktar riżultat tar-riorganizzazjoni tal-M.F.A. milli għas-saħħa tat-tim meta wieħed iqis li f’dik is-sena l-klabb kien spiċċa fir-raba’ post minn 11-il tim fil-klassifika finali ta’ Sezzjoni ‘A’ b’distakk ta’ għaxar punti mit-tielet tim. Kien ukoll is-sebgħa u l-aħħar tim promoss.
Fl-istaġun li għadda, jiġifieri 2013/14, il-klabb f’għeluq l-40 anniversarju mit-twaqqif tiegħu kien għoddu reġa’ kiseb il-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni. Mill-erbatax il-tim fit-Tielet Diviżjoni erbgħa timijiet kellhom jiġu promossi. Filwaqt li l-ewwel żewġ klabbs (Sirens u Swieqi U.) aċċertaw ruħhom mill-promozzjoni xi ftit kmieni, il-ġlieda għaż-żewġ postijiet l-oħra baqgħet sat-tmien bejn tliet timijiet, fosthom Attard F.C. It-tielet tim (Għaxaq F.C.) kiseb il-promozzjoni fil-logħba ta’ qabel l-aħħar filwaqt li r-riżultati ta’ l-aħħar ġurnata tal-kampjonat ħallew lil Attard F.C. u Xgħajra T. fir-raba’ pożizzjoni bi 48 punt kull wieħed u żewġ punti taħt Għaxaq F.C. Riżultat ta’ dan kienet meħtieġa decider biex jiġi deċiż ir-raba’ tim promoss. F’din id-decider li ntlagħbet nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Mejju, 2014, it-tim ta’ Xgħajra ħareġ rebbieħ fuq dak ta’ Attard F.C. bl-iskor ta’ 3 – 0 biex aċċerta r-raba’ post u l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni.
Ħoloq esterni
- SOCCERWAY
- SOFASCORE
- FLASHSCORE
- Transfermarkt
- Globalsportsarchive
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Attard FC, X'inhi Attard FC? Xi tfisser Attard FC?
Attard Football Club hu klabb tal futbol Malti minn Ħ Attard raħal fin nofs ta Malta b popolazzjoni ta madwar 10 000 ruħ Bħalissa jilagħbu fit Tielet Divizjoni Il klabb twaqqaf fl 1974 Attard FCIsem sħiħ Attard Football ClubFundazzjoni 1974Grawnd Grawnd Nazzjonali Ta Qali Ta QaliPresident Kowċ Kampjonat L ewwelIt tieniSit uffiċjaliKumitat ezekuttivPozizzjoni Isem President Charles Caruana Segretarju Simon Spiteri Tezorier Rennie Ciantar Il bidu tal futbol fir raħal Jidher li sa mill 1928 f Ħ Attard kien diġa qed jintlagħab il futbol tant illi fil 25 ta Marzu ta dik is sena tim taħt l isem ta Attard United kien lagħab partita ta ħbiberija kontra t tim tal Kulleġġ ta San Alwiġi Birkirkara u tilef bi skor kbir Ftit tas snin wara u propju fis 17 ta Marzu 1935 Attard United ħa sehem fl Amateur Cup u tilef fl ewwel rawnd kontra Birzebbuġia Hunters 4 2 biex fl istaġun ta wara dak ta l 1935 36 ikkompeta fir Raba Divizjoni Sezzjoni A tal Malta Football Association kif ukoll ipparteċipa fl Amateur Cup Jidher li f dawn iz zewġ kompetizzjonijiet ir rizultati xejn ma kienu nkoraġġanti izda fl istaġun ta wara jiġifieri dak tal 1936 37 it tim issaħħaħ sewwa b xi players ġodda fosthom numru ta Karkarizi u saħansitra sfurzaw decider għall promozzjoni fit Tielet Divizjoni kontra Birkirkara St Helena wara li fil kampjonat għelbu lill istess tim 2 0 izda fid decider it tim Karkariz ħareġ rebbieħ 4 1 B xorti tajba s sena ta wara l M F A kienet għamlet xi tibdiliet fl organizazzjoni tad divizjonijiet u Attard United sagħbu posthom bla ħsieb fit Tielet Divizjoni Jidher li x xorti baqgħet magħhom anke fl istaġun ta wara 1937 38 tant li t tim spiċċa fit tieni pozizzjoni ta Sezzjoni A punt anqas mir rebbieħa Cospicua Unitas Bir riforma tal M F A fl istaġun 1938 39 tneħħiet għal kollox ir Raba Divizjoni u t timijiet ġew reorganizzati Attard United bħala Runners Up spiċċaw promossi għat Tieni Divizjoni u kontra timijiet b aktar esperjenza minnhom tħabtu ħafna biex zammew posthom Fl istaġun ta wara jiġifieri dak ta l 1939 40 reġgħu spiċċaw lejn qiegħ il klassifika finali izda salvaw mir relegazzjoni bi ftit meta temmew l istaġun qabel Sliema Rangers u Birkirkara St Helena Wieħed jista jgħid li fi tmiem dak l istaġun intemmet ukoll għal kollox il ħajja ta Attard United wara ħames staġuni membru tal Malta Football Association Dan għaliex wara li fil gwerra l futbol organizzat fil pajjiz waqaf għal kollox meta ntemmet il gwerra Attard United għebu totalment mix xena kalċistika Is snin ta qabel l 1974 Jidher li fis snin ta wara l gwerra z zgħazagħ ta Ħ Attard ftit li xejn kelhom ħajra li jkomplu fil futbol fejn ħallew ta qabilhom fl 1940 u għal xi zmien donnu li kollox kien wieqaf Izda lejn il bidu tal ħamsinijiet kien sar tentattiv ieħor biex il futbol fir raħal jerġa jibda jintlagħab F dak iz zmien dilettanti membri tal Kazin Eastern Star illum La Stella Levantina kienu waqqfu tim tal futbol u bdew jilgħabu logħbiet ta ħbiberija l aktar kontra timijiet tas servizzi Ingliz fil grawnd ta l Imtarfa Missieri kien wieħed mid diriġenti ta dan it tim u għadni niftakar sewwa li ta tifel zgħir mhux l ewwel darba li ħadni miegħu għal xi partita minn dawn Il bidu huwa dejjem u f kollox diffiċli aktar u aktar fis snin bikrin ta wara l gwerra tant li dan it tim biex jilgħabu ġieli sselfu l flokkijiet mill klabb ġar ta Ħal Lija Il Coach tat tim kien Giuzeppi Caruana u bħala Manager kien Giuzeppi Ellul u kwazi l players kollha fit tim kienu minn Ħ Attard ritratt ta dan it tim deher fil ħarġa tas Seraċina ta l 2008 Il ħajja ta dan it tim izda kienet pjuttost qasira għaliex fis snin ta wara kemm dawn iz zewġ diriġenti kif ukoll x uħud mill players u zgħazagħ oħra tar raħal emigraw lejn l Awstralia il Kanada eċċ u t tim sfaxxa Fis sena 1957 kien twaqqaf tim ieħor din id darba taħt l isem ta Attard S C Sports Club li aktar tard beda jissejjaħ Sports Centre Il fundatur ewlieni kien il ħabrieki Mannie Galea li kien jieħu ħsieb kollox fit tim Kien propju l Manager ta dan it tim Fl istaġun 1957 58 dan it tim kien ipparteċipa fl Amateur League tal Malta Football Association Attard S C lagħab l ewwel logħba kompetittiva tiegħu f din il kompetizzjoni fix Schreiber Sports Ground nhar il Ħadd 6 ta Ottubru 1957 kontra t tim Belti Rovers United u ħareġ rebbieħ 3 1 Niftakar sew din il partita għaliex kont attendejt għaliha ma missieri Il players minn Ħ Attard f din l ewwel logħba kienu Charles u Tony Galea Carmel Attard Ralph Bonello Vivien Micallef u ħija Edwin Fost il players l oħra kien hemm iz zgħazuġħ Eddie Theobald li wara kellu karriera twila u brillanti ma Hibernians u Malta Dan it tim li kien jilbes flokkijiet shorts u kalzetti kollha ħomor baqa jieħu sehem f din il kompetizzjoni għal xi tliet staġuni Fit 28 ta Frar 1960 Mannie Galea kien involut f inċident tat traffiku bil mutur u jumejn wara fl 1 ta Marzu kien tilef ħajtu It tim allura kien kwazi sfaxxa għax ma kellux min imexxieħ pero ftit tax xhur wara xi zgħazagħ saraċini ħassew li kellhom ikomplu fejn ħalla Mannie Galea u ddeċidew li jerġgħu jagħtu ħajja lit tim bil għan li fil ġejjieni fir raħal ikun hawn tim stabbilit Bil permess tal kumitat tal Kazin Eastern Star f Settembru 1960 kienet inzammet laqgħa fl istess kazin għal dan l iskop u fiha kien twaqqaf l ewwel kumitat It tlett uffiċjali ta dan il kumitat kienu President Eddie Attard Flores Segretarju Paul Grixti u Kaxxier Carmel Attard Immedjatament kienet saret talba lill kumitat tal Kazin Eastern Star biex Attard S C jagħmel uzu minn xi kamra fil kazin fejn ikunu jistgħu jbiddlu l players u jinzammu xi laqgħat Din it talba kienet ġiet milqugħa Fl ewwel staġun it tim kien lagħab biss xi partiti ta ħbiberija biex fl istaġun ta wara jiġifieri fl 1961 62 Attard S C kien ġie affiljat mall M A F A u kkompeta fit Tielet Divizjoni L ewwel logħba uffiċjali kienet dik li ntlagħbet f Ottubru 1961 kontra Little St George s ta Bormla fil grawnd ta St Andrews u ntemmet b rebħa ta 1 0 Dan it tim li aktar tard sab ruħu fit Tieni Divizjoni minħabba xi tibdil mill Assoċjazzjoni dam jipparteċipa regolarment fil M A F A sa l istaġun 1969 70 fejn minħabba nuqqas ta interess it tim spiċċa biex miet mewta naturali Fl istaġun 1971 72 xi zgħazagħ dilettanti tal futbol din id darba mill Kazin Santa Marija ħassew in nuqqas ta tim tal futbol fir raħal u ddeċidew li jwaqqfu tim huma taħt l isem ta Attard Five Pointed Stars It tim mill ewwel ikkompeta fit Tielet Divizjoni tal M A F A u propju fl ewwel staġun kompetettiv tiegħu rebaħ il promozzjoni meta għeleb lil Valletta Stars 1 0 f decider li ntlagħbet fil grawnd tal Marsa nhar is Sibt 1 t April 1972 Il ħajja qasira ta dan it tim kienet tassew kontroversjali għaliex filwaqt li fl ewwel staġun beda bir rebħ ta unur lejn nofs l istaġun 1973 74 it tim safa mkeċċi mill assoċċjazzjoni wara li xi partitarji tiegħu f logħba partikulari tilfu rashom u qalgħu xi ġlied ma dawk tat tim oppost tant li l logħba kella tiġi abbandunata u sussegwentament it tim ġie mneħħi mill M A F A It twaqqif ta Attard F C Bħal ma jgħid il Malti kull deni ħudu b ġid u hekk ġara fil kaz tat twaqqif ta Attard Football Club fl 1974 Propju kmieni f dik is sena l M F A kienet ħabbret li mill istaġun 1974 75 kienet ser terġa torganizza l kampjonat tar Raba Divizjoni Bid dizappunt tat tneħħija tal Attard F P S mill M A F A għadu frisk f moħħ id dilettanti kollha din l aħbar ittieħdet bl akbar serjeta għaliex beda jinħass li dan kien tassew ċans tajjeb biex fl aħħar H Attard ikun rrapprezentat fl għola assoċċjazzjoni tal pajjiz jiġifieri dik tal Malta Football Association Wara li l opinjoni tad dilettanti kienet favur din l opportunita ġdida li nqalgħet f Marzu ta l 1974 kienet inzammet laqgħa fil Kazin Santa Marija għal dawk kollha nteressati sew bħala players kif ukoll bħala amministraturi bil għan prinċipali li jitwaqqaf tim fuq sisien sodi bl eventwalita tad dħul fir Raba Divizjoni tal M F A Dawk prezenti qablu ma din l idea u minnufiħ ġie deċiz li t tim ikun jismu ATTARD FOOTBALL CLUB bl iskop li jkun jirrapprezenta aktar lir raħal kollu u tinqatgħa kull konnessjoni mall passat Fl istess laqgħa kien ġie maħtur l ewwel kumitat biex iħejji l ħtiġijiet neċessarji sabiex f qasir zmien ikun jista japplika għad dħul fir Raba Divizjoni Dan il kumitat kien kompost hekk President Anthony Bonnici Segretarju Norman Borg Kaxxier Joe Pisani Viċi President Anthony Borg Ass Segretarju Louis Pisani u Ass Kaxxier Salvu Muscat Bħala membri kienu inħatru Louis Mifsud Joseph Vella Martin Zammit Laurence Cortis u Alessio Zammit F Ġunju ta l 1974 Attard F C kien ġie aċċettat bħala wieħed mill membri ġodda fi ħdan il Malta F A biex jifforma parti mir Raba Divizjoni Intant l ewwel logħba uffiċjali tal klabb kienet intlagħbet il Ħadd 13 ta Ottubru 1974 kontra Fgura United tim ieħor ġdid fl M F A Il logħba kienet spiċċat fi draw ta 0 0 Il kowċ tat tim f dak l ewwel staġun kien Alessio Zammit u l kuluri tal kit kienu flokkijiet ħomor u suwed shorts suwed u kalzetti ħomor kif għadhom sa llum Dak l ewwel staġun fl M F A xejn ma kien wieħed feliċi u nkoraġġanti għaliex fi tmiem il kampjonat it tim kien spiċċa fl aħħar post tal klassifika finali Dan izda xejn ma qata qalb id diriġenti u għall istaġun ta wara ppreparaw ħafna aħjar filwaqt li saħħew lit tim b xi akkwisti ġodda Totalment kuntrarju għall ewwel staġun fl 1975 76 it tim kellu staġun verament tajjeb għaliex fil kampjonat kien spiċċa fit tieni post ta Sezzjoni B wara t tim promoss ta Sta Venera L Barra minn hekk kien wasal ukoll l ewwel unur għal klabb bir rebħ tan Knock Out tar Raba Divizjoni fejn Attard F C fil finali kienu rebħu lill istess Sta Venera L bl iskor ta 2 1 Fl ewwel round il klabb kien għeleb lil Ta Xbiex 3 2 fil kwarti tal finali lil San Gwann 5 4 bil penalties wara draw ta 1 1 u fis semi finali lill Mġarr Utd 3 0 F dak l istaġun il Coach tat tim kien l ex player tas Sliema W Joe Bonnici Sena wara jiġifieri fl 1976 77 il klabb rebaħ unur ieħor dak tar Reserve League tar Raba Divizjoni F dak l istess staġun il klabb ipparteċipa għall ewwel darba fil Minor League Under 18 Fl istaġun 1979 80 l M F A għamlet tibdiliet kbar f kull kategorija tal kompetizzjonijiet tagħha B rizultat ta dan tneħħiet ir Raba Divizjoni u t timijiet tħalltu ma dawk tat Tielet Divizjoni biex iffurmaw tliet sezzjonijiet Fl ewwel ftit staġuni wara din il bidla Attard F C dejjem zamm postu lejn nofs il klassifika izda fis snin ta wara il klabb għadda minn zmienijiet tassew diffiċli għaliex bejn 1984 u 1988 spiċċa dejjem fl aħħar post tal klassifika finali Dan kien wassal biex fl 1988 il kumitat ħa passi drastiċi billi neħħa xi players li kienu bdew jikbru fl eta u minn flokhom daħħal oħrajn zgħar b aktar ħeġġa u enerġija Is sħaba sewda bħal donna bdiet għaddejja minn fuq il klabb għaliex fl istaġun ta wara it tim beda jkun aktar kompetettiv inkisbu rizultati pozittivi u l futur beda jidher ferm aħjar Fl 1988 fuq suġġeriment tal Kappillan Dun Anton Portelli u bl inizjattiva tal President attwali Charlie Caruana ex player u ex coach tal klabb li għal xi zmien qabel kien diġa jittrejnja għadd ġmielu ta tfal twaqqfet il Youth Nursery tal klabb u ġiet affiljata mal Youth F A Fl ewwel istaġun 1988 89 il klabb ħa sehem fl Under 14 biss fejn inkisbu rizultati sodisfaċenti ħafna L istaġun ta wara 1989 90 inkoraġġit mill wirjiet u l interess fl Under 14 il klabb ipparteċipa wkoll fl Under 16 Fi tmien l istaġun l Under 14 ħadu sehem f Tournement f Acireale u spiċċaw fit tieni post F Settembru ta l 1991 il klabb kiteb paġna ġdida li kienet tant meħtieġa meta għall ewwel darba kellu d dar indipendenti tiegħu F dik is sena l klabb ħalla l Kazin Santa Marija li fih dejjem sab għajnuna kbira u koperazzjoni sħieħa u daħal f post ġdid mibni għal dak l iskop mill gvern fi Triq Ħal Warda Din kienet l ewwel darba li tim tal futbol f Ħ Attard kellu l post tiegħu għaliex fis snin ta qabel dejjem kien isir uzu miz zewġ soċjetajiet tar raħal La Stella Levantina jew Santa Marija Minkejja l għajnuna li dawn is soċjetajiet dejjem offrew in nuqqas ta kazin totalment indipendenti kien dejjem jinħass Bid dħul fil kazin il ġdid f Settembru ta 1991 donnu li r rota tal fortuna bdiet iddur bil mod lejn zmienijiet aħjar u ta suċċess Dan għaliex propju f dak l istess staġun jiġifieri 1991 92 sew l Under 16 kif ukoll l Under 14 tal klabb rebħu s sezzjonijiet rispettivi tagħhom b punti massimi u s sena ta wara l Under 16 reġgħu rebħu s sezzjoni tagħhom b disgħa rebħiet u draw izda fallew li jaslu sal finali ta l Inter Section Competition meta fis semi finali tilfu kontra Valletta F C 2 1 Fis sena 1993 l Under16 ħadu sehem f tournement barra minn xtutna fejn ipparteċipaw fil Vildbjerg Cup fid Danimarka u spiċċaw bħala Runners up F dak il perjodu numru ta tfal Under 16 u Under 14 minn Nursery tal klabb kienu ġew magħzula mill M F A biex jittrejnjaw fil kategoriji tagħhom f Ta Qali Xi wħud kienu anke rrapprezentaw lil Malta f kompetizzjonijiet internazzjonali Bejn l 1994 u l 1996 il klabb bi players li telgħu minn Nursery taħt il gwida ta Charlie Caruana rebħu għal tliet staġuni konsekuttivi s sezzjoni tal Youths Under 18 tal M F A F zewġ okkazjonijiet minnhom iz zgħazagħ tal klabb saħansitra waslu sal finali ta l Inter Section Competition Sfortunament f dawn iz zewġ finali Attard F C spiċċaw fuq in naħa telliefa Fl ewwel finali dik ta l istaġun 1993 94 ġewwa l Istadium Nazzjonali f Ta Qali il klabb iffaċċja lit tim prestiġġjuz ta Sliema Wanderers rebbieħa tas sezzjoni tal Premier u wara 120 minuta logħob ir rizultat baqa 1 1 Ġimgħa wara fir replay fuq ir ramel ta Pace Grasso iz zgħazagħ saraċini spiċċaw fuq in naħa telliefa 5 4 bil penalties wara 120 minuta oħra ta logħob mingħajr goals Fit tieni finali li waslet fl istaġun 1995 96 Attard F C lagħbu kontra l ġirien fil Premier Birkirkara Luxol fuq il ħaxix ta l Istadium Nazzjonali f Ta Qali Birkirkara kienu ħarġu rebbieħa bl iskor ta 5 3 wara l ħin barrani F dawn iz zewġ finali l prestazzjoni tal players zgħazagħ kienet veru tajba u minkejja li ma ntrebaħx l unur prinċipali kien jidher ċar li l klabb kien miexi fit triq it tajba u l futur deher inkoraġġanti ħafna Tasal il promozzjoni f għeluq il 25 Anniversarju tal Klabb Wara s suċċessi miksuba fil kategoriji z zgħar Under 18 Under 16 u Under 14 tliet snin wara t tim ewlieni jiġifieri dak tat Tielet Divizjoni issa kwazi kompost kollu kemm hu minn players zgħazagħ li telgħu min Nursery deher li seta jagħti sfida qawwija għar rebħ tal promozzjoni Wara li fl 1996 97 it tim spiċċa fit tielet post tal klassifika finali u fis sena ta wara 1997 98 fit tieni post wara t tim promoss ta Mġarr Utd wasal l istaġun 1998 99 li kien jaħbat għeluq il 25 sena mit twaqqif tal klabb Il Kumitat flimkien mal Coach Charlie Caruana ipprepara bis sħieħ għal l isfida prinċipali jiġifieri dik tar rebħ tal promozzjoni għat Tieni Divizjoni Xi players tal klabb li fl istaġun ta qabel kienu mislufin lil timijiet oħra f divizjonijiet ogħla rritornaw lura mall klabb u b hekk it tim kien issaħħaħ sewwa u deher lest għall isfida tal promozzjoni Matul l ewwel parti ta l istaġun it tim zamm il pass ma ta quddiem u fit tieni rawnd deher biċ ċar li l isfida għar rebħ ta Sezzjoni B kienet ser tkun bejn Attard F C u Luqa St Andrews Sa tliet logħbiet qabel tmien l istaġun id differenza bejn iz zewġ timijiet kienet ta tliet punti favur Attard F C Fil logħob li kien imiss Attard F C spiċċaw 1 1 ma Senglea Ath filwaqt li Luqa S A tilfu 1 0 ma Balzan Y Il Ħadd 18 t April 1999 waslet il logħba deċisiva għal Attard għaliex b rebħa kontra t tim ta l aħħar Msida S J kien ifisser li l klabb saraċin jagħmel ċert mill promozzjoni Fill fatt dik il logħba intrebħet kif kien mistenni minn Attard F C bl iskor ta 2 0 gowl f kull taqsima minn Richard Camilleri u Franco Degabriele biex tefgħu lill players coach kumitat u supporters f dillirju ta ferh bl akkwist ta l ewwel promozzjoni Kwazi xahar wara propju l Ħadd 16 ta Mejju 1999 il klabb lagħab l aħħar logħba tal kampjonat kontra l istess Luqa S A naturalment issa xi ftit demoralizzati u rebaħ 3 0 zewġ goals ta Chris Ciappara u ieħor ta Raymond Agius biex b hekk temm il kampjonat bħala rebbieħ ta Sezzjoni B mingħajr telfa disa rebħiet u tliet draws Għal din il logħba attendew numru sabiħ ta supporters akkumpanjati mill banda grazzi għall kumitat tas Soċjeta La Stella Levantina Wara l logħba l captain tal ġurnata Stefano Cremona ġie pprezentat bit tazza tar rebħ tas sezzjoni u lura r raħal il players coach u kumitat akkompanjati mill banda ġew milqugħa mill kumitati rispettivi fl erba kazini tal lokal fi trieqthom lejn il kazin fi Triq Ħal Warda Il Ħadd ta wara it 23 ta Mejju 1999 intlagħbet id decider għar rebħ tal kampjonat tat Tielet Divizjoni kontra l Melita rebbiħa ta Sezzjoni A Din kienet tassew decider denja ta isimha għaliex svolġiet f logħba sabieħa akkanita milgħuba fi spirtu sportiv u li fiha ġew skurjati xejn anqas minn sebgha gowlijiet Attard F C rebħu din id decider bl iskor ta 4 3 wara l ħin barrani biex spiċċaw l istaġun bħala Champions tat Tielet Divizjoni Ir rizultat fi tmiem id disgħin minuta kien ta 3 3 Il goals f din il logħba ġew skurjati minn Chris Ciappara tnejn 1 minn penalty Richard Camilleri u Chris Gauci B dawn iz zewġ goals Chris Ciappara kien spiċċa bħala top scorer tat Tielet Divizjoni b total ta 24 gowl filwaqt li l klabb kien temm l istaġun mingħajr ma ġie melgħub Wara l logħba il captain tat tim Ian Ruggier ġie pprezentat bit tazza ta Champions tat Tielet Divizjoni mill Viċi President ta l M F A is Sur Carmelo Bartolo Inċidentalment din kienet l aħħar logħba kompetittiva ta l M F A li ntlagħbet fuq l art iebsa ta Pace Grasso għaliex mill istaġun ta wara 1999 2000 il logħob tat Tieni u t Tielet Divizjoni beda jintlagħab fuq il ħaxix sintetiku tas Centenary Stadium f Ta Qali B kumbinazzjoni wkoll l ewwel logħba tat Tieni Divizjoni f dan l istadium ġdid kienet dik bejn Attard F C u Għaxaq li ntemmet fi draw ta 1 1 Din kienet propju l magħmudija tan nar għall klabb promoss ta Attard F C Nieqes mill esperjenza tat Tieni Divizjoni l klabb f dan l ewwel staġun tiegħu kellu jitħabgħat mhux ftit biex zamm postu f din id divizjoni aktar u aktar għaliex f dak l istaġun mit tlettax il tim li ffurmaw it Tieni Divizjoni tliet timijiet minflok is solitu tnejn kellhom jiġu relegati għat Tielet Divizjoni Finalment il klabb spiċċa l istaġun b total ta 14 il punt u fil raba pozizzjoni mill qiegħ tal klassifika biex b hekk zamm il post li denjatament kien rebaħ l istaġun ta qabel Fiz zewġ staġuni ta wara jiġifieri 2000 01 u 2001 02 it tim reġa tħabat biex izomm postu fit Tieni Divizjoni F dak ta l ewwel salva b 21 punt minn daqstant partiti filwaqt li s sena ta wara kellu jilgħab decider kontra Sta Venera L wara li z zewg timijiet spiċċaw l istaġun bi 22 punt kull wieħed Attard F C rebaħ din il logħba 1 0 li kkonfermat staġun ieħor fit Tieni Divizjoni L istaġun 2002 03 filwaqt li t tim tat Tieni Divizjoni spiċċa f nofs il klassifika bi 30 punt dak tal Under 18 rebaħ Sezzjoni C b 46 punt izda mbagħad tilef il finali tal Youth B Knock Out Competition 0 3 kontra l Melita Fis sentejn ta wara 2003 04 u 2004 05 Attard F C reġgħu zammew posthom fit Tieni Divizjoni meta spiċċaw f nofs il klassifika b 35 u 28 punt rispettivament Fl istaġun 2005 06 ġiet fi tmiemha din l ewwel avventura tal klabb fit Tieni Divizjoni meta spiċċa relegat għat Tielet Divizjoni b 19 il punt F dak l istess staġun it tim tal Under 14 spiċċa fit tieni post ta Sezzjoni C bi 42 punt kontra l 44 tat tim rebbieħ Kirkop Utd Lura fit Tielet Divizjoni wara sebgħa staġuni l klabb dam xi ftit biex irkupra mir relegazzjoni u wara li fl ewwel staġun 2006 07 spiċċa lejn nofs il klassifika s sena ta wara 2007 08 temm l istaġun fit tieni post ta Sezzjoni A bi 33 punt wara r rebbieħa Zebbug R 42 punt It tim kien irnexxielu jasal sal finali tal play offs izda tilef kontra t tim mit Tieni Divizjoni Mgarr Utd 1 0 wara li fl ewwel round kien għeleb lil Gzira Utd 4 3 bil penalties wara draw ta 0 0 Fl istess staġun it tim ta l Under 16 flimkien ma dak ta Pembroke Ath spiċċa fl ewwel post fil klassifika finali ta Sezzjoni C bi 52 punt kull wieħed izda mbagħad tilef id decider ma l istess tim 2 0 Sena wara jiġifieri 2008 09 kienu l Under 15 li rebħu Sezzjoni C2 tal Youth F A b 27 punt izda tilfu fil kwarti finali tan Knock Out 1 0 kontra Sliema W Fl istaġun 2009 10 kien imiss lit tim tal Under 17 li jirbaħ Sezzjoni C3 tal Youth F A bi 33 punt izda mbagħad ġie melgħub bl iskor ta 1 0 minn Valletta F C fis semi finali ta l Under 17 Knock Out wara li fil kwarti finali kien għeleb lil Lija Iklin 2 1 L istaġun 2010 11 kien pjuttost tajjeb għal Attard F C għaliex it tim ewlieni jiġifieri dak tat Tielet Divizjoni rega kiseb il promozzjoni għat Tieni Divizjoni wara li fil klassifika finali spiċċa fir raba post b 36 punt wara Siggiewi Sta Venera u Gudja F dik is sena l M F A għamlet xi tibdiliet fl istruttura tal kampjonati fosthom dawk tat Tieni u t Tielet Divizjoni u b rizultat ta dan sebgħa timijiet mit Tielet Divizjoni kellhom jiġu promossi It timijiet klassifikati fir raba post ta kull sezzjoni riedu jilgħabu Promotion Decider bejniethom u f din il logħba Attard F C rebaħ lit tim ta Pembroke Ath 4 0 biex reġgħa kiseb il promozzjoni għat Tieni Divizjoni wara nuqqas ta 5 snin Fl istess staġun l Under 19 Youths tal klabb rebħu Sezzjoni B b 37 punt u fil finali tal Youths B Knock Out għelbu lil Qormi F C 3 1 wara li fir rounds ta qabel kienu rebħu kontra Xgħajra T 4 1 Luqa S A w o Rabat A 4 2 u Marsaxlokk F C 1 0 Sfortunatament din it tieni avventura fit Tieni Divizjoni kienet waħda verament qasira għaliex fi tmiem l istaġun 2011 12 it tim rega sab ruħu relegat wara li spiċċa fit tielet post mill aħħar b total ta 25 punt zewġ punti taħt it tim ta qablu li zamm postu fit Tieni Divizjoni Mill ewwel deher li l klabb kien ser ikollu għadma iebsa fit Tieni Divizjoni u dan x aktarx minħabba l fatt li l promozzjoni mirbuħa kienet aktar rizultat tar riorganizzazjoni tal M F A milli għas saħħa tat tim meta wieħed iqis li f dik is sena l klabb kien spiċċa fir raba post minn 11 il tim fil klassifika finali ta Sezzjoni A b distakk ta għaxar punti mit tielet tim Kien ukoll is sebgħa u l aħħar tim promoss Fl istaġun li għadda jiġifieri 2013 14 il klabb f għeluq l 40 anniversarju mit twaqqif tiegħu kien għoddu reġa kiseb il promozzjoni għat Tieni Divizjoni Mill erbatax il tim fit Tielet Divizjoni erbgħa timijiet kellhom jiġu promossi Filwaqt li l ewwel zewġ klabbs Sirens u Swieqi U aċċertaw ruħhom mill promozzjoni xi ftit kmieni il ġlieda għaz zewġ postijiet l oħra baqgħet sat tmien bejn tliet timijiet fosthom Attard F C It tielet tim Għaxaq F C kiseb il promozzjoni fil logħba ta qabel l aħħar filwaqt li r rizultati ta l aħħar ġurnata tal kampjonat ħallew lil Attard F C u Xgħajra T fir raba pozizzjoni bi 48 punt kull wieħed u zewġ punti taħt Għaxaq F C Rizultat ta dan kienet meħtieġa decider biex jiġi deċiz ir raba tim promoss F din id decider li ntlagħbet nhar il Ġimgħa 2 ta Mejju 2014 it tim ta Xgħajra ħareġ rebbieħ fuq dak ta Attard F C bl iskor ta 3 0 biex aċċerta r raba post u l promozzjoni għat Tieni Divizjoni Ħoloq esterniFacebook SOCCERWAY SOFASCORE FLASHSCORE Transfermarkt Globalsportsarchive