Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Aung San Suu Kyi twieldet f fid 19 ta Ġunju 1945 hija politika Birmana mexxejja tal il partit politiku li waqqfet hi u l

Aung San Suu Kyi

  • Paġna Ewlenija
  • Aung San Suu Kyi
Aung San Suu Kyi
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Aung San Suu Kyi (twieldet f' fid-19 ta' Ġunju 1945) hija politika Birmana, mexxejja tal-, il-partit politiku li waqqfet hi u li rebaħ l-uniċi elezzjonijiet li saru fi kważi erbgħin sena ta' dittatura militari f'pajjiżha. Minn dak iż-żmien 'l hawn Aung San għamlet ħmistax-il sena arrestata f'darha u l-mexxejja l-oħrajn tal-partit tagħha ntefgħu l-ħabs. Dan iż-żmien kollu qattgħetu weħidha f'darha filwaqt li l-familja tagħha kienet tinsab l-Ingilterra. Inħelset biss nhar it-13 ta' Novembru 2010. F'Diċembru 2021 reġgħet intefgħet il-ħabs għal erba' snin li ġew miżjuda l-ewwel b'erba snin oħra f'Jannar 2022 u mbagħad b'ħames snin oħra f'April 2022 fuq akkużi ta' korruzzjoni. In-Nazzjonijiet Uniti u l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej u l-Istati Uniti kkundannaw l-arresti, il-proċedimenti tal-ġuri u s-sentenzi bħala motivati politikament.

Aung San Suu Kyi

Vuċi
1. Kunsillier Statali ta' Burma/Myanmar

6 April 2016 - 1 Frar 2021
← no value
Ministru għall-Edukazzjoni (Burma/Myanmar)

30 Marzu 2016 - 5 April 2016
Ministru għall-Affarijiet Barranin (Burma/Myanmar)

30 Marzu 2016 - 1 Frar 2021
← Wunna Maung Lwin (en) - Wunna Maung Lwin (en) →
Ministru tal-Uffiċċju tal-President

30 Marzu 2016 -
Ministru għall-Enerġija Elettrika (Burma/Myanmar)

30 Marzu 2016 - 5 April 2016
President


Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti ta' Burma/Myanmar

Ħajja
Twelid , 19 Ġunju 1945 (80 sena)
Nazzjonalità Myanmar/Burma
Residenza
New Delhi

Belt ta' New York
Londra

Myanmar/Burma

(en)
Grupp etniku (en)
L-ewwel lingwa
Familja
Missier
Omm
Konjuga/i (en)  (1 Jannar 1972 -  27 Marzu 1999)
Ulied
uri
  • (en)
    (en)
Aħwa
uri
  • (en)
Edukazzjoni
Alma mater Convent of Jesus and Mary (en)
Basic Education High School No. 1 Dagon (en)
University of Delhi (en)
Lady Shri Ram College for Women (en)
(1960 - 1964) : political science (en)
St Hugh's College (en)
(1964 - 1967) Ġuvni : Filosofija, Politika u Ekonomija
School of Oriental and African Studies, University of London (en)
(1987 - unknown value) : letteratura ta' Burma/Myanmar
Livell tal-edukazzjoni
Lingwi
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
kittieb
Parteċipant
  • Fourth World Conference on Women (en)
Impjegaturi Ġnus Magħquda
Xogħlijiet importanti (en)
Premjijiet
List
  •  (1991)


     (1990)
     (1992)
     (2011)
     (19 Settembru 2017)
     (Mejju 2012)
     : (mul)  (2000)
     (2005)
     (2002)

     (2011)
     (2013)

     (2008)
     (2007)
     (2013)
     (2016)

     (1993)
     (1995)
     (24 Mejju 1996)
     (1994)

     (2012)
     (1999)
Sħubija (en)
(mul)
(mul)
(mul)
(en)

Tfulija

Aung San Suu Kyi hija bint l-eroj tal-indipendenza tal-Birmanja, Aung Sang, meqjum mill-poplu u maqtul ftit wara li pajjiżu kiseb il-ħelsien fl-għomor ta' 32 sena meta hi kien għad għandha sentejn. F'missierha hija kellha mera ta' kuraġġ kbir. Meta ommha nħatret ambaxxatur tal-Birmanja fl-Indja, marret magħha u hemmhekk interessat ruħha fil-filosofija tan-non-vjolenza ta' Mahatma Gandhi.

Fl-Ingilterra

Mill-Indja, Aung San telgħet l-Ingilterra biex tistudja l-filosofija, il-politika u l-ekonomija fl-Università ta' Oxford. Hemm iltaqgħet ma' Michael Aris, studjuż tal-politika tad-dinja tal-Lvant, u fl-1972 iżżewġitu, issetiljaw f'Oxford fejn Michael kien jgħallem fl-Università u kellhom żewġt itfal, Alexander u Kim. Hi ngħatat għall-ħajja tal-familja u fl-istess ħin baqgħet tistudja. Iżda hi u Michael kienu diġà qablu li 'l quddiem għad tmur lura lejn il-Birmanja. Fl-ittri tagħha lil Michael, meta kienet mifruda minnu minħabba x-xogħol li kellha fi New York fis-Segretarjat tal-Ġnus Magħquda, Aung San tat xhieda tal-imħabba li għandha lejn art twelidha, kemm tħoss li x-xorti tagħha kienet marbuta max-xorti ta' pajjiżha, u kemm tħoss li hi tinsab imsejħa biex taqdi dmirha bħalma qdieh missierha

Lura fil-Birmanja

Kien fl-1988 meta Aung San irċeviet telefonata li tgħid li ommha tatha puplesija gravi. Minnufih ippakkjat u marret Rangoon, il-belt kapitali tal-Birmanja, li dak iż-żmien kienet maħkuma minn dimostrazzjonijiet u protesti kontra d-dittatura militari tal-ġeneral Ne Win. Waqt li kienet Rangoon ħafna dimostranti sfaw maqtula fit-triqat tal-belt. Quddiem nofs miljun dimostrant, quddiem ir-ritratt ta' missierha, Aung San stqarret li hi ma tistax tkun bint missierha u tibqa' bierda għal dak li kien qed jiġri.

Fi żmien ftit ġimgħat hi u sħabha waqqfu l-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija u Aung San intgħażlet bħala segretarju ġenerali li prattikament tfisser li saret mexxejja. Minn hawn bdiet ħajja ġdida għal Aung San, ħajja li firditha mill-familja tagħha, minn żewġha u wliedha, li baqgħu jgħixu fl-Ingilterra għax il-Birmanja ma kinitx toffri sigurtà lilhom, billi d-dittatura militari biddlet il-mexxejja tagħha imma żammet l-id tal-ħadid li biha dejjem imxiet mal-poplu. Aung San issagrifikat l-hena tagħha u l-ħajja komda li setgħet tgħix biex tagħti sehemha għall-ħelsien ta' pajjiżha mit-tirannija. Issagrifikat il-libertà tagħha b'solidarjetà mal-poplu biex issaħħaħ il-għajta tiegħu għal-libertà u għad-demokrazija.

Id-dittatura militari xtaqet teħles minnha imma l-prestiġju li tgawdi minħabba missierha żamm lill-ġenerali milli joqtluha jew jittorturawha. Xtaquha titlaq mill-pajjiż imma hi qagħdet attenta biex qatt ma jkollha għalfejn toħroġ mill-Birmanja, la minħabba l-familja u lanqas meta rebħet il-Premju Nobel, li mar iġibu żewġha u t-tfal. Tant tħobb lil art twelidha li kellha tiċċaħħad milli tara lil uliedha jitrabbew u milli tkun qrib żewġha Michael meta dan marad bil-kanċer u wasal biex miet bla ma setgħet tkun ħdejh. Il-ġenerali għall-ewwel bdew iħallu lil żewġha u lit-tfal jiġu jżuruha bit-tama li dawn iħajruha tħalli l-pajjiż biex tgħix magħhom fl-Ingilterra. Imma meta raw li kien għalxejn, anke dan il-faraġ neħħewlha, għax ma baqgħux jingħataw il-permess jiġu jżuruha. F'intervista li tat lil Alan Clements, Aung San stqarret l-għażliet tagħha: "Naturalment kont nixtieq li kieku kelli l-familja tiegħi madwari – speċjalment kont nixtieq inrabbi lil uliedi u narahom jikbru. Imma dik hija biss parti minn ħajti, art twelidi hija wkoll parti minn ħajti. Naf li jkollok tagħżel fil-ħajja u tissagrifika ċerti ħwejjeġ."

Ħelsien

F'Mejju 2002, Aung San inħelset mill-arrest u tgħidx kemm kien hemm ferħ u ċelebrazzjonijiet fil-pajjiż u anke fid-dinja. Imma ma tantx damet fil-libertà għax il-ħidma tagħha fil-pajjiż qanqlet ir-rabja tar-reġim u spiċċat biex ftit aktar minn sena wara reġgħet lura għall-arrest f'darha, wara li żammewha tliet xhur fil-ħabs. Aung San saret l-aktar priġunier tal-kuxjenza magħrufa fid-dinja. Kellhom jgħaddu disa' snin biex Aung San tinħeles għalkollox, wara ħafna pressjoni internazzjonali. Żewġha kien miet iżda binha Kim, seta' jmur jaraha wara li kien ilu ma jagħmel dan għaxar snin sħaħ. F'Diċembru 2011, il-Papa bagħat lill-Kardinal Renato Martino f'Burma biex jiltaqa' ma' Aung San Suu Kyi u miegħu bagħat ittra sabiħa ta' inkoraġġiment, li hi apprezzat ħafna.

Eletta fil-Parlament

Nhar l-1 ta' April 2012, Aung San kienet eletta fil-Parlament, u l-Partit tagħha rebaħ 43 mill-45 siġġu vakanti tal-Kamra l-Baxxa tal-Parlament. Iżda l-ġlieda tagħha għal-libertà għadha ma ntrebħitx għalkollox. It-triq għadha waħda twila iżda l-kisbiet li dil-mara kuraġġuża rnexxielha twettaq mingħajr vjolenza mhumiex kisbiet żgħar.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Aung San Suu Kyi
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Aung San Suu Kyi
  • Stqarrija għall-istampa fir-rebħ tal-Premju Nobel għall-Paċi fl-1991
Predeċessur
Partit ġdid
Kap tal-
1988–preżent

Suċċessur
Attwali

Predeċessur
Mikhail Gorbachev
Premju Nobel għall-Paċi
1991

Suċċessur

Referenzi

  1. ^ Paddock, Richard C. (27 April 2022). "Aung San Suu Kyi Found Guilty in Myanmar Ahead of Biden Summit". The New York Times. ISSN 0362-4331.
  2. ^ "Aung San Suu Kyi: Myanmar sentences ex-leader to jail for corruption" (bl-Ingliż). 2022-04-27. Miġbur 2022-09-02.
  3. ^ "Myanmar's junta condemned over guilty verdicts in Aung San Suu Kyi trial". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-12-06. Miġbur 2022-09-02.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 07 Lul, 2025 / 03:22

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Aung San Suu Kyi, X'inhi Aung San Suu Kyi? Xi tfisser Aung San Suu Kyi?

Aung San Suu Kyi twieldet f fid 19 ta Ġunju 1945 hija politika Birmana mexxejja tal il partit politiku li waqqfet hi u li rebaħ l uniċi elezzjonijiet li saru fi kwazi erbgħin sena ta dittatura militari f pajjizha Minn dak iz zmien l hawn Aung San għamlet ħmistax il sena arrestata f darha u l mexxejja l oħrajn tal partit tagħha ntefgħu l ħabs Dan iz zmien kollu qattgħetu weħidha f darha filwaqt li l familja tagħha kienet tinsab l Ingilterra Inħelset biss nhar it 13 ta Novembru 2010 F Diċembru 2021 reġgħet intefgħet il ħabs għal erba snin li ġew mizjuda l ewwel b erba snin oħra f Jannar 2022 u mbagħad b ħames snin oħra f April 2022 fuq akkuzi ta korruzzjoni In Nazzjonijiet Uniti u l biċċa l kbira tal pajjizi Ewropej u l Istati Uniti kkundannaw l arresti il proċedimenti tal ġuri u s sentenzi bħala motivati politikament Aung San Suu Kyi source source source Vuċi1 Kunsillier Statali ta Burma Myanmar 6 April 2016 1 Frar 2021 no value Ministru għall Edukazzjoni Burma Myanmar 30 Marzu 2016 5 April 2016 Ministru għall Affarijiet Barranin Burma Myanmar 30 Marzu 2016 1 Frar 2021 Wunna Maung Lwin en Wunna Maung Lwin en Ministru tal Uffiċċju tal President 30 Marzu 2016 Ministru għall Enerġija Elettrika Burma Myanmar 30 Marzu 2016 5 April 2016 President Membru tal Kamra tar Rapprezentanti ta Burma MyanmarĦajjaTwelid 19 Ġunju 1945 80 sena Nazzjonalita Myanmar BurmaResidenza New Delhi Belt ta New York Londra Myanmar Burma en Grupp etniku en L ewwel lingwaFamiljaMissierOmmKonjuga i en 1 Jannar 1972 27 Marzu 1999 Ulied uri en en Aħwa uri en EdukazzjoniAlma mater Convent of Jesus and Mary en Basic Education High School No 1 Dagon en University of Delhi en Lady Shri Ram College for Women en 1960 1964 political science en St Hugh s College en 1964 1967 Ġuvni Filosofija Politika u Ekonomija School of Oriental and African Studies University of London en 1987 unknown value letteratura ta Burma MyanmarLivell tal edukazzjoniLingwi InglizOkkupazzjoniOkkupazzjoni politiku kittiebParteċipant Fourth World Conference on Women en Impjegaturi Ġnus MagħqudaXogħlijiet importanti en Premjijiet List 1991 1990 1992 2011 19 Settembru 2017 Mejju 2012 mul 2000 2005 2002 2011 2013 2008 2007 2013 2016 1993 1995 24 Mejju 1996 1994 2012 1999 Sħubija en mul mul mul en TfulijaAung San Suu Kyi hija bint l eroj tal indipendenza tal Birmanja Aung Sang meqjum mill poplu u maqtul ftit wara li pajjizu kiseb il ħelsien fl għomor ta 32 sena meta hi kien għad għandha sentejn F missierha hija kellha mera ta kuraġġ kbir Meta ommha nħatret ambaxxatur tal Birmanja fl Indja marret magħha u hemmhekk interessat ruħha fil filosofija tan non vjolenza ta Mahatma Gandhi Fl IngilterraMill Indja Aung San telgħet l Ingilterra biex tistudja l filosofija il politika u l ekonomija fl Universita ta Oxford Hemm iltaqgħet ma Michael Aris studjuz tal politika tad dinja tal Lvant u fl 1972 izzewġitu issetiljaw f Oxford fejn Michael kien jgħallem fl Universita u kellhom zewġt itfal Alexander u Kim Hi ngħatat għall ħajja tal familja u fl istess ħin baqgħet tistudja Izda hi u Michael kienu diġa qablu li l quddiem għad tmur lura lejn il Birmanja Fl ittri tagħha lil Michael meta kienet mifruda minnu minħabba x xogħol li kellha fi New York fis Segretarjat tal Ġnus Magħquda Aung San tat xhieda tal imħabba li għandha lejn art twelidha kemm tħoss li x xorti tagħha kienet marbuta max xorti ta pajjizha u kemm tħoss li hi tinsab imsejħa biex taqdi dmirha bħalma qdieh missierhaLura fil BirmanjaAung San Suu Kyi 2011 Kien fl 1988 meta Aung San irċeviet telefonata li tgħid li ommha tatha puplesija gravi Minnufih ippakkjat u marret Rangoon il belt kapitali tal Birmanja li dak iz zmien kienet maħkuma minn dimostrazzjonijiet u protesti kontra d dittatura militari tal ġeneral Ne Win Waqt li kienet Rangoon ħafna dimostranti sfaw maqtula fit triqat tal belt Quddiem nofs miljun dimostrant quddiem ir ritratt ta missierha Aung San stqarret li hi ma tistax tkun bint missierha u tibqa bierda għal dak li kien qed jiġri Fi zmien ftit ġimgħat hi u sħabha waqqfu l Lega Nazzjonali għad Demokrazija u Aung San intgħazlet bħala segretarju ġenerali li prattikament tfisser li saret mexxejja Minn hawn bdiet ħajja ġdida għal Aung San ħajja li firditha mill familja tagħha minn zewġha u wliedha li baqgħu jgħixu fl Ingilterra għax il Birmanja ma kinitx toffri sigurta lilhom billi d dittatura militari biddlet il mexxejja tagħha imma zammet l id tal ħadid li biha dejjem imxiet mal poplu Aung San issagrifikat l hena tagħha u l ħajja komda li setgħet tgħix biex tagħti sehemha għall ħelsien ta pajjizha mit tirannija Issagrifikat il liberta tagħha b solidarjeta mal poplu biex issaħħaħ il għajta tiegħu għal liberta u għad demokrazija Id dittatura militari xtaqet teħles minnha imma l prestiġju li tgawdi minħabba missierha zamm lill ġenerali milli joqtluha jew jittorturawha Xtaquha titlaq mill pajjiz imma hi qagħdet attenta biex qatt ma jkollha għalfejn toħroġ mill Birmanja la minħabba l familja u lanqas meta rebħet il Premju Nobel li mar iġibu zewġha u t tfal Tant tħobb lil art twelidha li kellha tiċċaħħad milli tara lil uliedha jitrabbew u milli tkun qrib zewġha Michael meta dan marad bil kanċer u wasal biex miet bla ma setgħet tkun ħdejh Il ġenerali għall ewwel bdew iħallu lil zewġha u lit tfal jiġu jzuruha bit tama li dawn iħajruha tħalli l pajjiz biex tgħix magħhom fl Ingilterra Imma meta raw li kien għalxejn anke dan il faraġ neħħewlha għax ma baqgħux jingħataw il permess jiġu jzuruha F intervista li tat lil Alan Clements Aung San stqarret l għazliet tagħha Naturalment kont nixtieq li kieku kelli l familja tiegħi madwari speċjalment kont nixtieq inrabbi lil uliedi u narahom jikbru Imma dik hija biss parti minn ħajti art twelidi hija wkoll parti minn ħajti Naf li jkollok tagħzel fil ħajja u tissagrifika ċerti ħwejjeġ ĦelsienF Mejju 2002 Aung San inħelset mill arrest u tgħidx kemm kien hemm ferħ u ċelebrazzjonijiet fil pajjiz u anke fid dinja Imma ma tantx damet fil liberta għax il ħidma tagħha fil pajjiz qanqlet ir rabja tar reġim u spiċċat biex ftit aktar minn sena wara reġgħet lura għall arrest f darha wara li zammewha tliet xhur fil ħabs Aung San saret l aktar priġunier tal kuxjenza magħrufa fid dinja Kellhom jgħaddu disa snin biex Aung San tinħeles għalkollox wara ħafna pressjoni internazzjonali Zewġha kien miet izda binha Kim seta jmur jaraha wara li kien ilu ma jagħmel dan għaxar snin sħaħ F Diċembru 2011 il Papa bagħat lill Kardinal Renato Martino f Burma biex jiltaqa ma Aung San Suu Kyi u miegħu bagħat ittra sabiħa ta inkoraġġiment li hi apprezzat ħafna Eletta fil Parlament Nhar l 1 ta April 2012 Aung San kienet eletta fil Parlament u l Partit tagħha rebaħ 43 mill 45 siġġu vakanti tal Kamra l Baxxa tal Parlament Izda l ġlieda tagħha għal liberta għadha ma ntrebħitx għalkollox It triq għadha waħda twila izda l kisbiet li dil mara kuraġġuza rnexxielha twettaq mingħajr vjolenza mhumiex kisbiet zgħar Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Aung San Suu Kyi Fil Wikikwota hemm kollezzjoni ta kwotazzjonijiet li għandhom x jaqsmu ma Aung San Suu Kyi Stqarrija għall istampa fir rebħ tal Premju Nobel għall Paċi fl 1991 Predeċessur Partit ġdid Kap tal 1988 prezent Suċċessur Attwali Predeċessur Mikhail Gorbachev Premju Nobel għall Paċi 1991 SuċċessurReferenzi Paddock Richard C 27 April 2022 Aung San Suu Kyi Found Guilty in Myanmar Ahead of Biden Summit The New York Times ISSN 0362 4331 Aung San Suu Kyi Myanmar sentences ex leader to jail for corruption bl Ingliz 2022 04 27 Miġbur 2022 09 02 Myanmar s junta condemned over guilty verdicts in Aung San Suu Kyi trial the Guardian bl Ingliz 2021 12 06 Miġbur 2022 09 02

L-aħħar artikli
  • Lulju 10, 2025

    Aaron Farrugia

  • Lulju 15, 2025

    Aosta

  • Lulju 17, 2025

    André Rieu

  • Lulju 10, 2025

    Anuradhapura

  • Lulju 19, 2025

    Antoinette Miggiani

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq