Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa

Carmel Attard

  • Paġna Ewlenija
  • Carmel Attard
Carmel Attard
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Carmel Attard (Birkirkara, 20 ta' Novembru 1943 – 16 ta' Diċembru 1994) kien poeta Malti.

Carmel Attard
Ħajja
Twelid Birkirkara, 20 Novembru 1943
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt 16 Diċembru 1994
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb

Tfulija u Żgħożija

Kien it-tieni wild fost tlieta ta’ Emmanuel u Helen imwielda Sacco. Ħa l-edukazzjoni tiegħu l-ewwel għand is-sorijiet ta’ Triq Mnajjar f’Birkirkara, wara mar fl-Iskola Primarja tal-Gvern fl-istess raħal u spiċċa l-Liċeo tal-Ħamrun.

Huwa kien jattendi l-Mużew ta’ Ħal Balzan, għax dan kien aktar viċin id-dar fi Triq Brared mill-qasam tal-Mużew f’Birkirkara. Daħal soċju u għamel sakemm kellu 24 sena jgħallem id-duttrina.

Wara li spiċċa mill-iskola, kien għamel l-eżami u daħal skrivan mas-servizz ċivili. Kien ġie ppustjat taħt l-Electricity Board u kien assenjat jaqdi ħidmietu f’Birkirkara, r-Rabat, Tas-Sliema, fl-uffiċju prinċipali fil-Blata l-Bajda u finalment fil-Power Station fil-Marsa.

Poeta

Carmel kien iħobb ħafna l-kitba bil-Malti. Kiteb il-poeżija, iżda aktar minn hekk, għexha. L-uġigħ tal-qalb mhux biss kiteb dwaru, iżda ġarrbu wkoll. Kien jikteb il-poeżija mingħajr ma jgħid lil ħadd. Ommu kienet tinduna li qed jikteb mhux għax kien jgħidilha hu. Fil-qilla tiegħu kontra dak li mhux sewwa, kien isib fil-poeżija qawwa kbira.

Taħt qillet xemxieti imsawwab fuq ġbini l-ilma kiesaħ.
Jirtira d-deni lejn il-qurriegha,
u titqiba ta’ labr’ oħra forgenina
w minn ġo demmi tibda dieħla saħħa ġdida.

Iżda Carmel qatt ma qata’ qalbu. Dara d-dinja bil-metodi konformisti tagħha mingħajr qatt ma ħass lilu nnifsu parti minnha. Qatt ma ried ikun parti mill-qerda ta’ l-ambjent u l-inġustizzja fuq iż-żgħir. Maż-żmien dara li jekk tkun leali lejn il-Mulej li ħalqek u lejn is-sewwa, il-hajja taf tagħtik biss xewk.

Issa li l-piż indara fuq spallejja
u idejja ma jinstelħux bil-ġbid tal-ħabel oħxon.

Il-marda li żaret lil Carmel kien imtabba’ bi stigma li biha s-soċjetà taf tittimbra lill-imġarrbin tagħha. Għax il-bniedem ma jitħalliex jgħix kif jixtieq fis-sewwa, ma jitħalliex ifisser dak li ma jaqbilx miegħu f’dinja li nsejħulha ħielsa, ma jitħalliex jesprimi t-tqanqil ta’ ħajtu jekk mhux konformi ma’ dak solitu, u toffri biss soluzzjoni waħda, il-mediċina.

Li tgħix mitt viżjoni
li tmut kull mument f’illuzjoni
mhix ħaġa tal-pirmli.

Li tħossok ġa tinten bil-moffa
u mewt goffa
mhix ħaġa tal-pirmli.

Li tħoss moħħ jixpakka
ġo ġisem bħal kaxxa
mhix ħaġa tal-pirmli.

Maż-żmien, Carmel ħareġ żewġ kotba bl-isem ta’ Taħt Qillet ix-Xemx u Il-Lampara. Kien jikteb ukoll xi esejs li dehru fuq xi ġurnali lokali. Ħafna aktar xogħol tiegħu baqa’ mhux ippubblikat u kien behsiebu joħroġ aktar kotba.

Kien membru f’diversi għaqdiet letterarji u fost oħrajn kien membru fil-kumitat tal-Moviment Qawmien Letterarju. F’gazzetta Libjana kien deher artiklu dwar il-poeżija tiegħu u anke kellu xogħol tradott fir-Russu.

Ħajja Personali

Bħala karattru, Carmel kien bniedem fommu sieket u riservat. Ħafna drabi kien introvert, iżda fil-poeżija qatt ma beża’ jikteb dak li jħoss mingħajr ebda kantunieri. Kien raġel sensittiv ħafna u eccentriku bħal ħafna artisti oħrajn. Kien pacenzjuz u ġentili, iżda meta jara l-inġustizzja jisbel. Kien raġel li fejn jara min hu fil-bżonn, kien jgħin bla ma jaħsibha. Ġieli sab min abbuża mill-qalb tajba tiegħu ukoll.

Minbarra l-kitba, Carmel kien iħobb ukoll ix-xogħol fit-tafal. Bla dubju kien iħobb jaqra ħafna u kellu damma ta’ kotba dwar letteratura u storja. L-istorja ta’ Malta kien iħobbha wisq u fost oħrajn kellu anke ktieb illegat f’edizzjoni limitata dwar l-istorja tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ta’ ffirmat mill-awtur stess. Kien iħobb ipinġi wkoll. Ħafna drabi kien ipinġi bil-crayons jew bil-birò, b’tali mod li hu u għaddej f’xogħlu, ma seta’ qatt iħassar biex jikkoreġi. Ma kienx ipinġi fuq xi tila jew karta apposta, iżda fuq dak li kien isib, jiġih ħsieb u jittrasformah fuq l-ewwel karta li tiġi f’idu. Ftit drabi pinġa bil-kuluri taż-żejt ukoll.

Kien dilettant kbir tal-fotografija. Nefaq ħafna flus f’apparat iżda għan-negozju qatt ma kien tajjeb. Ħafna xogħol kien jagħmlu biex jagħmel xi pjaċir lil xi ħadd. Kien jixtri wkoll għamara antika minn xi rkant jew imur jimxi fil-kampanja jew iżur xi knejjes biex jammira l-arti fihom. Bħala mużika kien iħobb dik klassika u l-favorit tiegħu kien Giuseppe Verdi. Kellu kollezzjoni kbira ta’ diski u kien iħobb jisma’ wkoll id-diski popolari ta’ żmienu speċjalment ta’ The Beatles. Meta kien żgħir kien jitgħallem il-pjanu u l-vjolin għand il-magħruf Agostino Camilleri, kuġin ta’ ommu. Kien ammirautur u ħabib kbir ta’ Frans Baldacchino l-Budaj u ġieli kitiblu sunetti biex jgħannihom. Huwa kien involut ukoll fil-Banda Santa Marija ta’ Ħal Balzan. L-isport xejn ma kien għal qalbu.

Mewt

Ftit ġranet qabel ma miet, fl-24 ta’ Novembru 1994, kien attenda u ħa sehem f’kungress dwar l-ilsien Malti li kien organizzat mill-għaqda tal-Malti ta’ l-Università fil-lukanda Phoenicia. Hemmhekk kellu konversazzjoni ma’ Dr. Alfred Sant, kollega ta’ żmien il-Liċeo u kittieb ukoll. Carmel ħarbixlu xi linji fuq folja u tahielu. Dr. Sant kien wasslu lura Birkirkara u wara li Carmel miet xi tliet ġimghat wara, Sant kien iddedikalu l-kolonna regolari tiegħu f’It-Torċa li fiha kien ikkwota l-linji li kien kitiblu mingħajr l-aħħar tliet linji.

Carmel Attard miet nhar is-16 ta’ Diċembru 1994 fl-età ta’ 51 sena.

Meta mmut u siegħa wara t-tbissima tkun għadha mifruxa fuq il-ħemda ta’ wiċċi (għax nittama li mmut nitbissem) tersaqx lejja bin-niket fuq wiċċek, tersaqx lejja bid-dieqa ġo qalbek! Ma rridx li tmutli t-tbissima ta’ xofftejja għax narak imnikket għat-telfa ta’ ħabib ... siegħa wara mewti... għax imbagħad ikun intemm kollox tassew meta fil-jiem tan-niket ninsew kif nitbissmu u kif nilqgħu lil xulxin bil-ferħ ġo qlubna minkejja l-hemm li jkeffinna!

Sena wara li miet kienet ittellgħet wirja ta’ xogħlijiet tiegħu, mhux biss dawk miktuba, fl-Isptar Monte Carmeli u għaliha kienu attendew Dr. Lawrence Gonzi, dak iż-żmien Speaker u Dr. Sant, Kap ta’ l-Oppożizzjoni. Fiha kienu ġew murija espressjonijiet diversi kif Carmel kien joħroġ “biċċa mir-ruħ tas-subkonxju,” kif kien jgħid huwa stess.

Miegħu miet ġisem li bata ħafna tul ħajtu, iżda ħallielna ħsus qalbu kontra dinja inġusta. U meta teħodha kontra dak li hu stabbilit mill-bniedem miġnun wara l-flus u l-poter, il-bniedem stess iqisek bħala “mhux normali” u ssir vittma tas-soċjetà.

Il-hajja tal-bniedem mhix ħafifa. U meta tkun idealista, tbati ħafna quddiem soċjetà mitlufa fit-tlellix fieragħ u maħkuma mil-lupa tal-konsumizmu. Il-ħsieb li qiegħed teħodha kontra dinja sħiħa mimlija bnedmin li għalkemm jafu li qiegħed tgħid is-sewwa, xorta ma jridu jibdlu xejn għax hekk jaqblilhom, ikiddek u tinħakem minn stigma li ma taċċettakx fl-istess soċjetà. Il-hajja ta’ Carmel Attard kienet mimlija tbatija, u l-protesta ħiemda tiegħu ħariġha fil-poeżija.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 20 Lul, 2025 / 05:39

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Carmel Attard, X'inhi Carmel Attard? Xi tfisser Carmel Attard?

Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Carmel Attard Birkirkara 20 ta Novembru 1943 16 ta Diċembru 1994 kien poeta Malti Carmel AttardĦajjaTwelid Birkirkara 20 Novembru 1943Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt 16 Diċembru 1994Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittiebTfulija u ZgħozijaKien it tieni wild fost tlieta ta Emmanuel u Helen imwielda Sacco Ħa l edukazzjoni tiegħu l ewwel għand is sorijiet ta Triq Mnajjar f Birkirkara wara mar fl Iskola Primarja tal Gvern fl istess raħal u spiċċa l Liċeo tal Ħamrun Huwa kien jattendi l Muzew ta Ħal Balzan għax dan kien aktar viċin id dar fi Triq Brared mill qasam tal Muzew f Birkirkara Daħal soċju u għamel sakemm kellu 24 sena jgħallem id duttrina Wara li spiċċa mill iskola kien għamel l ezami u daħal skrivan mas servizz ċivili Kien ġie ppustjat taħt l Electricity Board u kien assenjat jaqdi ħidmietu f Birkirkara r Rabat Tas Sliema fl uffiċju prinċipali fil Blata l Bajda u finalment fil Power Station fil Marsa PoetaCarmel kien iħobb ħafna l kitba bil Malti Kiteb il poezija izda aktar minn hekk għexha L uġigħ tal qalb mhux biss kiteb dwaru izda ġarrbu wkoll Kien jikteb il poezija mingħajr ma jgħid lil ħadd Ommu kienet tinduna li qed jikteb mhux għax kien jgħidilha hu Fil qilla tiegħu kontra dak li mhux sewwa kien isib fil poezija qawwa kbira Taħt qillet xemxieti imsawwab fuq ġbini l ilma kiesaħ Jirtira d deni lejn il qurriegha u titqiba ta labr oħra forgenina w minn ġo demmi tibda dieħla saħħa ġdida Izda Carmel qatt ma qata qalbu Dara d dinja bil metodi konformisti tagħha mingħajr qatt ma ħass lilu nnifsu parti minnha Qatt ma ried ikun parti mill qerda ta l ambjent u l inġustizzja fuq iz zgħir Maz zmien dara li jekk tkun leali lejn il Mulej li ħalqek u lejn is sewwa il hajja taf tagħtik biss xewk Issa li l piz indara fuq spallejja u idejja ma jinstelħux bil ġbid tal ħabel oħxon Il marda li zaret lil Carmel kien imtabba bi stigma li biha s soċjeta taf tittimbra lill imġarrbin tagħha Għax il bniedem ma jitħalliex jgħix kif jixtieq fis sewwa ma jitħalliex ifisser dak li ma jaqbilx miegħu f dinja li nsejħulha ħielsa ma jitħalliex jesprimi t tqanqil ta ħajtu jekk mhux konformi ma dak solitu u toffri biss soluzzjoni waħda il mediċina Li tgħix mitt vizjoni li tmut kull mument f illuzjoni mhix ħaġa tal pirmli Li tħossok ġa tinten bil moffa u mewt goffa mhix ħaġa tal pirmli Li tħoss moħħ jixpakka ġo ġisem bħal kaxxa mhix ħaġa tal pirmli Maz zmien Carmel ħareġ zewġ kotba bl isem ta Taħt Qillet ix Xemx u Il Lampara Kien jikteb ukoll xi esejs li dehru fuq xi ġurnali lokali Ħafna aktar xogħol tiegħu baqa mhux ippubblikat u kien behsiebu joħroġ aktar kotba Kien membru f diversi għaqdiet letterarji u fost oħrajn kien membru fil kumitat tal Moviment Qawmien Letterarju F gazzetta Libjana kien deher artiklu dwar il poezija tiegħu u anke kellu xogħol tradott fir Russu Ħajja PersonaliBħala karattru Carmel kien bniedem fommu sieket u riservat Ħafna drabi kien introvert izda fil poezija qatt ma beza jikteb dak li jħoss mingħajr ebda kantunieri Kien raġel sensittiv ħafna u eccentriku bħal ħafna artisti oħrajn Kien pacenzjuz u ġentili izda meta jara l inġustizzja jisbel Kien raġel li fejn jara min hu fil bzonn kien jgħin bla ma jaħsibha Ġieli sab min abbuza mill qalb tajba tiegħu ukoll Minbarra l kitba Carmel kien iħobb ukoll ix xogħol fit tafal Bla dubju kien iħobb jaqra ħafna u kellu damma ta kotba dwar letteratura u storja L istorja ta Malta kien iħobbha wisq u fost oħrajn kellu anke ktieb illegat f edizzjoni limitata dwar l istorja tal Kon Katidral ta San Ġwann ta ffirmat mill awtur stess Kien iħobb ipinġi wkoll Ħafna drabi kien ipinġi bil crayons jew bil biro b tali mod li hu u għaddej f xogħlu ma seta qatt iħassar biex jikkoreġi Ma kienx ipinġi fuq xi tila jew karta apposta izda fuq dak li kien isib jiġih ħsieb u jittrasformah fuq l ewwel karta li tiġi f idu Ftit drabi pinġa bil kuluri taz zejt ukoll Kien dilettant kbir tal fotografija Nefaq ħafna flus f apparat izda għan negozju qatt ma kien tajjeb Ħafna xogħol kien jagħmlu biex jagħmel xi pjaċir lil xi ħadd Kien jixtri wkoll għamara antika minn xi rkant jew imur jimxi fil kampanja jew izur xi knejjes biex jammira l arti fihom Bħala muzika kien iħobb dik klassika u l favorit tiegħu kien Giuseppe Verdi Kellu kollezzjoni kbira ta diski u kien iħobb jisma wkoll id diski popolari ta zmienu speċjalment ta The Beatles Meta kien zgħir kien jitgħallem il pjanu u l vjolin għand il magħruf Agostino Camilleri kuġin ta ommu Kien ammirautur u ħabib kbir ta Frans Baldacchino l Budaj u ġieli kitiblu sunetti biex jgħannihom Huwa kien involut ukoll fil Banda Santa Marija ta Ħal Balzan L isport xejn ma kien għal qalbu MewtFtit ġranet qabel ma miet fl 24 ta Novembru 1994 kien attenda u ħa sehem f kungress dwar l ilsien Malti li kien organizzat mill għaqda tal Malti ta l Universita fil lukanda Phoenicia Hemmhekk kellu konversazzjoni ma Dr Alfred Sant kollega ta zmien il Liċeo u kittieb ukoll Carmel ħarbixlu xi linji fuq folja u tahielu Dr Sant kien wasslu lura Birkirkara u wara li Carmel miet xi tliet ġimghat wara Sant kien iddedikalu l kolonna regolari tiegħu f It Torċa li fiha kien ikkwota l linji li kien kitiblu mingħajr l aħħar tliet linji Carmel Attard miet nhar is 16 ta Diċembru 1994 fl eta ta 51 sena Meta mmut u siegħa wara t tbissima tkun għadha mifruxa fuq il ħemda ta wiċċi għax nittama li mmut nitbissem tersaqx lejja bin niket fuq wiċċek tersaqx lejja bid dieqa ġo qalbek Ma rridx li tmutli t tbissima ta xofftejja għax narak imnikket għat telfa ta ħabib siegħa wara mewti għax imbagħad ikun intemm kollox tassew meta fil jiem tan niket ninsew kif nitbissmu u kif nilqgħu lil xulxin bil ferħ ġo qlubna minkejja l hemm li jkeffinna Sena wara li miet kienet ittellgħet wirja ta xogħlijiet tiegħu mhux biss dawk miktuba fl Isptar Monte Carmeli u għaliha kienu attendew Dr Lawrence Gonzi dak iz zmien Speaker u Dr Sant Kap ta l Oppozizzjoni Fiha kienu ġew murija espressjonijiet diversi kif Carmel kien joħroġ biċċa mir ruħ tas subkonxju kif kien jgħid huwa stess Miegħu miet ġisem li bata ħafna tul ħajtu izda ħallielna ħsus qalbu kontra dinja inġusta U meta teħodha kontra dak li hu stabbilit mill bniedem miġnun wara l flus u l poter il bniedem stess iqisek bħala mhux normali u ssir vittma tas soċjeta Il hajja tal bniedem mhix ħafifa U meta tkun idealista tbati ħafna quddiem soċjeta mitlufa fit tlellix fieragħ u maħkuma mil lupa tal konsumizmu Il ħsieb li qiegħed teħodha kontra dinja sħiħa mimlija bnedmin li għalkemm jafu li qiegħed tgħid is sewwa xorta ma jridu jibdlu xejn għax hekk jaqblilhom ikiddek u tinħakem minn stigma li ma taċċettakx fl istess soċjeta Il hajja ta Carmel Attard kienet mimlija tbatija u l protesta ħiemda tiegħu ħariġha fil poezija

L-aħħar artikli
  • Lulju 18, 2025

    Alex Farrugia

  • Lulju 16, 2025

    Albi

  • Lulju 17, 2025

    Al-Iħlas

  • Lulju 11, 2025

    Agatha Christie

  • Lulju 20, 2025

    Afrodisja

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq