Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa
Charles Arrigo

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Charles Arrigo (Valletta, 6 ta’ April 1929 - 13 ta' Frar 2006) kien attur u xandar Malti. Kien l-ikbar fost seba’ aħwa; żewġ subien u ħamest ibniet.
Charles Arrigo | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 6 April 1929 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 13 Frar 2006 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | |
Il-Bidu tal-karriera
Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinija, meta Arrigo kien għadu l-Liċeo, kienu jippubblikaw gazzetta jisimha ‘Young Malta’ u hu kiteb poeżija jisimha ‘The Flag’ u ppubblikawhielu fiha. Ftit wara intalab imur jaqra din il-poeżija fuq ir-Rediffusion. Sadattant deher avviż li kien jgħid li riedu announcer mar-Rediffusion. Minn dawk kollha li applikaw, intagħżel hu u minn hemm bdiet il-karriera tiegħu li kellha ddum sittin sena.
Fit-2 ta’ Marzu 1947 huwa għamel l-ewwel xandira tiegħu fuq ir-Rediffusion. Effie Ciantar kien inkarigat mill-programmi. Il-vuċi distinta ta’ Charles ma damitx ma ġiet rikonoxxuta u meta Ciantar xtaq iżid programm ieħor bil-Malti, staqsieh kienx lest li jibda jagħmel programm ġdid bil-qari tar-rumanzi. Aċċetta u l-ewwel rumanz li qara kien ‘Raġel bil-Għaqal’ ta’ Ġużè Galea. Wara dan, qara mijiet ta’ rumanzi u baqa' jagħmel dan sal-aħħar nifs ta’ ħajtu.
Attur
Fl-1950, inħatar produttur tad-drama u tad-dokumentarji għar-Rediffusion. Fl-istess żmien huwa kien involut ukoll bħala attur mal-British Institute Players u mal-Atturi Theatre Group u għalhekk ma damx ma beda jieħu sehem fid-drammi li kien jipproduċi huwa stess u anki oħrajn.
Aktar tard, meta fetaħ it-televiżjoni Malti, huwa ħa sehem ukoll f’diversi teleserials, fosthom: fil-parti tal-kappillan f’‘Il-Gaġġa’, bħala qassis f’’Leli ta’ Ħaż-Żgħir’, bħala isqof f’‘Wirt’, bħala tabib f’‘Il-Madonna taċ-Ċoqqa’, u bħala Edward Sammut il-Kurunell f’‘Villa Sunset’. Kien ħa sehem fil-film klassiku ‘The Malta Story’.
Studju
Studja fil-Liċeo u fl-Università ta' Perugia.
Fl-1959, ir-Rediffusion iddeċidiet li tibgħat lill-produtturi Maltin l-Ingilterra sabiex dawn jitħarrġu b’mod aktar professjonali mal-BBC, fosthom Arrigo. Hemmhekk tħarreġ f’bosta oqsma fosthom dwar kif isir l-editing, kif jiġu prodotti r-radjudrammi u kif jużaw leħinhom aħjar.
Fl-1962, numru ta’ ħaddiema oħra, inkluż Arrigo, reġgħu ntbagħtu għand il-BBC, din id-darba sabiex jitħarrġu fis-sengħa relatata mat-televiżjoni minħabba li f’Malta kienu qed isiru l-preparamenti biex jinfetaħ l-istazzjon Malti – Malta Television Service. U eventwalment kien Charles stess li fetaħ l-istazzjon.
"Dan huwa l-Malta Television Service. Jiena Charles Arrigo qiegħed insellmilkom."
Fid-29 ta’ Settembru 1962, hu kien il-persuna magħżula biex tiftaħ għall-ewwel darba l-istazzjon televiżiv Malti:
“Dan huwa l-Malta Television Service. Jiena Charles Arrigo qiegħed insellmilkom f’isem il-kollegi kollha tiegħi tal-Malta Television Service, waqt li nawguralkom divertiment bil-programmi tal-lejla. Illum inħoss li qed niltaqa’ magħkom wiċċ imb’wiċċ u nixtieq li kienet ħaġa possibbli li nieħu b’id kull wieħed u waħda minnkom. Mill-lum ’il quddiem se tibdew tarawni ta’ spiss nippreżentalkom il-programmi u nwasslilkom l-aħbarijiet fi djarkom.”
Dan il-kliem tiegħu, flimkien mal-filmat ta’ dan l-avveniment saru sinonimi mal-qasam tax-xandir.
Karigi fix-Xandir
Fl-1971 Charles sar l-assistent kap tal-programmi tar-radju u tliet snin wara, hu laħaq bħala kap tad-drama u d-dokumentarji. Fl-1987 huwa ngħata r-responsabbiltà bħala deputat kap ta’ Xandir Malta u fl-1991 sar id-direttur eżekuttiv tal-board tal-Public Broadcasting Services u maniġer ta’ Television Malta.
Staqsini 20
Fost il-programmi li baqa’ magħruf għalihom Arrigo hemm il-programm ‘Staqsini 20’ li hu kien introduċa f’Malta wara li n-nies kienet drat tisimgħu jixxandar bl-Ingliż minn fuq il-General Overseas Service tal-BBC. L-ewwel programm kien ix-xandar għall-ħabta tal-1957 meta l-istudios kienu f’121 Triq Brittanja, l-Belt. F’Jannar 1958 imxew għall-istudios ta' Gwardamangia. Il-popolarità ta’ dan il-programm tant kibret li ġieli tellgħuh fit-Teatru Manoel. Il-programm ‘Staqsini 20’ kien ibbażat fuq għażla ta’ kliem partikolari li kienu jibagħtu n-nies mid-djar, u panel ta’ individwi kien jipprova jaqta’ dan il-kliem permezz ta’ mistoqsijiet li kienu jagħmlu. Meta l-kliem ma kienx jinqata’ mill-panel, dawk li jkunu ssuġġerewhom, kienu jirbħu lapes tal-fidda.
Kummentarji ta' avvenimenti nazzjonali
L-aktar aspett li Arrigo baqa’ magħruf għalih kien dak ta’ kummentatur f’bosta okkażjonijiet statali u kif ukoll reliġjużi. Infatti hu kien wieħed minn tal-ewwel li ħareġ bl-outside broadcasting. Fost id-diversi kummentarji tiegħu huwa għamel dak ta’ meta Malta saret Repubblika, iż-żjarat tal-Papa Ġwanni Pawlu II, u tar-Reġina Eliżabetta II f’Malta.
L-aħħar kummentarju li għamel kien tliet ġimgħat qabel miet u dan kien il-Pontifikal Solenni tal-Konsagrazzjoni Episkopali ta' Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex.
Unuri
Fl-1995, Charles Arrigo ngħata l-Midalja għall-Qadi Tar-Repubblika.
Mewt
Miet għall-għarrieda, waqt li kien qiegħed ix-xogħol – jaqra silta ta’ rumanz maqlub għall-Malti mill-kollega tiegħu Charles Abela Mizzi "Qalb ta' Omm" u jevalwa l-programmi li kellhom isiru. Il-Partit Nazzjonalista qal li mewtu ħalliet "vojt kbir fil-qasam tax-xandir" billi Arrigo kien segwit minn eluf ta' nies. Il-Mexxej Laburista u awtur Alfred Sant, li Arrigo kien qara wkoll ir-rumanzi tiegħu, esprima dieqa fit-telfa ta' "talent kbir" u pijunier fil-qasam tax-xandir.
Il-funeral tiegħu sar fil-15 ta' Frar, fil-Knisja Parrokjali tan-Naxxar fejn hu kien Ministru Straordinarju tat-Tqarbin. Attendew mijiet ta' nies fosthom il-President u l-Prim Ministru.
Arrigo serva wkoll ta' President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Charles Arrigo, X'inhi Charles Arrigo? Xi tfisser Charles Arrigo?
Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Charles Arrigo Valletta 6 ta April 1929 13 ta Frar 2006 kien attur u xandar Malti Kien l ikbar fost seba aħwa zewġ subien u ħamest ibniet Charles ArrigoĦajjaTwelid Valletta 6 April 1929Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt 13 Frar 2006Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoniIl Bidu tal karrieraFi zmien it Tieni Gwerra Dinija meta Arrigo kien għadu l Liċeo kienu jippubblikaw gazzetta jisimha Young Malta u hu kiteb poezija jisimha The Flag u ppubblikawhielu fiha Ftit wara intalab imur jaqra din il poezija fuq ir Rediffusion Sadattant deher avviz li kien jgħid li riedu announcer mar Rediffusion Minn dawk kollha li applikaw intagħzel hu u minn hemm bdiet il karriera tiegħu li kellha ddum sittin sena Fit 2 ta Marzu 1947 huwa għamel l ewwel xandira tiegħu fuq ir Rediffusion Effie Ciantar kien inkarigat mill programmi Il vuċi distinta ta Charles ma damitx ma ġiet rikonoxxuta u meta Ciantar xtaq izid prog ramm ieħor bil Malti staqsieh kienx lest li jibda jagħmel programm ġdid bil qari tar rumanzi Aċċetta u l ewwel rumanz li qara kien Raġel bil Għaqal ta Ġuze Galea Wara dan qara mijiet ta rumanzi u baqa jagħmel dan sal aħħar nifs ta ħajtu AtturFl 1950 inħatar produttur tad drama u tad dokumentarji għar Rediffusion Fl istess zmien huwa kien involut ukoll bħala attur mal British Institute Players u mal Atturi Theatre Group u għalhekk ma damx ma beda jieħu sehem fid drammi li kien jipproduċi huwa stess u anki oħrajn Aktar tard meta fetaħ it televizjoni Malti huwa ħa sehem ukoll f diversi teleserials fosthom fil parti tal kappillan f Il Gaġġa bħala qassis f Leli ta Ħaz Zgħir bħala isqof f Wirt bħala tabib f Il Madonna taċ Ċoqqa u bħala Edward Sammut il Kurunell f Villa Sunset Kien ħa sehem fil film klassiku The Malta Story StudjuStudja fil Liċeo u fl Universita ta Perugia Fl 1959 ir Rediffusion iddeċidiet li tibgħat lill produtturi Maltin l Ingilterra sabiex dawn jitħarrġu b mod aktar professjonali mal BBC fosthom Arrigo Hemmhekk tħarreġ f bosta oqsma fosthom dwar kif isir l editing kif jiġu prodotti r radjudrammi u kif juzaw leħinhom aħjar Fl 1962 numru ta ħaddiema oħra inkluz Arrigo reġgħu ntbagħtu għand il BBC din id darba sabiex jitħarrġu fis sengħa relatata mat televizjoni minħabba li f Malta kienu qed isiru l preparamenti biex jinfetaħ l istazzjon Malti Malta Television Service U eventwalment kien Charles stess li fetaħ l istazzjon Dan huwa l Malta Television Service Jiena Charles Arrigo qiegħed insellmilkom Fid 29 ta Settembru 1962 hu kien il persuna magħzula biex tiftaħ għall ewwel darba l istazzjon televiziv Malti Dan huwa l Malta Television Service Jiena Charles Arrigo qiegħed insellmilkom f isem il kollegi kollha tiegħi tal Malta Television Service waqt li nawguralkom divertiment bil programmi tal lejla Illum inħoss li qed niltaqa magħkom wiċċ imb wiċċ u nix tieq li kienet ħaġa possibbli li nieħu b id kull wieħed u waħda minnkom Mill lum il quddiem se tibdew tarawni ta spiss nipprezentalkom il programmi u nwasslilkom l aħbarijiet fi djarkom Dan il kliem tiegħu flimkien mal filmat ta dan l avveniment saru sinonimi mal qasam tax xandir Karigi fix XandirFl 1971 Charles sar l assistent kap tal programmi tar radju u tliet snin wara hu laħaq bħala kap tad drama u d dokumentarji Fl 1987 huwa ngħata r responsabbilta bħala deputat kap ta Xandir Malta u fl 1991 sar id direttur ezekuttiv tal board tal Public Broadcasting Services u maniġer ta Television Malta Staqsini 20Fost il programmi li baqa magħruf għalihom Arrigo hemm il programm Staqsini 20 li hu kien introduċa f Malta wara li n nies kienet drat tisimgħu jixxandar bl Ingliz minn fuq il General Overseas Service tal BBC L ewwel programm kien ix xandar għall ħabta tal 1957 meta l istudios kienu f 121 Triq Brittanja l Belt F Jannar 1958 imxew għall istudios ta Gwardamangia Il popolarita ta dan il programm tant kibret li ġieli tellgħuh fit Teatru Manoel Il programm Staqsini 20 kien ibbazat fuq għazla ta kliem partikolari li kienu jibagħtu n nies mid djar u panel ta individwi kien jipprova jaqta dan il kliem permezz ta mistoqsijiet li kienu jagħmlu Meta l kliem ma kienx jinqata mill panel dawk li jkunu ssuġġerewhom kienu jirbħu lapes tal fidda Kummentarji ta avvenimenti nazzjonaliL aktar aspett li Arrigo baqa magħruf għalih kien dak ta kummentatur f bosta okkazjonijiet statali u kif ukoll reliġjuzi Infatti hu kien wieħed minn tal ewwel li ħareġ bl outside broadcasting Fost id diversi kummentarji tiegħu huwa għamel dak ta meta Malta saret Repubblika iz zjarat tal Papa Ġwanni Pawlu II u tar Reġina Elizabetta II f Malta L aħħar kummentarju li għa mel kien tliet ġimgħat qabel miet u dan kien il Pontifikal Solenni tal Konsagrazzjoni Epis kopali ta Mons Mario Grech Isqof t Għawdex UnuriFl 1995 Charles Arrigo ngħata l Midalja għall Qadi Tar Repubblika MewtMiet għall għarrieda waqt li kien qiegħed ix xogħol jaqra silta ta rumanz maqlub għall Malti mill kollega tiegħu Charles Abela Mizzi Qalb ta Omm u jevalwa l programmi li kellhom isiru Il Partit Nazzjonalista qal li mewtu ħalliet vojt kbir fil qasam tax xandir billi Arrigo kien segwit minn eluf ta nies Il Mexxej Laburista u awtur Alfred Sant li Arrigo kien qara wkoll ir rumanzi tiegħu esprima dieqa fit telfa ta talent kbir u pijunier fil qasam tax xandir Il funeral tiegħu sar fil 15 ta Frar fil Knisja Parrokjali tan Naxxar fejn hu kien Ministru Straordinarju tat Tqarbin Attendew mijiet ta nies fosthom il President u l Prim Ministru Arrigo serva wkoll ta President tal Kunsill Nazzjonali tal Anzjani