Emanuel Vincent Emvin Cremona 27 ta Mejju 1919 29 ta Jannar 1987 kien artist u disinjatur ta bolol Malti Huwa meqjus bħa
Emvin Cremona

Emanuel Vincent "Emvin" Cremona (27 ta’ Mejju 1919 – 29 ta’ Jannar 1987) kien artist u disinjatur ta’ bolol Malti. Huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa artisti Maltin tas-seklu 20 Cremona huwa magħruf għall-biċċa l-kbira tal-bolol Maltin tal-Milieda mill-1957 sal-bidu tas-snin tmenin, kif ukoll edizzjonijiet oħra, inkluża l-ħarġa tal-bolol li tfakkar ta’ Malta mill-Gran Brittanja fl-1964. Studja fl-Iskola ta' l-Arti ta' Malta u fir- f'Ruma. Uħud mix-xogħlijiet tiegħu jinstabu fil-knejjes parrokkjali tal-Imsida u l-Ħamrun, is-Santwarju u l-Kappella tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa f’Ġinevra u l-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York fihom ukoll pitturi ta’ Cremona.
Emvin Cremona | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 27 Mejju 1919 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | Valletta, 29 Jannar 1987 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | |
Emanuel Vincent Cremona – ismu tqassar informalment għal Emvin mit-twelid – twieled il-Belt Valletta fis-27 ta’ Mejju 1919. Fl-1933, żar Ruma għall-ewwel darba u ż-żjara impressjonatu ferm. Sal-1936 attenda l-Iscuola Umberto I għall-edukazzjoni formali tiegħu. Aktar tard attenda l-Iskola tal-Arti, u sab ruħu fi klassi li kienet komposta minn , , , u . L-għalliema tagħhom kienu Edward Caruana Dingli u , it-tnejn ta’ temperament klassiku mħallat u Romantiku.
Ta’ età żgħira, Cremona kien jipparteċipa fil-wirjiet annwali tal- Malta Amateur Art Association. Fl-1937 ikkompeta għall-borża ta’ studju tal-Gvern, fejn ġie fit-tielet post wara Willie Apap u Anton Inglott. Minkejja dan l-intopp, fortunatament irnexxielu jsib biżżejjed għajnuna finanzjarja biex imur Ruma għal kors ta’ studji fir-Regia Accademia di Belle Arti taħt bejn l-1938 u l-1940. F’Ruma tqarreb sew fi ħbiberija profonda ma’ Anton Inglott. Iż-żewġ artisti żgħażagħ kienu għadhom Ruma eżatt qabel ma l-Italja daħlet fil-gwerra fl-1940, iżda reġgħu lura Malta flimkien fuq l-aħħar dgħajsa biex waslu lura pajjiżhom qabel beda t-taħbit fuq Malta.
Fl-1945 huwa rebaħ il-Agnes Schembri Bequest, li ppermettielu jmur Londra u Pariġi biex japprofondixxi l-istudji tiegħu fl-arti. Bejn l-1945 u l-1947 attenda klassijiet fls- u aktar tard attenda lezzjonijiet fl- ta' Pariġi taħt il-professur . Cremona reġa' lura Malta fl-1948.
Huwa kien fost l-artisti lirrappreżentaw lill-pajjiż fl-ewwel pavaljun Malti fil- fl-1958.
Cremona żżewweġ lil Lilian Gatt u kellu erbat itfal.
Ara ukoll
- Bolol u storja postali ta' Malta
Referenzi
- ^ "Celebrating the genius of Emvin Cremona". Times of Malta (bl-Ingliż). 2020-01-14. Miġbur 2023-10-23.
- ^ "Emvin Cremona: (1919 – 1987) pittur". schoolnet.gov.mt. Arkivjat minn l-oriġinal fl-3 June 2016.
- ^ Reljic, Teodor (14 September 2016). "The reduced masterpieces of Emvin Cremona". Malta Today. Arkivjat minn l-oriġinal fl-15 September 2016.
- ^ Agius, Joseph (30 April 2020). "The Maltese artist who broke glass". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2020-05-02.
- ^ Malta: Six Modern Artists. Malta University Services Ltd. 1991. pp. 73–76.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Emvin Cremona, X'inhi Emvin Cremona? Xi tfisser Emvin Cremona?
Emanuel Vincent Emvin Cremona 27 ta Mejju 1919 29 ta Jannar 1987 kien artist u disinjatur ta bolol Malti Huwa meqjus bħala wieħed mill aqwa artisti Maltin tas seklu 20 Cremona huwa magħruf għall biċċa l kbira tal bolol Maltin tal Milieda mill 1957 sal bidu tas snin tmenin kif ukoll edizzjonijiet oħra inkluza l ħarġa tal bolol li tfakkar ta Malta mill Gran Brittanja fl 1964 Studja fl Iskola ta l Arti ta Malta u fir f Ruma Uħud mix xogħlijiet tiegħu jinstabu fil knejjes parrokkjali tal Imsida u l Ħamrun is Santwarju u l Kappella tal Ajruport Internazzjonali ta Malta Il kwartieri ġenerali tal Organizzazzjoni Dinjija tas Saħħa f Ġinevra u l Kwartieri Ġenerali tan Nazzjonijiet Uniti fi New York fihom ukoll pitturi ta Cremona Emvin CremonaĦajjaTwelid Valletta 27 Mejju 1919Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt Valletta 29 Jannar 1987Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni Emanuel Vincent Cremona ismu tqassar informalment għal Emvin mit twelid twieled il Belt Valletta fis 27 ta Mejju 1919 Fl 1933 zar Ruma għall ewwel darba u z zjara impressjonatu ferm Sal 1936 attenda l Iscuola Umberto I għall edukazzjoni formali tiegħu Aktar tard attenda l Iskola tal Arti u sab ruħu fi klassi li kienet komposta minn u L għalliema tagħhom kienu Edward Caruana Dingli u it tnejn ta temperament klassiku mħallat u Romantiku Ta eta zgħira Cremona kien jipparteċipa fil wirjiet annwali tal Malta Amateur Art Association Fl 1937 ikkompeta għall borza ta studju tal Gvern fejn ġie fit tielet post wara Willie Apap u Anton Inglott Minkejja dan l intopp fortunatament irnexxielu jsib bizzejjed għajnuna finanzjarja biex imur Ruma għal kors ta studji fir Regia Accademia di Belle Arti taħt bejn l 1938 u l 1940 F Ruma tqarreb sew fi ħbiberija profonda ma Anton Inglott Iz zewġ artisti zgħazagħ kienu għadhom Ruma ezatt qabel ma l Italja daħlet fil gwerra fl 1940 izda reġgħu lura Malta flimkien fuq l aħħar dgħajsa biex waslu lura pajjizhom qabel beda t taħbit fuq Malta Fl 1945 huwa rebaħ il Agnes Schembri Bequest li ppermettielu jmur Londra u Pariġi biex japprofondixxi l istudji tiegħu fl arti Bejn l 1945 u l 1947 attenda klassijiet fls u aktar tard attenda lezzjonijiet fl ta Pariġi taħt il professur Cremona reġa lura Malta fl 1948 Huwa kien fost l artisti lirrapprezentaw lill pajjiz fl ewwel pavaljun Malti fil fl 1958 Cremona zzewweġ lil Lilian Gatt u kellu erbat itfal Ara ukollBolol u storja postali ta MaltaReferenzi Celebrating the genius of Emvin Cremona Times of Malta bl Ingliz 2020 01 14 Miġbur 2023 10 23 Emvin Cremona 1919 1987 pittur schoolnet gov mt Arkivjat minn l oriġinal fl 3 June 2016 Reljic Teodor 14 September 2016 The reduced masterpieces of Emvin Cremona Malta Today Arkivjat minn l oriġinal fl 15 September 2016 Agius Joseph 30 April 2020 The Maltese artist who broke glass Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2020 05 02 Malta Six Modern Artists Malta University Services Ltd 1991 pp 73 76