Ewġenju Borg Isla kien l ewwel Superjur Ġenerali tas Soċjetà tal MUSEUM u l ewwel wieħed li fetaħ l ewwel dar tal Museum
Ewġenju Borg

Ewġenju Borg (Isla, – , ) kien l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM, u l-ewwel wieħed li fetaħ l-ewwel dar tal-Museum barra mill-Ħamrun. Kien ukoll l-ewwel wieħed fis-Soċjetà tal-Museum li ta bidu għall-konferenzi reliġjużi lil dawk li mhumiex membri fis-Soċjetà.
Ewġenju Borg | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | L-Isla, 24 Lulju 1886 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta |
Mewt | 12 Marzu 1967 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni |
Bijografija
L-ewwel snin
Ta' ħames snin, il-familja tiegħu marret toqgħod il-Ħamrun. F'żgħożitu Ewġenju kien iħobb ħafna l-futbol u l-ħbieb. Kien il-kap ta' sħabu li kienu jiltaqgħu f'għalqa fejn il-knisja ta' San Gejtanu, jilgħabu, jiċċajtaw u jpejpu qishom ċumnija. Wara eżami li għadda minnu mat-tieni darba, daħal it- bħala mudellatur, sengħa li baqa' jżommha sakemm irtira, 40 sena wara.
Dixxiplu ta' Dun Ġorġ
Meta kellu xi dsatax-il sena iltaqa' għall-ewwel darba ma' Ġorġ Preca, li dik il-ħabta kien għadu qed jistudja għal qassis. Ewġenju kien qiegħed ma' sħabu ġo għalqa fejn kienu jiltaqgħu biex jilagħbu xi logħba futboll. Ġorġ waqaf jitkellem magħhom u talabhom sigarett. Il-Kjeriku Ġorġ poġġa bilqiegħda ħdejhom fuq ġebla u qagħad ikellimhom fuq it-tbatija ta' Ġesù Kristu. L-għada reġa' mar ikellimhom u għallimhom fuq Alla u baqa' jagħmel dan għal ħafna ġranet.
Però, kif jgħid l-istess Ewġenju: ‘Darba kif konna hemm, dar fuqi u qalli: Nhar il-Ħadd, int u jien immorru passiġġata flimkien, ġib biċċa ħobż... u xi ħaġa x'tixrob. U hekk għamilt; niftakar kont ħadt miegħi il-Bibbja bl-Ingliż billi ma kienx għad hawn bil-Malti. Morna l-istazzjon... dħalna ġo għalqa, u bilqiegħda fuq blata taħt siġra kont naqra mill-Bibbja u Dun Ġorġ joqgħod ifissirli. U din mhux darba għamilnieha. Konna ndumu siegħa u nofs, sagħtejn, u ġieli anki aktar, u mbagħad konna mmorru lura d-dar, u jiena kont nerġa' mmur insib lil sħabi.
Inqas minn sentejn wara l-ewwel laqgħa ta' Ewġenju Borg mal-Kjeriku Ġorġ Preca, Ġorġ sar qassis. Ġeġè, kif kien iħobb isejjaħlu l-istess Dun Ġorġ, beża' li kien se jitlef lil dan il-ħabib kbir għax fil-fehma tiegħu, billi issa kien sar qassis, Dun Ġorġ ma kienx sejjer ipoġġi fuq ġebla qalb l-għelieqi. Iżda Dun Ġorġ, li x-xewqa kbira tiegħu kienet li jixbaħ lil Ġesù, baqa' jiltaqa' magħhom.
Mhux talli hekk, talli fis-7 ta' Marzu 1907, Ġeġè‚ u sħabu krew dar b'żewġt ikmamar fejn bdew jiltaqgħu fiha kuljum wara x-xogħol u l-Ħadd filgħodu u wara nofsinhar. Meta Dun Ġorġ talab miż-żgħażagħ li ma jridx iżjed tipjip, ma kinitx faċli u b'mod speċjali għal Ewġenju li ġieli pejjep mitt sigarett f'ġurnata. Iżda Ewġenju‚ li kien jobdi lil Dun Ġorġ b'għajnejh magħluqa, mal-kliem ta' Dun Ġorġ, qabad il-pakkett tas-sigarett u ramieh dak il-ħin stess.
Ħaddiem tat-Tarzna
It-Tarzna, Ewġenju kien irrispettat ħafna u tant kien jaqdi dmiru bir-reqqa li wħud kienu jsejħulu "il-qaddis". Fil-ħin ta' nofsinhar, Ġeġè kien jirkeb il-lanċa u jmur jiekol f'restorant, il-Belt Valletta. Meta kien jidħol hemmhekk, l-irġiel kienu jwissu 'l xulxin biex iġibu ruħhom sew quddiemu u ma jidgħux. Ewġenju kien iħobb jitrakka f'xi ħanut żgħir tal-barklori. Wara li jkellem lill-barklori u n-nies tax-xatt mimlija tpinġija ma' ġisimhom u magħrufin bħala "injoranti", kien joqgħod ifissrilhom id-duttrina Nisranija u jgħallimhom jitolbu r-ruzarju.
Bniedem bħal Ewġenju Borg ma setax ma jħallix influwenza kbira fost sħabu l-ħaddiema. L-ispirtu tiegħu baqa' jinħass fil-ħanut ("il-ħanut tal-appostli") fejn kien jaħdem fit-tarzna għal ħafna snin wara li rtira mix-xogħol. Il-ħaddiema t'hemmhekk kienu jinħassu mill-mod ta' kif kienu jġibu ruħhom li ma kinux bħall-oħrajn. Ewġenju "kien ħabib ma' kulħadd, stmat ħafna mis-superjuri tiegħu u bniedem li jħobb is-skiet. Bil-ħidma bieżla tiegħu Ewġenju wera kif bniedem jista' jitqaddes ukoll permezz tax-xogħol."
L-ewwel Superjur Ġenerali
Dun Ġorġ għażel lil Ewġenju Borg bħala l-ewwel superjur ġenerali tas-Soċjetà Mużewmina, għażla li ġiet konfermata b'elezzjoni mis-soċi fl-1926. L-editt tal- jgħid li Ewġenju Borg kien l-aktar membru fidil ta' Dun Ġorġ, doċli u li kien josserva r-Regola. Kien bniedem ta' talb u devot kbir tal-. Minħabba f'hekk, hu kien miżmum bħala eżempju ħaj ta' kif għandu jkun membru tal-MUSEUM. Min-naħa tiegħu, Dun Ġorġ kien iqisu bħala dixxiplu fidil u, fl-assenza tiegħu, ġieli wkoll faħħar il-qdusija tiegħu.
Problemi ta' saħħa u l-mewt
Fl-1931, Ġeġè sar jaf li kien . Il-mewt t'ommu u missieru, li ġrat sena qabel, ħaffietlu t-triq għal din il-marda. Id-dijabete bdiet sa mill-bidu ddgħajjef lil Ewġenju minn saħħtu iżda minkejja dan hu baqa' sal-aħħar jaqdi dmiru lejn Alla, lejn il-MUSEUM u lejn ħutu l-bnedmin. Kien jipprova ma jħallix jum jgħaddi li ma jmurx jgħallem f'xi post jew ieħor. Kien konvint li bniedem bla tagħlim sod ma jistax iħobb lil Ġesù u jgħidlu "iva" b'qalbu kollha. Fl-1941 tah attakk gravi tal-marda u kulħadd ħaseb li se jmut iżda ftit wara għaddielu. Meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, Ewġenju u oħtu evakwaw flimkien ma' familja f'dar f'Ħal Balzan. Fl-1942 id-dar intlaqtet b'bomba, iġġarfet u qatlet lil oħtu Ġorġina. Ftit xhur wara mar jgħix mas-soċi interni ta' Ħaż-Żebbuġ.
Fl-1962 miet Dun Ġorġ. Ewġenju ddispjaċieh ferm u ma staħax juri minn barra l-biki tiegħu. Qabel ma miet huwa mar iżuru kemm-il darba u darba minnhom Dun Ġorġ qallu: "Ġeġè issa ħallina mill-biki" u filwaqt li resqu lejh, bierku u qallu: "Fik jiena nbierek is-Soċjetà kollha". Ewġenju Borg miet ħames snin wara, nhar it-12 ta' Marzu 1967, fl-età ta' 81 sena, f'kuritur tal-Isptar San Luqa, G'Mangia.
L-ewwel ma ndifen kien l-Addolorata iżda mbagħad il-fdalijiet tiegħu ttieħdu fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda.
Kawża ta' Beatifikazzjoni
Nhar it-12 ta’ Marzu 1997, l-Arċisqof ħareġ l-editt biex tinbeda l-Kawża għall-Beatifikazzjoni ta’ Ewġenju Borg.
"Id-Dinja għamilnieha tagħna"
Fis-16 ta' Marzu 2016 kien imniedi dokumentarju qasir imma ta' kwalità għolja, maħdum minn Roberto D'Amato, student tal-MCAST u membru tal-MUSEUM, fuq il-ħajja ta' Ewġenju Borg.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ewġenju Borg () |
- Ewġenju Borg fuq is-sit uffiċjali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija
- Diskors ta' Ewġenju Borg
- Dokumentarju fuq Ewġenju Borg
- Trailer tad-Dokumentarju fuq Ewġenju Borg
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ewġenju Borg, X'inhi Ewġenju Borg? Xi tfisser Ewġenju Borg?
Ewġenju Borg Isla kien l ewwel Superjur Ġenerali tas Soċjeta tal MUSEUM u l ewwel wieħed li fetaħ l ewwel dar tal Museum barra mill Ħamrun Kien ukoll l ewwel wieħed fis Soċjeta tal Museum li ta bidu għall konferenzi reliġjuzi lil dawk li mhumiex membri fis Soċjeta Ewġenju BorgĦajjaTwelid L Isla 24 Lulju 1886Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta MaltaMewt 12 Marzu 1967EdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniBijografijaL ewwel snin Ta ħames snin il familja tiegħu marret toqgħod il Ħamrun F zgħozitu Ewġenju kien iħobb ħafna l futbol u l ħbieb Kien il kap ta sħabu li kienu jiltaqgħu f għalqa fejn il knisja ta San Gejtanu jilgħabu jiċċajtaw u jpejpu qishom ċumnija Wara ezami li għadda minnu mat tieni darba daħal it bħala mudellatur sengħa li baqa jzommha sakemm irtira 40 sena wara Dixxiplu ta Dun Ġorġ Meta kellu xi dsatax il sena iltaqa għall ewwel darba ma Ġorġ Preca li dik il ħabta kien għadu qed jistudja għal qassis Ewġenju kien qiegħed ma sħabu ġo għalqa fejn kienu jiltaqgħu biex jilagħbu xi logħba futboll Ġorġ waqaf jitkellem magħhom u talabhom sigarett Il Kjeriku Ġorġ poġġa bilqiegħda ħdejhom fuq ġebla u qagħad ikellimhom fuq it tbatija ta Ġesu Kristu L għada reġa mar ikellimhom u għallimhom fuq Alla u baqa jagħmel dan għal ħafna ġranet Pero kif jgħid l istess Ewġenju Darba kif konna hemm dar fuqi u qalli Nhar il Ħadd int u jien immorru passiġġata flimkien ġib biċċa ħobz u xi ħaġa x tixrob U hekk għamilt niftakar kont ħadt miegħi il Bibbja bl Ingliz billi ma kienx għad hawn bil Malti Morna l istazzjon dħalna ġo għalqa u bilqiegħda fuq blata taħt siġra kont naqra mill Bibbja u Dun Ġorġ joqgħod ifissirli U din mhux darba għamilnieha Konna ndumu siegħa u nofs sagħtejn u ġieli anki aktar u mbagħad konna mmorru lura d dar u jiena kont nerġa mmur insib lil sħabi Inqas minn sentejn wara l ewwel laqgħa ta Ewġenju Borg mal Kjeriku Ġorġ Preca Ġorġ sar qassis Ġeġe kif kien iħobb isejjaħlu l istess Dun Ġorġ beza li kien se jitlef lil dan il ħabib kbir għax fil fehma tiegħu billi issa kien sar qassis Dun Ġorġ ma kienx sejjer ipoġġi fuq ġebla qalb l għelieqi Izda Dun Ġorġ li x xewqa kbira tiegħu kienet li jixbaħ lil Ġesu baqa jiltaqa magħhom Mhux talli hekk talli fis 7 ta Marzu 1907 Ġeġe u sħabu krew dar b zewġt ikmamar fejn bdew jiltaqgħu fiha kuljum wara x xogħol u l Ħadd filgħodu u wara nofsinhar Meta Dun Ġorġ talab miz zgħazagħ li ma jridx izjed tipjip ma kinitx faċli u b mod speċjali għal Ewġenju li ġieli pejjep mitt sigarett f ġurnata Izda Ewġenju li kien jobdi lil Dun Ġorġ b għajnejh magħluqa mal kliem ta Dun Ġorġ qabad il pakkett tas sigarett u ramieh dak il ħin stess Ħaddiem tat Tarzna It Tarzna Ewġenju kien irrispettat ħafna u tant kien jaqdi dmiru bir reqqa li wħud kienu jsejħulu il qaddis Fil ħin ta nofsinhar Ġeġe kien jirkeb il lanċa u jmur jiekol f restorant il Belt Valletta Meta kien jidħol hemmhekk l irġiel kienu jwissu l xulxin biex iġibu ruħhom sew quddiemu u ma jidgħux Ewġenju kien iħobb jitrakka f xi ħanut zgħir tal barklori Wara li jkellem lill barklori u n nies tax xatt mimlija tpinġija ma ġisimhom u magħrufin bħala injoranti kien joqgħod ifissrilhom id duttrina Nisranija u jgħallimhom jitolbu r ruzarju Bniedem bħal Ewġenju Borg ma setax ma jħallix influwenza kbira fost sħabu l ħaddiema L ispirtu tiegħu baqa jinħass fil ħanut il ħanut tal appostli fejn kien jaħdem fit tarzna għal ħafna snin wara li rtira mix xogħol Il ħaddiema t hemmhekk kienu jinħassu mill mod ta kif kienu jġibu ruħhom li ma kinux bħall oħrajn Ewġenju kien ħabib ma kulħadd stmat ħafna mis superjuri tiegħu u bniedem li jħobb is skiet Bil ħidma biezla tiegħu Ewġenju wera kif bniedem jista jitqaddes ukoll permezz tax xogħol L ewwel Superjur Ġenerali Dun Ġorġ għazel lil Ewġenju Borg bħala l ewwel superjur ġenerali tas Soċjeta Muzewmina għazla li ġiet konfermata b elezzjoni mis soċi fl 1926 L editt tal jgħid li Ewġenju Borg kien l aktar membru fidil ta Dun Ġorġ doċli u li kien josserva r Regola Kien bniedem ta talb u devot kbir tal Minħabba f hekk hu kien mizmum bħala ezempju ħaj ta kif għandu jkun membru tal MUSEUM Min naħa tiegħu Dun Ġorġ kien iqisu bħala dixxiplu fidil u fl assenza tiegħu ġieli wkoll faħħar il qdusija tiegħu Problemi ta saħħa u l mewt Fl 1931 Ġeġe sar jaf li kien Il mewt t ommu u missieru li ġrat sena qabel ħaffietlu t triq għal din il marda Id dijabete bdiet sa mill bidu ddgħajjef lil Ewġenju minn saħħtu izda minkejja dan hu baqa sal aħħar jaqdi dmiru lejn Alla lejn il MUSEUM u lejn ħutu l bnedmin Kien jipprova ma jħallix jum jgħaddi li ma jmurx jgħallem f xi post jew ieħor Kien konvint li bniedem bla tagħlim sod ma jistax iħobb lil Ġesu u jgħidlu iva b qalbu kollha Fl 1941 tah attakk gravi tal marda u kulħadd ħaseb li se jmut izda ftit wara għaddielu Meta faqqgħet it Tieni Gwerra Dinjija Ewġenju u oħtu evakwaw flimkien ma familja f dar f Ħal Balzan Fl 1942 id dar intlaqtet b bomba iġġarfet u qatlet lil oħtu Ġorġina Ftit xhur wara mar jgħix mas soċi interni ta Ħaz Zebbuġ Fl 1962 miet Dun Ġorġ Ewġenju ddispjaċieh ferm u ma staħax juri minn barra l biki tiegħu Qabel ma miet huwa mar izuru kemm il darba u darba minnhom Dun Ġorġ qallu Ġeġe issa ħallina mill biki u filwaqt li resqu lejh bierku u qallu Fik jiena nbierek is Soċjeta kollha Ewġenju Borg miet ħames snin wara nhar it 12 ta Marzu 1967 fl eta ta 81 sena f kuritur tal Isptar San Luqa G Mangia L ewwel ma ndifen kien l Addolorata izda mbagħad il fdalijiet tiegħu ttieħdu fil Kappella tal Midalja Mirakoluza fil Blata l Bajda Kawza ta BeatifikazzjoniNhar it 12 ta Marzu 1997 l Arċisqof ħareġ l editt biex tinbeda l Kawza għall Beatifikazzjoni ta Ewġenju Borg Id Dinja għamilnieha tagħna Fis 16 ta Marzu 2016 kien imniedi dokumentarju qasir imma ta kwalita għolja maħdum minn Roberto D Amato student tal MCAST u membru tal MUSEUM fuq il ħajja ta Ewġenju Borg Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Ewġenju Borg Ewġenju Borg fuq is sit uffiċjali tas Soċjeta tad Duttrina Nisranija Diskors ta Ewġenju Borg Dokumentarju fuq Ewġenju Borg Trailer tad Dokumentarju fuq Ewġenju Borg