Filfla hija gżejra ġeoloġikament fqira li tinsab xi ħames kilometri l bogħod mill kosta ta Malta u tinsab lejn in Nofsin
Filfla

Filfla hija gżejra ġeoloġikament fqira li tinsab xi ħames kilometri 'l bogħod mill-kosta ta' Malta, u tinsab lejn in-Nofsinhar estrem tal-arċipelagu Malti. Filfoletta hija gżira ferm iżgħar u tinsab xi 100 metru lejn il-Lbiċ ta' Filfla. Huwa maħsub li l-isem ta' din il-gżira hekk ċkejkna huwa derivat mill-kelma Għarbija "felfel" li tfisser tip ta' bżar.
Native label | Filfla |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Żurrieq |
Located in time zone | UTC+1 |
Post | Malta |
Located in or next to body of water | Baħar Mediterran |
Located in/on physical feature | Malta |
Koordinati | 35°47′18″N 14°24′38″E |
Avveniment sinifikanti | earthquake |
Ambjent
Il-gżira ta' Filfla tkopri erja ta' sitt ettari biss, u tista' tiġi deskritta bħala pjanura tal-franka mdawra minn irdumijiet li jlaħħqu mas-60 metru għoli. Hija gżira li qiegħda kontinwament tittiekel mill-elementi tan-natura. Tliet speċi ta' għasafar tal-baħar jgħixu fuq din il-gżejra u dawn huma: il-kangu tal-Ewropa (huwa stmat li hemm bejn il-ħamest elef u t-tmint elef par), iċ-ċiefa (xi mitejn par) u l-gawwija prima (xi 130 par). Il-gżira ġiet identifikata bħala żona importanti għall-għasafar mill-assoċjazzjoni internazzjonali Bird-Life, prinċipalment minħabba l-kolonja dominanti tal-kangu tal-Ewropa. Il-Podarcis filfolensis hija tip ta' gremxula li titla' mal-ħitan u l-bebbuxu tal-bibien (Lampedusa imitatrix gattoi) huma speċi endemiċi li jabitaw il-gżejra ta' Filfla. Il-kurrat kbir u salvaġġ jista' jikber sa żewġ metri għoli. L-aċċess għal Filfla huwa possibbli għal għanijiet edukattivi u xjentifiċi biss u l-viżitaturi jridu jiksbu l-permess speċjali mill-MEPA, l-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar f'Malta.
Storja
Fuq il-kosta Maltija, faċċata ta' Filfa, wieħed jista' jilmaħ is-siti arkeoloġiċi ta' Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, it-Torri tal-Ħamrija (wieħed mit-13-il torri tal-għassa li l-Gran Mastru Martin de Redin kien bena madwar ix-xtajtiet ta' Malta sabiex iservu ta' allarm kontra l-għadu) u l-mafkar ta' , wieħed mill-gvernaturi Brittaniċi ta' Malta, li kien midfun taħt il-baħar fil-fliegu ta' bejn Filfa u Malta.
L-uniku bini permanenti li kien jeżisti fuq din il-gżira ċkejkna kien il-kappella mibnija ġewwa għar fl-1343, li sfat meqruda flimkien mal-għarqa ta' parti mill-gżira stess permezz ta' terremot li laqat il-gżejjer Maltin fl-1856. Mappa ta' Malta li tmur lura għall-1798 turi li kien hemm forti, fanal u monasteru b'kappella fuq Filfla.
Matul il-ħakma Brittanika, il-forzi navali u tal-ajru tar-Renju Unit użaw l-gżira ta' Filfla bħala bersall ta' prattika. Dan l-użu waqaf fl-1971 u wieħed ġieli għadu jsib skrataċ użati fuq il-gżejra jew madwarha. Filfla saret rikonoxxuta bħala riżerva naturali għall-għasafar fl-1980. Il-liġi li stabbiliet lil Filfla bħala riżerva naturali daħlet fis-seħħ fl-1988; liġi essenzjali li elevat ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess u l-użu tat-territorju, inkluż il-projbizzjoni tas-sajd minn mil nawtiku 'l ġewwa madwar il-gżira sabiex jiġi assigurat l-għajxien tas-sajjieda għaliex seta' kien hemm xi materjal splussiv li kien għadu ma splodiex.
Filfla ġiet invokata f'tilwim territorjali dwar il-blata kontinentali bejn il-Libja u Malta. Il-każ ittella' quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fl-1985 u essenzjalment il-gżejra ġiet injorata mill-kalkoli.
Leġġendi
Il-ġrajja tal-ħolqien ta' Filfla hija marbuta mal-leġġendi dwar il-formazzjoni tal-Maqluba. Skont leġġenda jingħad li ż-żona fejn issa hemm il-Maqluba kienet abitata minn nies li kienu jgħixu b'tant libertinaġġ li ġar widdibhom li kienu qed jgħixu fid-dnub, iżda huma ma tawx kas. Għaldaqstant Alla xtaq jikkastiga lill-midinbin billi jibla' l-insedjament, u salva biss lill-ġar għaqli. Imbagħad jingħad li l-anġli waddbu framment tal-insedjament fil-baħar, u b'hekk inħolqot il-gżejra ta' Filfla.
Films
Filfla ntużat bħala "Scab Island" fil-film tal-1980, "Popeye".
Referenzi
- ^ Sciberras, Arnold u Jeffrey (2010). "Topography and Flora of the Satellite islets surrounding the Maltese Archipelago" (PDF).
- ^ a b Morana, Martin (2011). Bejn Kliem u Storja (bil-Malti). Malta: Books Distributors Limited. ISBN 978-99957-0137-6.
- ^ "BirdLife International - conserving the world's birds". web.archive.org. 2007-06-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-12-11. Miġbur 2021-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b ċ "WATCH: An island cemetery for bombs on which no one can set foot - TVM News". web.archive.org. 2016-01-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-01-08. Miġbur 2021-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Attard, Anton F (2012). "Il-Castrum Terre Gaudisii u l-Origini tal-Matrici tal-Assunta f'Ghawdex". Festa Santa Marija. Leone Philharmonic Society (9): 70–77.
- ^ "Filfla too had a chapel dedicated to Our Lady". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-28.
- ^ "'Napoleon' map gives a tantalising clue to the past". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-28.
- ^ Università ta' Malta. "Marine Protected Areas in the Maltese Islands" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-03-04. Miġbur 2021-08-28.
- ^ Hance D. Smith (1991). The Development of Integrated Sea Use Management. Taylor & Francis. p. 82. ISBN 978-0-415-03816-4.
- ^ "ICJ case" (PDF).
- ^ Vanhove, Martine (1993). Harrassowitz Verlag, Otto (ed.). La langue maltaise: études syntaxiques d'un dialecte arabe "périphérique". Geulogy (bil-Franċiż). pp. 477-533. ISBN 9783447033428.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Filfla (Filfla) |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Filfla, X'inhi Filfla? Xi tfisser Filfla?
Filfla hija gzejra ġeoloġikament fqira li tinsab xi ħames kilometri l bogħod mill kosta ta Malta u tinsab lejn in Nofsinhar estrem tal arċipelagu Malti Filfoletta hija gzira ferm izgħar u tinsab xi 100 metru lejn il Lbiċ ta Filfla Huwa maħsub li l isem ta din il gzira hekk ċkejkna huwa derivat mill kelma Għarbija felfel li tfisser tip ta bzar Filflagzira military training areaNative labelFilfla PajjizMalta Entita amministrattiva territorjali fejn tinstabZurrieq Located in time zoneUTC 1 PostMalta Located in or next to body of waterBaħar Mediterran Located in on physical featureMalta Koordinati35 47 18 N 14 24 38 E Avveniment sinifikantiearthquake AmbjentMappa ta Filfla Il gzira ta Filfla tkopri erja ta sitt ettari biss u tista tiġi deskritta bħala pjanura tal franka mdawra minn irdumijiet li jlaħħqu mas 60 metru għoli Hija gzira li qiegħda kontinwament tittiekel mill elementi tan natura Tliet speċi ta għasafar tal baħar jgħixu fuq din il gzejra u dawn huma il kangu tal Ewropa huwa stmat li hemm bejn il ħamest elef u t tmint elef par iċ ċiefa xi mitejn par u l gawwija prima xi 130 par Il gzira ġiet identifikata bħala zona importanti għall għasafar mill assoċjazzjoni internazzjonali Bird Life prinċipalment minħabba l kolonja dominanti tal kangu tal Ewropa Il Podarcis filfolensis hija tip ta gremxula li titla mal ħitan u l bebbuxu tal bibien Lampedusa imitatrix gattoi huma speċi endemiċi li jabitaw il gzejra ta Filfla Il kurrat kbir u salvaġġ jista jikber sa zewġ metri għoli L aċċess għal Filfla huwa possibbli għal għanijiet edukattivi u xjentifiċi biss u l vizitaturi jridu jiksbu l permess speċjali mill MEPA l Awtorita tal Ambjent u l Ippjanar f Malta StorjaFuq il kosta Maltija faċċata ta Filfa wieħed jista jilmaħ is siti arkeoloġiċi ta Ħaġar Qim u tal Imnajdra it Torri tal Ħamrija wieħed mit 13 il torri tal għassa li l Gran Mastru Martin de Redin kien bena madwar ix xtajtiet ta Malta sabiex iservu ta allarm kontra l għadu u l mafkar ta wieħed mill gvernaturi Brittaniċi ta Malta li kien midfun taħt il baħar fil fliegu ta bejn Filfa u Malta L uniku bini permanenti li kien jezisti fuq din il gzira ċkejkna kien il kappella mibnija ġewwa għar fl 1343 li sfat meqruda flimkien mal għarqa ta parti mill gzira stess permezz ta terremot li laqat il gzejjer Maltin fl 1856 Mappa ta Malta li tmur lura għall 1798 turi li kien hemm forti fanal u monasteru b kappella fuq Filfla Matul il ħakma Brittanika il forzi navali u tal ajru tar Renju Unit uzaw l gzira ta Filfla bħala bersall ta prattika Dan l uzu waqaf fl 1971 u wieħed ġieli għadu jsib skrataċ uzati fuq il gzejra jew madwarha Filfla saret rikonoxxuta bħala rizerva naturali għall għasafar fl 1980 Il liġi li stabbiliet lil Filfla bħala rizerva naturali daħlet fis seħħ fl 1988 liġi essenzjali li elevat ir restrizzjonijiet fuq l aċċess u l uzu tat territorju inkluz il projbizzjoni tas sajd minn mil nawtiku l ġewwa madwar il gzira sabiex jiġi assigurat l għajxien tas sajjieda għaliex seta kien hemm xi materjal splussiv li kien għadu ma splodiex Filfla ġiet invokata f tilwim territorjali dwar il blata kontinentali bejn il Libja u Malta Il kaz ittella quddiem il Qorti Internazzjonali tal Ġustizzja fl 1985 u essenzjalment il gzejra ġiet injorata mill kalkoli LeġġendiIl ġrajja tal ħolqien ta Filfla hija marbuta mal leġġendi dwar il formazzjoni tal Maqluba Skont leġġenda jingħad li z zona fejn issa hemm il Maqluba kienet abitata minn nies li kienu jgħixu b tant libertinaġġ li ġar widdibhom li kienu qed jgħixu fid dnub izda huma ma tawx kas Għaldaqstant Alla xtaq jikkastiga lill midinbin billi jibla l insedjament u salva biss lill ġar għaqli Imbagħad jingħad li l anġli waddbu framment tal insedjament fil baħar u b hekk inħolqot il gzejra ta Filfla FilmsFilfla ntuzat bħala Scab Island fil film tal 1980 Popeye Referenzi Sciberras Arnold u Jeffrey 2010 Topography and Flora of the Satellite islets surrounding the Maltese Archipelago PDF a b Morana Martin 2011 Bejn Kliem u Storja bil Malti Malta Books Distributors Limited ISBN 978 99957 0137 6 BirdLife International conserving the world s birds web archive org 2007 06 30 Arkivjat mill oriġinal fl 2023 12 11 Miġbur 2021 08 28 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link a b ċ WATCH An island cemetery for bombs on which no one can set foot TVM News web archive org 2016 01 08 Arkivjat mill oriġinal fl 2016 01 08 Miġbur 2021 08 28 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Attard Anton F 2012 Il Castrum Terre Gaudisii u l Origini tal Matrici tal Assunta f Ghawdex Festa Santa Marija Leone Philharmonic Society 9 70 77 Filfla too had a chapel dedicated to Our Lady Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 08 28 Napoleon map gives a tantalising clue to the past Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 08 28 Universita ta Malta Marine Protected Areas in the Maltese Islands PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2016 03 04 Miġbur 2021 08 28 Hance D Smith 1991 The Development of Integrated Sea Use Management Taylor amp Francis p 82 ISBN 978 0 415 03816 4 ICJ case PDF Vanhove Martine 1993 Harrassowitz Verlag Otto ed La langue maltaise etudes syntaxiques d un dialecte arabe peripherique Geulogy bil Franċiz pp 477 533 ISBN 9783447033428 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Filfla Filfla