Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa
Halloween

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Fl-Ingilterra u f’pajjiżi oħra, fil-lejl tal-31 ta’ Ottubru, tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Halloween jew kif inhi msejħa wkoll All Hallows’ Eve, jiġifieri lejlet il-Festa tal-Qaddisin kollha. Fi żmienna din il-festa hija okkażjoni biex it-tfal “request treats or threaten tricks” (jittallbu għall-ħelu, u jekk le jagħmlulek xi ċajta. Simbolu komuni ta’ Halloween hija l-jack-o'-lantern, qargħa ħamra mħaffra, b’forma ta’ wiċċ ikrah u b’xemgħa mwaħħla ġewwa.
Oriġini
Il-festa għandha oriġini Ċeltika. Fil-Gran Brittanja u l-Irlanda tal-qedem din il-festa kienet tfakkar it-tmiem tas-sajf u lejlet il-bidu ta’ sena ġdida. Kienu jinxtegħlu ħġejjeġ kbar fuq l-għoljiet biex ikeċċu l-ispirti ħżiena. Kienu jaħsbu li l-erwieħ tal-mejtin kienu jżuru djarhom mill-ġdid f’dan il-jum u għalhekk din il-festa ntrabtet ma’ iħirsa, sħaħar, qtates suwed, fairies, u kull xorta ta’ xjaten.
Dawk li emigraw lejn l-Istati Uniti, l-iktar Irlandiżi, daħħlu din il-festa hemmhekk ukoll u lejn tmiem is-seklu 19 saret popolari ħafna. Is-subien u l-ġuvintur kienu jaqilbu l-għerejjex u t-tined, ikissru l-ħġieġ tat-twieqi u jagħmlu ħsara fi propjeta. Iżda biż-żmien il-festa saret waħda tat-tfal żgħar u ma baqgħetx issir il-ħsara li kienet issir qabel.
UNICEF
Mill-1965, il-UNICEF, ippruvat iddaħħal drawwa ġdida fil-Halloween, dik li jsir ġbir ta’ flus għall-United Nations Children's Fund.
Ir-Reliġjon Kattolika
Il-Kardinal Carlo Maria Martini kien qal, “dawn it-tip ta’ festi ma jagħmlux parti mit-tradizzjoni tagħna, li għandha valuri kbar ħafna li jridu jgħaddu lil ta’ warajna: il-qima lejn il-mejtin tagħmel parti mill-istorja tagħna. Inżuru l-oqbra, inżejnuhom bil-fjuri, nitolbu għall-mejtin, u hekk nifhmu li l-ħajja tal-bniedem mhijiex biss f’din l-art.”
Fl-2005, il-Kummissjoni Djoċesana Okkult u Sataniżmu tal-Knisja f'Malta kienet ħarġet din l-istqarrija:
“ Il-Kummissjoni Djoċesana ntalbet tagħti l-parir tagħha minn diversi ġenituri u Youth Centres dwar jekk iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Halloween hijiex kompatibbli jew le ma’ min jixtieq jieħu bis-serjetà l-impenn tas-sejħa nisranija tiegħu. Filwaqt li l-Kummissjoni tagħraf li spiss hemm persuni żgħar u kbar li jiċċelebraw b’mod newtrali din il-festa biss biex ikollhom okkażjoni biex jorganizzaw ċelebrazzjoni jew party b’differenza li tkisser ir-rutina tal-ħajja ta’ kuljum, din l-istess Kummissjoni tinnota li:
- Il-festa hekk imsejħa ta’ ‘Halloween’ hija ta’ oriġini pagana u ssib l-għeruq tagħha fi twemmin mhux imdawwal mill-misteru ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, li bil-mewt u l-qawmien tiegħu fdiena u joffrilna ħajja ġdida, issa u anke wara li ngħaddu mill-passaġġ tal-mewt. Anke jekk hemm min iżomm li din hija biss ċelebrazzjoni antika tal-bidu tax-xitwa, ma’ din il-festa ntrabtu diversi tradizzjonijiet superstizzjużi u tradizzjonijiet oħra li għandhom x’jaqsmu aktar mad-dinja tal-ispiritiżmu u l-okkult fis-sens l-aktar wiesa’ tiegħu. Tradizzjonijiet li fil-fatt ma jaqblux ma’ dak li n-nisrani jemmen fid-dawl ta’ Ġesù Kristu.
- Għal din ir-raġuni, għal min jixtieq jieħu bis-serjetà s-sejħa nisranija tiegħu, il-Kummissjoni jidhrilha li ma jixraqx li gruppi kattoliċi jiċċelebraw din il-festa. Anke jekk dan jagħmluh b’mod superfiċjali u mingħajr l-ebda intenzjoni ħażina, xorta waħda l-istess ċelebrazzjoni ssir sinjal ta’ ftuħ lejn kultura neo-pagana u tlaqqim fil-kultura tal-okkult, komuni ħafna fi żminijietna.
- Ikun aktar jixraq li wieħed jifhem għaliex din iċ-ċelebrazzjoni mhijiex kompattibbli mat-twemmin nisrani u jivvaluta mill-ġdid il-wirt nisrani li fih tfakkarna kontinwament il-Knisja. Fl-1 ta’ Novembru in-nisrani huwa msejjaħ jiċċelebra l-festa tal-Qaddisin kollha, dawk li l-Papa Benedittu XVI, liż-żgħażagħ miġbura f’Cologne, sejħilhom “ir-rivoluzzjonarji veri tas-soċjetajiet tagħna”. L-għada, imbagħad, issir it-Tifkira tal-Fidili Mejtin kollha: permezz ta’ Kristu nitolbu għall-għeżież mejtin tagħna u aħna stess nirċievu l-ġid li jwassal it-talb tagħhom għalina. Żewġ tifkiriet li jfakkruna fl-għaqda tal-Knijsa tal-art ma’ dik tas-sema.
Ikun sabiħ jekk l-okkażjoni ta’ dawn il-jumejn tagħti lok biex wieħed jiċċelebra l-fidi tiegħu, u fuq l-eżempji tal-qaddisin, jifhem li għan-nisrani, il-ferħ veru jinsab f’relazzjoni ta’ ħbiberija vera u ħajja ma’ Kristu Gesù, il-Feddej tal-bniedem. ”
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Halloween, X'inhi Halloween? Xi tfisser Halloween?
Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Fl Ingilterra u f pajjizi oħra fil lejl tal 31 ta Ottubru tiġi ċċelebrata l festa ta Halloween jew kif inhi msejħa wkoll All Hallows Eve jiġifieri lejlet il Festa tal Qaddisin kollha Fi zmienna din il festa hija okkazjoni biex it tfal request treats or threaten tricks jittallbu għall ħelu u jekk le jagħmlulek xi ċajta Simbolu komuni ta Halloween hija l jack o lantern qargħa ħamra mħaffra b forma ta wiċċ ikrah u b xemgħa mwaħħla ġewwa OriġiniIl festa għandha oriġini Ċeltika Fil Gran Brittanja u l Irlanda tal qedem din il festa kienet tfakkar it tmiem tas sajf u lejlet il bidu ta sena ġdida Kienu jinxtegħlu ħġejjeġ kbar fuq l għoljiet biex ikeċċu l ispirti ħziena Kienu jaħsbu li l erwieħ tal mejtin kienu jzuru djarhom mill ġdid f dan il jum u għalhekk din il festa ntrabtet ma iħirsa sħaħar qtates suwed fairies u kull xorta ta xjaten Dawk li emigraw lejn l Istati Uniti l iktar Irlandizi daħħlu din il festa hemmhekk ukoll u lejn tmiem is seklu 19 saret popolari ħafna Is subien u l ġuvintur kienu jaqilbu l għerejjex u t tined ikissru l ħġieġ tat twieqi u jagħmlu ħsara fi propjeta Izda biz zmien il festa saret waħda tat tfal zgħar u ma baqgħetx issir il ħsara li kienet issir qabel UNICEFMill 1965 il UNICEF ippruvat iddaħħal drawwa ġdida fil Halloween dik li jsir ġbir ta flus għall United Nations Children s Fund Ir Reliġjon KattolikaIl Kardinal Carlo Maria Martini kien qal dawn it tip ta festi ma jagħmlux parti mit tradizzjoni tagħna li għandha valuri kbar ħafna li jridu jgħaddu lil ta warajna il qima lejn il mejtin tagħmel parti mill istorja tagħna Inzuru l oqbra inzejnuhom bil fjuri nitolbu għall mejtin u hekk nifhmu li l ħajja tal bniedem mhijiex biss f din l art Fl 2005 il Kummissjoni Djoċesana Okkult u Satanizmu tal Knisja f Malta kienet ħarġet din l istqarrija Il Kummissjoni Djoċesana ntalbet tagħti l parir tagħha minn diversi ġenituri u Youth Centres dwar jekk iċ ċelebrazzjoni tal festa tal Halloween hijiex kompatibbli jew le ma min jixtieq jieħu bis serjeta l impenn tas sejħa nisranija tiegħu Filwaqt li l Kummissjoni tagħraf li spiss hemm persuni zgħar u kbar li jiċċelebraw b mod newtrali din il festa biss biex ikollhom okkazjoni biex jorganizzaw ċelebrazzjoni jew party b differenza li tkisser ir rutina tal ħajja ta kuljum din l istess Kummissjoni tinnota li Il festa hekk imsejħa ta Halloween hija ta oriġini pagana u ssib l għeruq tagħha fi twemmin mhux imdawwal mill misteru ta Ġesu Kristu l Iben ta Alla magħmul bniedem li bil mewt u l qawmien tiegħu fdiena u joffrilna ħajja ġdida issa u anke wara li ngħaddu mill passaġġ tal mewt Anke jekk hemm min izomm li din hija biss ċelebrazzjoni antika tal bidu tax xitwa ma din il festa ntrabtu diversi tradizzjonijiet superstizzjuzi u tradizzjonijiet oħra li għandhom x jaqsmu aktar mad dinja tal ispiritizmu u l okkult fis sens l aktar wiesa tiegħu Tradizzjonijiet li fil fatt ma jaqblux ma dak li n nisrani jemmen fid dawl ta Ġesu Kristu Għal din ir raġuni għal min jixtieq jieħu bis serjeta s sejħa nisranija tiegħu il Kummissjoni jidhrilha li ma jixraqx li gruppi kattoliċi jiċċelebraw din il festa Anke jekk dan jagħmluh b mod superfiċjali u mingħajr l ebda intenzjoni ħazina xorta waħda l istess ċelebrazzjoni ssir sinjal ta ftuħ lejn kultura neo pagana u tlaqqim fil kultura tal okkult komuni ħafna fi zminijietna Ikun aktar jixraq li wieħed jifhem għaliex din iċ ċelebrazzjoni mhijiex kompattibbli mat twemmin nisrani u jivvaluta mill ġdid il wirt nisrani li fih tfakkarna kontinwament il Knisja Fl 1 ta Novembru in nisrani huwa msejjaħ jiċċelebra l festa tal Qaddisin kollha dawk li l Papa Benedittu XVI liz zgħazagħ miġbura f Cologne sejħilhom ir rivoluzzjonarji veri tas soċjetajiet tagħna L għada imbagħad issir it Tifkira tal Fidili Mejtin kollha permezz ta Kristu nitolbu għall għeziez mejtin tagħna u aħna stess nirċievu l ġid li jwassal it talb tagħhom għalina Zewġ tifkiriet li jfakkruna fl għaqda tal Knijsa tal art ma dik tas sema Ikun sabiħ jekk l okkazjoni ta dawn il jumejn tagħti lok biex wieħed jiċċelebra l fidi tiegħu u fuq l ezempji tal qaddisin jifhem li għan nisrani il ferħ veru jinsab f relazzjoni ta ħbiberija vera u ħajja ma Kristu Gesu il Feddej tal bniedem