Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L inkjesta Maġisterjali magħrufa bħala L Inkjesta Egrant kienet inkjesta mill Maġistrat Aaron Bugeja dwar jekk kienx hem

Inkjesta Egrant

  • Paġna Ewlenija
  • Inkjesta Egrant
Inkjesta Egrant
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-inkjesta Maġisterjali magħrufa bħala L-Inkjesta Egrant kienet inkjesta mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar jekk kienx hemm ishma fil-kumpanija Egrant li kienu tal-Prim Ministru Joseph Muscat, jew ta’ martu Michelle, jew ta’ xi membru tal-familja tagħhom. L-Inkjesta sabet li ma kienx hemm. Il-konklużjonijiet prinċipali tal-inkjesta ġew ippubblikati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali nhar it-22 ta' Lulju 2018.

L-inkjesta kienet intalbet mill-Prim Ministru stess fil-21 ta' April 2017 wara l-allegazzjonijiet li saru ġurnata qabel minn Daphne Caruana Galizia li kitbet li dokument f’safe fil-bank Pilatus juri li l-Egrant hi tas-Sinjura Muscat, u li kienu imtennija mill-Partit Nazzjonalista, li fihom implikaw li l-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat huma s-sidien tal-kumpanija Egrant li hija registrata fil-Panama.

Kontijiet fil-Pilatus

L-Inkjesta intalbet tara wkoll jekk il-Prim Ministru jew membri tal-familja tiegħu jew John Dalli, Keith Schembri u Konrad Mizzi għandhomx kontijiet bankarji fil-bank Pilatus u jekk xi ħadd minnhom kienx involut f’xi transazzjonijiet suspettużi jew f’atti ta’ korruzzjoni jew ħasil ta’ flus ma’ persuni mill-Azerbaijan bil-Bank Pilatus.

Il-Maġistrat Bugeja kkonkluda li kemm Keith Schembri kif ukoll John Dalli fil-fatt kellhom kontijiet bankarji fil-bank Pilatus. L-inkjesta kkonkludiet li l-Egrant ma kellhiex kont bankarju mal-bank Pilatus ghalkemm l-allegazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia kienet li din kellha kont tal-bank fil-UAE.

Dwar l-allegazzjonijiet ta' atti ta' korruzzjoni, il-Maġistrat Bugeja kkonkluda li ma nstabx li xi ħadd minn dawn il-persuni setgħu kienu involuti f’korruzzjoni, ħasil ta’ flus jew transazzjonijiet finanzjarji suspettati minn kontijiet ta’ Ażeri esposti politikament permezz ta’ kontijiet fil-Bank Pilatus. Din il-konklużjoni twieġeb għall-allegazzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia li aktar minn miljun dollaru ġew trasferiti f’salt minn kumpanija fl-Ażerbaijan għall-kumpanija Egrant.

L-Inkjesta kienet pero limitata biss ghal atti ta' korruzzjoni, ħasil ta’ flus jew transazzjonijiet finanzjarji suspettuzi ma Ażeri esposti politikament u dan permezz ta’ kontijiet fil-Bank Pilatus u għaldaqstant ma tkoprix kemm atti ma nies oħra kif ukoll atti tramite banek jew metodi oħrajn anke jekk ma nies mill-Ażerbaijan.

Ażerbajġan

Kif intqal, l-inkjesta stabbiliet li l-Prim Ministru u martu ma kinux involuti f’korruzzjoni jew f’ħasil ta’ flus b' dak il-mod u xejnet l-allegazzjoni li kien hemm miljun dollaru li ġew trasferiti mill-kont bankarju tal-familja Aliyev fl-Ażerbajġan għall-kont ta’ Egrant.

Falsifikazzjoni ta' Dokumenti

Dwar id-‘declarations of trust’, li kellhom ikunu l-prova prinċipali dwar min hu s-sid tal-Egrant, l-inkjesta tgħid li l-uniċi dokomenti tax-xorta kienu kopja ppreżentata lill-inkjesta minn Pierre Portelli. Il-Maġistrat Bugeja qal li dawn ġew analizzati darbtejn minn esperti ta’ kumpanija Ingliża li tagħmel analiżi forensika li stabbilew li l-firem fuqhom huma foloz u saru minn xi ħadd li s’issa għadu mhux magħruf.

Is-Safe u l-Bagalji

Mill-inkjesta ħareġ ukoll li fil-Bank Pilatus kien hemm ‘filing cabinet’, li fost xi impjegati tal-bank kien magħruf bħal safe, li kien jissakkar u li għal xi żmien probabbilment kien fil-kċina. Jingħad li la fis-safe u lanqas fi bnadi oħra ma nstabu ‘declarations of trust’ li kienu juru li l-ishma f’Egrant kienu miżmuma għas-Sinjura Muscat.

L-inkjesta stħarrġet fost oħrajn l-allegazzjoni li ċ-chairman tal-bank Pilatus, Ali Sadr Hashemi Nejad, inqabad ħiereġ mill-bank b’żewġ bagalji li fihom allegatament kien hemm dokumenti li ħa bil-moħbi u li ntqal kienu dwar l-allegazzjonijiet fuq l-Egrant. Fl-inkjesta, din l-allegazzjoni ma rriżultax li hi minnha b’filmati miġbura minn diversi kameras tas-sigurtà fil-bank u anki minn bnadi oħra.

Il-filmati juru lil Ali Sadr dieħel fil-bank bil-bagalji, minnhom ħareġ tablet, mobile, xi karti u stationery u qabel telaq reġa’ poġġa fihom l-istess oġġetti. Intqal li l-uniku karta żejda kienet waħda li ngħata minn uffiċċjal tal-bank u li ftit jidher li ta kasha. L-inkjesta jidher li ma ħarsitx lejn it-tablet u x'kienu dawk il-karti li daħlu u ħargu maċ-Chairman.

L-inkjesta stabbiliet ukoll li Ali Sadr ma kienx fuq it-titjira f’dak il-lejl għall-Ażerbaijan operata mill-kumpanija Vista Jet. Il-bdot xehed li abbord ma kienx hemm passiġġieri jew merkanzija, ħlief l-ekwipaġġ u l-affarijiet personali tagħhom.

Nexia BT

Kif intqal, Mill-inkjesta joħroġ li fost il-klijenti tal-bank Pilatus kien hemm Keith Schembri u John Dalli. L-inkjesta stabbiliet li x-xogħol relatat mat-twaqqif tal-kumpanija Egrant sar minn Karl Cini u li Nexia BT waqfet diversi kumpaniji fil-Panama u fil-British Virgin Islands. Stabbiliet ukoll li Brian Tonna talab li l-Egrant tiġi xolta u dan seħħ qabel il-publikazzjoni tal-allegazzjonijiet minn Daphne Caruana Galizia.

L-Inkjesta stabbiliet ukoll li Nexia BT kienu l-corporate services providers tal-bank Pilatus.

Xhieda ma jaqblux

B’477 xhud, il-Maġistrat Bugeja sema' fost l-oħrajn ix-xhieda ta’ Daphne Caruana Galizia, ta’ Maria Efimova u ta’ Pierre Portelli. Jingħad li hu sab verżjonijiet kuntrastanti kemm bejniethom kif ukoll mal-bqija tal-provi. Fost oħrajn, kemm Daphne Caruana Galizia u Maria Efimova qalu lil Pierre Portelli li huma urew lill-Maġistrat ‘declarations of trust’. Mill-inkjesta rriżulta li dan ma kienx minnu.

Publikazzjoni

L-Avukat Ġenerali qal li qed jippubblika biss il-konklużjonijiet tal-inkjesta u l-kummenti tal-għeluq biex jiġi limitat l-indħil fir-riżervatezza ta’ terzi li jissemmew inċidentalment f’partijiet oħra tar-rapport u biex jiġu mħarsa investigazzjonijiet oħra relatati. L-Avukat Ġenerali ddikkjara wkoll li laqa’ talba li saritlu mill-Prim Ministru, biex bħala l-persuna li talab li ssir l-inkjesta, ikollu kopja tar-rapport.

Reazzjonijiet

Prim Ministru

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 filgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-preżenza tal-grupp Parlamentari Laburista,qal li r-rapport tal-inkjesta tal-Maġistrat Bugeja jikkonferma dik li sejjaħ il-kalunja li għamel fil-konfront tiegħu l-ex kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Il-Prim Ministru qal li issa Dr Busuttil ma jistax jibqa’ jirrappreżenta lill-poplu fil-Parlament u għandu jirriżenja.

Muscat qal li l-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja tagħti prova ċara u indipendenti li ma kinux minnhom l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu, ta’ martu Michelle jew nies qrib tagħhom. Qal li ma nstabet l-ebda evidenza li l-kumpanija Egrant hi tiegħu, ta’ martu jew ta’ xi ħadd qrib tiegħu.

Muscat qal li l-akbar gidba fl-istorja politika ta’ Malta, mhux biss hija konfermata imma ċertifikata minn inkjesta ta’ membru tal-ġudikatura li ma ntgħażilx minnu u li ħa ħmistax-il xahar biex stabbilixxa l-fatti sal-iċken dettall. Osserva li mill-inkjesta ħareġ li ġew iffalsifikati dokumenti u firem biex jinġiebu bħala evidenza kontrih u kontra martu. Qal li dan hu reat kriminali.

Muscat qal “id-declarations of trust, il-karti li kellhom ikunu l-prova prinċipali li l-kumpanija Egrant hija ta’ marti jew tiegħi nstab li kienu foloz. Xi ħadd iffalsifikahom. Dan għalhekk kien attentat ċar u elaborat ta’ frame up fil-konfront tiegħi bħala Prim Ministru u fil-konfront tiegħi personali u tal-familja tiegħi.”

Il-Prim Ministru qal li dan il-frame-up sar minn min ried li hu u martu jittellgħu l-Qorti u jiffaċċjaw akkużi li setgħu wasslu għal tnax-il sena ħabs. Muscat akkuża lill-ex kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li hu kaġun ta’ attentat ta’ kriżi politika li pperikolat kull familja f’Malta. Qal li għalhekk jistenna li jerfa’ r-responsabbilità politika u jirriżenja minn kull kariga li jokkupa f’Malta u barra.

Qal li Busuttil messu vverifika l-fatti qabel ma niżżel in-nies fit-toroq biex jipprova jiddistabilizza l-pajjiż għall-gwadann personali. “Dr Simon Busuttil mhux biss hu politiku fallut imma wkoll ismu se jibqa’ mniżżel fl-istorja mhux bħala paladin tas-sewwa kif jipprova jpinġi lilu nnifsu iżda bħala parti mill-akbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna” kompla jgħid Muscat.

Il-Prim Ministru fakkar lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li llum ir-responsabilità hija tiegħu u għandu jibda billi jneħħi lil Busuttil minn kelliem għal governanza tajba u li jekk Simon Busuttil ma jirriżenjax mill-Parlament minn jeddu, għandu jitolbu jirriżenja.

Muscat wera dispjaċir li martu ma setgħetx tkun preżenti miegħu minħabba li tinsab imsiefra fuq xogħol b’rabta mal-volontarjat, għax qal li din l-istorja kienet maħsuba li tattakka lilha sempliċiment għax hi martu. Il-Prim Ministru deher kommoss meta rringrazzja lil uliedu li qal sofrew miegħu u martu. Il-Prim Ministru Muscat qal “ngħidilhom li missierhom hu kburi li hu l-Prim Ministru ta’ Malta u nittama li intom ukoll.”

Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk hux se jieħu passi oħra, inkluż li jfittex għad-danni lil min ħareġ bl-allegazzjonijiet jew għamilhom tiegħu, Muscat qal li l-ikbar dannu soffrih il-pajjiż, li qal għadda minn martirju minħabba din il-gidba.

“Jien qed nitkellem mal-avukati tiegħi. L-iskop tiegħi mhux kwistjoni ta’ flus. Ma jinteressani assolutament xejn. Jien illum hija l-bidu tal-ġustizzja tiegħi imma żgur mhux ħa nħalli lil min jipprova għall-għira li jħammeġ isem pajjiżna biex mingħalih jasal x’imkien” qal Muscat.

Il-Prim Ministru qal li l-konklużjonijiet ta’ din l-inkjesta ma jneħħu xejn mid-determinazzjoni tiegħu li kif ġew arrestati persuni li allegatament wettqu l-qtil, joħorġu l-fatti kollha dwar il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Ministru tenna li fl-interess nazzjonali u f’ġieħ it-trasparenza, ir-rapport tal-inkjesta għandu jiġi pubblikat kollu.

Kap tal-Oppożizzjoni

F’konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 wara nofsinhar, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li hu jaċċetta l-konklużjonijiet tal-inkjesta għax għandu fiduċja fil-Qorti. Dr Delia ħabbar li talab lil Simon Busuttil biex jerfa’ r-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet politiċi li ħa u biex minnufih jissospendi lilu nnifsu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista. Ħabbar ukoll li kien qed ineħħi lil Busuttil mill-kariga ta’ Shadow Minister dwar il-governanza tajba.

Delia qal li jaċċetta r-riżultat tal-inkjesta għaliex kellu u għad għandu fiduċja fl-istituzzjonijiet ġudizzjarji. Qal iżda li r-rapport tal-inkjesta għandu jiġi ppubblikat kollu. Delia qal li filwaqt li r-rapport jeżonara lill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-familja tiegħu li huma sidien tal-kumpanija fil-Panama bl-isem ta’ Egrant, l-eqreb nies tiegħu nqabdu bil-fatti li kellhom kumpaniji moħbija fil-Panama. Dwar dan, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru jaf li għandu responsabbiltà politika li ma ġarrx.

Delia qal “issa nafu li għad hemm ħafna mistoqsijiet li għadhom ma ġewx imwieġba ovvjament nistennew ukoll ir-riżultati tal-pubblikazzjoni tar-rapport fl-entirety tiegħu, u jista’ jkun hemm li naraw xi fatti oħrajn li jirriżultaw.”

Delia ħabbar li talab lil eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil biex jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista. Iġġustifika din it-talba bħala mod kif Dr usuttil iġorr ir-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet politiċi li kien ħa.

Delia qal li “f’dan il-kuntest ukoll, għax kif nafu din kienet parti integrali, li l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni kien għamilha bħalha tiegħu, aktar kmieni tlabt lil Simon Busuttil biex iġorr r-responsabbiltà politika huwa wkoll tad-deċiżjonijiet politiċi tiegħu u jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari biex ikollu ċans jiffoka fuq l-inkjesti li fetaħ huwa stess u li s’issa mhumiex konklużi biex hawnhekk ukoll toħroġ il-verità kollha. Qed inneħħi lil Simon Busuttil mill-kariga ta’ Shadow Minister dwar il-governanza tajba, b’din il-kariga se nassumiha b’mod temporanju jiena.”

Delia qal li f’dawn id-deċiżjonijiet m’hemm ebda motivazzjoni personali, iżda saħaq li dan huwa l-mod kif il-partit għandu jimxi l-quddiem. Qal li ma jista’ jħalli xejn ixekkel il-verità u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u f’dan il-kuntest il-kredibbiltà tal-Partit Nazzjonalista trid tibqa’ mhux mittiefsa. Temm jgħid li ħadd mhu akbar mill-partit, mill-verità u mill-pajjiż.

Simon Busuttil

F’reazzjoni fuq il-midja soċjali, id-deputat u l-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li ma jħossx li għandu għalfejn jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista, b’reazzjoni għall-konferenza tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Busuttil qal li Delia għażel li jżomm ma’ Joseph Muscat minflok isaħħaħ lill-Partit Nazzjonalista fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Sostna li hija kontradizzjoni kbira li Delia jrid ineħħi lilu mill-partit u fl-istess ħin jistenna li jkompli jaħdem fuq l-inkjesti li għadhom għaddejjin dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi. Żied jgħid li Delia ma kellux juża din is-sitwazzjoni biex jeħles minnu.

Iktar kmieni Busuttil qal li s-sejħa tal-Prim Ministru biex huwa jirriżenja wara l-eżitu tal-inkjesta fuq Egrant hija redikola. Busuttil qal li għandu jiġi ppubblikat ir-rapport sħiħ dwar l-inkjesta, u mhux biss siltiet minnu. Huwa żied jistaqsi ta’ min hi l-kumpanija Egrant, ġaladarba mhix tal-Prim Ministru jew ta’ martu.

Busuttil qal ukoll li dak iż-żmien kien fi dmiru bħala Kap tal-Oppożizzjoni li jirreaġixxi għal din l-allegazzjoni u jinsisti li toħroġ il-verità. Qal li qabel ma jitlob ir-riżenja tiegħu, il-Prim Ministru jistenna l-eżitu tal-inkjesti li talab Busuttil fuq rapporti tal-FIAU dwar flus allegatament mħallsa fuq bejgħ ta’ passporti, dwar flus allegatament mħallsa minn Keith Schembri lil Adrian Hillman u dwar il-kumpanija ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi kif issemmew fil-Panama Papers.

Wara riskju li l-Partit Nazzjonalista jinqasam, nhar it-30 ta' Lulju 2018, Delia għażel li ma jibqax jagħfas biex Simon Busuttil jirriżenja mill-Grupp Parlamentari.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 28 Ġun, 2025 / 15:38

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Inkjesta Egrant, X'inhi Inkjesta Egrant? Xi tfisser Inkjesta Egrant?

L inkjesta Maġisterjali magħrufa bħala L Inkjesta Egrant kienet inkjesta mill Maġistrat Aaron Bugeja dwar jekk kienx hemm ishma fil kumpanija Egrant li kienu tal Prim Ministru Joseph Muscat jew ta martu Michelle jew ta xi membru tal familja tagħhom L Inkjesta sabet li ma kienx hemm Il konkluzjonijiet prinċipali tal inkjesta ġew ippubblikati mill Uffiċċju tal Avukat Ġenerali nhar it 22 ta Lulju 2018 L inkjesta kienet intalbet mill Prim Ministru stess fil 21 ta April 2017 wara l allegazzjonijiet li saru ġurnata qabel minn Daphne Caruana Galizia li kitbet li dokument f safe fil bank Pilatus juri li l Egrant hi tas Sinjura Muscat u li kienu imtennija mill Partit Nazzjonalista li fihom implikaw li l Prim Ministru u s Sinjura Muscat huma s sidien tal kumpanija Egrant li hija registrata fil Panama Kontijiet fil PilatusL Inkjesta intalbet tara wkoll jekk il Prim Ministru jew membri tal familja tiegħu jew John Dalli Keith Schembri u Konrad Mizzi għandhomx kontijiet bankarji fil bank Pilatus u jekk xi ħadd minnhom kienx involut f xi transazzjonijiet suspettuzi jew f atti ta korruzzjoni jew ħasil ta flus ma persuni mill Azerbaijan bil Bank Pilatus Il Maġistrat Bugeja kkonkluda li kemm Keith Schembri kif ukoll John Dalli fil fatt kellhom kontijiet bankarji fil bank Pilatus L inkjesta kkonkludiet li l Egrant ma kellhiex kont bankarju mal bank Pilatus ghalkemm l allegazzjoni ta Daphne Caruana Galizia kienet li din kellha kont tal bank fil UAE Dwar l allegazzjonijiet ta atti ta korruzzjoni il Maġistrat Bugeja kkonkluda li ma nstabx li xi ħadd minn dawn il persuni setgħu kienu involuti f korruzzjoni ħasil ta flus jew transazzjonijiet finanzjarji suspettati minn kontijiet ta Azeri esposti politikament permezz ta kontijiet fil Bank Pilatus Din il konkluzjoni twieġeb għall allegazzjoni ta Daphne Caruana Galizia li aktar minn miljun dollaru ġew trasferiti f salt minn kumpanija fl Azerbaijan għall kumpanija Egrant L Inkjesta kienet pero limitata biss ghal atti ta korruzzjoni ħasil ta flus jew transazzjonijiet finanzjarji suspettuzi ma Azeri esposti politikament u dan permezz ta kontijiet fil Bank Pilatus u għaldaqstant ma tkoprix kemm atti ma nies oħra kif ukoll atti tramite banek jew metodi oħrajn anke jekk ma nies mill Azerbaijan AzerbajġanKif intqal l inkjesta stabbiliet li l Prim Ministru u martu ma kinux involuti f korruzzjoni jew f ħasil ta flus b dak il mod u xejnet l allegazzjoni li kien hemm miljun dollaru li ġew trasferiti mill kont bankarju tal familja Aliyev fl Azerbajġan għall kont ta Egrant Falsifikazzjoni ta DokumentiDwar id declarations of trust li kellhom ikunu l prova prinċipali dwar min hu s sid tal Egrant l inkjesta tgħid li l uniċi dokomenti tax xorta kienu kopja pprezentata lill inkjesta minn Pierre Portelli Il Maġistrat Bugeja qal li dawn ġew analizzati darbtejn minn esperti ta kumpanija Ingliza li tagħmel analizi forensika li stabbilew li l firem fuqhom huma foloz u saru minn xi ħadd li s issa għadu mhux magħruf Is Safe u l BagaljiMill inkjesta ħareġ ukoll li fil Bank Pilatus kien hemm filing cabinet li fost xi impjegati tal bank kien magħruf bħal safe li kien jissakkar u li għal xi zmien probabbilment kien fil kċina Jingħad li la fis safe u lanqas fi bnadi oħra ma nstabu declarations of trust li kienu juru li l ishma f Egrant kienu mizmuma għas Sinjura Muscat L inkjesta stħarrġet fost oħrajn l allegazzjoni li ċ chairman tal bank Pilatus Ali Sadr Hashemi Nejad inqabad ħiereġ mill bank b zewġ bagalji li fihom allegatament kien hemm dokumenti li ħa bil moħbi u li ntqal kienu dwar l allegazzjonijiet fuq l Egrant Fl inkjesta din l allegazzjoni ma rrizultax li hi minnha b filmati miġbura minn diversi kameras tas sigurta fil bank u anki minn bnadi oħra Il filmati juru lil Ali Sadr dieħel fil bank bil bagalji minnhom ħareġ tablet mobile xi karti u stationery u qabel telaq reġa poġġa fihom l istess oġġetti Intqal li l uniku karta zejda kienet waħda li ngħata minn uffiċċjal tal bank u li ftit jidher li ta kasha L inkjesta jidher li ma ħarsitx lejn it tablet u x kienu dawk il karti li daħlu u ħargu maċ Chairman L inkjesta stabbiliet ukoll li Ali Sadr ma kienx fuq it titjira f dak il lejl għall Azerbaijan operata mill kumpanija Vista Jet Il bdot xehed li abbord ma kienx hemm passiġġieri jew merkanzija ħlief l ekwipaġġ u l affarijiet personali tagħhom Nexia BTKif intqal Mill inkjesta joħroġ li fost il klijenti tal bank Pilatus kien hemm Keith Schembri u John Dalli L inkjesta stabbiliet li x xogħol relatat mat twaqqif tal kumpanija Egrant sar minn Karl Cini u li Nexia BT waqfet diversi kumpaniji fil Panama u fil British Virgin Islands Stabbiliet ukoll li Brian Tonna talab li l Egrant tiġi xolta u dan seħħ qabel il publikazzjoni tal allegazzjonijiet minn Daphne Caruana Galizia L Inkjesta stabbiliet ukoll li Nexia BT kienu l corporate services providers tal bank Pilatus Xhieda ma jaqbluxB 477 xhud il Maġistrat Bugeja sema fost l oħrajn ix xhieda ta Daphne Caruana Galizia ta Maria Efimova u ta Pierre Portelli Jingħad li hu sab verzjonijiet kuntrastanti kemm bejniethom kif ukoll mal bqija tal provi Fost oħrajn kemm Daphne Caruana Galizia u Maria Efimova qalu lil Pierre Portelli li huma urew lill Maġistrat declarations of trust Mill inkjesta rrizulta li dan ma kienx minnu PublikazzjoniL Avukat Ġenerali qal li qed jippubblika biss il konkluzjonijiet tal inkjesta u l kummenti tal għeluq biex jiġi limitat l indħil fir rizervatezza ta terzi li jissemmew inċidentalment f partijiet oħra tar rapport u biex jiġu mħarsa investigazzjonijiet oħra relatati L Avukat Ġenerali ddikkjara wkoll li laqa talba li saritlu mill Prim Ministru biex bħala l persuna li talab li ssir l inkjesta ikollu kopja tar rapport ReazzjonijietPrim Ministru F konferenza tal aħbarijiet f Kastilja il Ħadd 22 ta Lulju 2018 filgħodu il Prim Ministru Joseph Muscat fil prezenza tal grupp Parlamentari Laburista qal li r rapport tal inkjesta tal Maġistrat Bugeja jikkonferma dik li sejjaħ il kalunja li għamel fil konfront tiegħu l ex kap tal Oppozizzjoni Simon Busuttil Il Prim Ministru qal li issa Dr Busuttil ma jistax jibqa jirrapprezenta lill poplu fil Parlament u għandu jirrizenja Muscat qal li l inkjesta tal Maġistrat Aaron Bugeja tagħti prova ċara u indipendenti li ma kinux minnhom l allegazzjonijiet li saru fil konfront tiegħu ta martu Michelle jew nies qrib tagħhom Qal li ma nstabet l ebda evidenza li l kumpanija Egrant hi tiegħu ta martu jew ta xi ħadd qrib tiegħu Muscat qal li l akbar gidba fl istorja politika ta Malta mhux biss hija konfermata imma ċertifikata minn inkjesta ta membru tal ġudikatura li ma ntgħazilx minnu u li ħa ħmistax il xahar biex stabbilixxa l fatti sal iċken dettall Osserva li mill inkjesta ħareġ li ġew iffalsifikati dokumenti u firem biex jinġiebu bħala evidenza kontrih u kontra martu Qal li dan hu reat kriminali Muscat qal id declarations of trust il karti li kellhom ikunu l prova prinċipali li l kumpanija Egrant hija ta marti jew tiegħi nstab li kienu foloz Xi ħadd iffalsifikahom Dan għalhekk kien attentat ċar u elaborat ta frame up fil konfront tiegħi bħala Prim Ministru u fil konfront tiegħi personali u tal familja tiegħi Il Prim Ministru qal li dan il frame up sar minn min ried li hu u martu jittellgħu l Qorti u jiffaċċjaw akkuzi li setgħu wasslu għal tnax il sena ħabs Muscat akkuza lill ex kap tal Oppozizzjoni Simon Busuttil li hu kaġun ta attentat ta krizi politika li pperikolat kull familja f Malta Qal li għalhekk jistenna li jerfa r responsabbilita politika u jirrizenja minn kull kariga li jokkupa f Malta u barra Qal li Busuttil messu vverifika l fatti qabel ma nizzel in nies fit toroq biex jipprova jiddistabilizza l pajjiz għall gwadann personali Dr Simon Busuttil mhux biss hu politiku fallut imma wkoll ismu se jibqa mnizzel fl istorja mhux bħala paladin tas sewwa kif jipprova jpinġi lilu nnifsu izda bħala parti mill akbar gidba fl istorja politika ta pajjizna kompla jgħid Muscat Il Prim Ministru fakkar lill Kap tal Oppozizzjoni Adrian Delia li llum ir responsabilita hija tiegħu u għandu jibda billi jneħħi lil Busuttil minn kelliem għal governanza tajba u li jekk Simon Busuttil ma jirrizenjax mill Parlament minn jeddu għandu jitolbu jirrizenja Muscat wera dispjaċir li martu ma setgħetx tkun prezenti miegħu minħabba li tinsab imsiefra fuq xogħol b rabta mal volontarjat għax qal li din l istorja kienet maħsuba li tattakka lilha sempliċiment għax hi martu Il Prim Ministru deher kommoss meta rringrazzja lil uliedu li qal sofrew miegħu u martu Il Prim Ministru Muscat qal ngħidilhom li missierhom hu kburi li hu l Prim Ministru ta Malta u nittama li intom ukoll Mistoqsi mill ġurnalisti jekk hux se jieħu passi oħra inkluz li jfittex għad danni lil min ħareġ bl allegazzjonijiet jew għamilhom tiegħu Muscat qal li l ikbar dannu soffrih il pajjiz li qal għadda minn martirju minħabba din il gidba Jien qed nitkellem mal avukati tiegħi L iskop tiegħi mhux kwistjoni ta flus Ma jinteressani assolutament xejn Jien illum hija l bidu tal ġustizzja tiegħi imma zgur mhux ħa nħalli lil min jipprova għall għira li jħammeġ isem pajjizna biex mingħalih jasal x imkien qal Muscat Il Prim Ministru qal li l konkluzjonijiet ta din l inkjesta ma jneħħu xejn mid determinazzjoni tiegħu li kif ġew arrestati persuni li allegatament wettqu l qtil joħorġu l fatti kollha dwar il kaz tal qtil ta Daphne Caruana Galizia Il Prim Ministru tenna li fl interess nazzjonali u f ġieħ it trasparenza ir rapport tal inkjesta għandu jiġi pubblikat kollu Kap tal Oppozizzjoni F konferenza tal aħbarijiet fid Dar Ċentrali tal Partit Nazzjonalista il Ħadd 22 ta Lulju 2018 wara nofsinhar il Kap tal Oppozizzjoni Adrian Delia qal li hu jaċċetta l konkluzjonijiet tal inkjesta għax għandu fiduċja fil Qorti Dr Delia ħabbar li talab lil Simon Busuttil biex jerfa r responsabbilta tad deċizjonijiet politiċi li ħa u biex minnufih jissospendi lilu nnifsu mill grupp Parlamentari Nazzjonalista Ħabbar ukoll li kien qed ineħħi lil Busuttil mill kariga ta Shadow Minister dwar il governanza tajba Delia qal li jaċċetta r rizultat tal inkjesta għaliex kellu u għad għandu fiduċja fl istituzzjonijiet ġudizzjarji Qal izda li r rapport tal inkjesta għandu jiġi ppubblikat kollu Delia qal li filwaqt li r rapport jezonara lill Prim Ministru Joseph Muscat u l familja tiegħu li huma sidien tal kumpanija fil Panama bl isem ta Egrant l eqreb nies tiegħu nqabdu bil fatti li kellhom kumpaniji moħbija fil Panama Dwar dan il Kap tal Oppozizzjoni qal li l Prim Ministru jaf li għandu responsabbilta politika li ma ġarrx Delia qal issa nafu li għad hemm ħafna mistoqsijiet li għadhom ma ġewx imwieġba ovvjament nistennew ukoll ir rizultati tal pubblikazzjoni tar rapport fl entirety tiegħu u jista jkun hemm li naraw xi fatti oħrajn li jirrizultaw Delia ħabbar li talab lil eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil biex jissospendi ruħu mill grupp Parlamentari Nazzjonalista Iġġustifika din it talba bħala mod kif Dr usuttil iġorr ir responsabbilta tad deċizjonijiet politiċi li kien ħa Delia qal li f dan il kuntest ukoll għax kif nafu din kienet parti integrali li l Partit Nazzjonalista fl aħħar elezzjoni kien għamilha bħalha tiegħu aktar kmieni tlabt lil Simon Busuttil biex iġorr r responsabbilta politika huwa wkoll tad deċizjonijiet politiċi tiegħu u jissospendi ruħu mill grupp Parlamentari biex ikollu ċans jiffoka fuq l inkjesti li fetaħ huwa stess u li s issa mhumiex konkluzi biex hawnhekk ukoll toħroġ il verita kollha Qed inneħħi lil Simon Busuttil mill kariga ta Shadow Minister dwar il governanza tajba b din il kariga se nassumiha b mod temporanju jiena Delia qal li f dawn id deċizjonijiet m hemm ebda motivazzjoni personali izda saħaq li dan huwa l mod kif il partit għandu jimxi l quddiem Qal li ma jista jħalli xejn ixekkel il verita u l ġlieda kontra l korruzzjoni u f dan il kuntest il kredibbilta tal Partit Nazzjonalista trid tibqa mhux mittiefsa Temm jgħid li ħadd mhu akbar mill partit mill verita u mill pajjiz Simon Busuttil F reazzjoni fuq il midja soċjali id deputat u l ex Kap tal Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li ma jħossx li għandu għalfejn jissospendi ruħu mill grupp Parlamentari Nazzjonalista b reazzjoni għall konferenza tal Kap tal Partit Nazzjonalista Adrian Delia Busuttil qal li Delia għazel li jzomm ma Joseph Muscat minflok isaħħaħ lill Partit Nazzjonalista fil ġlieda kontra l korruzzjoni Sostna li hija kontradizzjoni kbira li Delia jrid ineħħi lilu mill partit u fl istess ħin jistenna li jkompli jaħdem fuq l inkjesti li għadhom għaddejjin dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi Zied jgħid li Delia ma kellux juza din is sitwazzjoni biex jeħles minnu Iktar kmieni Busuttil qal li s sejħa tal Prim Ministru biex huwa jirrizenja wara l ezitu tal inkjesta fuq Egrant hija redikola Busuttil qal li għandu jiġi ppubblikat ir rapport sħiħ dwar l inkjesta u mhux biss siltiet minnu Huwa zied jistaqsi ta min hi l kumpanija Egrant ġaladarba mhix tal Prim Ministru jew ta martu Busuttil qal ukoll li dak iz zmien kien fi dmiru bħala Kap tal Oppozizzjoni li jirreaġixxi għal din l allegazzjoni u jinsisti li toħroġ il verita Qal li qabel ma jitlob ir rizenja tiegħu il Prim Ministru jistenna l ezitu tal inkjesti li talab Busuttil fuq rapporti tal FIAU dwar flus allegatament mħallsa fuq bejgħ ta passporti dwar flus allegatament mħallsa minn Keith Schembri lil Adrian Hillman u dwar il kumpanija ta Keith Schembri u Konrad Mizzi kif issemmew fil Panama Papers Wara riskju li l Partit Nazzjonalista jinqasam nhar it 30 ta Lulju 2018 Delia għazel li ma jibqax jagħfas biex Simon Busuttil jirrizenja mill Grupp Parlamentari

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Regola tal-gowls barra mid-dar

  • Lulju 02, 2025

    Regina (grupp)

  • Ġunju 08, 2025

    Regensburg

  • Ġunju 23, 2025

    Regenboogstadion

  • Ġunju 26, 2025

    Reggie Miller

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq