Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Dan l artiklu hu miktub bil ħsieb li jipprovdi introduzzjoni aċċessibbli u mhux teknika għas suġġett Il ġenetika tistudj

Introduzzjoni għall ġenetika

  • Paġna Ewlenija
  • Introduzzjoni għall ġenetika
Introduzzjoni għall ġenetika
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az
Dan l-artiklu hu miktub bil-ħsieb li jipprovdi introduzzjoni aċċessibbli u mhux teknika għas-suġġett.

Il-ġenetika tistudja kif ħajjin jirtu karatteristiċi mill-antenati tagħhom; pereżempju, l-ulied sikwit jixbħu 'l-ġenituri tagħhom. Il-ġenetika tipprova tiddentifika liema karatteristiċi jintirtu, u tispjega kif dawn il-karatteristiċi jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra.

twila qisha sellum mibrum. Din hi magħmula minn erba' tipi ta' unitajiet sempliċi u s-sensiela ta' dawn l-unitajiet terfa' fiha ċerta informazzjoni, bħal ma sensiela ta' ittri terfa' fiha ċerta informazzjoni fuq paġna.

Dawn jiffurmaw l-iskaluni tas-sellum tal-ADN u huma l-unitajiet li jirrepetu ruħhom fl-ADN. Hemm erba' tipi ta' nukleotidi (A, T, G and C) u huma s-sniesel ta' dawn in-nukleotidi li jerfgħu fihom l-informazzjoni.

Pakkett li jġorr l-ADN fiċ-ċelluli. Ikun fih biċċa ADN twila imkebba u ppakkjata f'struttura kompatta. L-ispeċi differenti tal-pjanti u annimali għandhom numru u daqs differenti ta' kromożomi.

Sezzjoni ta' . Il-ġeni huma bħas-sentenzi magħmula mill-"ittri" tal-alfabet tan-nukleotidi, bejniethom il-ġeni jmexxu l-iżvilupp fìżiku u l-imġiba ta' organiżmu. Il-ġeni qishom riċetta jew ktieb ta' istruzzjonijiet, li jipprovdi l-informazzjoni li jeħtieġ l-organiżmu biex jibni jew jagħmel xi ħaġa – per eżempju jagħmel għajn jew riġel, jew isewwi ferita.

L-alleli huma l-forom differenti ta' ċerta ġene li jista' jkollu organiżmu. Per eżempju fil-bnedmin, allele waħda ta' lewn l-għajnejn tipproduċi għajnejn ħodor u allele oħra tipproduċi għajnejn suwed.

Is-sett komplut ta' ġeni ta' ċertu organiżmu.

Meta n-nies ibiddlu organiżmu billi jżidu ġeni ġodda, jew ineħħu xi ġeni mill-ġenoma tiegħu.

Ġrajja li tibdel is-sensiela tal-ADN f'ġene.

Xi karatteristiċi għandhom x'jaqsmu mad-dehra fiżika ta' organiżmu; pereżempju, il-lewn tal-għajnejn ta' bniedem, it-tul jew il-piż tiegħu. Hemm ħafna tipi oħra ta' karatteristiċi, u dawn jinfirxu minn aspetti ta' mġiba sa reżistenza għall-mard. Il-karatteristiċi sikwit jintirtu, pereżempju nies twal u rqaq aktarx ikollhom tfal twal u rqaq. Xi karatteristiċi oħra jiġu mill-interazzjoni bejn karatteristiċi li jintirtu u l-ambjent. Pereżempju tifel jista' jiret it-tendenza li jkun twil, hemm jekk ma jkunx hemm ikel biżżejjed disponibbli u ma jkollux sustanzi biżżejjed, it-tifel xorta jibqa' qasir. Il-mod kif il-ġenetika u l-ambjent jintreaġixxu biex jipproduċu karatteristika jista' jkun ikkomplikat: pereżempju, il-probabbiltà li xi ħadd imut bil-cancer jew mard tal-qalb tidher li tiddependi fuq l-istorja familjali kif ukoll fuq l-istil ta' ħajja tiegħu.

L-informazzjoni ġenetika tkun merfugħa f' twila msejħa li tiġi ikkupjata u tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra. Il-karatteristiċi jintrefgħu fl-ADN bħala istruzzjonijiet għall-bini u tħaddim ta' organiżmu. Dawn l-istruzzjonijiet qegħdin f'sezzjonijiet tal-ADN msejħa . L-ADN hi magħmula minn sensiela ta' unitajiet sempliċi, u l-ordni ta' dawn l-unitajiet tispelli l-istruzzjonijiet fil- bħalma l-ordni tal-ittri tispelli l-kliem. L-organiżmu "jaqra" s-sensiela ta' dawn l-unitajiet u jiddekodifika l-istruzzjoni.

Mhux il-ġeni kollha għal ċerta istruzzjoni huma eżatt l-istess. Forom differenti ta' tip ta' ġene jissejħu ta' dik il-ġene. Bħala eżempju, allele waħda ta' ġene għal lewn ix-xagħar tista' terfa' fiha l-istruzzjoni biex tipproduċi ħafna kulur fix-xagħar iswed, waqt li allele oħra tista' tagħti verżjoni mgerfxa ta' din l-istruzzjoni, u hekk l-ebda kulur ma jiġi prodott u x-xagħar jiġi abjad. Il- huma ġrajjiet każwali li jbiddlu s-sensiela f'ġene u hekk joħolqu allele. Mutazzjoni tista' tipproduċi karatteristika ġdida, pereżempju tibdel allele għax-xagħar iswed f'allele għax-xagħar abjad. Il-feġġ ta' karatteristiċi ġodda hu importanti fl-evoluzzjoni.

L-eredità fil-bijoloġija

Il-ġeni u l-eredità

Il-ġeni jintirtu bħala unitajiet, bil-ġenituri jqassmu l-ġeni tagħhom lil uliedhom. Dan il-proċess qisu bħal meta jkollna żewġ idejn karti tal-logħob, inħawduhom u nerġgħu inqassmuhom. Il-bnedmin għandhom żewġ kopji ta' kull ġene tagħhom (jiġifieri żewġ alleli) u meta jirriproduċu jagħmlu kopji tal-ġeni tagħhom fil-bajd u l-isperma, imma jqegħdu kopja waħda biss ta' kull tip ta' ġene. Bajda mbagħad tingħaqad mal-isperma biex tagħti l-wild tagħhom sett ġdid ta' ġeni. Dan il-wild ikollu l-istess numru ta' ġeni bħall-ġenituri tiegħu imma għal kull ġene, waħda miż-żewġ kopji tiegħu tiġi mill-missier u l-oħra mill-omm.

L-effet tat-taħlit jiddependi mit-tipi (l-alleli) tal-ġene li tkun interessat fihom. Jekk il-missier ikollu żewġ allelli li jispeċifikaw għajnejn ħodor, u l-omm ikollha żewġ alleli li jispeċifikaw għajnejn suwed, uliedhom kollha ħa jkollhom żewġ alleli li jagħtu istruzzjonijiet differenti, waħda għal għajnen ħodor u waħda għal għajnejn suwed. Il-lewn ta' għajnejn f'dawn l-ulied jiddependi kif dawn l-alleli jaħdmu flimkien. Jekk allele waħda tirbaħ fuq l-istruzzjonijiet tal-oħra, tissejjaħ allele dominanti, u l-allele li titlef tissejjaħ allele reċessiva. Fil-każ ta' tifla b'alleli ħadra u oħra sewda, l-iswed hu dominanti u tispiċca b'għajnejn suwed.

Madankollu, l-allele tal-għajnejn ħodor għadha hemm fit-tifla b'għajnejha suwed. Hemm differenza bejn dak li naraw fil-wiċċ (is-sett ta' karatteristiċi osservabbli ta' organiżmu, imsejjaħ il-) u s-sett ta' ġeni li hemm f' dan l-organiżmu (il-). F'dan l-eżempju nistgħu insejħu l-allele sewda "S" u l-allele ħadra "ħ". (Is-soltu nuru l-alleli dominanti b'ittri majuskoli u dawk reċessivi b'ittri minuskoli.) It-tifla b'għajnejha suwed għandha l-"fenotip ta' għajnejn suwed" imma l-ġenotip tagħha hu Sħ, b'kopja waħda tal-allele S u oħra tal-allele ħ.

Issa ejjew nimmaġinaw li din it-tifla ssir mara u jkollha t-tfal minn raġel li għandu wkoll il-ġenotip Sħ. Il-bajd tagħha ħa jkunu taħlita ta' żewġ tipi, tip wieħed ikun fih l-allele S u l-ieħor l-allele ħ. Bl-istess mod ir-raġel ħa jipproduċi żewġ tipi ta' sperma, li jkun fihom waħda biss mill-alleli. Issa meta l-alleli jitħalltu fl-ulied dawn għandhom iċ-ċans ta' għajnejn suwed jew ħodor, billi jista' jkollhom il-ġenotip SS = għajnejn suwed, Sħ = għajnejn suwed, jew ħħ = għajnejn ħodor. Mela, f'din il-ġenerazzjoni, hemm iċ-ċans li tidher l-allele reċessiva fil-fenotip tat-tfal - x'uħud minnhom jista' jkollhom għajnejn ħodor bħal nannuhom.

Ħafna karatteristiċi jintirtu b'mod iżjed ikkomplikat minn fl-eżempju ta' hawn fuq. Dan jista' jiġri meta jkun hemm bosta ġeni mdaħhlin fil-proċess, kull waħda tikkontribwixxi parti żgħira għar-riżultat finali. In-nies twal aktarx ikkollhom tfal twal billi t-tfal tagħhom jirċievu pakkett ta' ħafna alleli li kull waħda minnhom tikkontribwixxi ftit għal kemm jitwalu. Però, m'hemmx gruppi ċari ta' "nies qsar" u "nies twal", bħal ma hemm gruppi ta' nies b'għajnejhom suwed u b'għajnejhom ħodor. Dan hu hekk peress li hemm ħafna ġeni involuti; dan jagħmel il-karatteristika varjabbli ħafna u n-nies b'ħafna tulijiet differenti. L-eredità tista' tkun kkomplikata wkoll meta l-karatteristika tiddependi fuq l-interazzjoni bejn il-ġenetika u l-ambjent. Spiss jiġri hekk, pereżempju, jekk tifel ma jikolx ikel nutrijenti biżżejjed, dan mhux ħa jbiddillu lewn għajnejh, imma jista' jżommu milli jitwal.

Il-mard ereditarju

Xi mard hu ereditarju u jintiret fil-familji; xi mard ieħor bħal infezzjonijiet jiġi mill-ambjent u xi ieħor jiġi minn kumbinazzjoni ta' fatturi ereditarji u ambjentali.

Il-mard ikkawżat minn allele waħda ta' ġene u li jintiret fil-familji jissejjaħ mard ġenetiku. Fost dan il-mard hemm il-, il- u d-. Il-, pereżempju hi kkawżàta minn mutazzjoni ta' ġene waħda msejħa CFTR u tintiret bħala karatteristika reċessiva. Hemm mard ieħor li hu influwenzat mill-ġenetika, imma f'dan il-każ, l-alleli li persuna tieħu mill-ġenituri tagħha jbiddlu biss ir-riskju li tieħu l-marda. Il-parti l-kbira ta' dan il-mard jintiret b'mod kompless, billi jinvolvi bosta ġeni jew billi l-ġeni kif ukoll l-ambjent huma importanti.

Biex nieħdu eżempju, ir-riskju ta' cancer tas-sider hu 50 darba ogħla fil-familji tal-ogħla riskju, komparat mal-familji tal-inqas riskju. X'aktarx hemm din il-varjazzjoni minħabba n-numru kbir ta' alleli. Kull waħda minnhom tbiddel ir-riskju xi ftit. Bosta mill-ġeni li għandhom x'jaqsmu ġew identifikati, bħal u , imma mhux kollha. Madankollu, minkejja li parti mir-riskju hu ġenetiku, il-ħxuna, ix-xorb ta' ħafna alkoħol, in-nuqqas ta' eżerċizzju, kollha jżidu r-riskju ta' dan il-cancer. Ir-riskju li jkollha mara għall-cancer tas-sider hu mela r-riżultat ta' għadd kbir ta' alleli u l-ambjent tagħha, u allura hu diffiċli ħafna li nbassruh.

Kif jaħdmu l-ġeni

Il-ġeni jagħmlu l-proteini

Il-funzjoni tal-ġeni hi li tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tagħmel molekuli msejħin fiċ-ċelluli. Iċ-ċelluli huma l-iżgħar partijiet indipendenti tal-organiżmi: il-ġisem tal-bniedem fih xi 100 trilljun ċellula, waqt li organiżmi ċkejknin ħafna bħall- huma ċellula waħda biss. Ċellula qisha minjatura ta' fabrika komplessa ħafna li tista' tagħmel il-partijiet kollha meħtiega biss tipproduċi kopja tagħha stess, li jiġri meta ċ-ċelluli jinqasmu. Fiċ-ċelluli x-xogħol jinqassam b'mod sempliċi ħafna – il-ġeni jagħtu l-ordnijiet u proteini jobduhom, bħal jibnu kopja ġdida ta' ċellula jew isewwu l-ħsara. Kull tip ta' proteina hi speċjalista u tagħmel xogħol wieħed biss, u allura jekk ċellula jkollha bżon xi ħaġa ġdida, trid tagħmel proteina ġdida biex tagħmel dan ix-xogħol. Bl-istess mod, jekk ċellula tkun trid tagħmel xi ħaġa iżjed bl-għaġla jew iżjed bil-mod minn qabel, trid tagħmel iżjed jew inqas mill-proteini risponsabbli. Il-ġeni jgħidu liċ-ċelluli x'jagħmlu billi jgħidulhom liema proteini jagħmlu u kemm.

Il-proteini huma magħmula minn katina ta' 20 tip differenti ta' . Din il-katina tintewa f'forma kompatta, qisha kobba ħabel imħabbla. Il-forma tal-proteina tiddeterminaha s-sensiela ta' amminoaċti matul il-katina u hi din li tiddeċiedi x'tagħmel il-proteina pereżempju, xi proteini għandhom ħofor fil-wiċc tagħhom li jaqblu eżatt ma' molekula oħra, li jħallu l-proteina taqbad sewwa ma' din il-molekula. Xi proteini oħra huma , li qishom magni ċkejknin li jistgħu ibbiddlu molekuli oħra.

L-informazzjoni fl-ADN hi maħżuna fis-sensiela ta' unitajiet li jirrepetu matul il-katina tal-ADN. Dawn l-unitajiet huma erba' tipi ta' nukleotidi (A,T,G and C) u s-sensiela ta' nukleotidi taħżen l-informazzjoni f'alfabet imsejjaħ il-. Meta ġene jinqara minn ċellula is-sensiela tal-ADN tiġi ikkupjata f'molekula simili ħafna msejħa (Dan il-proċess insejħulu traskrizzjoni). It-traskrizzjoni hi kkontrollata minn sniesel oħra tal-ADN (bħal promuturi), li juru lil ċellula fejn huma l-ġeni, u jikkrontrollaw kemm il-darba jiġu kkupjati. Il-kopja tal-ARN magħmula minn ġene imbagħad tgħaddi minn struttura msejħa , li tittraduċi s-sensiela tal-nukleotidi fl-ARN fis-sensiela korretta ta' amminoaċti u tgħaqqad dawn l-amminoaċti flimkien biex jagħmlu katina kompluta ta' proteina. Il-proteina l-ġdida mbagħad tintewa fil-forma attiva tagħha. Il-proċess li bih l-informazzjoni tmur mill-lingwa tal-ADN għal-lingwa tal-amminoaċti jissejjaħ traduzzjoni.

Jekk is-sensiela tan-nukleotidi f'ġene tinbidel, tista' tinbidel ukoll is-sensiela ta' amminoaċti fil-proteina li tipproduċi – jekk titneħha parti mill-ġene, il-proteina li tiġi prodotta tkun iqsar u jista' jkun li ma taħdimx iktar. Din hi r-raġuni għaliex alleli differenti ta' ġene jista' jkollhom effetti differenti fuq l-organiżmu. Bħala eżempju nistgħu nieħdu l-kulur tax-xagħar li jiddependi minn kemm minn sustanza skura msejħa imur fix-xagħar huwa hu jikber. Jekk persuna jkollha sett normali tal-ġeni li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni tal-melanina, din tagħmel il-proteini meħtieġa kollha u tkabbar xagħar skur. Però, jekk l-alleli għal ċerta proteina għandhom sniesel differenti u jipproduċu proteini li ma jaħdmux sewwa, u l-ebda melanina ma tiġi prodotta u x-xagħar jiġi abjad. Din il-kundizzjoni tissejjaħ u l-persuna b'din il-kundizzjoni tissejjaħ albina.

Il-ġeni jiġu kkupjati

Il-ġeni jiġu kkupjati kull darba li ċellula tinqasam f'żewġ ċelluli ġodda. Il-proċess li jikkopja l-ADN jissejjaħ . Permezz ta' proċess simili li l-ulied jirtu l-ġeni mill-ġenituri tagħhom, meta kopja mill-omm titħallat ma' kopja mill-missier.

L-ADN jista' jiġi kkuppjat faċilment u eżattament għaliex kull biċċa mill-ADN tista' tiddiriġi l-ħolqien ta' kopja ġdida tal-informazzjoni tagħha. Dan għaliex l-ADN hu magħmul minn żewġ ħjut li jaqblu flimkien bħaż-żewg naħat ta' żipp. In-nukleotidi qegħdin bejniethom, bħas-snien taż-żipp u jaqblu par par biex iżommu ż-żewġ filamenti flimkien. Importanti l-fatt li l-erba' tipi ta' nukleotidi għandhom forom differenti, u għalhekk biex il-filamenti jagħlqu sewwa, in-nukleotide A tid tiġi faċċata tal- nukleotide T, u G faċċata ta' C. Dan il-qbil eżatt bejn il-pari jissejjaħ tiżwiġ tal-bażi.

Meta l-ADN jiġi kkupjat, iż-żewġ filamenti tal-ADN il-qadim jinġibdu 'l bogħod minn xulxin mill-enzimi li jimxu matul kull waħda minnhomm u jqabblu pari ta' unitajiet ta' nukleotidi ġodda u jiżżippjaw il-filamenti flimkien.

Dan jipproduċi żewġ biċċiet ġodda tal-ADN, fejn kull waħda fiha filament wieħed mill-ADN qadim u wieħed mill-filamenti ġodda. Dan il-proċess mhux perfett u xi minn daqqiet il-proteini jagħmlu żball u jpoġġu nukleotide ħażina fil-filament li jkunu qegħdin jibnu. Hekk isseħħ bidla fis-sensiela ta' dik il-ġene. Dawn il-idliet fis-sensiela tal-ADN jissejħu . Il-mutazzjonijiet jipproduċu alleli ġodda tal-ġeni. Xi drabi dawn il-bidliet iwaqqfu l-ġene milli taħdem sewwa, bħall-ġeni tal-melanina li ddiskutejna hawn fuq. F'każi oħra dawn il-mutazzjoniet jistgħu ibbidlu dak li tagħmel il-ġene jew anzi iħalluha tagħmel xogħlha ftit aħjar minn qabel. Dawn il-mutazzjonijiet u l-effet tagħhom fuq il-karatteristiċi tal-organiżmi huma waħda mill-kawżi tal-evoluzzjoni.

Il-ġeni u l-evoluzzjoni

Popolazzjoni ta' organiżmi tevolvi meta karatteristika li tintiret issir iktar komuni jew inqas komuni maż-żmien. Pereżempju, il-ġrieden kollha li jgħixu fuq gżira nqisuhom popolazzjoni tal-ġrieden. Jekk matul ftit ġenerazzjonijiet, il-ġrieden bojod tbiddlu milli jkunu rari, għalli jkunu l-parti l-kbira ta' din il-popolazzjoni, allura il-kulur tas-suf ta' dawn il-ġrieden ikun qiegħed jevolvi. Fit-termini tal-ġenetika, din tissejjaħ bidla fil-—bħal żieda fil-frekwenza tal-allele tas-suf abjad.

L-alleli jsiru iktar jew inqas kommuni jew b'aċċident (f'proċess imsejjaħ ), jew permezz tal-. Fl-għażla naturali, jekk allele tagħmel iżjed probabbli li organiżmu jibqa' ħaj u jirriroduċi, maż-żmien din l-allele issir iżjed komuni. Imma jekk allele tkun ta' ħsara, l-għażla naturali tagħmilha inqas kommuni. Pereżempju, jekk il-ġżira qiegħda ssir iżjed kiesħa kull sena u miksija bis-silġ għall-parti l-kbira tas-sena, allura l-allele tas-suf abjad issir iżjed utli għall-ġrieden, billi tagħmilhom iżjed diffiċli li jarawhom il-redaturi kontra s-silġ. Inqas mill-ġrieden bojod jinħatfu mill-predaturi, u għalhekk maż-żmien il-ġrieden bojod jirbħu l-ġrieden bis-suf skur. L-alleli tas-suf abjad isiru iżjed komuni, u l-alleli tas-suf skur isiru iżjed rari.

Il-mutazzjonijiet joħolqu alleli ġodda. Dawn l-alleli għandhom sniesel ġodda tal-ADN u jistgħu jipproduċu proteini bi prorjetajiet ġodda. Allura anki fuq gżira ippopolata għal kollox minn ġrieden suwed, jistgħu jiġru mutazzjonijiet li joħolqu xi alleli tas-suf abjad. Il-kombinazzjoni ta' mutazzjonijiet li joħolqu alleli ġodda każwalment, u l-għażla naturali li tagħżel dawk li huma utli, iġġib l-. Dan jiġri meta organiżmi jinbidlu b'mod li jgħinhom jibqgħu ħajjin u jirriproduċu.

L-inġinerija ġenetika

Billi l-karatteristiċi ġejjin mill-ġeni f'ċellula, meta nżidu biċċa ADN ġdida f'ċellula nistgħu nipproduċu karatteristika ġdida. Hekk taħdem l-. Pereżempju, ix-xtieli jistgħu jingħataw ġene minnn ħuta tal Artiku biex jipproduċu proteina kontra l-ġlata fil-weraq tagħhom. Din tista' tipproteġihom mill-ħsara bil-ġlata. Hemm ġeni oħra li jistgħu jiġi mdaħħla fix-xtieli fosthom naturali mill-batterji . Dan l-insettiċida joqtol l-insetti li jiklu x-xtieli, imma ma jagħmilx ħsara lin-nies. F'dawn ix-xtieli il-ġeni l-ġodda jitqegħdu fix-xitla qabel tikber, u hekk il-ġeni jkunu f'kull parti tax-xitla, iż-żerriegħa nklużi. Ulied ix-xitla mbagħad jirtu l-ġeni l-ġodda, ħaga li tħasseb ħafna nies minħabba t-tixrid ta' karatteristiċi ġodda fix-xtieli salvaġġi.

It-tip ta' teknoloġija wżata fl-inġinerija ġenetika qiegħda tiġi żviluppata wkoll biex tikkura n-nies li jbatu b'mard ġenetiku permezz ta' teknika medika sperimentali msejħa . Però hawn il-ġene l-ġdida titqiegħed wara l-persuna tkun kibret u mardet, u allura l-ġene l-ġdida ma tintiritx minn uliedha. It-terapija ġenika taħdem billi tipprova tissostitwixi l-allele li hi l-kawża tal-marda b'allele li taħdem sewwa.

Noti u referenzi

  1. ^ ADN hu l-akronimu għall-aċtu desossiribonuklejku, l-akronimu Ingliż hu DNA.
  2. ^ a b University of Utah Genetics Learning Center animated tour of the basics of genetics
  3. ^ a b [2], How are human eye colors inherited? (Kif jintirtu lwien l-għajnejn fil-bniedem)
  4. ^ Multifactorial Inheritance, (Eredità multifattorjali)
  5. ^ Low income kids' height doesn't measure up by age 1 (Tfal ta' familji ta' dħul baxx jibqgħu iqsar fl-età ta' sena)
  6. ^ [5] Frequently Asked Questions About Genetic Disorders (Mistoqsijiet magħmula sikwit fuq mard ġenetiku)] NIH
  7. ^ [6] Fibrożi ċistika, NIH
  8. ^ Peto J, Breast cancer susceptibility-A new look at an old model (Suxxettibiltà għall-cancer tas-sider-Ħarsa ġdida lejn mudell antik), Cancer Cell, volum 1, ħarġa 5, paġni 411–2, [7] [8]
  9. ^ What Are the Risk Factors for Breast Cancer? (X'inhuma l-fatturi ta' riskju għall-cancer tas-sider), American Cancer Society
  10. ^ a b ċ The Structures of Life, (L-istrutturi tal-ħajja)
  11. ^ [11] Enzymes (Enzimi) HowStuffWorks
  12. ^ a b ċ [12] What is DNA? (X'inhu l-ADN?)
  13. ^ [13] DNA-RNA-Protein (ADN-ARN-Proteina)
  14. ^ What is Albinism? (X'inhu l-Albiniżmu)
  15. ^ [15] Mutations (Mutazzjonijiet)
  16. ^ a b Marshall Brain, How Evolution Works, (Kif taħdem l-evoluzzjoni), [16]
  17. ^ [17] Mechanisms: The Processes of Evolution (Mekkaniżmi: Il-Proċess tal-Evoluzzjoni)
  18. ^ [18] Genetic Variation (Varjazzjoni Ġenetika)
  19. ^ [19] Long underwear for water (Ilbies ta' taħt twil għall-ilma
  20. ^ [20] Tifton, Georgia: A Peanut Pest Showdown (Tifton, Georgia: Konfront mad-dud tal-karawett)
  21. ^ [21] Gene Therapy (Terapija Ġenika)

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Introduzzjoni għall-ġenetika
Il-ġenetika
  • (EN) Introduzzjoni għall-ġenetika
  • (EN) Introduzzjoni għall-ġeni u l-mard
  • (EN) Glossarju jitkellem ta' termini ġenetiċi
  • (FR) Glossarju tal-bijoteknoloġija tal-FAO
L-ADN u l-ġeni
  • (EN) Gwida animata għall-klonazzjoni
  • (EN) Il-ġenetika, A Science Primer
  • (FR) "Draba kien hemm ... l-ADN" – Sit edukattiv fuq is-sisien tal-ġenetika klassika u molekulari
Evoluzzjoni
  • (EN) Nifhmu l-evoluzzjoni
Interattivi
  • (EN) X'ħa jkun lewn għajnejn uliedek? Il-ġenetika tal-għajn umana: Introduzzjoni interattiva
  • (EN) Il-logħba tal-eliċi doppja
  • (EN) It-traskrizzjoni u t-traduzzjoni tal-ġeni
  • (EN) StarGenetics – softwer li jissimula esperimenti ta' tgħammir bejn organiżmi li huma differenti fuq firxa ta' karatteristiċi

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 08 Ġun, 2025 / 22:01

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Introduzzjoni għall ġenetika, X'inhi Introduzzjoni għall ġenetika? Xi tfisser Introduzzjoni għall ġenetika?

Dan l artiklu hu miktub bil ħsieb li jipprovdi introduzzjoni aċċessibbli u mhux teknika għas suġġett Il ġenetika tistudja kif ħajjin jirtu karatteristiċi mill antenati tagħhom perezempju l ulied sikwit jixbħu l ġenituri tagħhom Il ġenetika tipprova tiddentifika liema karatteristiċi jintirtu u tispjega kif dawn il karatteristiċi jgħaddu minn ġenerazzjoni għall oħra Sezzjoni ta is sensiela ta unitajiet qishom platti fiċ ċentru terfa fiha ċerta informazzjoni twila qisha sellum mibrum Din hi magħmula minn erba tipi ta unitajiet sempliċi u s sensiela ta dawn l unitajiet terfa fiha ċerta informazzjoni bħal ma sensiela ta ittri terfa fiha ċerta informazzjoni fuq paġna Dawn jiffurmaw l iskaluni tas sellum tal ADN u huma l unitajiet li jirrepetu ruħhom fl ADN Hemm erba tipi ta nukleotidi A T G and C u huma s sniesel ta dawn in nukleotidi li jerfgħu fihom l informazzjoni Pakkett li jġorr l ADN fiċ ċelluli Ikun fih biċċa ADN twila imkebba u ppakkjata f struttura kompatta L ispeċi differenti tal pjanti u annimali għandhom numru u daqs differenti ta kromozomi Sezzjoni ta Il ġeni huma bħas sentenzi magħmula mill ittri tal alfabet tan nukleotidi bejniethom il ġeni jmexxu l izvilupp fiziku u l imġiba ta organizmu Il ġeni qishom riċetta jew ktieb ta istruzzjonijiet li jipprovdi l informazzjoni li jeħtieġ l organizmu biex jibni jew jagħmel xi ħaġa per ezempju jagħmel għajn jew riġel jew isewwi ferita L alleli huma l forom differenti ta ċerta ġene li jista jkollu organizmu Per ezempju fil bnedmin allele waħda ta lewn l għajnejn tipproduċi għajnejn ħodor u allele oħra tipproduċi għajnejn suwed Is sett komplut ta ġeni ta ċertu organizmu Meta n nies ibiddlu organizmu billi jzidu ġeni ġodda jew ineħħu xi ġeni mill ġenoma tiegħu Ġrajja li tibdel is sensiela tal ADN f ġene Xi karatteristiċi għandhom x jaqsmu mad dehra fizika ta organizmu perezempju il lewn tal għajnejn ta bniedem it tul jew il piz tiegħu Hemm ħafna tipi oħra ta karatteristiċi u dawn jinfirxu minn aspetti ta mġiba sa rezistenza għall mard Il karatteristiċi sikwit jintirtu perezempju nies twal u rqaq aktarx ikollhom tfal twal u rqaq Xi karatteristiċi oħra jiġu mill interazzjoni bejn karatteristiċi li jintirtu u l ambjent Perezempju tifel jista jiret it tendenza li jkun twil hemm jekk ma jkunx hemm ikel bizzejjed disponibbli u ma jkollux sustanzi bizzejjed it tifel xorta jibqa qasir Il mod kif il ġenetika u l ambjent jintreaġixxu biex jipproduċu karatteristika jista jkun ikkomplikat perezempju il probabbilta li xi ħadd imut bil cancer jew mard tal qalb tidher li tiddependi fuq l istorja familjali kif ukoll fuq l istil ta ħajja tiegħu L informazzjoni ġenetika tkun merfugħa f twila msejħa li tiġi ikkupjata u tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra Il karatteristiċi jintrefgħu fl ADN bħala istruzzjonijiet għall bini u tħaddim ta organizmu Dawn l istruzzjonijiet qegħdin f sezzjonijiet tal ADN msejħa L ADN hi magħmula minn sensiela ta unitajiet sempliċi u l ordni ta dawn l unitajiet tispelli l istruzzjonijiet fil bħalma l ordni tal ittri tispelli l kliem L organizmu jaqra s sensiela ta dawn l unitajiet u jiddekodifika l istruzzjoni Mhux il ġeni kollha għal ċerta istruzzjoni huma ezatt l istess Forom differenti ta tip ta ġene jissejħu ta dik il ġene Bħala ezempju allele waħda ta ġene għal lewn ix xagħar tista terfa fiha l istruzzjoni biex tipproduċi ħafna kulur fix xagħar iswed waqt li allele oħra tista tagħti verzjoni mgerfxa ta din l istruzzjoni u hekk l ebda kulur ma jiġi prodott u x xagħar jiġi abjad Il huma ġrajjiet kazwali li jbiddlu s sensiela f ġene u hekk joħolqu allele Mutazzjoni tista tipproduċi karatteristika ġdida perezempju tibdel allele għax xagħar iswed f allele għax xagħar abjad Il feġġ ta karatteristiċi ġodda hu importanti fl evoluzzjoni L eredita fil bijoloġijaIl ġeni u l eredita Il ġeni jintirtu bħala unitajiet bil ġenituri jqassmu l ġeni tagħhom lil uliedhom Dan il proċess qisu bħal meta jkollna zewġ idejn karti tal logħob inħawduhom u nerġgħu inqassmuhom Il bnedmin għandhom zewġ kopji ta kull ġene tagħhom jiġifieri zewġ alleli u meta jirriproduċu jagħmlu kopji tal ġeni tagħhom fil bajd u l isperma imma jqegħdu kopja waħda biss ta kull tip ta ġene Bajda mbagħad tingħaqad mal isperma biex tagħti l wild tagħhom sett ġdid ta ġeni Dan il wild ikollu l istess numru ta ġeni bħall ġenituri tiegħu imma għal kull ġene waħda miz zewġ kopji tiegħu tiġi mill missier u l oħra mill omm L effet tat taħlit jiddependi mit tipi l alleli tal ġene li tkun interessat fihom Jekk il missier ikollu zewġ allelli li jispeċifikaw għajnejn ħodor u l omm ikollha zewġ alleli li jispeċifikaw għajnejn suwed uliedhom kollha ħa jkollhom zewġ alleli li jagħtu istruzzjonijiet differenti waħda għal għajnen ħodor u waħda għal għajnejn suwed Il lewn ta għajnejn f dawn l ulied jiddependi kif dawn l alleli jaħdmu flimkien Jekk allele waħda tirbaħ fuq l istruzzjonijiet tal oħra tissejjaħ allele dominanti u l allele li titlef tissejjaħ allele reċessiva Fil kaz ta tifla b alleli ħadra u oħra sewda l iswed hu dominanti u tispiċca b għajnejn suwed L għajnejn ħodor huma karatteristika reċessiva Madankollu l allele tal għajnejn ħodor għadha hemm fit tifla b għajnejha suwed Hemm differenza bejn dak li naraw fil wiċċ is sett ta karatteristiċi osservabbli ta organizmu imsejjaħ il u s sett ta ġeni li hemm f dan l organizmu il F dan l ezempju nistgħu insejħu l allele sewda S u l allele ħadra ħ Is soltu nuru l alleli dominanti b ittri majuskoli u dawk reċessivi b ittri minuskoli It tifla b għajnejha suwed għandha l fenotip ta għajnejn suwed imma l ġenotip tagħha hu Sħ b kopja waħda tal allele S u oħra tal allele ħ Issa ejjew nimmaġinaw li din it tifla ssir mara u jkollha t tfal minn raġel li għandu wkoll il ġenotip Sħ Il bajd tagħha ħa jkunu taħlita ta zewġ tipi tip wieħed ikun fih l allele S u l ieħor l allele ħ Bl istess mod ir raġel ħa jipproduċi zewġ tipi ta sperma li jkun fihom waħda biss mill alleli Issa meta l alleli jitħalltu fl ulied dawn għandhom iċ ċans ta għajnejn suwed jew ħodor billi jista jkollhom il ġenotip SS għajnejn suwed Sħ għajnejn suwed jew ħħ għajnejn ħodor Mela f din il ġenerazzjoni hemm iċ ċans li tidher l allele reċessiva fil fenotip tat tfal x uħud minnhom jista jkollhom għajnejn ħodor bħal nannuhom Ħafna karatteristiċi jintirtu b mod izjed ikkomplikat minn fl ezempju ta hawn fuq Dan jista jiġri meta jkun hemm bosta ġeni mdaħhlin fil proċess kull waħda tikkontribwixxi parti zgħira għar rizultat finali In nies twal aktarx ikkollhom tfal twal billi t tfal tagħhom jirċievu pakkett ta ħafna alleli li kull waħda minnhom tikkontribwixxi ftit għal kemm jitwalu Pero m hemmx gruppi ċari ta nies qsar u nies twal bħal ma hemm gruppi ta nies b għajnejhom suwed u b għajnejhom ħodor Dan hu hekk peress li hemm ħafna ġeni involuti dan jagħmel il karatteristika varjabbli ħafna u n nies b ħafna tulijiet differenti L eredita tista tkun kkomplikata wkoll meta l karatteristika tiddependi fuq l interazzjoni bejn il ġenetika u l ambjent Spiss jiġri hekk perezempju jekk tifel ma jikolx ikel nutrijenti bizzejjed dan mhux ħa jbiddillu lewn għajnejh imma jista jzommu milli jitwal Il mard ereditarju Xi mard hu ereditarju u jintiret fil familji xi mard ieħor bħal infezzjonijiet jiġi mill ambjent u xi ieħor jiġi minn kumbinazzjoni ta fatturi ereditarji u ambjentali Il mard ikkawzat minn allele waħda ta ġene u li jintiret fil familji jissejjaħ mard ġenetiku Fost dan il mard hemm il il u d Il perezempju hi kkawzata minn mutazzjoni ta ġene waħda msejħa CFTR u tintiret bħala karatteristika reċessiva Hemm mard ieħor li hu influwenzat mill ġenetika imma f dan il kaz l alleli li persuna tieħu mill ġenituri tagħha jbiddlu biss ir riskju li tieħu l marda Il parti l kbira ta dan il mard jintiret b mod kompless billi jinvolvi bosta ġeni jew billi l ġeni kif ukoll l ambjent huma importanti Biex nieħdu ezempju ir riskju ta cancer tas sider hu 50 darba ogħla fil familji tal ogħla riskju komparat mal familji tal inqas riskju X aktarx hemm din il varjazzjoni minħabba n numru kbir ta alleli Kull waħda minnhom tbiddel ir riskju xi ftit Bosta mill ġeni li għandhom x jaqsmu ġew identifikati bħal u imma mhux kollha Madankollu minkejja li parti mir riskju hu ġenetiku il ħxuna ix xorb ta ħafna alkoħol in nuqqas ta ezerċizzju kollha jzidu r riskju ta dan il cancer Ir riskju li jkollha mara għall cancer tas sider hu mela r rizultat ta għadd kbir ta alleli u l ambjent tagħha u allura hu diffiċli ħafna li nbassruh Kif jaħdmu l ġeniIl ġeni jagħmlu l proteini Il funzjoni tal ġeni hi li tipprovdi l informazzjoni meħtieġa biex tagħmel molekuli msejħin fiċ ċelluli Iċ ċelluli huma l izgħar partijiet indipendenti tal organizmi il ġisem tal bniedem fih xi 100 trilljun ċellula waqt li organizmi ċkejknin ħafna bħall huma ċellula waħda biss Ċellula qisha minjatura ta fabrika komplessa ħafna li tista tagħmel il partijiet kollha meħtiega biss tipproduċi kopja tagħha stess li jiġri meta ċ ċelluli jinqasmu Fiċ ċelluli x xogħol jinqassam b mod sempliċi ħafna il ġeni jagħtu l ordnijiet u proteini jobduhom bħal jibnu kopja ġdida ta ċellula jew isewwu l ħsara Kull tip ta proteina hi speċjalista u tagħmel xogħol wieħed biss u allura jekk ċellula jkollha bzon xi ħaġa ġdida trid tagħmel proteina ġdida biex tagħmel dan ix xogħol Bl istess mod jekk ċellula tkun trid tagħmel xi ħaġa izjed bl għaġla jew izjed bil mod minn qabel trid tagħmel izjed jew inqas mill proteini risponsabbli Il ġeni jgħidu liċ ċelluli x jagħmlu billi jgħidulhom liema proteini jagħmlu u kemm Il ġeni huma espressi billi jiġu traskritti fl ARN u dan l ARN imbagħad jiġi tradott f proteina Il proteini huma magħmula minn katina ta 20 tip differenti ta Din il katina tintewa f forma kompatta qisha kobba ħabel imħabbla Il forma tal proteina tiddeterminaha s sensiela ta amminoaċti matul il katina u hi din li tiddeċiedi x tagħmel il proteina perezempju xi proteini għandhom ħofor fil wiċc tagħhom li jaqblu ezatt ma molekula oħra li jħallu l proteina taqbad sewwa ma din il molekula Xi proteini oħra huma li qishom magni ċkejknin li jistgħu ibbiddlu molekuli oħra L informazzjoni fl ADN hi maħzuna fis sensiela ta unitajiet li jirrepetu matul il katina tal ADN Dawn l unitajiet huma erba tipi ta nukleotidi A T G and C u s sensiela ta nukleotidi taħzen l informazzjoni f alfabet imsejjaħ il Meta ġene jinqara minn ċellula is sensiela tal ADN tiġi ikkupjata f molekula simili ħafna msejħa Dan il proċess insejħulu traskrizzjoni It traskrizzjoni hi kkontrollata minn sniesel oħra tal ADN bħal promuturi li juru lil ċellula fejn huma l ġeni u jikkrontrollaw kemm il darba jiġu kkupjati Il kopja tal ARN magħmula minn ġene imbagħad tgħaddi minn struttura msejħa li tittraduċi s sensiela tal nukleotidi fl ARN fis sensiela korretta ta amminoaċti u tgħaqqad dawn l amminoaċti flimkien biex jagħmlu katina kompluta ta proteina Il proteina l ġdida mbagħad tintewa fil forma attiva tagħha Il proċess li bih l informazzjoni tmur mill lingwa tal ADN għal lingwa tal amminoaċti jissejjaħ traduzzjoni L ADN jinħall u n nukleotidi jitqabblu biex jagħmlu zewġ filamenti ġodda Jekk is sensiela tan nukleotidi f ġene tinbidel tista tinbidel ukoll is sensiela ta amminoaċti fil proteina li tipproduċi jekk titneħha parti mill ġene il proteina li tiġi prodotta tkun iqsar u jista jkun li ma taħdimx iktar Din hi r raġuni għaliex alleli differenti ta ġene jista jkollhom effetti differenti fuq l organizmu Bħala ezempju nistgħu nieħdu l kulur tax xagħar li jiddependi minn kemm minn sustanza skura msejħa imur fix xagħar huwa hu jikber Jekk persuna jkollha sett normali tal ġeni li għandhom x jaqsmu mal produzzjoni tal melanina din tagħmel il proteini meħtieġa kollha u tkabbar xagħar skur Pero jekk l alleli għal ċerta proteina għandhom sniesel differenti u jipproduċu proteini li ma jaħdmux sewwa u l ebda melanina ma tiġi prodotta u x xagħar jiġi abjad Din il kundizzjoni tissejjaħ u l persuna b din il kundizzjoni tissejjaħ albina Il ġeni jiġu kkupjati Il ġeni jiġu kkupjati kull darba li ċellula tinqasam f zewġ ċelluli ġodda Il proċess li jikkopja l ADN jissejjaħ Permezz ta proċess simili li l ulied jirtu l ġeni mill ġenituri tagħhom meta kopja mill omm titħallat ma kopja mill missier L ADN jista jiġi kkuppjat faċilment u ezattament għaliex kull biċċa mill ADN tista tiddiriġi l ħolqien ta kopja ġdida tal informazzjoni tagħha Dan għaliex l ADN hu magħmul minn zewġ ħjut li jaqblu flimkien bħaz zewg naħat ta zipp In nukleotidi qegħdin bejniethom bħas snien taz zipp u jaqblu par par biex izommu z zewġ filamenti flimkien Importanti l fatt li l erba tipi ta nukleotidi għandhom forom differenti u għalhekk biex il filamenti jagħlqu sewwa in nukleotide A tid tiġi faċċata tal nukleotide T u G faċċata ta C Dan il qbil ezatt bejn il pari jissejjaħ tizwiġ tal bazi Meta l ADN jiġi kkupjat iz zewġ filamenti tal ADN il qadim jinġibdu l bogħod minn xulxin mill enzimi li jimxu matul kull waħda minnhomm u jqabblu pari ta unitajiet ta nukleotidi ġodda u jizzippjaw il filamenti flimkien Dan jipproduċi zewġ biċċiet ġodda tal ADN fejn kull waħda fiha filament wieħed mill ADN qadim u wieħed mill filamenti ġodda Dan il proċess mhux perfett u xi minn daqqiet il proteini jagħmlu zball u jpoġġu nukleotide ħazina fil filament li jkunu qegħdin jibnu Hekk isseħħ bidla fis sensiela ta dik il ġene Dawn il idliet fis sensiela tal ADN jissejħu Il mutazzjonijiet jipproduċu alleli ġodda tal ġeni Xi drabi dawn il bidliet iwaqqfu l ġene milli taħdem sewwa bħall ġeni tal melanina li ddiskutejna hawn fuq F kazi oħra dawn il mutazzjoniet jistgħu ibbidlu dak li tagħmel il ġene jew anzi iħalluha tagħmel xogħlha ftit aħjar minn qabel Dawn il mutazzjonijiet u l effet tagħhom fuq il karatteristiċi tal organizmi huma waħda mill kawzi tal evoluzzjoni Il ġeni u l evoluzzjonibis suf ta kuluri differenti Popolazzjoni ta organizmi tevolvi meta karatteristika li tintiret issir iktar komuni jew inqas komuni maz zmien Perezempju il ġrieden kollha li jgħixu fuq gzira nqisuhom popolazzjoni tal ġrieden Jekk matul ftit ġenerazzjonijiet il ġrieden bojod tbiddlu milli jkunu rari għalli jkunu l parti l kbira ta din il popolazzjoni allura il kulur tas suf ta dawn il ġrieden ikun qiegħed jevolvi Fit termini tal ġenetika din tissejjaħ bidla fil bħal zieda fil frekwenza tal allele tas suf abjad L alleli jsiru iktar jew inqas kommuni jew b aċċident f proċess imsejjaħ jew permezz tal Fl għazla naturali jekk allele tagħmel izjed probabbli li organizmu jibqa ħaj u jirriroduċi maz zmien din l allele issir izjed komuni Imma jekk allele tkun ta ħsara l għazla naturali tagħmilha inqas kommuni Perezempju jekk il ġzira qiegħda ssir izjed kiesħa kull sena u miksija bis silġ għall parti l kbira tas sena allura l allele tas suf abjad issir izjed utli għall ġrieden billi tagħmilhom izjed diffiċli li jarawhom il redaturi kontra s silġ Inqas mill ġrieden bojod jinħatfu mill predaturi u għalhekk maz zmien il ġrieden bojod jirbħu l ġrieden bis suf skur L alleli tas suf abjad isiru izjed komuni u l alleli tas suf skur isiru izjed rari Il mutazzjonijiet joħolqu alleli ġodda Dawn l alleli għandhom sniesel ġodda tal ADN u jistgħu jipproduċu proteini bi prorjetajiet ġodda Allura anki fuq gzira ippopolata għal kollox minn ġrieden suwed jistgħu jiġru mutazzjonijiet li joħolqu xi alleli tas suf abjad Il kombinazzjoni ta mutazzjonijiet li joħolqu alleli ġodda kazwalment u l għazla naturali li tagħzel dawk li huma utli iġġib l Dan jiġri meta organizmi jinbidlu b mod li jgħinhom jibqgħu ħajjin u jirriproduċu L inġinerija ġenetikaBilli l karatteristiċi ġejjin mill ġeni f ċellula meta nzidu biċċa ADN ġdida f ċellula nistgħu nipproduċu karatteristika ġdida Hekk taħdem l Perezempju ix xtieli jistgħu jingħataw ġene minnn ħuta tal Artiku biex jipproduċu proteina kontra l ġlata fil weraq tagħhom Din tista tipproteġihom mill ħsara bil ġlata Hemm ġeni oħra li jistgħu jiġi mdaħħla fix xtieli fosthom naturali mill batterji Dan l insettiċida joqtol l insetti li jiklu x xtieli imma ma jagħmilx ħsara lin nies F dawn ix xtieli il ġeni l ġodda jitqegħdu fix xitla qabel tikber u hekk il ġeni jkunu f kull parti tax xitla iz zerriegħa nkluzi Ulied ix xitla mbagħad jirtu l ġeni l ġodda ħaga li tħasseb ħafna nies minħabba t tixrid ta karatteristiċi ġodda fix xtieli salvaġġi It tip ta teknoloġija wzata fl inġinerija ġenetika qiegħda tiġi zviluppata wkoll biex tikkura n nies li jbatu b mard ġenetiku permezz ta teknika medika sperimentali msejħa Pero hawn il ġene l ġdida titqiegħed wara l persuna tkun kibret u mardet u allura l ġene l ġdida ma tintiritx minn uliedha It terapija ġenika taħdem billi tipprova tissostitwixi l allele li hi l kawza tal marda b allele li taħdem sewwa Noti u referenzi ADN hu l akronimu għall aċtu desossiribonuklejku l akronimu Ingliz hu DNA a b University of Utah Genetics Learning Center animated tour of the basics of genetics a b 2 How are human eye colors inherited Kif jintirtu lwien l għajnejn fil bniedem Multifactorial Inheritance Eredita multifattorjali Low income kids height doesn t measure up by age 1 Tfal ta familji ta dħul baxx jibqgħu iqsar fl eta ta sena 5 Frequently Asked Questions About Genetic Disorders Mistoqsijiet magħmula sikwit fuq mard ġenetiku NIH 6 Fibrozi ċistika NIH Peto J Breast cancer susceptibility A new look at an old model Suxxettibilta għall cancer tas sider Ħarsa ġdida lejn mudell antik Cancer Cell volum 1 ħarġa 5 paġni 411 2 7 8 What Are the Risk Factors for Breast Cancer X inhuma l fatturi ta riskju għall cancer tas sider American Cancer Society a b ċ The Structures of Life L istrutturi tal ħajja 11 Enzymes Enzimi HowStuffWorks a b ċ 12 What is DNA X inhu l ADN 13 DNA RNA Protein ADN ARN Proteina What is Albinism X inhu l Albinizmu 15 Mutations Mutazzjonijiet a b Marshall Brain How Evolution Works Kif taħdem l evoluzzjoni 16 17 Mechanisms The Processes of Evolution Mekkanizmi Il Proċess tal Evoluzzjoni 18 Genetic Variation Varjazzjoni Ġenetika 19 Long underwear for water Ilbies ta taħt twil għall ilma 20 Tifton Georgia A Peanut Pest Showdown Tifton Georgia Konfront mad dud tal karawett 21 Gene Therapy Terapija Ġenika Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Introduzzjoni għall ġenetika Il ġenetika EN Introduzzjoni għall ġenetika EN Introduzzjoni għall ġeni u l mard EN Glossarju jitkellem ta termini ġenetiċi FR Glossarju tal bijoteknoloġija tal FAO L ADN u l ġeni EN Gwida animata għall klonazzjoni EN Il ġenetika A Science Primer FR Draba kien hemm l ADN Sit edukattiv fuq is sisien tal ġenetika klassika u molekulari Evoluzzjoni EN Nifhmu l evoluzzjoni Interattivi EN X ħa jkun lewn għajnejn uliedek Il ġenetika tal għajn umana Introduzzjoni interattiva EN Il logħba tal eliċi doppja EN It traskrizzjoni u t traduzzjoni tal ġeni EN StarGenetics softwer li jissimula esperimenti ta tgħammir bejn organizmi li huma differenti fuq firxa ta karatteristiċi

L-aħħar artikli
  • Ġunju 06, 2025

    Unjoni Ewropea

  • Ġunju 08, 2025

    Turkmenistan

  • Ġunju 08, 2025

    Tuberkulożi

  • Ġunju 09, 2025

    Tripli (Libja)

  • Ġunju 07, 2025

    Trinidad u Tobago

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq