Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa
Joseph Vella Bondin

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Joseph Vella Bondin twieled il-Ħamrun fit-28 ta’ Diċembru 1934. Missieru Karmenu, imwieled il-Qala, kien suldat fil-First Coast Regiment Royal Malta Artillery, reġiment regulari Ingliż magħmul minn suldati Maltin iffurmat fi tmiem is-seklu dsatax. Ommu, Melita Bondin, mill-Ħamrun, kienet mara tad-dar li rabbiet b’għożża familja ta’ tmien ulied. Wara li ħa l-edukazzjoni bikrija tiegħu fl-iskola primarja tal-Ħamrun u fil-Liċeo daħal St. Michael’s Training College biex jikkwalifika bħala għalliem fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Joseph Vella Bondin | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 1934 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 17/07/2024 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Ingliż Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | ekonomista |
Premjijiet | List
|
Matul karriera professjonali twila ta’ 30 sena, rebaħ żewġ scholarships mogħtija mill-Gvern ta’ Malta u permezz ta’ dawn seta’ jkompli l-edukazzjoni terzjarja fl-Universitajiet ta’ Exeter u ta’ Strathclyde (Glasgow). B’hekk kien f’pożizzjoni li javvanza fil-professjoni tiegħi kif turi l-lista ta’ fejn ipprattikaha:
1954-1962: għalliem fil-primarja
1962 – 1970: għalliem fis-sekondarja
1970-1978: lekċerer fid-Dipartiment tal-iStudji Maniġerjali u Kummerċjali fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)
1978-1980: lekċerer fl-Università l-Ġdida
1980-1985: lekċerer fl-Università ta’ Malta fejn kien jgħallem il-Macro-Economics u l-Financial Management
Attiv f’żewġ oqsma kulturali: dik tal-mużika u dik tal-kitba (sew bil-Malti u sew bl-Ingliż).
Fil-qasam tal-mużika, studja l-vuċi u l-interpretazzjoni l-aktar ma’ Charles Bisazza u Josie Satariano u t-teorija, l-armonija u l-istorja l-aktar ma’ Carmelo Pace. Fl-1965, kiseb il-Licenciate of the Royal Schools of Music (LRSM) u l-eżaminaturi fir-rapport tagħhom kitbu: “There is a very good voice here. It is used musically in the various styles performed and is very pleasing indeed.” Matul karriera twila bħala wieħed mill-kantanti operistiċi ewlenin b’vuċi ta’ baxx, irnexxielu jiġbed l-approvazzjoni tal-kritiċi u tal-udjenzi f’partijiet importanti f’opri ta’ Pace, Camilleri, Nani, Verdi, Puccini u Mascagni, u f’oratorji ta’ Handel, Bach, Pace, Xerri, Sammut, Mendelssohn, Bruckner u Dvorak li interpreta fit-teatri u fis-sali ta’ kunċerti ta’ Malta u Għawdex. Kanta wkoll mal-aqwa maestri-di-cappella u surmastrijiet ta’ żmienu fil-biċċa l-kbira tal-knejjes u mal-maġġoranza tal-baned filarmoniċi. Irtira mill-kant fl-1992 minħabba li ħass li dak li kellu jagħti f’dan il-qasam kien tah u fil-futur ried jiddedika ħinu f’oqsma oħra. Fost is-CDs tiegħu insibu Sacred Arias by Maltese Composers.
L-interessi mużikologi tiegħu jinkludu riċerka fl-istorja tal-mużika f’Malta li dwarha kiteb ħafna u artikoli[1] tiegħu dehru wkoll f’pubblikazzjoni internazzjonali fosthom The New Grove Dictionary of Music and Musicians, Second Edition, ed. Stanley Sadie (Macmillan Publishers Limited, London, 2001); Repértoire International de Littérature Musicale (New York, volumi 1995-2002); The Musical Times (UK: Spring 2019), ed. Antony Bye: ‘The Order of St John in Malta: liturgical music in its magnificent primary temple’. L-edizzjoni moderna tiegħu tal-iStabat Mater li Girolamo Abos kiteb f’Napli fl-1750 ittellgħet b’suċċess fil-Konkatidral ta’ San Ġwann f’Marzu 1996 u aktar tard, flimkien mal-istudju metikoluż li kiteb dwar il-kompożitur u ħidmietu, kienet ippubblikata mid-ditta A-R Editions Inc., ta’ Middleton, Wisconsin U.S.A. (2003). Kiteb ukoll l-istorja tal-mużika f’Malta, mitbugħa f’żewġ volumi: Il-Mużika ta’ Malta sal-Aħħar tas-Seklu Tmintax u Il-Mużika ta’ Malta fis-Sekli Dsatax u Għoxrin (2000) bħala parti mill-Kullana Kulturali tal-PIN, bl-ewwel volum jirbaħ il-Premju Nazzjonali Letterarju tal-2001 fil-Kategorija Riċerka. Ma’ John Azzopardi u Franco Bruni kiteb The Nani Composers (XVIII-XX cent.) – A Historical Assessment and a Catalogue of their Works (The Music Archives of the Mdina Cathedral Museum, Volume IV, 2007). Il-ktieb l-aktar riċenti tiegħu, The Great Maltese Composers: historical context, lives, and works (APS Bank Ltd, 2016) ġie msejjaħ il-bibbja mużikali ta’ Malta u rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (2017) fil-kategorija Riċerka ta’ Natura Bijografika u Storjografika.
Vella Bondin hu l-ewwel mużikologu Malti li kiseb rikonoxximent internazzjonali għall-ħidma tiegħu favur il-mużika klassika Maltija. Ir-riċerka pijuniera u metikoluża tiegħu kienet strumentali biex jagħtiha forma u sustanza waqt li l-pubblikazzjonijiet kruċjali u numerużi tiegħu għenu biex jagħtuha rikonoxximent sew nazzjonali u sew internazzjonali.
Xandar spiss fuq stazzjonijiet lokali u s-sensiela tiegħu ta’ tlettax-il programm dwar il-mużika folkloristika ta’ Malta miktuba għar-Radju Bronja fl-1998 kellha verżjonijiet imxandra wkoll fuq il-Voice of the Mediterranean u Radju ZZZ tal-Awstralja. Serje oħra dwar tlettax-il kompożitur Malti għall-istazzjon Voice of the Mediterranean ixxandret fl-2003. Ta’ min isemmi wkoll id-dokumentarju Carlo Diacono f’Għeluq il-50 Sena minn Mewtu, miktub fl-1992 għal Radio Malta u Carmelo Pace – Ħajja fil-Mużika, dokumentarju għat-televiżjoni li kien imxandar l-ewwel darba fuq it-TVM fit-22 ta’ Mejju 1993.
Vella Bondin, li hu wkoll membru tal-Akkademja tal-Malti, inħatar membru tal-Kumitat tat-Tmexxija tat-Teatru Manoel bejn 1996-1998 u kiteb il-ktejjeb tal-programm għall-erbatax-il kunċert u opera li dehru fl-istaġun teatrali 1997-98. Bejn l-2001 u l-2016, kien konsulent mużikali tal-APS Bank u għenu jipproduċi s-serje mfaħħra u mfittxija ta’ kunċerti annwali ta’ mużika Maltija u s-CDs assoċjati li l-Bank offra lill-poplu Malti. Għal dawn hu kiteb il-ktejjeb tal-programm sew għall-kuncerti u sew għas-CDs.
Fil-qasam tal-letteratura, l-unuri tiegħu jinkludu bosta premjijiet ewlenin għad-drammi li daħħal f’konkorsi mnedija mir-Rediffusion fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet tas-seklu l-ieħor fosthom Il-George Cross (1957); Kenn li Huma Xtaqu (1958); Dell fuq Idi (1959); Djarju ta’ Tmiem Ħajti (1960); Thewdin tal-Imgħoddi (1961-2); Tindaħalx, din hi Ħajti (1963-4). Radjudrammi oħra mxandra jinkludu Dell Ħtijieti (1957); Trabiet Imtajra mar-Riħ (1963); Għeruq fl-Ilma (1964); Qalb ta’ Qalbi (1964); Min Jifhem (1965); Qabel is-Sebħ (1990). Novelli li kiteb bil-Malti jew bl-Ingliż ixxandru mill-BBC World Service (15 ta’ Marzu 1975: The Race for Better Wine; 3 ta’ Lulju 1977: Great Uncle’s Will) u minn stazzjonijiet lokali.
Aktar riċenti nsibu drammi oħra li kisbu wkoll rikonoxximent:
· id-dramm f’att wieħed Xi Darba Għada Jisbaħ ħa l-ewwel premju fl-MADC Playwriting Competition 1986 u ttella’ fl-MADC Playhouse, Sta Venera, f’Mejju 1988. Wara l-verżjoni sħiħa f’żewġ atti, Meta se jisbaħ?, inħadem mill-Koperatturi fit-Teatru Manoel f’Marzu tal-1993.
- Zerafa ħa l-ewwel premju fil-Konkors Radjudrammi 1996 imniedi mir-Radju tal-Università.
- Għidli, Missier, jekk il-Gwerra Spiċċatx li xxandar fuq Radju Malta 1, intgħażel mill-Awtorità tax-Xandir bħala l-aħjar radjudramm għas-sena 1999.
- Kamikaze, dramm għat-televiżjoni ntwera mill-P.B.S. fuq TVM f’Ġunju 2000.
- Kull Ġieħ u Glorja ħa l-ewwel premju fir-IV Edizzjoni Konkors Kitba għall-Palk Francis Ebejer u nħadem fit-Teatru Manoel f’Ottubru 2000 bħala produzzjoni tad-Dipartiment tal-Kultura u l-Kumpanija Teatrali Talenti.
· Dawk li fuq l-Iġfna Jbaħħru, li xxandar fuq Radju Malta 1 f’Awwissu 2003, intgħażel mill-Awtorità tax-Xandir bħala l-aħjar radjudramm għas-sena 2002-03. Dawk li fuq l-Iġfna Jbaħħru serva wkoll biex joħloq l-librett ta’ opera għar-radju (2018), kollaborazzjoni bejn l-awtur u l-kompożitur Ingliż/Nikaragwan Geoffrey Alvarez, l-ewwel opera miktuba speċifikament biex tinħadem għar-radju fl-istorja tal-mużika ta’ Malta.
· Il-kummiedja f’żewġ atti Is-Sur Mastru, Bella, il-Professur u Proġetti Oħra ttellgħet minn Bronk Productions fiċ-Ċentru Kreattività ta’ San Ġakbu f’Ottubru 2003. Reġgħet ittellgħet mill-istess kumpanija fl-Istitut Kattolku f’April 2010.
· Awstralja f’żewġ atti, inħadem minn Bronk Productions fit-Teatru Manoel f’Diċembru 2007. Il-produzzjoni ġiet ippremjata fil-Kompetizzjoni f’Ġieħ Francis Ebejer 2007 (Kategorija B: drammi maħduma f’Malta bejn Ottubru 2007 u Settembru 2008) imniedi mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports.
Għażla ta’ dawn id-drammi issa huma ppubblikati f’erba’ volumi:
1. Labirint tas-Sejjieħ: Erba’ Drammi (Zerafa; Għidli, Missier, jekk il-Gwerra Spiċċatx; Kamikaze; Meta se Jisbaħ? PIN, Malta, 1999);
2. Is-Sejħa taż-Żmien: Żewġ Drammi (Kull Ġieħ u Glorja; Dawk li fuq l-Iġfna Jbaħħru, Klabb Kotba Maltin, 2006), rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2007 fil-kategorija “Drama bil-Malti” mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb;
3. Ħitan bil-Moffa: Żewġ Drammi (Awstralja; Djarju ta’ Tmiem Ħajti – Bronk Productions 2009), rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2010 fil-kategorija “Drama bil-Malti” mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb;
4. Għasir il-Bniedem: Żewġ Drammi u Dokumentarju (Is-Sur Mastru, Bella, il-Professur u Proġetti Oħra; Tindaħalx, Din Hi Ħajti; Il-George Cross, Bronk Productions 2011), rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2012 fil-kategorija “Drama bil-Malti” mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb;
It-tema predominanti li tinħass fil-kitbiet oriġinali ta’ Vella Bondin tidher li hi s-solitudini umana li jqisha l-istat pivitali ta’ kull individwu maħluq. Huma l-attentati, xi kultant iddisprati, jekk mhux ukoll makabri, li jagħmel persuna biex jegħleb dan l-istat, biex toħloq interazzjoni soċjali u nutrittiva ma’ bnedmin oħra, li jirriżultaw fil-kunflitti li jiffurmaw il-bażi u n-narrattiva tal-kreattività tiegħu. Stilistikament, hu jħallat il-kunċett tar-realiżmu ma’ aspetti tat-teatru tal-krudiltà u tal-assurd. Ripetutament juża siltiet mużikali bħala kumment provokanti fuq in-narrattiva u l-karattri. Id-drammi kienu analizzati minn Prof. Charles Briffa fil-ktieb tiegħu Joseph Vella Bondin – Drammaturgu (Klabb Kotba Maltin, 2012). Il-volum, li jinkludi awtobijografija bħala appendiċi ta’ Vella Bondin, Joseph Vella Bondin jifli ħajtu, rebaħ l-ewwel premju fil-kategorija Proża Mhux Fittizja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2013.
Sadattant, l-uniku rumanz li għandu, proviżjonalment intitulat Bħal Dawl ix-Xefaq, għadu mhux ippubblikat. Kien kitbu taħt l-ispinta ta’ konkors għal kitba ta’ rumanzi mniedi mir-Rediffusion fl-1960. Ma ħa l-ebda premju għax, kif tawh x’nifhem, kien wisq ‘stramb’ għaż-żminijiet li fihom inkiteb.
[1] Il-kitbiet qosra ta’ Vella Bondin jgħoddu aktar minn 300 biċċa fi tliet oqsma: artikli ta’ natura diversa, novelli u reċensjonijiet. Dettalji jinsabu fil-bijografija tiegħu f’Dictionary of Maltese Biographies (PIN, 2009) ta’ Michael Schiavone.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Joseph Vella Bondin, X'inhi Joseph Vella Bondin? Xi tfisser Joseph Vella Bondin?
Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Joseph Vella Bondin twieled il Ħamrun fit 28 ta Diċembru 1934 Missieru Karmenu imwieled il Qala kien suldat fil First Coast Regiment Royal Malta Artillery reġiment regulari Ingliz magħmul minn suldati Maltin iffurmat fi tmiem is seklu dsatax Ommu Melita Bondin mill Ħamrun kienet mara tad dar li rabbiet b għozza familja ta tmien ulied Wara li ħa l edukazzjoni bikrija tiegħu fl iskola primarja tal Ħamrun u fil Liċeo daħal St Michael s Training College biex jikkwalifika bħala għalliem fid Dipartiment tal Edukazzjoni Joseph Vella BondinĦajjaTwelid 1934Nazzjonalita MaltaMewt 17 07 2024EdukazzjoniLingwi Ingliz MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni ekonomistaPremjijiet List Premju Nazzjonali tal Ktieb 2017 Matul karriera professjonali twila ta 30 sena rebaħ zewġ scholarships mogħtija mill Gvern ta Malta u permezz ta dawn seta jkompli l edukazzjoni terzjarja fl Universitajiet ta Exeter u ta Strathclyde Glasgow B hekk kien f pozizzjoni li javvanza fil professjoni tiegħi kif turi l lista ta fejn ipprattikaha 1954 1962 għalliem fil primarja 1962 1970 għalliem fis sekondarja 1970 1978 lekċerer fid Dipartiment tal iStudji Maniġerjali u Kummerċjali fil Kulleġġ Malti tal Arti Xjenza u Teknoloġija MCAST 1978 1980 lekċerer fl Universita l Ġdida 1980 1985 lekċerer fl Universita ta Malta fejn kien jgħallem il Macro Economics u l Financial Management Attiv f zewġ oqsma kulturali dik tal muzika u dik tal kitba sew bil Malti u sew bl Ingliz Fil qasam tal muzika studja l vuċi u l interpretazzjoni l aktar ma Charles Bisazza u Josie Satariano u t teorija l armonija u l istorja l aktar ma Carmelo Pace Fl 1965 kiseb il Licenciate of the Royal Schools of Music LRSM u l ezaminaturi fir rapport tagħhom kitbu There is a very good voice here It is used musically in the various styles performed and is very pleasing indeed Matul karriera twila bħala wieħed mill kantanti operistiċi ewlenin b vuċi ta baxx irnexxielu jiġbed l approvazzjoni tal kritiċi u tal udjenzi f partijiet importanti f opri ta Pace Camilleri Nani Verdi Puccini u Mascagni u f oratorji ta Handel Bach Pace Xerri Sammut Mendelssohn Bruckner u Dvorak li interpreta fit teatri u fis sali ta kunċerti ta Malta u Għawdex Kanta wkoll mal aqwa maestri di cappella u surmastrijiet ta zmienu fil biċċa l kbira tal knejjes u mal maġġoranza tal baned filarmoniċi Irtira mill kant fl 1992 minħabba li ħass li dak li kellu jagħti f dan il qasam kien tah u fil futur ried jiddedika ħinu f oqsma oħra Fost is CDs tiegħu insibu Sacred Arias by Maltese Composers L interessi muzikologi tiegħu jinkludu riċerka fl istorja tal muzika f Malta li dwarha kiteb ħafna u artikoli 1 tiegħu dehru wkoll f pubblikazzjoni internazzjonali fosthom The New Grove Dictionary of Music and Musicians Second Edition ed Stanley Sadie Macmillan Publishers Limited London 2001 Repertoire International de Litterature Musicale New York volumi 1995 2002 The Musical Times UK Spring 2019 ed Antony Bye The Order of St John in Malta liturgical music in its magnificent primary temple L edizzjoni moderna tiegħu tal iStabat Mater li Girolamo Abos kiteb f Napli fl 1750 ittellgħet b suċċess fil Konkatidral ta San Ġwann f Marzu 1996 u aktar tard flimkien mal istudju metikoluz li kiteb dwar il kompozitur u ħidmietu kienet ippubblikata mid ditta A R Editions Inc ta Middleton Wisconsin U S A 2003 Kiteb ukoll l istorja tal muzika f Malta mitbugħa f zewġ volumi Il Muzika ta Malta sal Aħħar tas Seklu Tmintax u Il Muzika ta Malta fis Sekli Dsatax u Għoxrin 2000 bħala parti mill Kullana Kulturali tal PIN bl ewwel volum jirbaħ il Premju Nazzjonali Letterarju tal 2001 fil Kategorija Riċerka Ma John Azzopardi u Franco Bruni kiteb The Nani Composers XVIII XX cent A Historical Assessment and a Catalogue of their Works The Music Archives of the Mdina Cathedral Museum Volume IV 2007 Il ktieb l aktar riċenti tiegħu The Great Maltese Composers historical context lives and works APS Bank Ltd 2016 ġie msejjaħ il bibbja muzikali ta Malta u rebaħ il Premju Nazzjonali tal Ktieb 2017 fil kategorija Riċerka ta Natura Bijografika u Storjografika Vella Bondin hu l ewwel muzikologu Malti li kiseb rikonoxximent internazzjonali għall ħidma tiegħu favur il muzika klassika Maltija Ir riċerka pijuniera u metikoluza tiegħu kienet strumentali biex jagħtiha forma u sustanza waqt li l pubblikazzjonijiet kruċjali u numeruzi tiegħu għenu biex jagħtuha rikonoxximent sew nazzjonali u sew internazzjonali Xandar spiss fuq stazzjonijiet lokali u s sensiela tiegħu ta tlettax il programm dwar il muzika folkloristika ta Malta miktuba għar Radju Bronja fl 1998 kellha verzjonijiet imxandra wkoll fuq il Voice of the Mediterranean u Radju ZZZ tal Awstralja Serje oħra dwar tlettax il kompozitur Malti għall istazzjon Voice of the Mediterranean ixxandret fl 2003 Ta min isemmi wkoll id dokumentarju Carlo Diacono f Għeluq il 50 Sena minn Mewtu miktub fl 1992 għal Radio Malta u Carmelo Pace Ħajja fil Muzika dokumentarju għat televizjoni li kien imxandar l ewwel darba fuq it TVM fit 22 ta Mejju 1993 Vella Bondin li hu wkoll membru tal Akkademja tal Malti inħatar membru tal Kumitat tat Tmexxija tat Teatru Manoel bejn 1996 1998 u kiteb il ktejjeb tal programm għall erbatax il kunċert u opera li dehru fl istaġun teatrali 1997 98 Bejn l 2001 u l 2016 kien konsulent muzikali tal APS Bank u għenu jipproduċi s serje mfaħħra u mfittxija ta kunċerti annwali ta muzika Maltija u s CDs assoċjati li l Bank offra lill poplu Malti Għal dawn hu kiteb il ktejjeb tal programm sew għall kuncerti u sew għas CDs Fil qasam tal letteratura l unuri tiegħu jinkludu bosta premjijiet ewlenin għad drammi li daħħal f konkorsi mnedija mir Rediffusion fis sittinijiet u s sebgħinijiet tas seklu l ieħor fosthom Il George Cross 1957 Kenn li Huma Xtaqu 1958 Dell fuq Idi 1959 Djarju ta Tmiem Ħajti 1960 Thewdin tal Imgħoddi 1961 2 Tindaħalx din hi Ħajti 1963 4 Radjudrammi oħra mxandra jinkludu Dell Ħtijieti 1957 Trabiet Imtajra mar Riħ 1963 Għeruq fl Ilma 1964 Qalb ta Qalbi 1964 Min Jifhem 1965 Qabel is Sebħ 1990 Novelli li kiteb bil Malti jew bl Ingliz ixxandru mill BBC World Service 15 ta Marzu 1975 The Race for Better Wine 3 ta Lulju 1977 Great Uncle s Will u minn stazzjonijiet lokali Aktar riċenti nsibu drammi oħra li kisbu wkoll rikonoxximent id dramm f att wieħed Xi Darba Għada Jisbaħ ħa l ewwel premju fl MADC Playwriting Competition 1986 u ttella fl MADC Playhouse Sta Venera f Mejju 1988 Wara l verzjoni sħiħa f zewġ atti Meta se jisbaħ inħadem mill Koperatturi fit Teatru Manoel f Marzu tal 1993 Zerafa ħa l ewwel premju fil Konkors Radjudrammi 1996 imniedi mir Radju tal Universita Għidli Missier jekk il Gwerra Spiċċatx li xxandar fuq Radju Malta 1 intgħazel mill Awtorita tax Xandir bħala l aħjar radjudramm għas sena 1999 Kamikaze dramm għat televizjoni ntwera mill P B S fuq TVM f Ġunju 2000 Kull Ġieħ u Glorja ħa l ewwel premju fir IV Edizzjoni Konkors Kitba għall Palk Francis Ebejer u nħadem fit Teatru Manoel f Ottubru 2000 bħala produzzjoni tad Dipartiment tal Kultura u l Kumpanija Teatrali Talenti Dawk li fuq l Iġfna Jbaħħru li xxandar fuq Radju Malta 1 f Awwissu 2003 intgħazel mill Awtorita tax Xandir bħala l aħjar radjudramm għas sena 2002 03 Dawk li fuq l Iġfna Jbaħħru serva wkoll biex joħloq l librett ta opera għar radju 2018 kollaborazzjoni bejn l awtur u l kompozitur Ingliz Nikaragwan Geoffrey Alvarez l ewwel opera miktuba speċifikament biex tinħadem għar radju fl istorja tal muzika ta Malta Il kummiedja f zewġ atti Is Sur Mastru Bella il Professur u Proġetti Oħra ttellgħet minn Bronk Productions fiċ Ċentru Kreattivita ta San Ġakbu f Ottubru 2003 Reġgħet ittellgħet mill istess kumpanija fl Istitut Kattolku f April 2010 Awstralja f zewġ atti inħadem minn Bronk Productions fit Teatru Manoel f Diċembru 2007 Il produzzjoni ġiet ippremjata fil Kompetizzjoni f Ġieħ Francis Ebejer 2007 Kategorija B drammi maħduma f Malta bejn Ottubru 2007 u Settembru 2008 imniedi mill Kunsill Malti għall Kultura u l Arti fil Ministeru tal Edukazzjoni Kultura Zgħazagħ u Sports Għazla ta dawn id drammi issa huma ppubblikati f erba volumi 1 Labirint tas Sejjieħ Erba Drammi Zerafa Għidli Missier jekk il Gwerra Spiċċatx Kamikaze Meta se Jisbaħ PIN Malta 1999 2 Is Sejħa taz Zmien Zewġ Drammi Kull Ġieħ u Glorja Dawk li fuq l Iġfna Jbaħħru Klabb Kotba Maltin 2006 rebbieħ tal Premju Nazzjonali tal Ktieb 2007 fil kategorija Drama bil Malti mogħti mill Kunsill Nazzjonali tal Ktieb 3 Ħitan bil Moffa Zewġ Drammi Awstralja Djarju ta Tmiem Ħajti Bronk Productions 2009 rebbieħ tal Premju Nazzjonali tal Ktieb 2010 fil kategorija Drama bil Malti mogħti mill Kunsill Nazzjonali tal Ktieb 4 Għasir il Bniedem Zewġ Drammi u Dokumentarju Is Sur Mastru Bella il Professur u Proġetti Oħra Tindaħalx Din Hi Ħajti Il George Cross Bronk Productions 2011 rebbieħ tal Premju Nazzjonali tal Ktieb 2012 fil kategorija Drama bil Malti mogħti mill Kunsill Nazzjonali tal Ktieb It tema predominanti li tinħass fil kitbiet oriġinali ta Vella Bondin tidher li hi s solitudini umana li jqisha l istat pivitali ta kull individwu maħluq Huma l attentati xi kultant iddisprati jekk mhux ukoll makabri li jagħmel persuna biex jegħleb dan l istat biex toħloq interazzjoni soċjali u nutrittiva ma bnedmin oħra li jirrizultaw fil kunflitti li jiffurmaw il bazi u n narrattiva tal kreattivita tiegħu Stilistikament hu jħallat il kunċett tar realizmu ma aspetti tat teatru tal krudilta u tal assurd Ripetutament juza siltiet muzikali bħala kumment provokanti fuq in narrattiva u l karattri Id drammi kienu analizzati minn Prof Charles Briffa fil ktieb tiegħu Joseph Vella Bondin Drammaturgu Klabb Kotba Maltin 2012 Il volum li jinkludi awtobijografija bħala appendiċi ta Vella Bondin Joseph Vella Bondin jifli ħajtu rebaħ l ewwel premju fil kategorija Proza Mhux Fittizja tal Premju Nazzjonali tal Ktieb 2013 Sadattant l uniku rumanz li għandu provizjonalment intitulat Bħal Dawl ix Xefaq għadu mhux ippubblikat Kien kitbu taħt l ispinta ta konkors għal kitba ta rumanzi mniedi mir Rediffusion fl 1960 Ma ħa l ebda premju għax kif tawh x nifhem kien wisq stramb għaz zminijiet li fihom inkiteb 1 Il kitbiet qosra ta Vella Bondin jgħoddu aktar minn 300 biċċa fi tliet oqsma artikli ta natura diversa novelli u reċensjonijiet Dettalji jinsabu fil bijografija tiegħu f Dictionary of Maltese Biographies PIN 2009 ta Michael Schiavone