Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa
Jum il Ħelsien (Malta)

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Jum il-Ħelsien hija ċċelebrata f'Malta li tfakkar il-31 ta' Marzu, 1979, ġurnata li mmarkat il-ħelsien tal-gżejjer Maltin minn kull qawwa barranija għall-ewwel darba fl-istorja tagħha. Minn dakinhar 'l hawn ma kien hawn ebda bażi militari ta' xi nazzjon ieħor f'Malta, u b'hekk wara eluf ta' snin bħala bażi militari u navali, il-Maltin kellhom fl-aħħar is-sovranità totali ta' arthom. Dan l-avveniment seħħ meta l-bażi militari Ingliża ngħalqet wara li r-Renju Unit irrifjuta li jħallas iċ-ċens dovut lil Malta fl-1979, u peress li l-kuntratt kien jagħlaq fl-1 ta' April, il-forzi Ingliżi telqu minn Malta ġurnata qabel. Jum il-Ħelsien huwa wieħed mill-ħames Festi Nazzjonali li għandha Malta, flimkien ma' Jum l-Indipendenza, Is-Sette Giugno, Il-Vitorja u Jum ir-Repubblika.
Iċ-Ċerimonja tal-Ħelsien
Il-Priministru ta' Malta Dom Mintoff, fil-lejl tal-31 ta' Marzu 1979 xegħel it-torċa tal-Ħelsien fuq il-monument tal-Ħelsien, xogħol tal-iskultur Anton Agius, quddiem il-Knisja ta’ San Lawrenz il-Birgu, fost il-ferħ u l-għajat tal-pubbliku preżenti, l-isparar tal-murtali, id-daqq tal-marċi mill-baned u d-daqq ta’ qniepen tal-knejjes kollha ta’ Malta. Flimkien mal-Prim Ministru Mintoff, xegħel id-dawl tal-ħelsien George Agius, Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union.
Ftit qabel, il-bandiera Ingliża tniżżlet bil-mod il-mod u flokha telgħet il-bandiera Maltija għad-daqq tal-Innu Malti u l-għajat ta’ ferħ tal-Maltin miġburin fit-toroq u fuq is-swar tal-Kottonera u, fuq in-naħa l-oħra, tal-Belt Valletta. Il-bandiera Ingliża tniżżlet mill-baħri Ingliż David Gilchrist ta’ 23 sena, signal man fuq l-HMS London wara li l-pulizija Malti Richard Cauchi ta’ 28 sena mill-Ħamrun ta s-salut. Il-baħri Ingliż imbagħad geżwer il-bandiera u ħa b’idejn il-ħaddiem Malti Carmel Boxall ta’ 22 sena mill-Birgu, li kien impjegat mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Imbagħad il-bandiera Maltija ttellgħet minn Alfred Xuereb ta’ 45 sena minn Bormla, li kien welder it-tarzna, fost ċapċip kbir, kaxxi infernali u daqq tal-qniepen tal-knejjes.
Id-diskors tal-President Anton Buttigieg
Wara sar diskors mill-President tar-Repubblika Anton Buttigieg, diskors li xxandar dirett fuq Xandir Malta, radju u televiżjoni.
Dakinhar Buttigieg tkellem hekk:
"Aħna miġburin hawn illejla biex nifirħu flimkien u niċċelebraw it-tmiem tal-bażi militari Ingliża. Miġburin hawn illejla biex fuq kollox naħilfu li qatt iżjed ma jkun hawn bażi militari barranija f’artna u li Malta tibqa’ għal dejjem Repubblika ħielsa mmexxija mill-Maltin għall-Maltin.
Dan il-monument twaqqaf bħala tifkira tal-ferħ tagħna u tal-ħalfa tagħna lil dawk kollha li jiġu warajna sakemm jibqa’ jeżisti n-nisel Malti. Hija x-xorti kbira tiegħi li nkun President tar-Repubblika llum u li nagħmel dan id-diskors lilkom f’din l-okkażjoni.
F’dan il-mument solenni nħoss id-demm tiegħi Malti jbaqbaq fil-vini tiegħi. Moħħi huwa mixgħul bis-sbuħija tad-dehra li qed nara madwari u qalbi tfur bl-imħabba għal Malta ommi. U nistħajjel. Nistħajjel li bħalissa kif aħna miġburin hawnhekk flimkien qegħdin jingħaqdu magħna, fl-ispirtu, mhux biss dawk li qegħdin jarawna fuq it-televiżjoni u jisimgħuna fuq ir-radju, imma dawk il-Maltin kollha mxerrdin mad-dinja.
Nistħajjel li qegħdin jingħaqdu magħna ukoll, fl-ispirtu, missirijietna f’qabarhom, anke dawk li talbu u offrew sagrifiċċji għal Malta fit-tempji neolitiċi ta’ Ħal Tarxien, Ħaġar Qim u l-Ġgantija. U lil dawn il-Maltin kollha jiena ngħid: ‘Ifirħu magħna, ingħaqdu magħna f’din il-ħalfa tagħna’.
Niftakar b’mod speċjali dawk il-Maltin li nġabru fit-8 ta’ Settembru 1565 f’dan il-post storiku, forsi l-aktar post storiku tal-gżejjer tagħna, fejn għad-daqq tal-istess qniepen tal-knisja ta’ San Lawrenz iżżu ħajr lil Alla għar-rebħa li kisbu fl-Assedju l-Kbir li biha salvaw liċ-ċiviltà Nisranija fl-Ewropa.
Iżda għalkemm missirijietna ġġieldu u xerrdu demmhom fuq is-swar, baqgħu jkunu maħkumin mill-barrani fl-interessi tiegħu, komplew jitgħaffġu minnu, komplew jgħixu fil-miżerja, u fuq kollox pajjiżhom baqa’ fortizza li minnha l-barrani għamel il-gwerra fuq il-ġirien tagħna fil-Mediterran. Min jaf kemm minn¬hom inqatlu jew ittieħdu lsiera fil-battalji fuq il-baħar!
Kemm isbaħ hija Malta tal-lum, xebh ma’ dawk iż-żminijiet. Malta tagħna tal-lum hija Repubblika ħielsa mibnija fuq ix-xogħol u mhux fuq il-privileġġi. Bis-saħħa tad-demokrazija li tħaddan, kull wieħed minn uliedha, anke l-aktar wieħed umli bħali, jista’ jsir Membru tal-Parlament, Ministru, Prim Ministru u anke President.
Malta hija Repubblika li tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, ewlieni fosthom id-dritt ta’ elezzjonijiet ħielsa, il-libertà tal-kuxjenza, il-libertà tal-kelma u l-libertà tal-assoċjazzjoni. Il-valuri morali u spiritwali tagħna jkattru għax l-imħabba tal-proxxmu ma baqgħetx biss imħabba fil-qalb, imma tbiddlet f’għemil ta’ għajnuna lill-fqar, lil nies qgħeda, lill-morda, lill-inkapaċitati, lix-xjuħ, lir-romol, lill-orfni, fil-fatt lil uliedha kollha.
Fuq kollox Malta llum ħelset lilha nfisha mill-bażi militari barranija, mhux b’mibegħda jew vendetta, iżda permezz ta’ għadd kbir ta’ fidi għax hija trid twettaq missjoni ġdida ta’ sliem fil-Mediterran fl-interess tal-paċi fid-dinja kollha.
Is-sliem fuq kollox ifisser li ma jkunx hemm għelm u gwerra u għalhekk it-tneħħija tal-bażi militari barranija titqies bħala pass kbir ’il quddiem fis-sliem. Madankollu l-kelma sliem tfisser aktar minn hekk. Il-kelma sliem u l-kunċett tagħha, li aħna writna mill-popli semitiċi, ma tfissirx biss in-nuqqas ta’ għelm, iżda aktar tfisser il-ġid, l-hena u r-relazzjoni¬jiet tajbin. Bil-kliem sabiħ ‘sliem għalik’ aħna flimkien mal-ġnus semitiċi nilqgħu b’merħba lil dawk li huma għeżież għalina, insellmulhom, fi kliem ieħor nixtiequlhom il-ġid, l-hena u relazzjonijiet tajbin. Dan il-kunċett ta’ sliem insibuh fil-Kotba Mqaddsa.
Dan hu li tfisser il-missjoni l-ġdida ta’ Malta. Il-ġirien tagħna m’għandhomx għalxiex jibżgħu aktar minn attakk mill-barrani, immexxi minn pajjiżna. Malta issa ħielsa għal kollox u hija għal kollox f’idejna. Mhux biss m’aħniex se naħbtu għalihom, iżda rridu naħdmu flimkien magħhom għall-ġid u l-progress, sabiex il-Mediterran, storikament baħar ta’ gwerra, jinbidel f’għadira ta’ sliem.
Din illum hija Malta tagħna, b’ruħ isbaħ milli qatt kellha qabel. Għal din ir-raġuni għalhekk, illum huwa l-bidu ta’ żmien ġdid fil-ġrajja ta’ Malta. Ejjew nifirħu lkoll. Doqqu l-qniepen, ixgħelu d-dwal, xejru l-bnadar u l-istandardi, itfgħu l-fjuri, doqqu l-banda u għannu innijiet ta’ glorja!
Huwa minnu li fuq spallejna jaqgħu responsabbiltajiet akbar. Imma Alla jgħin lil dawk li jħobbu u li jaħdmu għall-paċi. ‘Imberkin dawk li jaħdmu għall-paċi, qal Kristu, ‘għax huma jissejħu ulied Alla’.
Niżżu ħajr lill-mistednin barranin tagħna talli ngħaqdu magħna llum u ngħidulhom: aqsmu magħna l-ferħ tagħna! Fuq kollox ngħidulhom: kunu xiehda għal din il-ħalfa li għamilna, li qatt iżjed ma jkun hawn bażi militari barranija fuq artna u li Malta tibqa’ għal dejjem Repubblika demokratika ħielsa għal kollox, immexxija mill-Maltin għall-Maltin."
Tqegħid ta' fjuri
Il-President temm id-diskors imqanqal tiegħu b’qari tal-poeżija tiegħu Il-Kappella tal-Paċi. Wara huwa tela’ fuq il-monument biex iqiegħed bukkett ta’ fjuri ħomor u bojod f’riġlejn il-monument. Kien akkumpanjat minn żewġt itfal Maltin, Odette Buhagiar u Garry Hurst, li ssimbolizzaw il-ġenerazzjoni l-ġdida, li ukoll qiegħdu fjuri f’riġlejn il-monument.
Wara tela’ l-Prim Ministru akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU, li poġġew ukoll il-fjuri f’riġlejn il-monument. Warajhom telgħu jqegħdu l-fjuri l-ministri tal-kabinett Malti.
Imbagħad tela’ l-Kurunell Muammar Gaddafi, Mexxej tal-Ġemeħerija Libjana, li poġġa bukkett fjuri kbir f’riġlejn il-monument, li kien milqugħ b’ċapċip kbir mill-folol preżenti.
Warajh telgħu jqegħdu l-fjuri tagħhom il-membri tal-korp diplomatiku, rappreżentanti tal-Partit Laburista u tal-General Workers Union u rappreżentanti ta’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet li waslu sa fuq il-Monument tal-Ħelsien f’korteo li telaq minn Pjazza Gavino Gulia, Bormla. Aktar kmieni, fid-daħla ta’ bejn il-Birgu u l-Isla saret ir-regatta tradizzjonali, tlielaq tal-kenuri, opri tal-baħar u fl-aħħar għadd ta’ skiers daħlu sa quddiem il-monument bit-torċa tixgħel f’idejhom.
L-Innu tal-Ħelsien
Dom Mintoff kien ikkummissjona lill-kompożitur magħruf Mikis Theodorakis biex jikkomponi l-mużika tal-innu "Lil Malta f'Jum il-Ħelsien", miktub mill-poeta Malti Karmenu Vassallo. L-Innu ndaqq għall-ewwel darba fil-31 ta' Marzu 1979 mill-Berlin Philharmonic Orchestra taħt it-tmexxija ta' Herbert von Karajan.
Aħna minn qalbna nsellmulek, Malta!
Ifraħ u thenna, Ġenna ta’ Sliem!
Fuqek qatt aktar barrani ma jaħkem.
Ħares ferħana, Malta, ‘l quddiem.
Tlajt sal-quċċata: minn hemm ħadd ma jniżżlek.
Ġensek iħarsek jibqa’ sat-tmiem.
Aħna minn qalbna nsellmulek, Malta!
Ommna kont dejjem, omm mill-aħjar!
Bosta fl-imgħoddi rajt għawġ u tbatija.
Bosta doqt f'għomrok niket u mrar.
Ħajtek għaddejtha tistabar b'min ħakmek.
Ħajtek lejl kienet - xitwa mill-agħar
Ifraħ! Jum ġdid, Malta, sebaħ għalik:
F'artek, Sultana, kulħadd jifraħ bik.
Ħielsa tul għomrok kif int ma kont qatt.
Ġieħek ma' ħiltek kif jixraq irbatt.
Wasal sa fl-aħħar għalik il-ħelsien
Beda sa fl-aħħar għalik l-egħżeż żmien.
Tifkira kull sena mill-Partit Laburista
Mill-1980 'l quddiem il-Partit Laburista dejjem fakkar din il-ġrajja b'kommemorazzjoni fuq l-Għolja tal-Ħelsien. Mill-1989 sal-1995 iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Gvern ma baqgħetx issir fuq l-Għolja tal-Ħelsien il-Birgu wara xi inċidenti li kienu nqalgħu fl-1988. Mill-1996 iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Gvern reġgħet bdiet issir fuq l-Għolja tal-Ħelsien.
Il-Kwistjoni tal-Jiem Nazzjonali
Fiċ-ċerimonja kommemorattiva tal-2009 il-Mexxej Laburista Joseph Muscat tkellem dwar kif Malta tista’ jimxi ‘l quddiem jekk il-Maltin iridu li jkun hawn għaqda nazzjonali. Huwa qal li bħala ġens qatt ma stajna naslu sa hawn kieku ma kienx għall-ġrajjiet li sawruna. Qal li wasal iż-żmien li ma nkomplux nitkellmu qisu hemm xi kisbiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet klassi. Huma kollha ġrajjiet li huma katina waħda. Mit-taqbida tas-7 ta’ Ġunju 1919 fejn il-Maltin qamu biex jagħtuna x-xogħol u l-ħidma u r-rebħa u liberazzjoni tal-Ewropa fil-Gwerra fit-8 ta’ Settembru. Għall-kisba importanti tal-21 ta’ Settembru 1964 fejn Ġorġ Borg Olivier kiseb l-Indipendenza u wera li jemmen fil-ħila tal-Maltin. Mill-jum rari fit-13 ta’ Dicembru 1974 fejn il-Parlament qabel kważi unanimament li Malta għandha tkun Repubblika u li l-Kap tal-Istat għandu jkun Anthony Mamo, wild Art Twelidna. Sal-appuntament mad-destin tal-31 Marzu 1979 meta l-poplu Malti mmexxi minn Dom Mintoff wera li kiber u sar Nazzjon.
“Ejja nirrispettawhom kollha. Rispett mhux żebliħ. Rispett mhux tfixkil lil min irid irodd ħajr lil pajjiżna. Ir-rispett lejn il-kisbiet kollha huwa bżonnjuż biex fl-aħħar nibdew id-diskussjoni biex inżommu l-festi kollha filwaqt li naslu għal Jum Nazzjonali wieħed. Jum Nazzjonali li jgħaqqad lill-poplu Malti kollu. Dan huwa s-sens ta’ għaqda nazzjonali li ġensna qed jitlobna.
Ħoloq Esterni
- Silta minn dokumentarju fuq dak li wassal għal Jum il-Ħelsien
- Jum il-Ħelsien u Dom Mintoff - silta mis-sensiela televiżiva Bijografiji
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Jum il Ħelsien (Malta), X'inhi Jum il Ħelsien (Malta)? Xi tfisser Jum il Ħelsien (Malta)?
Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Jum il Ħelsien hija ċċelebrata f Malta li tfakkar il 31 ta Marzu 1979 ġurnata li mmarkat il ħelsien tal gzejjer Maltin minn kull qawwa barranija għall ewwel darba fl istorja tagħha Minn dakinhar l hawn ma kien hawn ebda bazi militari ta xi nazzjon ieħor f Malta u b hekk wara eluf ta snin bħala bazi militari u navali il Maltin kellhom fl aħħar is sovranita totali ta arthom Dan l avveniment seħħ meta l bazi militari Ingliza ngħalqet wara li r Renju Unit irrifjuta li jħallas iċ ċens dovut lil Malta fl 1979 u peress li l kuntratt kien jagħlaq fl 1 ta April il forzi Inglizi telqu minn Malta ġurnata qabel Jum il Ħelsien huwa wieħed mill ħames Festi Nazzjonali li għandha Malta flimkien ma Jum l Indipendenza Is Sette Giugno Il Vitorja u Jum ir Repubblika Il monument ta Jum il Ħelsien ġewwa l BirguIċ Ċerimonja tal ĦelsienIl Priministru ta Malta Dom Mintoff fil lejl tal 31 ta Marzu 1979 xegħel it torċa tal Ħelsien fuq il monument tal Ħelsien xogħol tal iskultur Anton Agius quddiem il Knisja ta San Lawrenz il Birgu fost il ferħ u l għajat tal pubbliku prezenti l isparar tal murtali id daqq tal marċi mill baned u d daqq ta qniepen tal knejjes kollha ta Malta Flimkien mal Prim Ministru Mintoff xegħel id dawl tal ħelsien George Agius Segretarju Ġenerali tal General Workers Union Ftit qabel il bandiera Ingliza tnizzlet bil mod il mod u flokha telgħet il bandiera Maltija għad daqq tal Innu Malti u l għajat ta ferħ tal Maltin miġburin fit toroq u fuq is swar tal Kottonera u fuq in naħa l oħra tal Belt Valletta Il bandiera Ingliza tnizzlet mill baħri Ingliz David Gilchrist ta 23 sena signal man fuq l HMS London wara li l pulizija Malti Richard Cauchi ta 28 sena mill Ħamrun ta s salut Il baħri Ingliz imbagħad gezwer il bandiera u ħa b idejn il ħaddiem Malti Carmel Boxall ta 22 sena mill Birgu li kien impjegat mad Dipartiment tax Xogħlijiet Pubbliċi Imbagħad il bandiera Maltija ttellgħet minn Alfred Xuereb ta 45 sena minn Bormla li kien welder it tarzna fost ċapċip kbir kaxxi infernali u daqq tal qniepen tal knejjes Id diskors tal President Anton Buttigieg Wara sar diskors mill President tar Repubblika Anton Buttigieg diskors li xxandar dirett fuq Xandir Malta radju u televizjoni Dakinhar Buttigieg tkellem hekk Aħna miġburin hawn illejla biex nifirħu flimkien u niċċelebraw it tmiem tal bazi militari Ingliza Miġburin hawn illejla biex fuq kollox naħilfu li qatt izjed ma jkun hawn bazi militari barranija f artna u li Malta tibqa għal dejjem Repubblika ħielsa mmexxija mill Maltin għall Maltin Dan il monument twaqqaf bħala tifkira tal ferħ tagħna u tal ħalfa tagħna lil dawk kollha li jiġu warajna sakemm jibqa jezisti n nisel Malti Hija x xorti kbira tiegħi li nkun President tar Repubblika llum u li nagħmel dan id diskors lilkom f din l okkazjoni F dan il mument solenni nħoss id demm tiegħi Malti jbaqbaq fil vini tiegħi Moħħi huwa mixgħul bis sbuħija tad dehra li qed nara madwari u qalbi tfur bl imħabba għal Malta ommi U nistħajjel Nistħajjel li bħalissa kif aħna miġburin hawnhekk flimkien qegħdin jingħaqdu magħna fl ispirtu mhux biss dawk li qegħdin jarawna fuq it televizjoni u jisimgħuna fuq ir radju imma dawk il Maltin kollha mxerrdin mad dinja Nistħajjel li qegħdin jingħaqdu magħna ukoll fl ispirtu missirijietna f qabarhom anke dawk li talbu u offrew sagrifiċċji għal Malta fit tempji neolitiċi ta Ħal Tarxien Ħaġar Qim u l Ġgantija U lil dawn il Maltin kollha jiena ngħid Ifirħu magħna ingħaqdu magħna f din il ħalfa tagħna Niftakar b mod speċjali dawk il Maltin li nġabru fit 8 ta Settembru 1565 f dan il post storiku forsi l aktar post storiku tal gzejjer tagħna fejn għad daqq tal istess qniepen tal knisja ta San Lawrenz izzu ħajr lil Alla għar rebħa li kisbu fl Assedju l Kbir li biha salvaw liċ ċivilta Nisranija fl Ewropa Izda għalkemm missirijietna ġġieldu u xerrdu demmhom fuq is swar baqgħu jkunu maħkumin mill barrani fl interessi tiegħu komplew jitgħaffġu minnu komplew jgħixu fil mizerja u fuq kollox pajjizhom baqa fortizza li minnha l barrani għamel il gwerra fuq il ġirien tagħna fil Mediterran Min jaf kemm minn hom inqatlu jew ittieħdu lsiera fil battalji fuq il baħar Kemm isbaħ hija Malta tal lum xebh ma dawk iz zminijiet Malta tagħna tal lum hija Repubblika ħielsa mibnija fuq ix xogħol u mhux fuq il privileġġi Bis saħħa tad demokrazija li tħaddan kull wieħed minn uliedha anke l aktar wieħed umli bħali jista jsir Membru tal Parlament Ministru Prim Ministru u anke President Malta hija Repubblika li tirrispetta d drittijiet u l libertajiet fundamentali tal bniedem ewlieni fosthom id dritt ta elezzjonijiet ħielsa il liberta tal kuxjenza il liberta tal kelma u l liberta tal assoċjazzjoni Il valuri morali u spiritwali tagħna jkattru għax l imħabba tal proxxmu ma baqgħetx biss imħabba fil qalb imma tbiddlet f għemil ta għajnuna lill fqar lil nies qgħeda lill morda lill inkapaċitati lix xjuħ lir romol lill orfni fil fatt lil uliedha kollha Fuq kollox Malta llum ħelset lilha nfisha mill bazi militari barranija mhux b mibegħda jew vendetta izda permezz ta għadd kbir ta fidi għax hija trid twettaq missjoni ġdida ta sliem fil Mediterran fl interess tal paċi fid dinja kollha Is sliem fuq kollox ifisser li ma jkunx hemm għelm u gwerra u għalhekk it tneħħija tal bazi militari barranija titqies bħala pass kbir il quddiem fis sliem Madankollu l kelma sliem tfisser aktar minn hekk Il kelma sliem u l kunċett tagħha li aħna writna mill popli semitiċi ma tfissirx biss in nuqqas ta għelm izda aktar tfisser il ġid l hena u r relazzjoni jiet tajbin Bil kliem sabiħ sliem għalik aħna flimkien mal ġnus semitiċi nilqgħu b merħba lil dawk li huma għeziez għalina insellmulhom fi kliem ieħor nixtiequlhom il ġid l hena u relazzjonijiet tajbin Dan il kunċett ta sliem insibuh fil Kotba Mqaddsa Dan hu li tfisser il missjoni l ġdida ta Malta Il ġirien tagħna m għandhomx għalxiex jibzgħu aktar minn attakk mill barrani immexxi minn pajjizna Malta issa ħielsa għal kollox u hija għal kollox f idejna Mhux biss m aħniex se naħbtu għalihom izda rridu naħdmu flimkien magħhom għall ġid u l progress sabiex il Mediterran storikament baħar ta gwerra jinbidel f għadira ta sliem Din illum hija Malta tagħna b ruħ isbaħ milli qatt kellha qabel Għal din ir raġuni għalhekk illum huwa l bidu ta zmien ġdid fil ġrajja ta Malta Ejjew nifirħu lkoll Doqqu l qniepen ixgħelu d dwal xejru l bnadar u l istandardi itfgħu l fjuri doqqu l banda u għannu innijiet ta glorja Huwa minnu li fuq spallejna jaqgħu responsabbiltajiet akbar Imma Alla jgħin lil dawk li jħobbu u li jaħdmu għall paċi Imberkin dawk li jaħdmu għall paċi qal Kristu għax huma jissejħu ulied Alla Nizzu ħajr lill mistednin barranin tagħna talli ngħaqdu magħna llum u ngħidulhom aqsmu magħna l ferħ tagħna Fuq kollox ngħidulhom kunu xiehda għal din il ħalfa li għamilna li qatt izjed ma jkun hawn bazi militari barranija fuq artna u li Malta tibqa għal dejjem Repubblika demokratika ħielsa għal kollox immexxija mill Maltin għall Maltin Tqegħid ta fjuri Il President temm id diskors imqanqal tiegħu b qari tal poezija tiegħu Il Kappella tal Paċi Wara huwa tela fuq il monument biex iqiegħed bukkett ta fjuri ħomor u bojod f riġlejn il monument Kien akkumpanjat minn zewġt itfal Maltin Odette Buhagiar u Garry Hurst li ssimbolizzaw il ġenerazzjoni l ġdida li ukoll qiegħdu fjuri f riġlejn il monument Wara tela l Prim Ministru akkumpanjat mis Segretarju Ġenerali tal GWU li poġġew ukoll il fjuri f riġlejn il monument Warajhom telgħu jqegħdu l fjuri l ministri tal kabinett Malti Imbagħad tela l Kurunell Muammar Gaddafi Mexxej tal Ġemeħerija Libjana li poġġa bukkett fjuri kbir f riġlejn il monument li kien milqugħ b ċapċip kbir mill folol prezenti Warajh telgħu jqegħdu l fjuri tagħhom il membri tal korp diplomatiku rapprezentanti tal Partit Laburista u tal General Workers Union u rapprezentanti ta għaqdiet u assoċjazzjonijiet li waslu sa fuq il Monument tal Ħelsien f korteo li telaq minn Pjazza Gavino Gulia Bormla Aktar kmieni fid daħla ta bejn il Birgu u l Isla saret ir regatta tradizzjonali tlielaq tal kenuri opri tal baħar u fl aħħar għadd ta skiers daħlu sa quddiem il monument bit torċa tixgħel f idejhom L Innu tal ĦelsienDom Mintoff kien ikkummissjona lill kompozitur magħruf Mikis Theodorakis biex jikkomponi l muzika tal innu Lil Malta f Jum il Ħelsien miktub mill poeta Malti Karmenu Vassallo L Innu ndaqq għall ewwel darba fil 31 ta Marzu 1979 mill Berlin Philharmonic Orchestra taħt it tmexxija ta Herbert von Karajan Aħna minn qalbna nsellmulek Malta Ifraħ u thenna Ġenna ta Sliem Fuqek qatt aktar barrani ma jaħkem Ħares ferħana Malta l quddiem Tlajt sal quċċata minn hemm ħadd ma jnizzlek Ġensek iħarsek jibqa sat tmiem Aħna minn qalbna nsellmulek Malta Ommna kont dejjem omm mill aħjar Bosta fl imgħoddi rajt għawġ u tbatija Bosta doqt f għomrok niket u mrar Ħajtek għaddejtha tistabar b min ħakmek Ħajtek lejl kienet xitwa mill agħar Ifraħ Jum ġdid Malta sebaħ għalik F artek Sultana kulħadd jifraħ bik Ħielsa tul għomrok kif int ma kont qatt Ġieħek ma ħiltek kif jixraq irbatt Wasal sa fl aħħar għalik il ħelsien Beda sa fl aħħar għalik l egħzez zmien Tifkira kull sena mill Partit LaburistaMill 1980 l quddiem il Partit Laburista dejjem fakkar din il ġrajja b kommemorazzjoni fuq l Għolja tal Ħelsien Mill 1989 sal 1995 iċ ċerimonja uffiċjali tal Gvern ma baqgħetx issir fuq l Għolja tal Ħelsien il Birgu wara xi inċidenti li kienu nqalgħu fl 1988 Mill 1996 iċ ċerimonja uffiċjali tal Gvern reġgħet bdiet issir fuq l Għolja tal Ħelsien Il Kwistjoni tal Jiem NazzjonaliFiċ ċerimonja kommemorattiva tal 2009 il Mexxej Laburista Joseph Muscat tkellem dwar kif Malta tista jimxi l quddiem jekk il Maltin iridu li jkun hawn għaqda nazzjonali Huwa qal li bħala ġens qatt ma stajna naslu sa hawn kieku ma kienx għall ġrajjiet li sawruna Qal li wasal iz zmien li ma nkomplux nitkellmu qisu hemm xi kisbiet tal ewwel it tieni u t tielet klassi Huma kollha ġrajjiet li huma katina waħda Mit taqbida tas 7 ta Ġunju 1919 fejn il Maltin qamu biex jagħtuna x xogħol u l ħidma u r rebħa u liberazzjoni tal Ewropa fil Gwerra fit 8 ta Settembru Għall kisba importanti tal 21 ta Settembru 1964 fejn Ġorġ Borg Olivier kiseb l Indipendenza u wera li jemmen fil ħila tal Maltin Mill jum rari fit 13 ta Dicembru 1974 fejn il Parlament qabel kwazi unanimament li Malta għandha tkun Repubblika u li l Kap tal Istat għandu jkun Anthony Mamo wild Art Twelidna Sal appuntament mad destin tal 31 Marzu 1979 meta l poplu Malti mmexxi minn Dom Mintoff wera li kiber u sar Nazzjon Ejja nirrispettawhom kollha Rispett mhux zebliħ Rispett mhux tfixkil lil min irid irodd ħajr lil pajjizna Ir rispett lejn il kisbiet kollha huwa bzonnjuz biex fl aħħar nibdew id diskussjoni biex inzommu l festi kollha filwaqt li naslu għal Jum Nazzjonali wieħed Jum Nazzjonali li jgħaqqad lill poplu Malti kollu Dan huwa s sens ta għaqda nazzjonali li ġensna qed jitlobna Ħoloq EsterniSilta minn dokumentarju fuq dak li wassal għal Jum il Ħelsien Jum il Ħelsien u Dom Mintoff silta mis sensiela televiziva Bijografiji