Konso magħruf ukoll bħala Karati huwa raħal fil Lbiċ tal Etjopja u l belt kapitali taż Żona ta Konso fl Istat Reġjonali
Konso

Konso, magħruf ukoll bħala Karati, huwa raħal fil-Lbiċ tal-Etjopja u l-belt kapitali taż-Żona ta' Konso fl-Istat Reġjonali l-ġdid tan-Nofsinhar tal-Etjopja. Jinsab 20 kilometru fit-Tramuntana tax-xmara Sagan, b'latitudni u b'lonġitudni ta' 5°15′N 37°29′E, u b'elevazzjoni ta' 1,650 metru (5,410 piedi). Xi abitanti ġirien isejħulu Pakawle. Ir-raħal u l-villaġġi tal-madwar tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011 bħala pajsaġġ kulturali minħabba t-tradizzjonijiet kulturali uniċi u l-importanza tar-raħal għall-poplu Konso.
Konso | |
---|---|
Etjopja | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Etjopja |
Region of Ethiopia | Reġjun tan-Nazzjonijiet, tan-Nazzjonalitajiet u tal-Popli tan-Nofsinhar |
Zone of Ethiopia | Distrett Speċjali ta' Konso |
Ġeografija | |
Koordinati | 5°20′30″N 37°26′30″E / 5.3417°N 37.4417°EKoordinati: 5°20′30″N 37°26′30″E / 5.3417°N 37.4417°E |
Konso Konso (Ethiopia) | |
Għoli | 1,650 m |
Demografija |
Storja
It-tradizzjonijiet bil-fomm tal-poplu Konso jissuġġerixxu li kienu wettqu migrazzjoni lejn ir-reġjun bejn wieħed u ieħor 400 sena ilu, u dan huwa appoġġat mill-għadd ta' ġenerazzjonijiet (21) magħduda mill-ewwel kap ritwali. Fl-1897, ħa t-tmexxija tal-belt f'idejh.
Il-patri missjunarju Azaïs ippreżenta l-istatwi Waga (wa'kka) fl-1931. Fl-1956, Murdock assoċja l-ħaġar megalitiku u arkeoloġiku tar-raħal ma' oriġini Kuxitika. Fil-ktieb ta' Kluckhohn Markets of Africa (Swieq tal-Afrika) ippubblikat fl-1962, l-awtur jittraċċa livelli għoljin ta' żviluppi ekonomiċi tal-qedem fir-raħal. Fl-1984, Amborn studja t-tekniki agrikoli manwali storiċi tar-reġjun.
Is-sit tniżżel bħala sit indikattiv biex xi darba jitqies biex isir Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-30 ta' Settembru 1997, minħabba l-importanza kulturali universali tiegħu u sar Sit ta' Wirt Dinji uffiċjali tal-UNESCO fl-2011. Konso huwa l-ewwel post fl-Etjopja li ġie rikonoxxut bħala "pajsaġġ kulturali".
Fl-2007 ġiet stabbilita azjenda agrikola b'permakultura, Strawberry Fields Eco-Lodge, fit-Tramuntana tar-raħal u taħdem ma' voluntiera internazzjonali u tliet skejjel lokali għat-tkabbir tal-ikel, għall-promozzjoni tat-turiżmu ekoloġiku, u l-għoti tal-edukazzjoni dwar il-permakultura.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Pajsaġġ Kulturali ta' Konso ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Pajsaġġ kulturali
Il-pajsaġġ madwar Konso huwa mtarraġ ferm, sabiex tiġi evitata kemm jista' jkun l-erożjoni tal-ħamrija kkawżata mix-xita sporadika u li kultant tinżel qliel fir-reġjun. Ir-raba' mtarraġ huwa wieqaf (uħud huma għoljin sa 8 metri (26 pied)) u msaħħaħ mill-ġdid bil-ġebel. Turretti u riffieda addizzjonali nbnew tul il-ħitan tas-sejjieħ li jirfdu r-raba' mtarraġ. Il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tar-raba' mtarraġ normalment jirrikjedi l-membri tal-familja kollha.
L-insedjamenti ffortifikati b'ħitan, imsejħa paletas, jinsabu fil-quċċata tal-għoljiet tar-reġjun sabiex ikollhom vantaġġ strateġiku. Il-villaġġi huma mdawra b'minn ċirku sa sitt ċrieki konċentriċi ta' ħitan tal-ġebel, magħmula l-iktar b'ħaġar kbir tal-bażalt. L-eqdem ħitan fuq ġewwa jaf ikunu għoljin sa 4 metri (13-il pied) u wesgħin sa 2.5 metri (8 piedi u 2 pulzieri). Fi ħdan il-paletas, il-poplu Konso jgħix f'kumplessi individwali li jikkonsistu minn diversi strutturi msaqqfa bil-ħuxlief u t-tajn, li jinkludu mħażen għall-qamħ, djar u kraal (qishom stalel) għall-bhejjem. Il-villaġġi fihom ukoll spazji kbar fejn il-poplu jinġabar, imsejħa moras, li jintużaw għal skopijiet komunali u ċerimonjali.
Il-poplu Konso għadhom jipprattikaw it-tradizzjoni unika li jtellgħu ħaġar wieqaf li jimmarkaw il-ġenerazzjonijiet, imsejħa daga-hela, li jiġu prodotti f'barrieri u li jiġu ttrasportati permezz ta' proċess ritwali. Barra minn hekk, il-poplu Konso huwa magħruf għall-iskulturi waga tiegħu, li huma statwi li jfakkru l-membri deċeduti tal-komunità. Dawn l-istatwi spiss ikunu stilizzati u antropomorfiċi, u jiddeskrivi l-membru tal-komunità, il-familji tagħhom, u xi kultant anke avvenimenti importanti f'ħajjithom. Il-foresti sagri qrib il-paletas fihom diversi postijiet importanti fejn isiru r-ritwali, speċjalment għall-inizjazzjonijiet, u jservu bħala l-postijiet funebri għall-mexxejja ritwali.
Ħdejn l-għoljiet ta' Konso hemm saffi ta' fossili b'densità kbira ta' fdalijiet ta' omonidi bikrin.
Ekonomija
jissuġġerixxi li r-raħal attwali "jista' b'mod prożajku jiġi deskritt bħala post traffikuż ta' dimensjonijiet komikament enormi, imdawwar b'pompa waħda tal-petrol u għadd ta' lukandi lokali sparpaljati". Skont l-Uffiċċju tal-Finanzi u l-Iżvilupp Ekonomiku tal-SNNPR, mill-2003 fost il-faċilitajiet tal-poplu Konso nsibu l-aċċess għal-linja telefonika diġitali, is-servizz postali, l-elettriku pprovdut permezz ta' ġeneratur, u fergħa ta' organizzazzjoni tal-mikrofinanzi. Fost l-industriji lokali hemm it-trobbija tan-naħal, l-insiġ tal-qoton, u l-agrikoltura. Kull nhar ta' Tnejn u ta' Ħamis, żewġ kilometri mir-raħal tul Triq Jinka, jarma s-suq.
Demografija
Abbażi tal-figuri mill-Aġenzija tal-Istatistika Ċentrali fl-2005, Konso għandha popolazzjoni totali stmata ta' 4,593 ruħ, li minnhom 2,258 ruħ huma rġiel u 2,335 ruħ huma nisa. Iċ-ċensiment nazzjonali tal-1994 irrapporta li dan ir-raħal kellu popolazzjoni totali ta' 2,535 ruħ, li minnhom 1,250 ruħ kienu rġiel u 1,285 ruħ kienu nisa.
Kunflitt mill-1990
Hemm kunflitt kontinwu li ilu għaddej mill-1990 minħabba diżgwid fuq l-artijiet, u nqatlu bosta ċivili u mijiet ta' eluf ta' persuni spustjati internament li nqabdu fil-vjolenza. In-Nazzjonijiet Uniti wissew li Konso kien hotspot prijoritarju fl-2022, minħabba l-kunflitt kontinwu u l-kwistjoni tat-temp avvers li kompla jiggrava l-kriżi umanitarja eżistenti fiż-Żona ta' Konso.
Iktar qari
- Watson, Elizabeth E. (2009). Living terraces in Ethiopia: Konso landscape, culture & development. Eastern Africa series. Woodbridge, UK ; Rochester, NY: James Currey. ISBN 9781847010056.
Referenzi
- ^ Klaus Wedekind, "Sociolinguistic Survey Report of the Languages of the Gawwada (Dullay), Diraasha (Gidole), Muusiye (Bussa) Areas", SIL Electronic Survey Reports, 2002-065, p. 16.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Konso Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-16.
- ^ "Dokument tan-nomina bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO".
- ^ Otto, Shako (2004). "Traditional Konso Culture and the Missionary Impact". Annales d'Éthiopie. 20 (1): 149–180.
- ^ UNESCO World Heritage Centre. "Sit indikattiv" (bl-Ingliż).
- ^ "Ethiopia: Konso People Celebrate UNESCO World Heritage Support –". web.archive.org. 2022-07-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-07-05. Miġbur 2024-01-16.
- ^ "Strawberry Fields Eco Lodge – an adventure of a stay | Make Travel Fair UK". web.archive.org. 2010-09-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-15. Miġbur 2024-01-16.
- ^ Philip Briggs, Ethiopia: The Bradt Travel Guide, 3rd edition (Chalfont St Peters: Bradt, 2002), p. 455f.
- ^ "Detailed statistics on hotels and tourism". Bureau of Finance and Economic Development. 2011. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-31.
- ^ Briggs, Ethiopia, p. 456.
- ^ "CSA - Central Statistical Agency". web.archive.org. 2008-07-31. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-08-13. Miġbur 2024-01-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Ethiopia: Humanitarian Access Snapshot (January - June 2021) - Ethiopia | ReliefWeb". reliefweb.int (bl-Ingliż). 2021-08-09. Miġbur 2024-01-16.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Konso, X'inhi Konso? Xi tfisser Konso?
Konso magħruf ukoll bħala Karati huwa raħal fil Lbiċ tal Etjopja u l belt kapitali taz Zona ta Konso fl Istat Reġjonali l ġdid tan Nofsinhar tal Etjopja Jinsab 20 kilometru fit Tramuntana tax xmara Sagan b latitudni u b lonġitudni ta 5 15 N 37 29 E u b elevazzjoni ta 1 650 metru 5 410 piedi Xi abitanti ġirien isejħulu Pakawle Ir raħal u l villaġġi tal madwar tnizzlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2011 bħala pajsaġġ kulturali minħabba t tradizzjonijiet kulturali uniċi u l importanza tar raħal għall poplu Konso Konso EtjopjaAmministrazzjoniStat sovranEtjopjaRegion of EthiopiaReġjun tan Nazzjonijiet tan Nazzjonalitajiet u tal Popli tan NofsinharZone of EthiopiaDistrett Speċjali ta KonsoĠeografijaKoordinati 5 20 30 N 37 26 30 E 5 3417 N 37 4417 E 5 3417 37 4417 Koordinati 5 20 30 N 37 26 30 E 5 3417 N 37 4417 E 5 3417 37 4417KonsoKonso Ethiopia Għoli 1 650 mDemografijaStorjaIt tradizzjonijiet bil fomm tal poplu Konso jissuġġerixxu li kienu wettqu migrazzjoni lejn ir reġjun bejn wieħed u ieħor 400 sena ilu u dan huwa appoġġat mill għadd ta ġenerazzjonijiet 21 magħduda mill ewwel kap ritwali Fl 1897 ħa t tmexxija tal belt f idejh Il patri missjunarju Azais ipprezenta l istatwi Waga wa kka fl 1931 Fl 1956 Murdock assoċja l ħaġar megalitiku u arkeoloġiku tar raħal ma oriġini Kuxitika Fil ktieb ta Kluckhohn Markets of Africa Swieq tal Afrika ippubblikat fl 1962 l awtur jittraċċa livelli għoljin ta zviluppi ekonomiċi tal qedem fir raħal Fl 1984 Amborn studja t tekniki agrikoli manwali storiċi tar reġjun Is sit tnizzel bħala sit indikattiv biex xi darba jitqies biex isir Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fit 30 ta Settembru 1997 minħabba l importanza kulturali universali tiegħu u sar Sit ta Wirt Dinji uffiċjali tal UNESCO fl 2011 Konso huwa l ewwel post fl Etjopja li ġie rikonoxxut bħala pajsaġġ kulturali Fl 2007 ġiet stabbilita azjenda agrikola b permakultura Strawberry Fields Eco Lodge fit Tramuntana tar raħal u taħdem ma voluntiera internazzjonali u tliet skejjel lokali għat tkabbir tal ikel għall promozzjoni tat turizmu ekoloġiku u l għoti tal edukazzjoni dwar il permakultura Sit ta Wirt DinjiIl Pajsaġġ Kulturali ta Konso ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2011 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli Pajsaġġ kulturaliVeduta tal pajsaġġ ta Konso Il pajsaġġ madwar Konso huwa mtarraġ ferm sabiex tiġi evitata kemm jista jkun l erozjoni tal ħamrija kkawzata mix xita sporadika u li kultant tinzel qliel fir reġjun Ir raba mtarraġ huwa wieqaf uħud huma għoljin sa 8 metri 26 pied u msaħħaħ mill ġdid bil ġebel Turretti u riffieda addizzjonali nbnew tul il ħitan tas sejjieħ li jirfdu r raba mtarraġ Il kostruzzjoni u l manutenzjoni tar raba mtarraġ normalment jirrikjedi l membri tal familja kollha L insedjamenti ffortifikati b ħitan imsejħa paletas jinsabu fil quċċata tal għoljiet tar reġjun sabiex ikollhom vantaġġ strateġiku Il villaġġi huma mdawra b minn ċirku sa sitt ċrieki konċentriċi ta ħitan tal ġebel magħmula l iktar b ħaġar kbir tal bazalt L eqdem ħitan fuq ġewwa jaf ikunu għoljin sa 4 metri 13 il pied u wesgħin sa 2 5 metri 8 piedi u 2 pulzieri Fi ħdan il paletas il poplu Konso jgħix f kumplessi individwali li jikkonsistu minn diversi strutturi msaqqfa bil ħuxlief u t tajn li jinkludu mħazen għall qamħ djar u kraal qishom stalel għall bhejjem Il villaġġi fihom ukoll spazji kbar fejn il poplu jinġabar imsejħa moras li jintuzaw għal skopijiet komunali u ċerimonjali L iskulturi waga Il poplu Konso għadhom jipprattikaw it tradizzjoni unika li jtellgħu ħaġar wieqaf li jimmarkaw il ġenerazzjonijiet imsejħa daga hela li jiġu prodotti f barrieri u li jiġu ttrasportati permezz ta proċess ritwali Barra minn hekk il poplu Konso huwa magħruf għall iskulturi waga tiegħu li huma statwi li jfakkru l membri deċeduti tal komunita Dawn l istatwi spiss ikunu stilizzati u antropomorfiċi u jiddeskrivi l membru tal komunita il familji tagħhom u xi kultant anke avvenimenti importanti f ħajjithom Il foresti sagri qrib il paletas fihom diversi postijiet importanti fejn isiru r ritwali speċjalment għall inizjazzjonijiet u jservu bħala l postijiet funebri għall mexxejja ritwali Ħdejn l għoljiet ta Konso hemm saffi ta fossili b densita kbira ta fdalijiet ta omonidi bikrin Ekonomijajissuġġerixxi li r raħal attwali jista b mod prozajku jiġi deskritt bħala post traffikuz ta dimensjonijiet komikament enormi imdawwar b pompa waħda tal petrol u għadd ta lukandi lokali sparpaljati Skont l Uffiċċju tal Finanzi u l Izvilupp Ekonomiku tal SNNPR mill 2003 fost il faċilitajiet tal poplu Konso nsibu l aċċess għal linja telefonika diġitali is servizz postali l elettriku pprovdut permezz ta ġeneratur u fergħa ta organizzazzjoni tal mikrofinanzi Fost l industriji lokali hemm it trobbija tan naħal l insiġ tal qoton u l agrikoltura Kull nhar ta Tnejn u ta Ħamis zewġ kilometri mir raħal tul Triq Jinka jarma s suq DemografijaAbbazi tal figuri mill Aġenzija tal Istatistika Ċentrali fl 2005 Konso għandha popolazzjoni totali stmata ta 4 593 ruħ li minnhom 2 258 ruħ huma rġiel u 2 335 ruħ huma nisa Iċ ċensiment nazzjonali tal 1994 irrapporta li dan ir raħal kellu popolazzjoni totali ta 2 535 ruħ li minnhom 1 250 ruħ kienu rġiel u 1 285 ruħ kienu nisa Kunflitt mill 1990Hemm kunflitt kontinwu li ilu għaddej mill 1990 minħabba dizgwid fuq l artijiet u nqatlu bosta ċivili u mijiet ta eluf ta persuni spustjati internament li nqabdu fil vjolenza In Nazzjonijiet Uniti wissew li Konso kien hotspot prijoritarju fl 2022 minħabba l kunflitt kontinwu u l kwistjoni tat temp avvers li kompla jiggrava l krizi umanitarja ezistenti fiz Zona ta Konso Iktar qariWatson Elizabeth E 2009 Living terraces in Ethiopia Konso landscape culture amp development Eastern Africa series Woodbridge UK Rochester NY James Currey ISBN 9781847010056 Referenzi Klaus Wedekind Sociolinguistic Survey Report of the Languages of the Gawwada Dullay Diraasha Gidole Muusiye Bussa Areas SIL Electronic Survey Reports 2002 065 p 16 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Konso Cultural Landscape UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 16 Dokument tan nomina bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Otto Shako 2004 Traditional Konso Culture and the Missionary Impact Annales d Ethiopie 20 1 149 180 UNESCO World Heritage Centre Sit indikattiv bl Ingliz Ethiopia Konso People Celebrate UNESCO World Heritage Support web archive org 2022 07 05 Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 07 05 Miġbur 2024 01 16 Strawberry Fields Eco Lodge an adventure of a stay Make Travel Fair UK web archive org 2010 09 15 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 09 15 Miġbur 2024 01 16 Philip Briggs Ethiopia The Bradt Travel Guide 3rd edition Chalfont St Peters Bradt 2002 p 455f Detailed statistics on hotels and tourism Bureau of Finance and Economic Development 2011 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 05 31 Briggs Ethiopia p 456 CSA Central Statistical Agency web archive org 2008 07 31 Arkivjat mill oriġinal fl 2007 08 13 Miġbur 2024 01 16 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Ethiopia Humanitarian Access Snapshot January June 2021 Ethiopia ReliefWeb reliefweb int bl Ingliz 2021 08 09 Miġbur 2024 01 16