Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Kumpanija Ferrovjarja Retika bit Taljan Ferrovia Retica FR bil Ġermaniż Rhätische Bahn RhB akronimu li jintuża fil lo

Kumpanija Ferrovjarja Retika

  • Paġna Ewlenija
  • Kumpanija Ferrovjarja Retika
Kumpanija Ferrovjarja Retika
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Kumpanija Ferrovjarja Retika (bit-Taljan: Ferrovia Retica (FR); bil-Ġermaniż: Rhätische Bahn (RhB), akronimu li jintuża fil-logo tal-kumpanija; bl-Ingliż: Rhaetian Railway; u bir-: Viafier retica (VR)) hija kumpanija tat-trasport Żvizzera li ġġestixxi l-ikbar network ta' operaturi ferrovjarji privati b'ferroviji ta' gejġ tal-linji dojoq (1,000 mm) fil-kanton Żvizzeru ta' Grisons.

Servizzi

Il-Kumpanija Ferrovjarja Retika topera bħala impriża ferrovjarja li twettaq servizzi reġjonali fuq rotot qosra jew medji, kif ukoll bħala kumpanija ta' ġestjoni tal-infrastruttura tan-network ferrovjarju f'isem il-kanton. Barra minn hekk, il-kumpanija hija impenjata wkoll fl-attivitajiet ta' promozzjoni turistika ta' xi servizzi li toffri hi stess.

Il-kumpanija toffri s-servizzi regolari li ġejjin:

  • servizz rapidu: Coira – Sankt Moritz
  • servizz lokali: Thusis – Coira – Landquart – Schiers
  • servizz lokali: Coira – Disentis
  • servizz rapidu: Coira – Landquart – Klosters – Davos
  • servizz ekspress reġjonali (RX): Landquart – Scuol-Tarasp mill-mina ta' Vereina
  • servizz lokali: Coira – Arosa
  • servizz lokali: Scuol-Tarasp – Samedan – Pontresina
  • servizz lokali: Sankt Moritz – Tirano (l-Italja)
  • servizz lokali: Davos Platz – Filisur
  • trasport tal-vetturi mill-mina ta' Vereina: Klosters-Serneus - Sagliains
  • trasport tal-vetturi mill-mina ta' Albula: Thusis - Samedan.

Huwa stmat li t-traffiku ġestit mill-Kumpanija Ferrovjarja Retika jlaħħaq it-300,000,000 passiġġier għal kull kilometru u l-54,000,000 tunnellata ta' merkanzija għal kull kilometru.

Uħud mis-servizzi turistiċi jiġu promossi fuq livell kummerċjali. Fost l-iktar servizzi magħrufa hemm il-Bernina Express, li jgħaddi mir-rotta Coira /Landquart-Sankt Moritz-Tirano, u l-Glacier Express, li jgħaddi mir-rotta Zermatt-Coira/Sankt Moritz/Davos.

Storja

Il-Kumpanija Ferrovjarja Retika ġiet stabbilita fuq l-inizjattiva tal-Olandiż , li kien il-promutur prinċipali tal-linja ferrovjarja li tgħaddi minn Landquart sa Davos, qabel ma ġie stabbilit in-network ferrovjarju.

Il-kumpanija ġiet stabbilita fis-7 ta' Frar 1888 bl-isem ta' Schmalspurbahn Landquart-Davos AG (LD). Inizjalment il-ħsieb kien li tinbena linja ferrovjarja b'binarji bis-snien biex il-ferroviji jqabbdu sew u jkunu jistgħu jitilgħu t-tlajja' tul ir-rotot. Ġie pproġettat ukoll varjant bi tliet lilwiet. Madankollu, iż-żewġ proġetti ġew abbandunati minħabba s-suċċess tal-linja ferrovjarja ta' San Gottardo u minflok ġie deċiż li tinbeda l-kostruzzjoni ta' linja ferrovjarja tradizzjonali. Il-kostruzzjoni bdiet fid-29 ta' Ġunju 1888.

Fl-1889 infetħet ir-rotta bejn Landquart u Klosters-Serneus u wara tmien xhur infetħet ukoll il-parti finali tar-rotta li twassal sa Davos.

Wara l-proġett ta' tkabbir ta' Holsboer li kien biħsiebu jkabbar il-linji biex ikopru żoni oħra tal-kanton ta' Grisons, l-isem kummerċjali tal-kumpanija ġie mmodifikat u fl-1895 il-kumpanija ngħatat l-isem attwali.

Il-poeta fil-poeżija La Ferrovia del Scaletta kkummenta b'ton ironiku ħafna li l-kumpanija kienet ingħatat konċessjonijiet għal għadd kbir ta' linji ferrovjarji, iżda x-xogħlijiet tal-kostruzzjoni ma kinux qed isiru b'pass mgħaġġel.

Il-kumpanija għandha sjieda kważi pubblika għalkollox b'ishma tal-Istat Federali u tal-kanton, b'sehem ta' 5 % f'idejn l-entitajiet privati. Fl-2008, il-persunal tal-kumpanija kien jammonta għal 1,348 persuna.

Il-linji ferrovjarji ta' Albula u ta' Bernina bejn Thusis u Tirano (ir-rotta ewlenija tal-Bernina Express) iddaħħlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-7 ta' Lulju 2008 bħala eżempji avvanzati teknikament tal-ġestjoni tal-pajsaġġ muntanjuż fl-għoli u bħala fost l-iktar linji ferrovjarji b'gejġ tal-linji dojoq spettakolari fid-dinja. Dawn il-linji ferrovjarji u waħda mill-erba' linji ferrovjarji fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. It-tlieta l-oħra jinsabu fl-Awstrija, fl-Indja u fl-Iran. Id-dokument tan-nomina inizjali kien imfassal biss fuq il-linja ferrovjarja ta' Albula; bis-saħħa tal-protesta tal-popolazzjoni ta' Val Poschiavo u tal-kunsiderazzjoni li l-linja ferrovjarja ta' Bernina, ladarba fiha biss mini qosra, fil-biċċa l-kbira tagħha hija fil-beraħ, b'aspetti panoramiċi tassew mill-isbaħ, ġiet inkluża wkoll il-linja ferrovjarja ta' Bernina.

Linji mhux imwettqa

Fil-bidu tas-seklu 20 kienu previsti diversi linji ferrovjarji li qatt ma twettqu:

  • Il-linja ferrovjarja li tgħaddi minn Chiavenna-Sankt Moritz (il-linja ferrovjarja ta' Maloja, magħrufa wkoll bħala Bergeller Bahn) li kellha tkun linja li tikkollega l-Italja u l-Iżvizzera permezz ta' Maloja. Ix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni kienu nbdew, iżda minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija qatt ma tlestew.
  • Il-linja ferrovjarja Mesocco-Thusis (il-linja ferrovjarja ta' San Bernardino) kienet proġett bil-ħsieb li tittawwal il-linja ferrovjarja Bellinzona-Mesocco, li qatt ma twettaq minħabba li l-Kunsill Federali kien kontra mill-bidu tas-seklu 20 li jkun hemm linja ferrovjarja alternattiva għal dik ta' San Gottardo, għalkemm fid-digriet federali tat-2 ta' Frar 1923 l-Assemblea Federali kienet tat il-kunsens tagħha għall-konċessjoni tal-kostruzzjoni tal-linja. Barra minn hekk, kien previst skont il-Kunsill Federali tad-19 ta' Ġunju 1922 li l-operat ferrovjarju kellu saħansitra jittawwal bl-istazzjon ta' Bellinzona RhB flimkien ma' dik tal-Ferroviji Federali Żvizzeri (bit-Taljan: Ferrovie Federali Svizzere - FFS), iżda minħabba t-tkabbir urban tal-belt, il-proġett baqa' qatt ma twettaq.
  • Il-linja ferrovjarja Scuol-Tösens kienet proġett ieħor; l-istazzjon ta' Tösens, li qatt ma twettaq, suppost kellu jinbena fl-1909 tul il-linja ferrovjarja ta' Resia. Inizjalment, l-istazzjon finali kellu jkun f'Nauders b'linja ferrovjarja ta' madwar 31 kilometru, iżda mbagħad ġie deċiż li l-istazzjon jinbena f'Pfunds, u l-proġett inizjali tal-linja ferrovjarja qatt ma twettaq.
  • Il-linja ferrovjarja Davos-Sankt Moritz kienet proġett li kien previst li jgħaddi mill-mogħdija muntanjuża ta' Scaletta bl-Engadina bħala l-punt tal-wasla, u li mbagħad ġie sostitwit bil-linja ferrovjarja ta' Albula li twettqet fl-1904. Il-ħsieb kien li twassal sa Maloja u Chiavenna iżda l-linja ferrovjarja qatt ma twettqet.
  • Il-linja ferrovjarja Tirano-Edolo, li kellha tkun kollha fit-territorju Taljan iżda kellha titwettaq u titħaddem mill-Iżvizzeri, li suppost kellha tikkollega ż-żona urbana ta' Valtellina maċ-ċentru tal-parti għolja ta' Valcamonica permezz tal-mogħdija muntanjuża ta' Aprica, u għaldaqstant suppost kellha tikkollega flimkien il-lag magħruf bħala Lago d'Iseo mal-bliet ta' Brescia, Verona e Venezja.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Kumpanija Ferrovjarja Retika fil-Pajsaġġi ta' Albula/Bernina ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO bejn l-Italja u l-Iżvizzera fl-2008.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Tagħrif dwar il-kumpanija

Infrastrutturi

In-network ferrovjarju b'gejġ bil-linji dojoq ġestit mill-kumpanija u twil madwar 384 kilometru. 61 kilometru minnhom huma elettrifikati b'kurrent kontinwu ta' 1,000 V (il-linja ferrovjarja Tirano-Sankt Moritz) u 323 kilometru huma elettrifikati b'kurrent alternat ta' 11,000 V (16 2/3 Hz).

Tul dan in-network ferrovjarju hemm 84 mina (fosthom il-linja ferrovjarja ta' Vereina li hija l-itwal waħda b'gejġ bil-linji dojoq fl-Ewropa b'tul ta' 19,042 kilometru - u l-linja ferrovjarja ta' Albula twila 5,865 kilometru) u 383 pont/vijadott. Il-pendil massimu tan-network ferrovjarju b'kurrent alternat hu ta' 4,5 %, filwaqt li dak tal-linja ferrovjarja ta' Bernina jlaħħaq is-7 %.

Il-punt ta' kollegament mal-linji ferrovjarji l-oħra jinsabu f'Landquart, f'Untervaz-Trimmis u f'Coira mal-FFS, f'Disentis/Mustér mal-Matterhorn Gotthard Bahn MGB u f'Tirano man-Network Ferrovjarju Taljan. L-istazzjonijiet ferrovjarji ta' Tirano tan-Network Ferrovjarju Taljan u tal-Kumpanija Ferrovjarja Retika huma qrib xulxin iżda huma distinti.

Il-linji ferrovjarji operattivi huma dawn li ġejjin:

  • Coira-Arosa
  • Davos-Filisur
  • Klosters-Susch/Lavin (linja ferrovjarja ta' Vereina)
  • Landquart-Coira-Thusis
  • Landquart-Davos
  • Pontresina-Scuol-Tarasp (linja ferrovjarja tal-Engadina)
  • Reichenau-Disentis
  • Tirano-Sankt Moritz (linja ferrovjarja ta' Bernina)
  • Thusis-Sankt Moritz (linja ferrovjarja ta' Albula).

Sal-1972 il-Kumpanija Ferrovjarja Retika kien iġġestixxi anke r-rotta Bellinzona-Mesocco (il-linja ferrovjarja Mesolcinese), li kienet elettrifikata b'kurrent kontinwu ta' 1,500 V. Wara li din il-linja ma baqgħetx kummerċjalment vijabbli għall-Kumpanija Ferrovjarja Retika, din għaddiet għand SEFT, l-Assoċjazzjoni għat-Trasport Ferrovjarju Turistiku ta' Bellinzona. Mill-1995, il-parti ta' 13-il kilometru bejn Castione u Cama baqgħet tintuża bħala linja ferrovjarja turistika, u fis-27 ta' Ottubru 2013 tneħħiet ukoll u baqgħet operattiva.

Materjal fuq ir-roti

Ferroviji lokomotivi:

  • Ge 6/6 I
  • Ge 6/6 II
  • Ge 4/4 I
  • Ge 4/4 II
  • Ge 4/4 III
  • Ge 2/4

Ferroviji elettriċi:

  • ABe 4/4
  • ABDe 4/4
  • ABe 4/4 I
  • ABe 4/4 II
  • ABe 4/4 III
  • ABe 8/12 3501 – 3515 (Stadler Rail Allegra)
  • ABe 4/16 3101 – 3105 (simili għall-Allegra, joperaw fis-servizz suburban ta' Coira)
  • ABe 4/16 3111 – 3137 (Capricorn)

Biblijografija

  • Ernesto Imperato, Cent'anni e non sentirli, RF Rivista della Ferrovia, ACME Edizioni, p. 22.
  • Antonio Stefanini, La Ferrovia rubata, storia del fallito progetto di ferrovia Tirano-Aprica-Edolo, Tip. Poletti - Villa di Tirano, 2013.

Referenzi

  1. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Rhaetian Railway in the Albula / Bernina Landscapes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-10.
  2. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Semmering Railway". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-10.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mountain Railways of India". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-10.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Trans-Iranian Railway". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-10.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 02 Lul, 2025 / 00:40

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kumpanija Ferrovjarja Retika, X'inhi Kumpanija Ferrovjarja Retika? Xi tfisser Kumpanija Ferrovjarja Retika?

Il Kumpanija Ferrovjarja Retika bit Taljan Ferrovia Retica FR bil Ġermaniz Rhatische Bahn RhB akronimu li jintuza fil logo tal kumpanija bl Ingliz Rhaetian Railway u bir Viafier retica VR hija kumpanija tat trasport Zvizzera li ġġestixxi l ikbar network ta operaturi ferrovjarji privati b ferroviji ta gejġ tal linji dojoq 1 000 mm fil kanton Zvizzeru ta Grisons Il ferrovija RhB Ge 4 4 III fuq il Vijadott ta LandwasserServizziIl logo tal Kumpanija Ferrovjarja Retika Il Kumpanija Ferrovjarja Retika topera bħala impriza ferrovjarja li twettaq servizzi reġjonali fuq rotot qosra jew medji kif ukoll bħala kumpanija ta ġestjoni tal infrastruttura tan network ferrovjarju f isem il kanton Barra minn hekk il kumpanija hija impenjata wkoll fl attivitajiet ta promozzjoni turistika ta xi servizzi li toffri hi stess Il kumpanija toffri s servizzi regolari li ġejjin servizz rapidu Coira Sankt Moritz servizz lokali Thusis Coira Landquart Schiers servizz lokali Coira Disentis servizz rapidu Coira Landquart Klosters Davos servizz ekspress reġjonali RX Landquart Scuol Tarasp mill mina ta Vereina servizz lokali Coira Arosa servizz lokali Scuol Tarasp Samedan Pontresina servizz lokali Sankt Moritz Tirano l Italja servizz lokali Davos Platz Filisur trasport tal vetturi mill mina ta Vereina Klosters Serneus Sagliains trasport tal vetturi mill mina ta Albula Thusis Samedan Huwa stmat li t traffiku ġestit mill Kumpanija Ferrovjarja Retika jlaħħaq it 300 000 000 passiġġier għal kull kilometru u l 54 000 000 tunnellata ta merkanzija għal kull kilometru Uħud mis servizzi turistiċi jiġu promossi fuq livell kummerċjali Fost l iktar servizzi magħrufa hemm il Bernina Express li jgħaddi mir rotta Coira Landquart Sankt Moritz Tirano u l Glacier Express li jgħaddi mir rotta Zermatt Coira Sankt Moritz Davos StorjaIs sede ċentrali tal Kumpanija Ferrovjarja Retika f Coira Il Kumpanija Ferrovjarja Retika ġiet stabbilita fuq l inizjattiva tal Olandiz li kien il promutur prinċipali tal linja ferrovjarja li tgħaddi minn Landquart sa Davos qabel ma ġie stabbilit in network ferrovjarju Il kumpanija ġiet stabbilita fis 7 ta Frar 1888 bl isem ta Schmalspurbahn Landquart Davos AG LD Inizjalment il ħsieb kien li tinbena linja ferrovjarja b binarji bis snien biex il ferroviji jqabbdu sew u jkunu jistgħu jitilgħu t tlajja tul ir rotot Ġie pproġettat ukoll varjant bi tliet lilwiet Madankollu iz zewġ proġetti ġew abbandunati minħabba s suċċess tal linja ferrovjarja ta San Gottardo u minflok ġie deċiz li tinbeda l kostruzzjoni ta linja ferrovjarja tradizzjonali Il kostruzzjoni bdiet fid 29 ta Ġunju 1888 Fl 1889 infetħet ir rotta bejn Landquart u Klosters Serneus u wara tmien xhur infetħet ukoll il parti finali tar rotta li twassal sa Davos Wara l proġett ta tkabbir ta Holsboer li kien biħsiebu jkabbar il linji biex ikopru zoni oħra tal kanton ta Grisons l isem kummerċjali tal kumpanija ġie mmodifikat u fl 1895 il kumpanija ngħatat l isem attwali Il poeta fil poezija La Ferrovia del Scaletta kkummenta b ton ironiku ħafna li l kumpanija kienet ingħatat konċessjonijiet għal għadd kbir ta linji ferrovjarji izda x xogħlijiet tal kostruzzjoni ma kinux qed isiru b pass mgħaġġel Il kumpanija għandha sjieda kwazi pubblika għalkollox b ishma tal Istat Federali u tal kanton b sehem ta 5 f idejn l entitajiet privati Fl 2008 il persunal tal kumpanija kien jammonta għal 1 348 persuna Mappa tal linji ferrovjarji ġestiti mill Kumpanija Ferrovjarja Retika Il linji ferrovjarji ta Albula u ta Bernina bejn Thusis u Tirano ir rotta ewlenija tal Bernina Express iddaħħlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fis 7 ta Lulju 2008 bħala ezempji avvanzati teknikament tal ġestjoni tal pajsaġġ muntanjuz fl għoli u bħala fost l iktar linji ferrovjarji b gejġ tal linji dojoq spettakolari fid dinja Dawn il linji ferrovjarji u waħda mill erba linji ferrovjarji fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO It tlieta l oħra jinsabu fl Awstrija fl Indja u fl Iran Id dokument tan nomina inizjali kien imfassal biss fuq il linja ferrovjarja ta Albula bis saħħa tal protesta tal popolazzjoni ta Val Poschiavo u tal kunsiderazzjoni li l linja ferrovjarja ta Bernina ladarba fiha biss mini qosra fil biċċa l kbira tagħha hija fil beraħ b aspetti panoramiċi tassew mill isbaħ ġiet inkluza wkoll il linja ferrovjarja ta Bernina Linji mhux imwettqaFil bidu tas seklu 20 kienu previsti diversi linji ferrovjarji li qatt ma twettqu Il linja ferrovjarja li tgħaddi minn Chiavenna Sankt Moritz il linja ferrovjarja ta Maloja magħrufa wkoll bħala Bergeller Bahn li kellha tkun linja li tikkollega l Italja u l Izvizzera permezz ta Maloja Ix xogħlijiet tal kostruzzjoni kienu nbdew izda minħabba l Ewwel Gwerra Dinjija qatt ma tlestew Il linja ferrovjarja Mesocco Thusis il linja ferrovjarja ta San Bernardino kienet proġett bil ħsieb li tittawwal il linja ferrovjarja Bellinzona Mesocco li qatt ma twettaq minħabba li l Kunsill Federali kien kontra mill bidu tas seklu 20 li jkun hemm linja ferrovjarja alternattiva għal dik ta San Gottardo għalkemm fid digriet federali tat 2 ta Frar 1923 l Assemblea Federali kienet tat il kunsens tagħha għall konċessjoni tal kostruzzjoni tal linja Barra minn hekk kien previst skont il Kunsill Federali tad 19 ta Ġunju 1922 li l operat ferrovjarju kellu saħansitra jittawwal bl istazzjon ta Bellinzona RhB flimkien ma dik tal Ferroviji Federali Zvizzeri bit Taljan Ferrovie Federali Svizzere FFS izda minħabba t tkabbir urban tal belt il proġett baqa qatt ma twettaq Il linja ferrovjarja Scuol Tosens kienet proġett ieħor l istazzjon ta Tosens li qatt ma twettaq suppost kellu jinbena fl 1909 tul il linja ferrovjarja ta Resia Inizjalment l istazzjon finali kellu jkun f Nauders b linja ferrovjarja ta madwar 31 kilometru izda mbagħad ġie deċiz li l istazzjon jinbena f Pfunds u l proġett inizjali tal linja ferrovjarja qatt ma twettaq Il linja ferrovjarja Davos Sankt Moritz kienet proġett li kien previst li jgħaddi mill mogħdija muntanjuza ta Scaletta bl Engadina bħala l punt tal wasla u li mbagħad ġie sostitwit bil linja ferrovjarja ta Albula li twettqet fl 1904 Il ħsieb kien li twassal sa Maloja u Chiavenna izda l linja ferrovjarja qatt ma twettqet Il linja ferrovjarja Tirano Edolo li kellha tkun kollha fit territorju Taljan izda kellha titwettaq u titħaddem mill Izvizzeri li suppost kellha tikkollega z zona urbana ta Valtellina maċ ċentru tal parti għolja ta Valcamonica permezz tal mogħdija muntanjuza ta Aprica u għaldaqstant suppost kellha tikkollega flimkien il lag magħruf bħala Lago d Iseo mal bliet ta Brescia Verona e Venezja Sit ta Wirt DinjiPlakka tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl istazzjon ta Tirano Il Kumpanija Ferrovjarja Retika fil Pajsaġġi ta Albula Bernina ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji transnazzjonali tal UNESCO bejn l Italja u l Izvizzera fl 2008 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Tagħrif dwar il kumpanijaInfrastrutturi Il ferrovija RhB ABe 8 12 Allegra bejn Lagalb u Ospizio Bernina alt In network ferrovjarju b gejġ bil linji dojoq ġestit mill kumpanija u twil madwar 384 kilometru 61 kilometru minnhom huma elettrifikati b kurrent kontinwu ta 1 000 V il linja ferrovjarja Tirano Sankt Moritz u 323 kilometru huma elettrifikati b kurrent alternat ta 11 000 V 16 2 3 Hz Tul dan in network ferrovjarju hemm 84 mina fosthom il linja ferrovjarja ta Vereina li hija l itwal waħda b gejġ bil linji dojoq fl Ewropa b tul ta 19 042 kilometru u l linja ferrovjarja ta Albula twila 5 865 kilometru u 383 pont vijadott Il pendil massimu tan network ferrovjarju b kurrent alternat hu ta 4 5 filwaqt li dak tal linja ferrovjarja ta Bernina jlaħħaq is 7 Il punt ta kollegament mal linji ferrovjarji l oħra jinsabu f Landquart f Untervaz Trimmis u f Coira mal FFS f Disentis Muster mal Matterhorn Gotthard Bahn MGB u f Tirano man Network Ferrovjarju Taljan L istazzjonijiet ferrovjarji ta Tirano tan Network Ferrovjarju Taljan u tal Kumpanija Ferrovjarja Retika huma qrib xulxin izda huma distinti Il linji ferrovjarji operattivi huma dawn li ġejjin Coira Arosa Davos Filisur Klosters Susch Lavin linja ferrovjarja ta Vereina Landquart Coira Thusis Landquart Davos Pontresina Scuol Tarasp linja ferrovjarja tal Engadina Reichenau Disentis Tirano Sankt Moritz linja ferrovjarja ta Bernina Thusis Sankt Moritz linja ferrovjarja ta Albula Sal 1972 il Kumpanija Ferrovjarja Retika kien iġġestixxi anke r rotta Bellinzona Mesocco il linja ferrovjarja Mesolcinese li kienet elettrifikata b kurrent kontinwu ta 1 500 V Wara li din il linja ma baqgħetx kummerċjalment vijabbli għall Kumpanija Ferrovjarja Retika din għaddiet għand SEFT l Assoċjazzjoni għat Trasport Ferrovjarju Turistiku ta Bellinzona Mill 1995 il parti ta 13 il kilometru bejn Castione u Cama baqgħet tintuza bħala linja ferrovjarja turistika u fis 27 ta Ottubru 2013 tneħħiet ukoll u baqgħet operattiva Materjal fuq ir roti Il Glacier Express fuq il linja ferrovjarja ta Albula Ferroviji lokomotivi Ge 6 6 I Ge 6 6 II Ge 4 4 I Ge 4 4 II Ge 4 4 III Ge 2 4 Ferroviji elettriċi ABe 4 4 ABDe 4 4 ABe 4 4 I ABe 4 4 II ABe 4 4 III ABe 8 12 3501 3515 Stadler Rail Allegra ABe 4 16 3101 3105 simili għall Allegra joperaw fis servizz suburban ta Coira ABe 4 16 3111 3137 Capricorn BiblijografijaErnesto Imperato Cent anni e non sentirli RF Rivista della Ferrovia ACME Edizioni p 22 Antonio Stefanini La Ferrovia rubata storia del fallito progetto di ferrovia Tirano Aprica Edolo Tip Poletti Villa di Tirano 2013 Referenzi a b ċ d e Centre UNESCO World Heritage Rhaetian Railway in the Albula Bernina Landscapes UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 03 10 Centre UNESCO World Heritage Semmering Railway UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 03 10 Centre UNESCO World Heritage Mountain Railways of India UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 03 10 Centre UNESCO World Heritage Trans Iranian Railway UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 03 10

L-aħħar artikli
  • Lulju 17, 2025

    Al-Iħlas

  • Lulju 11, 2025

    Agatha Christie

  • Lulju 16, 2025

    Adolfo Zumelzú

  • Lulju 19, 2025

    Adem Ljajić

  • Lulju 16, 2025

    Adan

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq