Mikiel Spiteri magħruf bħala Kilin twieled fl 20 ta Awwissu 1917 miet fit 8 ta Lulju 2008 kien kittieb Malti Mikiel Spit
Mikiel Spiteri

Mikiel Spiteri (magħruf bħala Kilin; twieled fl-20 ta' Awwissu 1917 – miet fit-8 ta' Lulju 2008) kien kittieb Malti.
Mikiel Spiteri | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 20 Awwissu 1917 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 8 Lulju 2008 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb |
Premjijiet | List
|
Tfulija
Ommu u missier Kilin kienu Anna Azzopardi u Diegu Spiteri. Dawn kellhom għaxart itfal li minnhom tlieta mietu fit-tfulija. Kilin jgħid li meta kien żgħir kien se jmut b'xemxata kbira.
Kilin mill-ewwel deher li kien se jipprometti fl-iskola għax kien tifel li kellu interess f'kollox u kien determinat li ried jirnexxi. Ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-Liċeo.
Servizz Pubbliku
Ħadem bħala uffiċjal tad-dwana bejn l-1935 u l-1941 u f'diversi dipartiment tal-Gvern sal-1975.
Letteratura
Il-laqam "Kilin" beda jużah meta darba sema' lil xi ħadd isejjaħ lil xi ħadd ieħor Kilin u dan l-isem għoġbu.
Kilin beda jikteb fl-1966 meta kellu 31 sena u l-aktar li kien iħobb jikteb kienet il-proża, bħal novelli, rumanzi u saġġi bil-Malti.
L-ewwel xogħlijiet tiegħu letterarji ppubblikati kienu Burdati (1970) u Burdati 71 (1971).
L-aktar xogħol magħruf ta' Kilin hu Fuq il-Għajn ta' San Bastjan (1973). Wara kiteb Wara l-Għajn ta' San Bastjan (1994) u Iż-Żmien Isajjar il-Bajtar (1996) fejn jissoktaw it-tifkiriet ta' tfulitu u żgħożitu. Imma Kilin iddikjara li l-aktar ktieb li jogħġbu kien Tlikki Tlikki ma' Wenzu.
Kilin huwa l-awtur ta' erba' rumanzi: L-Għafrid (1975), Tmint Ijiem fi Dragunara (1984), It-Tapit Imsaħħar (1995) uTinsiex, Publius, Tinsiex! (2003).
Fl-1998 ġabar in-novelli fil-ktieb Għajnejn Kalanġ li jiġbru ‘kwadru morali' tal-ħajja, bil-ħelu u bil-morr tagħha.
Huwa ttraduċa L-Alla li ma Nemminx Fih (1983) mill-Ispanjol u ħareġ sensiela ta' ħames kotba żgħar Kappelli u Knejjes Żgħar (1967), Nistqarr (1968), Djar is-Sultana (1969 u Osanna (1978).
Wayside Chapels (1966) u A Maltese Mosaic (1990) huma l-verżjoni bl-Ingliż ta' dawn il-kotba.
Kilin kiteb ukoll xi poeżiji.
Kilin baqa' jsemma' leħnu fil-ġurnali, sikwit jilmenta fuq il-bidliet li għaddej minnhom ilsienna.
Unuri
Fl-1973 rebaħ il-Premju Rothmans għal-Letteratura bid-dramm Bl-Irġulija u bl-Onestà, li deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma' ġabra ta' novelli.
Fl-1981, Tmint Ijiem fi Dragunara (ħareġ 1984) rebaħ it-tieni premju fil-Konkors Buġelli.
Fl-1999, in-novella Id-Dell tal-Fatat ġiet fit-tieni post minn fost 842 novella f'kompetizzjoni li nżammet fl-Italja. In-novella kienet bil-Malti u hu stess qalibha bit-Taljan.
Fit-13 ta' Diċembru 2000, ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika mill-President ta' Malta dak iż-żmien Guido de Marco.
Ftit xhur qabel miet f'għeluq id-90 sena l-Akkademja tal-Malti onoratu b'tifkira għall-ħidma sfiqa u bla heda tul ħajtu kollha għall-ilsien Malti.
Ħajja Personali
Kien mżżewweġ lil Ġuża Mifsud u kellhom sebat itfal. Kien nannu ta' 17 u bużnannu ta' 12 .
Għamel ħafna snin jgħix l-Imsida u għex hemm sakemm miet.
Kilin kien iħobb il-familja, tant li kemm-il darba ddikjara li biex jieħu ħsiebha sewwa ġieli kellu jagħmel sitt xogħlijiet.
Mikiel Spiteri kien ukoll iffissat fuq iċ-Ċess u kien iħobb imur għall-kwiet fil-kampanja u joqgħod ipinġi.
Xogħlijiet
Saġġi u novelli
- Burdati (1970)
- Burdati 71 (1971)
- Tlikki Tlikki ma' Wenzu (1972)
- Hawn Aħna, Wenz (1991)
- Fuq il-Għajn ta' San Bastjan (1973)
- Wara l-Għajn ta' San Bastjan (1994)
- Iż-Żmien Isajjar il-Bajtar (1996)
- Għajnejn Kalanġ (1998) ġabra ta' novelli
Drammi
- Bl-Irġulija u bl-Onestà, deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma' ġabra ta' novelli.
Rumanzi
- L-Għafrid (1975)
- Tmint Ijiem fi Dragunara (1984)
- It-Tapit Imsaħħar (1995)
- Tinsiex, Publius, Tinsiex! (2003).
Diversi
- L-Alla li ma Nemminx Fih (1983) traduzzjoni mill-Ispanjol ta' El Dios en quien no creo (1969) ta' Juan Arias.
- Sensiela ta' ħames kotba żgħar Kappelli u Knejjes Żgħar (1967),
- Nistqarr (1968)
- Djar is-Sultana (1969)
- Osanna (1978).
Referenzi
- ^ "Malta titlef wieħed mill-pijunieri tal-Letteratura: Kilin imut fl-eta' ta' 90 sena". Ġrajjiet Malta. 2008-07-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-08-15.
- ^ "Mikiel Spiteri (Kilin)". L-Akkademja tal-Malti. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-19.
- ^ Vella, Fiona. "Ipitter bil-kliem u bil-kuluri". fionavella.com.
- ^ El Dios en quien no creo
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mikiel Spiteri (Mikiel Spiteri) |
- Id-djalett tar-Rabat (Malta) – Intervista ma' Kilin mill-Prof. Manwel Mifsud dwar id-djalett tar-Rabat (Malta)
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mikiel Spiteri, X'inhi Mikiel Spiteri? Xi tfisser Mikiel Spiteri?
Mikiel Spiteri magħruf bħala Kilin twieled fl 20 ta Awwissu 1917 miet fit 8 ta Lulju 2008 kien kittieb Malti Mikiel SpiteriĦajjaTwelid 20 Awwissu 1917Nazzjonalita MaltaMewt 8 Lulju 2008EdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittiebPremjijiet List Premju Nazzjonali tal Ktieb 2006 Premju Nazzjonali tal Ktieb 2002 1973 Premju Nazzjonali tal Ktieb 1973 TfulijaOmmu u missier Kilin kienu Anna Azzopardi u Diegu Spiteri Dawn kellhom għaxart itfal li minnhom tlieta mietu fit tfulija Kilin jgħid li meta kien zgħir kien se jmut b xemxata kbira Kilin mill ewwel deher li kien se jipprometti fl iskola għax kien tifel li kellu interess f kollox u kien determinat li ried jirnexxi Ħa l edukazzjoni sekondarja tiegħu fil Liċeo Servizz PubblikuĦadem bħala uffiċjal tad dwana bejn l 1935 u l 1941 u f diversi dipartiment tal Gvern sal 1975 LetteraturaBust ta Kilin ir Rabat Il laqam Kilin beda juzah meta darba sema lil xi ħadd isejjaħ lil xi ħadd ieħor Kilin u dan l isem għoġbu Kilin beda jikteb fl 1966 meta kellu 31 sena u l aktar li kien iħobb jikteb kienet il proza bħal novelli rumanzi u saġġi bil Malti L ewwel xogħlijiet tiegħu letterarji ppubblikati kienu Burdati 1970 u Burdati 71 1971 L aktar xogħol magħruf ta Kilin hu Fuq il Għajn ta San Bastjan 1973 Wara kiteb Wara l Għajn ta San Bastjan 1994 u Iz Zmien Isajjar il Bajtar 1996 fejn jissoktaw it tifkiriet ta tfulitu u zgħozitu Imma Kilin iddikjara li l aktar ktieb li jogħġbu kien Tlikki Tlikki ma Wenzu Kilin huwa l awtur ta erba rumanzi L Għafrid 1975 Tmint Ijiem fi Dragunara 1984 It Tapit Imsaħħar 1995 uTinsiex Publius Tinsiex 2003 Fl 1998 ġabar in novelli fil ktieb Għajnejn Kalanġ li jiġbru kwadru morali tal ħajja bil ħelu u bil morr tagħha Huwa ttraduċa L Alla li ma Nemminx Fih 1983 mill Ispanjol u ħareġ sensiela ta ħames kotba zgħar Kappelli u Knejjes Zgħar 1967 Nistqarr 1968 Djar is Sultana 1969 u Osanna 1978 Wayside Chapels 1966 u A Maltese Mosaic 1990 huma l verzjoni bl Ingliz ta dawn il kotba Kilin kiteb ukoll xi poeziji Kilin baqa jsemma leħnu fil ġurnali sikwit jilmenta fuq il bidliet li għaddej minnhom ilsienna UnuriFl 1973 rebaħ il Premju Rothmans għal Letteratura bid dramm Bl Irġulija u bl Onesta li deher fi ktieb bl istess titlu flimkien ma ġabra ta novelli Fl 1981 Tmint Ijiem fi Dragunara ħareġ 1984 rebaħ it tieni premju fil Konkors Buġelli Fl 1999 in novella Id Dell tal Fatat ġiet fit tieni post minn fost 842 novella f kompetizzjoni li nzammet fl Italja In novella kienet bil Malti u hu stess qalibha bit Taljan Fit 13 ta Diċembru 2000 ingħata l Midalja għall Qadi tar Repubblika mill President ta Malta dak iz zmien Guido de Marco Ftit xhur qabel miet f għeluq id 90 sena l Akkademja tal Malti onoratu b tifkira għall ħidma sfiqa u bla heda tul ħajtu kollha għall ilsien Malti Ħajja PersonaliKien mzzewweġ lil Ġuza Mifsud u kellhom sebat itfal Kien nannu ta 17 u buznannu ta 12 Għamel ħafna snin jgħix l Imsida u għex hemm sakemm miet Kilin kien iħobb il familja tant li kemm il darba ddikjara li biex jieħu ħsiebha sewwa ġieli kellu jagħmel sitt xogħlijiet Mikiel Spiteri kien ukoll iffissat fuq iċ Ċess u kien iħobb imur għall kwiet fil kampanja u joqgħod ipinġi XogħlijietSaġġi u novelli Burdati 1970 Burdati 71 1971 Tlikki Tlikki ma Wenzu 1972 Hawn Aħna Wenz 1991 Fuq il Għajn ta San Bastjan 1973 Wara l Għajn ta San Bastjan 1994 Iz Zmien Isajjar il Bajtar 1996 Għajnejn Kalanġ 1998 ġabra ta novelli Drammi Bl Irġulija u bl Onesta deher fi ktieb bl istess titlu flimkien ma ġabra ta novelli Rumanzi L Għafrid 1975 Tmint Ijiem fi Dragunara 1984 It Tapit Imsaħħar 1995 Tinsiex Publius Tinsiex 2003 Diversi L Alla li ma Nemminx Fih 1983 traduzzjoni mill Ispanjol ta El Dios en quien no creo 1969 ta Juan Arias Sensiela ta ħames kotba zgħar Kappelli u Knejjes Zgħar 1967 Nistqarr 1968 Djar is Sultana 1969 Osanna 1978 Referenzi Malta titlef wieħed mill pijunieri tal Letteratura Kilin imut fl eta ta 90 sena Ġrajjiet Malta 2008 07 09 Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 08 15 Mikiel Spiteri Kilin L Akkademja tal Malti Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 03 19 Vella Fiona Ipitter bil kliem u bil kuluri fionavella com El Dios en quien no creoĦoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Mikiel Spiteri Mikiel Spiteri Id djalett tar Rabat Malta Intervista ma Kilin mill Prof Manwel Mifsud dwar id djalett tar Rabat Malta