Il Selimiye Mosque bit Tork Selimiye Camii hija moskea imperjali Ottomana li tinsab fil belt ta Edirne magħrufa preċeden
Moskea ta’ Selimiye, Edirne

Il-Selimiye Mosque (bit-Tork: Selimiye Camii) hija moskea imperjali Ottomana li tinsab fil-belt ta' Edirne (magħrufa preċedentement bħala Adrianopoli) fit-Turkija, qrib ħafna tal-fruntiera mal-Bulgarija. Il-moskea, li hija għolja 83 metru, ġiet ikkummissjonata mis-Sultan u nbniet mill-arkitett imperjali bejn l-1568 u l-1575. Sinan kien iqis din il-moskea bħala l-kapulavur tiegħu u fil-fatt hija waħda mill-aqwa kisbiet tal-arkitettura Iżlamika u tal-arkitettura Ottomana. Il-moskea kienet tidher fil-parti ta' wara tal-karti tal-flus Torok tal-10,000 liri mill-1982 sal-1995.
Il-moskea tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.
Deskrizzjoni
Din il-moskea grandjuża tinsab fiċ-ċentru ta' külliye (kumpless ta' sptar, skola, librerija u/jew banjijiet madwar moskea) li tinkludi madrasa (akkademja Iżlamika fejn jingħataw lezzjonijiet Iżlamiċi u xjentifiċi), dar-ül hadis (skola ta' Al-Hadith), kamra għaż-żamma tal-ħin u arasta (ringiela ta' ħwienet). F'din il-moskea, Sinan fassal sistema ottagonali ta' sostenn permezz ta' tmien pilastri inċiżi f'qafas kwadru ta' ħitan. L-erba' semikoppli fl-irkejjen tal-qafas kwadru wara l-ħnejjiet li jiffurmaw mill-pilastri, huma sezzjonijiet intermedjarji bejn il-koppla ewlenija enormi b'dijametru ta' 31.25 metru (bi profil sferiku) u l-ħitan.
Filwaqt li l-moskej konvenzjonali kienu limitati bi spazji interni segmentati, f'Edirne Sinan ħoloq struttura li kienet tippermetti li l-mihrab tibqa' tidher minn kwalunkwe post fi ħdan il-moskea. Il-Moskea ta' Selimiye għandha koppla ċentrali enormi mdawra b'erba' minareti għoljin. Mad-dawra tal-moskea ġew miżjuda bosta binjiet oħra, fosthom librerija, skejjel, banjijiet, kċejjen għall-foqra, swieq, sptarijiet u ċimiterju. Dawn il-binjiet annessi kienu allinjati assjalment u raggruppati kemm jista' jkun. Quddiem il-moskea hemm spazju rettangolari fil-beraħ b'erja daqs dik tal-moskea. Madankollu, l-innovazzjoni ma kinitx id-daqs tal-binja, iżda l-organizzazzjoni tal-ispazju tagħha fuq ġewwa. Il-mihrab tressqet lura f'alkova qisha apsida bi spazju fond biżżejjed li jippermetti lid-dawl naturali jidħol mit-twieqi minn tliet naħat. B'hekk, meta jkun bnazzi, il-madum tal-moskea fuq il-ħitan baxxi ġewwa jleqq bir-raġġi tax-xemx. L-amalgamazzjoni tas-sala prinċipali tifforma fużjoni ta' ottagonu mal-ispazju kwadru mgħotti bil-koppla. L-ottagonu, iffurmat bi tmien riffieda kbar tal-koppla, huwa mniffed mill-erba' rkejjen tal-ispazju kwadru mgħottija b'qishom nofs koppli. Il-ġmiel li jirriżulta mill-konformità tal-għamliet ġeometriċi inkorporati f'xulxin kien il-qofol tat-tiftix tul il-ħajja ta' Sinan għal spazju fuq ġewwa unifikat.
Fl-assedju Bulgaru ta' Edirne fl-1913, il-koppla tal-moskea ntlaqtet mill-artillerija Bulgara. Bis-saħħa tal-kostruzzjoni tal-koppla li kienet tiflaħ ferm, il-moskea ħelsitha ħafif fl-assedju u ġarrbet ftit ħsarat biss. Skont l-ordni ta' , ma ġietx restawrata minn dak iż-żmien 'l hawn, sabiex isservi ta' twissija għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-ħsara għadha tidher fuq il-koppla, biswit il-kalligrafija ħamra skura li tinsab lejn ix-xellug taż-żona blu ċentrali.
Fl-1865, , il-fundatur tal-fidi Baha'i, wasal Edirne flimkien mal-familja tiegħu bħala ħabsin tal-Imperu Ottoman u kien jirresjedi f'dar ħdejn il-Moskea ta' Selimiye, li kien iżur spiss sal-1868. Jingħad li kellu dibattitu miftuħ fil-moskea ma' , avveniment storiku importanti li jiddistingwi l-fidi Baha'i minn dawk li kienu kissru l-patt u li kienu mmexxija minn Mirza Yahya.
Arkitettura
Esterna
Il-Moskea ta' Selimiye nbniet meta s-setgħa militari u kulturali Ottomana kienet fl-aqwa tagħha. L-imperu kien beda jikber u l-imperatur kien ħerqan li jiċċentralizza l-belt ta' Edirne. Sinan ġie mqabbad biex jgħin fil-kostruzzjoni tal-Moskea ta' Selimiye, u ħadem qatigħ biex il-moskea tispikka u taqdi l-iskop ta' ċentralizzazzjoni tal-belt.
Bħall-moskej Ottomani l-oħra kollha ta' perjodi iktar bikrin, il-Moskea ta' Selimiye kellha għadd ta' koppli żgħar u ta' nofs koppli. Madankollu, fil-kostruzzjoni tal-Moskea ta' Selimiye l-għan kien li l-moskea tidher bħala unità waħdanija minn ġewwa jew minn barra, u mhux bħala mases separati. Sinan kien jemmen li l-kostruzzjoni ta' koppla unika kienet l-unika soluzzjoni biex dan tassew jinkiseb. Għalhekk, huwa ddeċieda b'mod ambizzjuż li jissostitwixxi l-għadd kbir ta' koppli fin-nofs tal-istruttura b'koppla enormi waħda. L-awtur ta' Other Colors, isemmi li huwa ra konnessjoni bejn ix-xewqa marbuta mal-koppla ċentrali u ċ-ċentralizzazzjoni tal-bidliet politiċi u ekonomiċi tal-imperu, iżda din l-idea ġiet irrifjutata minn ktieb ieħor miktub mill-ħabib ta' Sinan, Sai, fejn jingħad li Sinan kien tnebbaħ mill-Hagia Sophia ta' Istanbul. X'aktarx din l-idea hija iktar kredibbli minħabba kwotazzjoni ta' Sinan fejn isostni li huwa bena koppla saħansitra ogħla mill-Hagia Sophia: “F'din il-moskea...jiena bnejt koppla sitt kubiti ogħla u erba' kubiti usa' mill-koppla tal-Hagia Sophia”.
Sabiex tinġibed l-attenzjoni lejn l-istruttura ċentralizzata tal-moskea, u sabiex din tiġi enfasizzata, il-kollokazzjoni tradizzjonali ta' minareti b'daqs differenti tneħħiet mid-disinn peress li Sinan kien jemmen li kaskata ta' koppli iżgħar u ta' nofs koppli kif kienu jinbnew tradizzjonalment qabel kienet apparatement iċċekken id-daqs ġgantesk tal-koppla ċentrali unika. Barra minn hekk, inbnew erba' minareti identiċi f'kull kantuniera taz-zuntier tal-irħam ta' quddiem il-moskea sabiex tinġibed l-attenzjoni iktar fuq il-koppla ċentrali. Skont il-ħsieb tal-istudjuż Ottoman , l-erba' minareti vertikali ġejjin għall-ponta jamplifikaw ix-xeħta 'l fuq tal-istruttura, bħal donnhom resqin sparati lejn is-sema minn kull kantuniera tal-moskea. Peress li l-koppla l-kbira titla' dejjem 'il fuq miċ-ċentru tagħha, din toħloq interdipendenza armonjuża man-nofs koppli, mat-torrijiet li jifilħu l-piż tagħha, u mill-bosta riffieda ta' madwarha. Kien jingħad ukoll li l-arkitettura ċirkolari kienet tirrappreżenta t-twaħħid tal-umanità favur l-ideoloġija sempliċi taċ-ċirku (jew tal-katina) tal-ħajja. Is-simetriji viżibbli u inviżibbli tal-moskea minn barra u minn ġewwa jevokaw il-perfezzjoni ta' Alla permezz tal-istruttura sempliċi u setgħana tal-koppla u tal-ġebel mingħajr dekorazzjoni fuq barra.
Interna
Il-moskea fuq ġewwa rċeviet diversi rikonoxximenti għas-simetrija u għall-ġeometrija tal-istruttura nnifisha. L-aspetti esterni monumentali kienu jixhdu l-ġid u l-poter tal-Imperu Ottoman, filwaqt li l-aspetti interni simetriċi u sempliċi kienu jfakkru lis-slaten li kien jeħtieġ ikollhom qalb umli u mimlija fidi biex ikunu jistgħu jikkomunikaw m'Alla. Meta wieħed jidħol fil-moskea, suppost li jinsa l-poter, id-determinazzjoni, il-ġid u l-ħila teknika tal-Imperu Ottoman u jiffoka fuq Alla.
Il-moskea kienet tiddawwal minn għadd ta' twieqi żgħar ħafna, u d-drabi meta d-dawl kien jilgħab bejn bati jew qawwi kien jiġi interpretat bħala kemm l-umanità hija insinifikanti. Il-Moskea ta' Selimiye mhux biex biss kienet tgħaġġeb lill-pubbliku li kien jaraha jew iżurha bl-arkitettura esterna simetrika u stravaganti, talli kienet tagħmel l-istess anke bl-arkitettura interna simetrika u sempliċi, għaliex kienet tiġbor fiha l-ħsieb arkitettoniku Ottoman kollu fi struttura waħda.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Moskea ta' Selimiye f'Edirne, flimkien mal-külliye tagħha, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.
Il-valur universali straordinarju tagħha ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.
Referenzi
- ^ Architecture, Jonathan Glancey, p. 207, 2006.
- ^ Kiuiper, Kathleen (2009). Islamic Art, Literature, and Culture. Rosen Education Service. pp. 201. ISBN 978-1-61530-019-8.
- ^ "10,000 Turkish Lira, Turkey". en.numista.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-10.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Selimiye Mosque and its Social Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-10.
- ^ The Bábí and Bahá'í religions 1844-1944 : some contemporary western accounts. Momen, Moojan. Oxford: G. Ronald. 1981. ISBN 0853981027.
- ^ Momen, Moojan (1981). The Bábí and Bahá'í religions 1844-1944: some contemporary western accounts. Oxford: G. Ronald. ISBN 9780853981022.
- ^ Pamuk, Orhan (2007). Other Colors. Alfred A. Knoff. ISBN 978-0-307-26675-0.
- ^ a b ċ Blair, Sheila; Bloom, Jonathan M. (1995-01-01). The Art and Architecture of Islam 1250-1800. Yale University Press. ISBN 0300064659.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Moskea ta’ Selimiye, Edirne, X'inhi Moskea ta’ Selimiye, Edirne? Xi tfisser Moskea ta’ Selimiye, Edirne?
Il Selimiye Mosque bit Tork Selimiye Camii hija moskea imperjali Ottomana li tinsab fil belt ta Edirne magħrufa preċedentement bħala Adrianopoli fit Turkija qrib ħafna tal fruntiera mal Bulgarija Il moskea li hija għolja 83 metru ġiet ikkummissjonata mis Sultan u nbniet mill arkitett imperjali bejn l 1568 u l 1575 Sinan kien iqis din il moskea bħala l kapulavur tiegħu u fil fatt hija waħda mill aqwa kisbiet tal arkitettura Izlamika u tal arkitettura Ottomana Il moskea kienet tidher fil parti ta wara tal karti tal flus Torok tal 10 000 liri mill 1982 sal 1995 Il Moskea ta Selimiye u l istatwa tal arkitett Sinan f Edirne Il moskea tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2011 DeskrizzjoniVeduta tal moskea u tal minareti twal tagħha mill bogħod Din il moskea grandjuza tinsab fiċ ċentru ta kulliye kumpless ta sptar skola librerija u jew banjijiet madwar moskea li tinkludi madrasa akkademja Izlamika fejn jingħataw lezzjonijiet Izlamiċi u xjentifiċi dar ul hadis skola ta Al Hadith kamra għaz zamma tal ħin u arasta ringiela ta ħwienet F din il moskea Sinan fassal sistema ottagonali ta sostenn permezz ta tmien pilastri inċizi f qafas kwadru ta ħitan L erba semikoppli fl irkejjen tal qafas kwadru wara l ħnejjiet li jiffurmaw mill pilastri huma sezzjonijiet intermedjarji bejn il koppla ewlenija enormi b dijametru ta 31 25 metru bi profil sferiku u l ħitan Dettall tal madum tal moskea bil kalligrafija Iznik Filwaqt li l moskej konvenzjonali kienu limitati bi spazji interni segmentati f Edirne Sinan ħoloq struttura li kienet tippermetti li l mihrab tibqa tidher minn kwalunkwe post fi ħdan il moskea Il Moskea ta Selimiye għandha koppla ċentrali enormi mdawra b erba minareti għoljin Mad dawra tal moskea ġew mizjuda bosta binjiet oħra fosthom librerija skejjel banjijiet kċejjen għall foqra swieq sptarijiet u ċimiterju Dawn il binjiet annessi kienu allinjati assjalment u raggruppati kemm jista jkun Quddiem il moskea hemm spazju rettangolari fil beraħ b erja daqs dik tal moskea Madankollu l innovazzjoni ma kinitx id daqs tal binja izda l organizzazzjoni tal ispazju tagħha fuq ġewwa Il mihrab tressqet lura f alkova qisha apsida bi spazju fond bizzejjed li jippermetti lid dawl naturali jidħol mit twieqi minn tliet naħat B hekk meta jkun bnazzi il madum tal moskea fuq il ħitan baxxi ġewwa jleqq bir raġġi tax xemx L amalgamazzjoni tas sala prinċipali tifforma fuzjoni ta ottagonu mal ispazju kwadru mgħotti bil koppla L ottagonu iffurmat bi tmien riffieda kbar tal koppla huwa mniffed mill erba rkejjen tal ispazju kwadru mgħottija b qishom nofs koppli Il ġmiel li jirrizulta mill konformita tal għamliet ġeometriċi inkorporati f xulxin kien il qofol tat tiftix tul il ħajja ta Sinan għal spazju fuq ġewwa unifikat Fl assedju Bulgaru ta Edirne fl 1913 il koppla tal moskea ntlaqtet mill artillerija Bulgara Bis saħħa tal kostruzzjoni tal koppla li kienet tiflaħ ferm il moskea ħelsitha ħafif fl assedju u ġarrbet ftit ħsarat biss Skont l ordni ta ma ġietx restawrata minn dak iz zmien l hawn sabiex isservi ta twissija għall ġenerazzjonijiet futuri Il ħsara għadha tidher fuq il koppla biswit il kalligrafija ħamra skura li tinsab lejn ix xellug taz zona blu ċentrali Fl 1865 il fundatur tal fidi Baha i wasal Edirne flimkien mal familja tiegħu bħala ħabsin tal Imperu Ottoman u kien jirresjedi f dar ħdejn il Moskea ta Selimiye li kien izur spiss sal 1868 Jingħad li kellu dibattitu miftuħ fil moskea ma avveniment storiku importanti li jiddistingwi l fidi Baha i minn dawk li kienu kissru l patt u li kienu mmexxija minn Mirza Yahya ArkitetturaEsterna L arkitettura tal koppla ċentrali minn ġewwa Il Moskea ta Selimiye nbniet meta s setgħa militari u kulturali Ottomana kienet fl aqwa tagħha L imperu kien beda jikber u l imperatur kien ħerqan li jiċċentralizza l belt ta Edirne Sinan ġie mqabbad biex jgħin fil kostruzzjoni tal Moskea ta Selimiye u ħadem qatigħ biex il moskea tispikka u taqdi l iskop ta ċentralizzazzjoni tal belt Dettall tal koppla ċentrali tal moskea Bħall moskej Ottomani l oħra kollha ta perjodi iktar bikrin il Moskea ta Selimiye kellha għadd ta koppli zgħar u ta nofs koppli Madankollu fil kostruzzjoni tal Moskea ta Selimiye l għan kien li l moskea tidher bħala unita waħdanija minn ġewwa jew minn barra u mhux bħala mases separati Sinan kien jemmen li l kostruzzjoni ta koppla unika kienet l unika soluzzjoni biex dan tassew jinkiseb Għalhekk huwa ddeċieda b mod ambizzjuz li jissostitwixxi l għadd kbir ta koppli fin nofs tal istruttura b koppla enormi waħda L awtur ta Other Colors isemmi li huwa ra konnessjoni bejn ix xewqa marbuta mal koppla ċentrali u ċ ċentralizzazzjoni tal bidliet politiċi u ekonomiċi tal imperu izda din l idea ġiet irrifjutata minn ktieb ieħor miktub mill ħabib ta Sinan Sai fejn jingħad li Sinan kien tnebbaħ mill Hagia Sophia ta Istanbul X aktarx din l idea hija iktar kredibbli minħabba kwotazzjoni ta Sinan fejn isostni li huwa bena koppla saħansitra ogħla mill Hagia Sophia F din il moskea jiena bnejt koppla sitt kubiti ogħla u erba kubiti usa mill koppla tal Hagia Sophia Il mihrab tal moskea Sabiex tinġibed l attenzjoni lejn l istruttura ċentralizzata tal moskea u sabiex din tiġi enfasizzata il kollokazzjoni tradizzjonali ta minareti b daqs differenti tneħħiet mid disinn peress li Sinan kien jemmen li kaskata ta koppli izgħar u ta nofs koppli kif kienu jinbnew tradizzjonalment qabel kienet apparatement iċċekken id daqs ġgantesk tal koppla ċentrali unika Barra minn hekk inbnew erba minareti identiċi f kull kantuniera taz zuntier tal irħam ta quddiem il moskea sabiex tinġibed l attenzjoni iktar fuq il koppla ċentrali Skont il ħsieb tal istudjuz Ottoman l erba minareti vertikali ġejjin għall ponta jamplifikaw ix xeħta l fuq tal istruttura bħal donnhom resqin sparati lejn is sema minn kull kantuniera tal moskea Peress li l koppla l kbira titla dejjem il fuq miċ ċentru tagħha din toħloq interdipendenza armonjuza man nofs koppli mat torrijiet li jifilħu l piz tagħha u mill bosta riffieda ta madwarha Kien jingħad ukoll li l arkitettura ċirkolari kienet tirrapprezenta t twaħħid tal umanita favur l ideoloġija sempliċi taċ ċirku jew tal katina tal ħajja Is simetriji vizibbli u invizibbli tal moskea minn barra u minn ġewwa jevokaw il perfezzjoni ta Alla permezz tal istruttura sempliċi u setgħana tal koppla u tal ġebel mingħajr dekorazzjoni fuq barra Interna Il koppla ewlenija tal moskea mill viċin Il moskea fuq ġewwa rċeviet diversi rikonoxximenti għas simetrija u għall ġeometrija tal istruttura nnifisha L aspetti esterni monumentali kienu jixhdu l ġid u l poter tal Imperu Ottoman filwaqt li l aspetti interni simetriċi u sempliċi kienu jfakkru lis slaten li kien jeħtieġ ikollhom qalb umli u mimlija fidi biex ikunu jistgħu jikkomunikaw m Alla Meta wieħed jidħol fil moskea suppost li jinsa l poter id determinazzjoni il ġid u l ħila teknika tal Imperu Ottoman u jiffoka fuq Alla Il moskea kienet tiddawwal minn għadd ta twieqi zgħar ħafna u d drabi meta d dawl kien jilgħab bejn bati jew qawwi kien jiġi interpretat bħala kemm l umanita hija insinifikanti Il Moskea ta Selimiye mhux biex biss kienet tgħaġġeb lill pubbliku li kien jaraha jew izurha bl arkitettura esterna simetrika u stravaganti talli kienet tagħmel l istess anke bl arkitettura interna simetrika u sempliċi għaliex kienet tiġbor fiha l ħsieb arkitettoniku Ottoman kollu fi struttura waħda Sit ta Wirt DinjiIl Moskea ta Selimiye f Edirne flimkien mal kulliye tagħha ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2011 Il valur universali straordinarju tagħha ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Referenzi Architecture Jonathan Glancey p 207 2006 Kiuiper Kathleen 2009 Islamic Art Literature and Culture Rosen Education Service pp 201 ISBN 978 1 61530 019 8 10 000 Turkish Lira Turkey en numista com bl Ingliz Miġbur 2021 04 10 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Selimiye Mosque and its Social Complex UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 04 10 The Babi and Baha i religions 1844 1944 some contemporary western accounts Momen Moojan Oxford G Ronald 1981 ISBN 0853981027 Momen Moojan 1981 The Babi and Baha i religions 1844 1944 some contemporary western accounts Oxford G Ronald ISBN 9780853981022 Pamuk Orhan 2007 Other Colors Alfred A Knoff ISBN 978 0 307 26675 0 a b ċ Blair Sheila Bloom Jonathan M 1995 01 01 The Art and Architecture of Islam 1250 1800 Yale University Press ISBN 0300064659