In naħla tal għasel ta Malta bl Ingliż Maltese honey bee bil Latin Apis mellifera ruttneri magħrufa wkoll bħala n naħla
Naħla tal għasel ta' Malta

In-naħla tal-għasel ta' Malta (bl-Ingliż: Maltese honey bee; bil-Latin: Apis mellifera ruttneri), magħrufa wkoll bħala n-naħla Maltija, hija sottospeċi tan-naħla tal-għasel tal-Punent. In-naħla tal-għasel ta' Malta hi endemika u għalhekk tinsab fil-gżejjer Maltin biss. Damet eluf ta' snin biex evolviet u hi waħda minn għaxar sottospeċijiet oħra li nsibu fl-Ewropa jew minn tlieta u tletin li nsibu madwar id-dinja. Probabbilment hi l-aktar sottospeċi rari minnhom kollha.
Naħla tal-għasel ta' Malta | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Animalia |
Phylum | Arthropoda |
Klassi | Insecta |
Ordni | Hymenoptera |
Familja | Apidae |
Ġeneru | Apis |
Speċi | Apis mellifera |
sottospeċi | Apis mellifera ruttneri Sheppard & Grech & Meixner (mul) & Arias, 1997 |
Oriġini
Din l-ispeċi ta' naħla hija sottospeċi tan-naħla tal-għasel tal-Punent (Apis mellifera) li adattat u ambjentat ruħha għall-ambjent tal-gżejjer Maltin. Evolviet bħala sottospeċi differenti meta l-gżejjer Maltin inqatgħu mill-Ewropa kontinentali. In-naħla tal-għasel ta' Malta x'aktarx li tat isem il-gżira ta' Malta peress li l-Griegi Antiki kienu jsejħulha Μελίτη (Melitē) li tfisser "ħelwa daqs l-għasel".
Karattru u mġiba
In-naħla għandha kulur relattivament fl-iswed. Hija adattata ferm għat-temperaturi għoljin u għas-sjuf niexfa u għax-xtiewi kesħin. Tul is-sena kollha kolonji sħaħ jitnisslu b'rispons tajjeb għall-istaġuni tal-gżejjer Maltin. Huma jnaddfu x-xehda sew. Iħobbu jinġemgħu jew jieħdu post ir-reġina meta jkun hemm biżżejjed ħażniet tal-għasel. Ġeneralment jinġemgħu fir-rebbiegħa u jieħdu post ir-reġina fil-ħarifa. In-naħla tal-għasel ta' Malta hija sottospeċi difensiva sew kontra ż-żnażan, il-ġrieden u l-ħanfus. Xi kolonji ta' din is-sottospeċi għandhom reżistenza għall-varroa.
In-naħla tal-għasel ta' Malta żviluppat strateġija ta' difiża u kapaċi tattakka u toqtol lill-bagħal taż-żunżan (Vespa orientalis) u meta t-theddida tkun kbira, ċertu kolonji tal-Apis mellifera ruttneri kapaċi jissiġillaw il-kaxxa biż-żaftura biex ma jħallux lill-bagħal taż-żunżan jidħol ġewwa u joqtolhom. In-naħla tal-għasel ta' Malta hi reżistenti għal ċertu mard u hi attiva ħafna. Kapaċi tnaddaf sew il-kaxxa fejn tikkolonizza u tneħħi mill-ewwel xi materjali li jaf b'xi mod jidħlu fil-kaxxa. Fil-letteratura hi deskritta bħala naħla aggressiva però ħafna min-naħħala li jrabbu din is-sottospeċi jafu li dan mhux minnu. Xhieda ta' dan hu l-fatt li numru ta' naħħala jispezzjonaw il-kolonji mingħajr ma jilbsu l-ingwanti. Probabbilment l-osservazzjoni ta' aggressività żejda ġejja mill-passat meta n-naħal kien għadu jitrabba fil-qolla, peress li dak iż-żmien, l-ispezzjoni jew il-qtugħ tal-għasel kienu jsiru b'mod invażiv li kien iwassal biex jeċita lin-naħal u b'hekk iġib ruħu b'mod difensiv u aggressiv.
Storja tas-sottospeċi
Is-sottospeċi titqies li bdiet tirpilja wara li ġew introdotti l-varroa (speċi ta' akari) f'Malta fl-1992. Dak iż-żmien il-kolonji tan-naħal minn barra l-pajjiż ġew importati biex jikkumpensaw għat-telf ta' kolonji nattivi. Fl-1997 in-naħla tal-għasel ta' Malta ġiet identifikata bħala sottospeċi. Fl-2022 ġie rrapportat li n-naħħala f'Malta tilfu 70 % tal-kolonji tan-naħal tagħhom minħabba l-bagħal taż-żunżan, però mhux magħruf minn dawn il-kolonji kemm minnhom kienu ta' stokk lokali.
Ibridizzazzjoni
Huwa ċar li l-karatteristiċi tan-naħla tal-għasel ta' Malta qed jiġu imniġġsa min-naħal tal-għasel ta' razez barrani impurtat f'pajjiżna. Peress li n-naħal jitgħammar fuq barra b'distinzjoni minima bejn sottospeċi differenti, dan qiegħed iwassal sabiex il-ġenetika tan-naħla tal-għasel ta' Malta li kienet iżolata għal għexieren ta' snin titħallat (ibridizzazzjoni). Konsegwentement, b'mod indirett, in-naħla tal-għasel ta' Malta qed tinqered għax ftit ftit qed titlef il-karatteristiċi "Maltin" sforz dan it-taħlit u allura qed titlef l-adattament li kellha biex tgħix fil-ħabitats u fil-klima lokali. Il-kunċett evoluzzjonarju tas-sopravivenza tal-aktar b'saħħtu qed jiġi mfixkel bil-kbir għad-detriment tas-sottospeċi li tifforma parti mill-patrimonju naturali Malti, kif ukoll għas-settur apikulturali lokali.
Taħlit ta' razez differenti tan-naħal tal-għasel jista' joħloq ibridi ġodda li jkunu ta' periklu għall-bniedem u kif ukoll għas-settur apikulturali, bħalma ġara bin-naħla Afrikanizzata (A. m. scutellata x A. m. ligustica).
Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija
Teżisti organizzazzjoni bl-isem Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija li qed taħdem favur il-konservazzjoni ta' dan l-ekotip lokali. L-iskop ewlieni tal-fondazzjoni hu li tfassal u taħdem fuq pjan ta' azzjoni dwar il-konservazzjoni tan-naħla tal-għasel ta' Malta u li tieħu ħsieb il-koordinament u l-eżekuzzjoni tiegħu. Din il-koalizzjoni se tkun qed taħdem biss fuq kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu man-naħla tal-għasel ta' Malta. Il-fondazzjoni se tkun qed taħdem fuq dawn l-objettivi li huma bażati fuq l-għan prinċipali:
(a) li wieħed jagħraf l-importanza tan-naħla tal-għasel ta' Malta għall-ambjent naturali tal-pajjiż (ekoloġija) u għas-settur tal-apikultura u f'iktar sens wiesa' dak agrikolu;
(b) li wieħed jagħraf li n-naħla tal-għasel ta' Malta tagħmel parti mill-patrimonju naturali Malti u għalhekk jistħoqqilha li tiġi kkonservata b'mod olistiku;
(c) li tinkoraġġixxi l-għarfien, it-trobbija u r-riċerka fuq in-naħla endemika Maltija;
(d) li tiġbor taħt umbrella waħda u tikkoordina entitajiet varji, individwi u organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom interess fil-konservazzjoni tan-naħla tal-għasel ta' Malta;
(e) li ssir pressjoni biex jiġi mfassal pjan ħalli n-naħla tal-għasel ta' Malta tkun protetta b'mod olistiku.
Referenzi
- ^ Sheppard, W. S.; Arias, M. C.; Grech, A.; Meixner, M. D. (1997). "Apis mellifera ruttneri, a new honey bee subspecies from Malta". Apidologie (bl-Ingliż). 28 (5): 287–293.
- ^ "Henry George Liddell, Robert Scott, A Greek-English Lexicon, μέλι^". www.perseus.tufts.edu. Miġbur 2022-03-20.
- ^ Boardman, Leigh; Eimanifar, Amin; Kimball, Rebecca T.; Braun, Edward L.; Fuchs, Stefan. "The mitochondrial genome of the Maltese honey bee, Apis mellifera ruttneri (Insecta: Hymenoptera: Apidae)". Mitochondrial DNA Part B. 5 (1): 877–878. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ "Types of Bee". web.archive.org. 2010-01-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-31. Miġbur 2022-03-20.
- ^ Farrugia, Dylan; Martin-Hernandez, Raquel; Zammit Mangion, Marion (2022-10-02). "Beekeeping in Malta: A Review of Current Practices, Trends and Challenges". Bee World. 99 (4): 131–138.
- ^ Zammit-Mangion, Marion; Meixner, Marina; Mifsud, David; Sammut, Sheryl; Camilleri, Liberato (2017-10-20). "Thorough morphological and genetic evidence confirm the existence of the endemic honey bee of the Maltese Islands Apis mellifera ruttneri: recommendations for conservation". Journal of Apicultural Research. 56 (5): 514–522.
- ^ Sheppard, W. S.; Arias, M. C.; Grech, A.; Meixner, M. D. (1997). "Apis mellifera ruttneri, a new honey bee subspecies from Malta". Apidologie (bl-Ingliż). 28 (5): 287–293.
- ^ Boardman, Leigh; Eimanifar, Amin; Kimball, Rebecca T.; Braun, Edward L.; Fuchs, Stefan (2020-01-02). "The mitochondrial genome of the Maltese honey bee, Apis mellifera ruttneri (Insecta: Hymenoptera: Apidae)". Mitochondrial DNA Part B. 5 (1): 877–878. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ "70 per cent of local beehives destroyed by oriental hornets". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-20.
- ^ Zammit-Mangion, Marion; Meixner, Marina; Mifsud, David; Sammut, Sheryl; Camilleri, Liberato (2017-10-20). "Thorough morphological and genetic evidence confirm the existence of the endemic honey bee of the Maltese Islands Apis mellifera ruttneri: recommendations for conservation". Journal of Apicultural Research. 56 (5): 514–522.
- ^ "Killer bees: a deadly swarm". www.nhm.ac.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-20.
- ^ "Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija". Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija (bil-Malti). Miġbur 2022-12-20.
- ^ "Buzz! National coalition launched to protect the Maltese Honeybee". www.guidememalta.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-20.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Naħla tal għasel ta' Malta, X'inhi Naħla tal għasel ta' Malta? Xi tfisser Naħla tal għasel ta' Malta?
In naħla tal għasel ta Malta bl Ingliz Maltese honey bee bil Latin Apis mellifera ruttneri magħrufa wkoll bħala n naħla Maltija hija sottospeċi tan naħla tal għasel tal Punent In naħla tal għasel ta Malta hi endemika u għalhekk tinsab fil gzejjer Maltin biss Damet eluf ta snin biex evolviet u hi waħda minn għaxar sottospeċijiet oħra li nsibu fl Ewropa jew minn tlieta u tletin li nsibu madwar id dinja Probabbilment hi l aktar sottospeċi rari minnhom kollha Naħla tal għasel ta MaltaKlassifikazzjoni xjentifikaRenjuAnimaliaPhylumArthropodaKlassiInsectaOrdniHymenopteraFamiljaApidaeĠeneruApisSpeċiApis mellifera sottospeċiApis mellifera ruttneri Sheppard amp Grech amp Meixner mul amp Arias 1997OriġiniDin l ispeċi ta naħla hija sottospeċi tan naħla tal għasel tal Punent Apis mellifera li adattat u ambjentat ruħha għall ambjent tal gzejjer Maltin Evolviet bħala sottospeċi differenti meta l gzejjer Maltin inqatgħu mill Ewropa kontinentali In naħla tal għasel ta Malta x aktarx li tat isem il gzira ta Malta peress li l Griegi Antiki kienu jsejħulha Melith Melite li tfisser ħelwa daqs l għasel Karattru u mġibaIn naħla għandha kulur relattivament fl iswed Hija adattata ferm għat temperaturi għoljin u għas sjuf niexfa u għax xtiewi kesħin Tul is sena kollha kolonji sħaħ jitnisslu b rispons tajjeb għall istaġuni tal gzejjer Maltin Huma jnaddfu x xehda sew Iħobbu jinġemgħu jew jieħdu post ir reġina meta jkun hemm bizzejjed ħazniet tal għasel Ġeneralment jinġemgħu fir rebbiegħa u jieħdu post ir reġina fil ħarifa In naħla tal għasel ta Malta hija sottospeċi difensiva sew kontra z znazan il ġrieden u l ħanfus Xi kolonji ta din is sottospeċi għandhom rezistenza għall varroa In naħla tal għasel ta Malta zviluppat strateġija ta difiza u kapaċi tattakka u toqtol lill bagħal taz zunzan Vespa orientalis u meta t theddida tkun kbira ċertu kolonji tal Apis mellifera ruttneri kapaċi jissiġillaw il kaxxa biz zaftura biex ma jħallux lill bagħal taz zunzan jidħol ġewwa u joqtolhom In naħla tal għasel ta Malta hi rezistenti għal ċertu mard u hi attiva ħafna Kapaċi tnaddaf sew il kaxxa fejn tikkolonizza u tneħħi mill ewwel xi materjali li jaf b xi mod jidħlu fil kaxxa Fil letteratura hi deskritta bħala naħla aggressiva pero ħafna min naħħala li jrabbu din is sottospeċi jafu li dan mhux minnu Xhieda ta dan hu l fatt li numru ta naħħala jispezzjonaw il kolonji mingħajr ma jilbsu l ingwanti Probabbilment l osservazzjoni ta aggressivita zejda ġejja mill passat meta n naħal kien għadu jitrabba fil qolla peress li dak iz zmien l ispezzjoni jew il qtugħ tal għasel kienu jsiru b mod invaziv li kien iwassal biex jeċita lin naħal u b hekk iġib ruħu b mod difensiv u aggressiv Storja tas sottospeċiIs sottospeċi titqies li bdiet tirpilja wara li ġew introdotti l varroa speċi ta akari f Malta fl 1992 Dak iz zmien il kolonji tan naħal minn barra l pajjiz ġew importati biex jikkumpensaw għat telf ta kolonji nattivi Fl 1997 in naħla tal għasel ta Malta ġiet identifikata bħala sottospeċi Fl 2022 ġie rrapportat li n naħħala f Malta tilfu 70 tal kolonji tan naħal tagħhom minħabba l bagħal taz zunzan pero mhux magħruf minn dawn il kolonji kemm minnhom kienu ta stokk lokali IbridizzazzjoniHuwa ċar li l karatteristiċi tan naħla tal għasel ta Malta qed jiġu imniġġsa min naħal tal għasel ta razez barrani impurtat f pajjizna Peress li n naħal jitgħammar fuq barra b distinzjoni minima bejn sottospeċi differenti dan qiegħed iwassal sabiex il ġenetika tan naħla tal għasel ta Malta li kienet izolata għal għexieren ta snin titħallat ibridizzazzjoni Konsegwentement b mod indirett in naħla tal għasel ta Malta qed tinqered għax ftit ftit qed titlef il karatteristiċi Maltin sforz dan it taħlit u allura qed titlef l adattament li kellha biex tgħix fil ħabitats u fil klima lokali Il kunċett evoluzzjonarju tas sopravivenza tal aktar b saħħtu qed jiġi mfixkel bil kbir għad detriment tas sottospeċi li tifforma parti mill patrimonju naturali Malti kif ukoll għas settur apikulturali lokali Taħlit ta razez differenti tan naħal tal għasel jista joħloq ibridi ġodda li jkunu ta periklu għall bniedem u kif ukoll għas settur apikulturali bħalma ġara bin naħla Afrikanizzata A m scutellata x A m ligustica Fondazzjoni għall Konservazzjoni tan Naħla MaltijaTezisti organizzazzjoni bl isem Fondazzjoni għall Konservazzjoni tan Naħla Maltija li qed taħdem favur il konservazzjoni ta dan l ekotip lokali L iskop ewlieni tal fondazzjoni hu li tfassal u taħdem fuq pjan ta azzjoni dwar il konservazzjoni tan naħla tal għasel ta Malta u li tieħu ħsieb il koordinament u l ezekuzzjoni tiegħu Din il koalizzjoni se tkun qed taħdem biss fuq kwistjonijiet li għandhom x jaqsmu man naħla tal għasel ta Malta Il fondazzjoni se tkun qed taħdem fuq dawn l objettivi li huma bazati fuq l għan prinċipali a li wieħed jagħraf l importanza tan naħla tal għasel ta Malta għall ambjent naturali tal pajjiz ekoloġija u għas settur tal apikultura u f iktar sens wiesa dak agrikolu b li wieħed jagħraf li n naħla tal għasel ta Malta tagħmel parti mill patrimonju naturali Malti u għalhekk jistħoqqilha li tiġi kkonservata b mod olistiku c li tinkoraġġixxi l għarfien it trobbija u r riċerka fuq in naħla endemika Maltija d li tiġbor taħt umbrella waħda u tikkoordina entitajiet varji individwi u organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom interess fil konservazzjoni tan naħla tal għasel ta Malta e li ssir pressjoni biex jiġi mfassal pjan ħalli n naħla tal għasel ta Malta tkun protetta b mod olistiku Referenzi Sheppard W S Arias M C Grech A Meixner M D 1997 Apis mellifera ruttneri a new honey bee subspecies from Malta Apidologie bl Ingliz 28 5 287 293 Henry George Liddell Robert Scott A Greek English Lexicon meli www perseus tufts edu Miġbur 2022 03 20 Boardman Leigh Eimanifar Amin Kimball Rebecca T Braun Edward L Fuchs Stefan The mitochondrial genome of the Maltese honey bee Apis mellifera ruttneri Insecta Hymenoptera Apidae Mitochondrial DNA Part B 5 1 877 878 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Types of Bee web archive org 2010 01 31 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 01 31 Miġbur 2022 03 20 Farrugia Dylan Martin Hernandez Raquel Zammit Mangion Marion 2022 10 02 Beekeeping in Malta A Review of Current Practices Trends and Challenges Bee World 99 4 131 138 Zammit Mangion Marion Meixner Marina Mifsud David Sammut Sheryl Camilleri Liberato 2017 10 20 Thorough morphological and genetic evidence confirm the existence of the endemic honey bee of the Maltese Islands Apis mellifera ruttneri recommendations for conservation Journal of Apicultural Research 56 5 514 522 Sheppard W S Arias M C Grech A Meixner M D 1997 Apis mellifera ruttneri a new honey bee subspecies from Malta Apidologie bl Ingliz 28 5 287 293 Boardman Leigh Eimanifar Amin Kimball Rebecca T Braun Edward L Fuchs Stefan 2020 01 02 The mitochondrial genome of the Maltese honey bee Apis mellifera ruttneri Insecta Hymenoptera Apidae Mitochondrial DNA Part B 5 1 877 878 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna 70 per cent of local beehives destroyed by oriental hornets Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2022 12 20 Zammit Mangion Marion Meixner Marina Mifsud David Sammut Sheryl Camilleri Liberato 2017 10 20 Thorough morphological and genetic evidence confirm the existence of the endemic honey bee of the Maltese Islands Apis mellifera ruttneri recommendations for conservation Journal of Apicultural Research 56 5 514 522 Killer bees a deadly swarm www nhm ac uk bl Ingliz Miġbur 2022 12 20 Fondazzjoni għall Konservazzjoni tan Naħla Maltija Fondazzjoni għall Konservazzjoni tan Naħla Maltija bil Malti Miġbur 2022 12 20 Buzz National coalition launched to protect the Maltese Honeybee www guidememalta com bl Ingliz Miġbur 2022 12 20