Il Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta Richtersveld magħruf ukoll sempliċement bħala Richtersveld huwa pajsaġġ ta deżert ikk
Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta' Richtersveld

Il-Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta' Richtersveld, magħruf ukoll sempliċement bħala Richtersveld, huwa pajsaġġ ta' deżert ikkaratterizzat minn kloofs (irdumijiet weqfin bil-boskijiet) u muntanji għoljin, li jinsab fit-tarf tal-Majjistral tal-provinċja tal-Kap tat-Tramuntana tal-Afrika t'Isfel. Fih xenarju jinbidel il-ħin kollu, minn pjanuri kostali ċatti u bir-ramel, għal muntanji ppuntati tal-blat vulkaniku u l-veġetazzjoni rikka tax-xmara Oranġjo (bl-Ingliż: Orange), li tifforma l-fruntiera mal-pajjiż ġar, in-Namibja. L-altitudni tal-inħawi tvarja mil-livell tal-baħar sa 1,377 metru (4,518-il pied) f'Cornellberg. Richtersveld jitqies bħala l-uniku hotspot aridu tal-bijodiversità fid-Dinja u l-maġġoranza taż-żona tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO minħabba l-valuri kulturali tagħha.
Il-poplu Nama ta' Richtersveld iddikjaraw li kellhom is-sjieda tal-art tradizzjonali tagħhom biswit iż-żona ta' konservazzjoni għar-riċerka u għat-turiżmu fil-futur. Il-parti tat-Tramuntana taż-żona ġiet ipproklamata fl-1991 wara 18-il sena ta' negozjati bejn il-Bord tal-Parks Nazzjonali u l-poplu Nama lokali, li għadhom jgħixu u jirgħu l-bhejjem tagħhom fl-inħawi. Is-sit għandu erja ta' 1,624.45 kilometru kwadru (627.20 mil kwadru). Fih il-poplu Nama jgħix stil ta' għajxien magħruf bħala t-transumanza – fejn iwettqu migrazzjoni staġonali flimkien mal-bhejjem tagħhom u jużaw ekosistema sukkulenti fraġli. Iż-żona ta' konservazzjoni tal-komunità hija kkonfinata fit-Tramuntana mal-Park Nazzjonali ta' Richtersveld (ġestit mill-komunità ta' Richtersveld u mill-Parks Nazzjonali tal-Afrika t'Isfel), ir-Riżerva Naturali Provinċjali ta' Nababiep, u żoni ddeżinjati għar-ragħa tal-komunità li fihom il-poplu Nama jista' jkompli bl-istil ta' għajxien tiegħu.
Park Nazzjonali ta' Richtersveld
Il-Park Nazzjonali ta' Richtersveld huwa l-parti tal-Afrika t'Isfel tal-Park Transfruntier ta' ǀAi-ǀAis/Richtersveld.
Sit ta' Wirt Dinji
F'Ġunju 2007, il-Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta' Richtersveld, lejn in-Nofsinhar tal-Park Nazzjonali u żona ta' daqs u ġmiel ekwivalenti, ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Għad-differenza tal-Park Nazzjonali, iż-Żona ta' Konservazzjoni tal-Komunità ta' Richtersveld, li hija l-qalba tas-sit, mhijiex soġġetta għall-estrazzjoni tad-djamanti u b'hekk hija l-inqas mittiefsa miż-żewġ żoni.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Klima
Is-sit ta' Richtersveld huwa kkaratterizzat minn temperaturi ħorox fis-sajf li ġew irreġistrati li jlaħħqu saħansitra t-53 °C (127 °F) f'nofs is-sajf. L-iljieli jkunu kesħin u jġibu magħhom ħafna nida. Peress li l-ilma huwa skars, il-ħajja fis-sit ta' Richtersveld tiddependi fuq l-indewwa miċ-ċpar ta' kmieni filgħodu. In-nies lokali jsejħulha "Ihuries" jew "Malmokkies" u bis-saħħa tagħha huwa possibbli l-għajxien ta' firxa ta' rettili żgħar, għasafar u mammiferi. It-temperaturi jinżlu ġmielhom bejn April u Mejju għal temperaturi iktar miti, madankollu minn Ġunju sa Awwissu, l-iljieli jiksħu ferm iktar. Irwiefen qawwijin spiss jonfħu fix-xitwa u dawn jikkawżaw tempesti tar-ramel. Ir-riħ spiss ikun kiesaħ minħabba l-influwenza mill-Oċean Atlantiku fil-Punent.
Is-sit ta' Richtersfeld huwa żona tranżizzjonali bejn l-ekoreġjun kostali tas-sukkulenti ta' Karoo fil-Punent, u r-reġjun iktar niexef ta' Nama Karoo fil-Lvant. Il-preċipitazzjoni fis-sit ta' Richtersveld tvarja minn 5 millimetri fis-sena fil-Lvant sa 200 millimetru fis-sena fil-Punent. Fir-reġjun muntanjuż tal-Punent tinżel l-iktar preċipitazzjoni fix-xitwa kif ukoll ċpar mill-oċean fundamentali għall-ħajja. Iż-żona tal-Lvant tul ix-xmara Oranġjo hija iktar niexfa fix-xitwa u spiss ix-xita tinżel l-iktar fis-sajf, spiss bħala maltempati kbar bir-ragħad. Mill-aħħar ta' Awwissu sal-bidu ta' Ottubru tasal ir-rebbiegħa meta jarmu l-fjuri l-ispeċijiet ta' margeriti (Osteospermum) u ta' "vygies" (Lampranthus), l-iktar fin-Namaqualand.
Fawna
Is-sit ta' Richtersveld joffri ħabitats għal firxa wiesgħa ta' speċijiet ta' mammiferi, ta' rettili u ta' għasafar. Dawn jinkludu r-rhebok griż, id-duiker, is-steenbok, il-klipspringer, iż-żebri tal-muntanji ta' Hartmann, il-babwini ta' Chacma, ix-xadini ta' Vervet, il-karakal u l-leopard Afrikan. Ir-rettili jinkludu sriep bħal viperi tad-deżert, il-kobra s-sewda li tobżoq il-velenu, u s-serp tigra ta' Nama, u l-gremxul l-iktar tal-ispeċijiet Agama. Spiss, iktar 'il ġewwa, jinsabu speċijiet ta' għasafar sitagri, ħamiem, u farawni, għalkemm l-ispeċijiet tal-għasafar ikunu iktar diversi matul l-istaġuni b'iktar xita. Il-ġurat mhedded ta' Richtersveld (Africariola longicauda) huwa endemiku fiż-żona. Barra minn hekk, hemm diversi speċijiet ta' brimb u skorpjuni.
Flora
Bejn wieħed u ieħor 4,849 speċi ta' pjanti, li 40 fil-mija minnhom huma endemiċi, ġew iddokumentati fis-sit ta' Richtersveld u jinkludu l-ispeċijiet tas-sabbara u tas-sukkulenti.
Fl-inħawi jgħixu għadd ta' pjanti pjuttost mhux tas-soltu, li bosta minnhom ma jinsabu mkien iktar fid-dinja. L-iżjed magħrufa fosthom hija l-"Halfmensboom"(Pachypodium namaquanum Welw.) li litteralment tfisser "siġra daqs nofs persuna" peress li l-għamla tagħha tixbaħ dik ta' bniedem. Dawn is-siġar huma jingħataw ġieħ mill-poplu Nama indiġenu peress li jemmnu li jirrappreżentaw lill-antenati tagħhom, nofs bnedmin, nofs pjanti, bil-luttu minħabba li ma għadhomx f'art twelidhom fin-Namibja. Hawnhekk ukoll hemm tliet speċijiet endemiċi tas-sabbara Aloidendron: A. dichotomum, A. pillansii u A. ramosissimum, spiss magħrufa bħala "kokerbooms".
Kultura
Fl-inħawi jgħixu l-poplu Nama u popli oħra. Il-komunità lokali, li għandha s-sjieda taż-żona kollha, tiġġestixxi l-Park Nazzjonali flimkien mal-Awtorità tal-Parks Nazzjonali tal-Afrika t'Isfel u hija responsabbli għalkollox għall-ġestjoni tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Iż-żewġ żoni jintużaw minn rgħajja nomadiċi tradizzjonali tat-transumanza biex jipprattikaw l-istil tal-għajxien u tal-kulturi tal-qedem. Huwa l-aħħar post fejn l-għajxien tradizzjonali tal-poplu Khoikhoi (li minnhom l-poplu Nama huma l-ikbar klan eżistenti) li kienu jokkupaw il-parti kollha tal-Lbiċ tal-Afrika, għadu jeżisti. Is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO ġie ddikjarat taħt kriterji kulturali tal-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji u ġew rikonoxxuti l-valuri kulturali tal-komunità u l-eżistenza kontinwa tagħha b'rabta intrinsika mal-ambjent.
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta' Richtersveld, X'inhi Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta' Richtersveld? Xi tfisser Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta' Richtersveld?
Il Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta Richtersveld magħruf ukoll sempliċement bħala Richtersveld huwa pajsaġġ ta dezert ikkaratterizzat minn kloofs irdumijiet weqfin bil boskijiet u muntanji għoljin li jinsab fit tarf tal Majjistral tal provinċja tal Kap tat Tramuntana tal Afrika t Isfel Fih xenarju jinbidel il ħin kollu minn pjanuri kostali ċatti u bir ramel għal muntanji ppuntati tal blat vulkaniku u l veġetazzjoni rikka tax xmara Oranġjo bl Ingliz Orange li tifforma l fruntiera mal pajjiz ġar in Namibja L altitudni tal inħawi tvarja mil livell tal baħar sa 1 377 metru 4 518 il pied f Cornellberg Richtersveld jitqies bħala l uniku hotspot aridu tal bijodiversita fid Dinja u l maġġoranza taz zona tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO minħabba l valuri kulturali tagħha Siġra twila tas sabbara jew kokerboom Aloidendron dichotomum Il poplu Nama ta Richtersveld iddikjaraw li kellhom is sjieda tal art tradizzjonali tagħhom biswit iz zona ta konservazzjoni għar riċerka u għat turizmu fil futur Il parti tat Tramuntana taz zona ġiet ipproklamata fl 1991 wara 18 il sena ta negozjati bejn il Bord tal Parks Nazzjonali u l poplu Nama lokali li għadhom jgħixu u jirgħu l bhejjem tagħhom fl inħawi Is sit għandu erja ta 1 624 45 kilometru kwadru 627 20 mil kwadru Fih il poplu Nama jgħix stil ta għajxien magħruf bħala t transumanza fejn iwettqu migrazzjoni staġonali flimkien mal bhejjem tagħhom u juzaw ekosistema sukkulenti fraġli Iz zona ta konservazzjoni tal komunita hija kkonfinata fit Tramuntana mal Park Nazzjonali ta Richtersveld ġestit mill komunita ta Richtersveld u mill Parks Nazzjonali tal Afrika t Isfel ir Rizerva Naturali Provinċjali ta Nababiep u zoni ddezinjati għar ragħa tal komunita li fihom il poplu Nama jista jkompli bl istil ta għajxien tiegħu Park Nazzjonali ta RichtersveldIl Park Nazzjonali ta Richtersveld huwa l parti tal Afrika t Isfel tal Park Transfruntier ta ǀAi ǀAis Richtersveld Sit ta Wirt DinjiDjar turistiċi temporanji f Glybank qrib Kuboes F Ġunju 2007 il Pajsaġġ Kulturali u Botaniku ta Richtersveld lejn in Nofsinhar tal Park Nazzjonali u zona ta daqs u ġmiel ekwivalenti ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Għad differenza tal Park Nazzjonali iz Zona ta Konservazzjoni tal Komunita ta Richtersveld li hija l qalba tas sit mhijiex soġġetta għall estrazzjoni tad djamanti u b hekk hija l inqas mittiefsa miz zewġ zoni Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli KlimaMappa li turi l pozizzjoni u l kobor tas Sit ta Wirt Dinji u tal Park Nazzjonali ta Richtersveld Is sit ta Richtersveld huwa kkaratterizzat minn temperaturi ħorox fis sajf li ġew irreġistrati li jlaħħqu saħansitra t 53 C 127 F f nofs is sajf L iljieli jkunu kesħin u jġibu magħhom ħafna nida Peress li l ilma huwa skars il ħajja fis sit ta Richtersveld tiddependi fuq l indewwa miċ ċpar ta kmieni filgħodu In nies lokali jsejħulha Ihuries jew Malmokkies u bis saħħa tagħha huwa possibbli l għajxien ta firxa ta rettili zgħar għasafar u mammiferi It temperaturi jinzlu ġmielhom bejn April u Mejju għal temperaturi iktar miti madankollu minn Ġunju sa Awwissu l iljieli jiksħu ferm iktar Irwiefen qawwijin spiss jonfħu fix xitwa u dawn jikkawzaw tempesti tar ramel Ir riħ spiss ikun kiesaħ minħabba l influwenza mill Oċean Atlantiku fil Punent Is sit ta Richtersfeld huwa zona tranzizzjonali bejn l ekoreġjun kostali tas sukkulenti ta Karoo fil Punent u r reġjun iktar niexef ta Nama Karoo fil Lvant Il preċipitazzjoni fis sit ta Richtersveld tvarja minn 5 millimetri fis sena fil Lvant sa 200 millimetru fis sena fil Punent Fir reġjun muntanjuz tal Punent tinzel l iktar preċipitazzjoni fix xitwa kif ukoll ċpar mill oċean fundamentali għall ħajja Iz zona tal Lvant tul ix xmara Oranġjo hija iktar niexfa fix xitwa u spiss ix xita tinzel l iktar fis sajf spiss bħala maltempati kbar bir ragħad Mill aħħar ta Awwissu sal bidu ta Ottubru tasal ir rebbiegħa meta jarmu l fjuri l ispeċijiet ta margeriti Osteospermum u ta vygies Lampranthus l iktar fin Namaqualand FawnaIs sit ta Richtersveld joffri ħabitats għal firxa wiesgħa ta speċijiet ta mammiferi ta rettili u ta għasafar Dawn jinkludu r rhebok griz id duiker is steenbok il klipspringer iz zebri tal muntanji ta Hartmann il babwini ta Chacma ix xadini ta Vervet il karakal u l leopard Afrikan Ir rettili jinkludu sriep bħal viperi tad dezert il kobra s sewda li tobzoq il velenu u s serp tigra ta Nama u l gremxul l iktar tal ispeċijiet Agama Spiss iktar il ġewwa jinsabu speċijiet ta għasafar sitagri ħamiem u farawni għalkemm l ispeċijiet tal għasafar ikunu iktar diversi matul l istaġuni b iktar xita Il ġurat mhedded ta Richtersveld Africariola longicauda huwa endemiku fiz zona Barra minn hekk hemm diversi speċijiet ta brimb u skorpjuni FloraHalfmensboom Bejn wieħed u ieħor 4 849 speċi ta pjanti li 40 fil mija minnhom huma endemiċi ġew iddokumentati fis sit ta Richtersveld u jinkludu l ispeċijiet tas sabbara u tas sukkulenti Fl inħawi jgħixu għadd ta pjanti pjuttost mhux tas soltu li bosta minnhom ma jinsabu mkien iktar fid dinja L izjed magħrufa fosthom hija l Halfmensboom Pachypodium namaquanum Welw li litteralment tfisser siġra daqs nofs persuna peress li l għamla tagħha tixbaħ dik ta bniedem Dawn is siġar huma jingħataw ġieħ mill poplu Nama indiġenu peress li jemmnu li jirrapprezentaw lill antenati tagħhom nofs bnedmin nofs pjanti bil luttu minħabba li ma għadhomx f art twelidhom fin Namibja Hawnhekk ukoll hemm tliet speċijiet endemiċi tas sabbara Aloidendron A dichotomum A pillansii u A ramosissimum spiss magħrufa bħala kokerbooms KulturaFl inħawi jgħixu l poplu Nama u popli oħra Il komunita lokali li għandha s sjieda taz zona kollha tiġġestixxi l Park Nazzjonali flimkien mal Awtorita tal Parks Nazzjonali tal Afrika t Isfel u hija responsabbli għalkollox għall ġestjoni tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Iz zewġ zoni jintuzaw minn rgħajja nomadiċi tradizzjonali tat transumanza biex jipprattikaw l istil tal għajxien u tal kulturi tal qedem Huwa l aħħar post fejn l għajxien tradizzjonali tal poplu Khoikhoi li minnhom l poplu Nama huma l ikbar klan ezistenti li kienu jokkupaw il parti kollha tal Lbiċ tal Afrika għadu jezisti Is Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO ġie ddikjarat taħt kriterji kulturali tal Konvenzjoni tal Wirt Dinji u ġew rikonoxxuti l valuri kulturali tal komunita u l ezistenza kontinwa tagħha b rabta intrinsika mal ambjent Referenzi a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Richtersveld Cultural and Botanical Landscape UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 24