Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Pamukkale li tfisser kastell tal qoton bit Tork huwa sit naturali fil Provinċja ta fil Lbiċ tat Turkija Iż żona hija fam

Pamukkale

  • Paġna Ewlenija
  • Pamukkale
Pamukkale
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Pamukkale, li tfisser "kastell tal-qoton" bit-Tork, huwa sit naturali fil-Provinċja ta' fil-Lbiċ tat-Turkija. Iż-żona hija famuża għall-mineral karbonat li jitħalla mill-fluss tal-ilma tal-fawwara termali. Is-sit jinsab fir-reġjun Eġew fuq ġewwa tat-Turkija, fil-wied tax-xmara Menderes, li għandu klima miti għall-biċċa l-kbira tas-sena.

Il-belt Griega antika ta' (li tfisser Belt Sagra) inbniet fuq formazzjoni tat-travertin (il-ġir li jifforma mill-fawwara termali) li b'kollox hija twila madwar 2,700 metru, wiesgħa 600 metru u għolja 160 metru. Wieħed jista' jara s-sit mill-għoljiet fuq in-naħa opposta tal-wied fir-raħal ta' Denizli, xi 20 kilometru 'l bogħod. Din iż-żona magħrufa bħala Pamukkale-Hierapolis ilha tattira l-viżitaturi minħabba l-fawwariet termali tagħha minn żmien l-antikità klassika. L-isem bit-Tork jirreferi għas-superfiċe tal-ġebla tal-ġir bajda silġ, imsawra tul il-millenji mill-fawwariet mimlija kalċit. Bil-qatra l-qatra, l-ilmijiet mimlija minerali jgelglu ma' ġenb l-għolja tas-sit u jinġemgħu f'vaski minerali sa ma jfuru u joħolqu qishom kaskati żgħar għal ġol-vaski ta' taħt. Skont leġġenda l-formazzjonijiet huma qoton solidifikat (l-għalla prinċipali taż-żona) li l-ġganti ħallew jinxef fix-xemx.

In-nies żaru ż-żona minn eluf ta' snin ilu minħabba l-attrazzjoni tal-fawwara termali. Saħansitra sa nofs is-seklu 20, kienu nbnew lukandi fuq il-fdalijiet ta' Hierapolis li kkawżaw ħsara konsiderevoli. Inbniet triq mill-wied sal-kaskati mtarrġin ta' Pamukkale, u l-muturi kienu jitħallew jitilgħu u jinżlu mill-għoljiet bojod. Meta ż-żona ġiet iddikjarata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, il-lukandi twaqqgħu u t-triq tneħħiet u ġiet sostitwita b'vaski artifiċjali. Hemm fdalijiet Rumani ppreservati tajjeb u mużew fil-post. Mogħdija tal-mixi żgħira tippermetti lill-viżitaturi jaslu sas-sit ħafjin billi jgħaddu minn fuq fluss tat-travertin, għalkemm il-kaskati mtarrġin kollha huma magħluqin għall-pubbliku, u wieħed jista' jħares biss lejhom, minħabba li ġarrbu ħsarat mill-erożjoni u t-tniġġis tal-ilma minħabba t-turiżmu.

Pamukkale ġiet iddikjarata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988 flimkien ma' Hierapolis.

Ġeoloġija

Il-kaskati mtarrġin ta' Pamukkale huma magħmulin bit-travertin, blat sedimentari ddepożitat mill-ilma minerali tal-fawwariet termali. F'din iż-żona, hemm 17-il fawwara termali b'temperaturi li jvarjaw minn 35 °C (95 °F) sa 100 °C (212 °F). L-ilma li jfeġġ mill-fawwara jiġi ttrasportat 320 metru (1,050 pied) lejn il-parti ta' fuq tal-kaskati mtarrġin tat-travertin u jiddepożita l-karbonat tal-kalċju fuq sezzjoni twila bejn 60 u 70 metru (200 u 230 pied) li tkopri medda ta' 24 metru (79 pied) sa 30 metru (98 pied). Meta l-ilma, supersaturat bil-karbonat tal-kalċju, jasal fis-superfiċe, id-diossidu tal-karbonju jiddegassifika minnu, u jiġi ddepożitat il-karbonat tal-kalċju. Il-karbonat tal-kalċju jiġi ddepożitat mill-ilma bħala ġell artab li eventwalment jikkristallizza fit-travertin.

Arkeoloġija

Ftit fatti storiċi biss huma magħrufa dwar l-oriġini tal-belt ħdejn Pamukkale. Ma hemm l-ebda traċċa tal-preżenza tal- jew tal-Persjani. Il-Friġej bnew tempju, x'aktarx fl-ewwel nofs tas-seklu 7 Q.K. Dan it-tempju, li oriġinarjament kien jintuża miċ-ċittadini tar-raħal fil-qrib ta' , iktar 'il quddiem ifforma ċ-ċentru ta' Hierapolis.

Hierapolis ġiet stabbilita bħala spa termali fil-bidu tas-seklu 2 Q.K. fi ħdan l-isfera tal-Imperu tas-Selewċidi. Antijoku l-Kbir bagħat 2,000 familja Lhudija lejn Lydia u Phrygia mill-Babilonja u mill-, li iktar 'il quddiem ingħaqdu magħhom iktar familji mill-. Il-kongregazzjoni ta' Lhud kibret f'Hierapolis u ġie stamat li kienet laħqet saħansitra l-50,000 ruħ fit-62 Q.K. Hierapolis saret ċentru tal-fejqan fejn it-tobba kien jużaw il-fawwara termali bħala trattament għall-pazjenti tagħhom. Il-belt bdiet tizzekka l-muniti tal-bronż fis-seklu 2 Q.K. Fuq dawn il-muniti kien hemm isem il-belt ta' Hieropolis. Mhuwiex ċar jekk dan l-isem kienx jirreferi għat-tempju oriġinali (ἱερόν, hieron) jew kienx turija ta' ġieħ lil Hiera, il-mara ta' , iben u l-prinċipessa Auge, is-suppost fundatriċi tad-dinastija Attalida ta' Pergamon. Eventwalment dan l-isem inbidel għal Hierapolis ("belt sagra"). Fil-133 Q.K., meta miet , ħalla b'wirt ir-renju tiegħu lil Ruma. Hierapolis b'hekk saret parti mill-provinċja Rumana tal-Asja. Fis-17 W.K., matul ir-renju tal-Imperatur , terremot kbir qered il-belt.

Permezz tal-influwenza tal-appostlu Kristjan Pawlu, ġiet stabbilita knisja hemmhekk meta kien f'Efesu. L-appostlu Kristjan Filippu qatta' l-aħħar snin ta' ħajtu hawnhekk. Il-martyrium tal-belt allegatament inbena fuq il-post fejn Filippu kien ġie msallab fit-80 W.K. Jingħad li t-tfal bniet tiegħu kienu jagħmluha ta' profeti fir-reġjun. Matul is-seklu 4, il-Kristjani mlew id-Daħla ta' Plutone (ploutonion) bil-ġebel, li jagħti x'jifhem li l-Kristjaneżmu kien sar reliġjon dominanti u beda jieħu post reliġjonijiet oħra fiż-żona. Oriġinarjament sede tal-Phrygia Pacatiana, l-Imperatur Biżantin tella' l-grad ġerarkiku tal-isqof ta' Hierapolis għall-grad metropolitan fil-531. Il-banjijiet Rumani ġew ittrasformati f'bażilika Kristjana. Matul żmien il-Biżantini, il-belt kompliet tiffjorixxi u baqgħat ukoll ċentru importanti għall-Kristjaneżmu.

Mużew

Il-mużew fih artefatti storiċi minn Hierapolis, kif ukoll dawk minn Laodiceia, Colossae, Tripoli, Attuda u rħula oħra tal-wied ta' Lycos (Çürüksu). Il-mużew fih ukoll sezzjoni ddedikata għall-artefatti li nstabu f'Beycesultan Hüyük li jinkludu eżempji tal-artiġjanat ta' Żmien il-Bronż.

Fil-mużew jintwerew ukoll artefatti mir-reġjuni ta' Caria, Pisidia u Lydia. L-ispazju tal-mużew jikkonsisti minn tliet kompartimenti magħluqa tal-Banju ta' Hierapolis u ż-żoni fil-beraħ fin-naħa tal-Lvant li huwa magħruf li kienu jintużaw bħala librerija u gymnasium. L-artefatti fl-ispazju fil-beraħ huma fil-biċċa l-kbira tal-irħam u tal-ġebel. Hierapolis hija maqsuma f'diversi fdalijiet differenti.

Sit ta' Wirt Dinji

Is-sit ta' Hierapolis-Pamukkale ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988 u huwa attrazzjoni turistika bis-saħħa tas-sbuħija naturali ta' Pamukkale u l-importanza storika ta' Hierapolis.

L-attività vulkanika taħt l-art li tikkawża l-fawwariet termali wasslet ukoll id-diossidu tal-karbonju f'għar, li kien issejjaħ Plutonju, li fil-lokalità kien jirreferi għall-"post tal-alla Plutone". Dan l-għar kien jintuża għal skopijiet reliġjużi mill-patrijiet ta' Ċibele, li sabu modi kif jibqgħu immuni għall-gass soffokanti.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali".

Protezzjoni tal-ilmijiet termali

Il-lukandi li nbnew fis-snin 60 tas-seklu 20 twaqqgħu peress li kienu qed ikollhom effett negattiv fuq l-ilmijiet termali fil-pixxini tal-għawm tagħhom u kienu qed jikkawżaw ħsara lill-kaskati mtarrġin. Il-provvista tal-ilma lejn il-lukandi attwali lil hinn mis-sit ġiet ristretta fi sforz li jiġi ppreservat is-sit kollu u biex id-depożiti jitħallew jerġgħu jiġġeneraw.

L-aċċess għall-kaskati mtarrġin huwa ristrett biss għal mogħdija ċentrali bejn il-kaskati tat-travertin u l-viżitaturi jridu jimxu ħafjin fil-partijiet bit-travertin u bl-ilma. L-għawm jitħalla biss fil-pixxini artifiċjali ħdejn il-mużew.

Ġemellaġġ

Ir-raħal bl-istess isem li żviluppa qrib Pamukkale huwa ġemellat ma':

  • , l-Ungerija,
  • Las Vegas, l-Istati Uniti.

Postijiet simili

Dawn il-postijiet huma magħrufa sew ukoll għall-formazzjonijiet tat-travertin tagħhom:

  • Egerszalók fl-Ungerija
  • Badab-e Surt fl-Iran
  • Mammoth Hot Springs fl-Istati Uniti
  • Pink and White Terraces f'New Zealand
  • Hierve el Agua fil-Messiku
  • Bagni San Filippo, Siena, fl-Italja
  • Baishuitai fiċ-Ċina
  • Tatev, fl-Armenja
  • Terme di Saturnia fl-Italja
  • , Sit ta' Wirt Dinji simili tal-UNESCO fiċ-Ċina.

Referenzi

  1. ^ a b ċ d Scheffel, Richard L.; Wernet, Susan J., eds. (1980). Natural Wonders of the World. United States of America: Reader's Digest Association, Inc. p. 286. ISBN 978-0-89577-087-5.
  2. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Hierapolis-Pamukkale". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-26.
  3. ^ "Jewish Congregation in Hierapolis. Padfield.com" (PDF).
  4. ^ Kevin M. Miller (Lulju 1985). "Apollo Lairbenos". Numen. 32 (1): 46–70.
  5. ^ Kolossin 4:13.
  6. ^ "Papias (Roberts-Donaldson)". web.archive.org. 2015-09-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-24. Miġbur 2022-03-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "NPNF2-01. Eusebius Pamphilius: Church History, Life of Constantine, Oration in Praise of Constantine - Christian Classics Ethereal Library". web.archive.org. 2018-05-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-05-04. Miġbur 2022-03-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "NPNF2-01. Eusebius Pamphilius: Church History, Life of Constantine, Oration in Praise of Constantine - Christian Classics Ethereal Library". web.archive.org. 2017-10-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-14. Miġbur 2022-03-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ RAMSAY, Cities and Bishoprics of Phrygia (Oxford, 1895–1897)
  10. ^ Bunn, Rex; Nolden, Sascha (2017-06-07). "Forensic cartography with Hochstetter's 1859 Pink and White Terraces survey: Te Otukapuarangi and Te Tarata". Journal of the Royal Society of New Zealand. 48: 39–56.
  11. ^ Bunn and Nolden, Rex and Sascha (December 2016). "Te Tarata and Te Otukapuarangi: Reverse engineering Hochstetter's Lake Rotomahana Survey to map the Pink and White Terrace locations". Journal of New Zealand Studies. NS23: 37–53.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Huanglong Scenic and Historic Interest Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-26.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 19 Lul, 2025 / 19:23

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Pamukkale, X'inhi Pamukkale? Xi tfisser Pamukkale?

Pamukkale li tfisser kastell tal qoton bit Tork huwa sit naturali fil Provinċja ta fil Lbiċ tat Turkija Iz zona hija famuza għall mineral karbonat li jitħalla mill fluss tal ilma tal fawwara termali Is sit jinsab fir reġjun Eġew fuq ġewwa tat Turkija fil wied tax xmara Menderes li għandu klima miti għall biċċa l kbira tas sena Pamukkale f inzul ix xemx Il belt Griega antika ta li tfisser Belt Sagra inbniet fuq formazzjoni tat travertin il ġir li jifforma mill fawwara termali li b kollox hija twila madwar 2 700 metru wiesgħa 600 metru u għolja 160 metru Wieħed jista jara s sit mill għoljiet fuq in naħa opposta tal wied fir raħal ta Denizli xi 20 kilometru l bogħod Din iz zona magħrufa bħala Pamukkale Hierapolis ilha tattira l vizitaturi minħabba l fawwariet termali tagħha minn zmien l antikita klassika L isem bit Tork jirreferi għas superfiċe tal ġebla tal ġir bajda silġ imsawra tul il millenji mill fawwariet mimlija kalċit Bil qatra l qatra l ilmijiet mimlija minerali jgelglu ma ġenb l għolja tas sit u jinġemgħu f vaski minerali sa ma jfuru u joħolqu qishom kaskati zgħar għal ġol vaski ta taħt Skont leġġenda l formazzjonijiet huma qoton solidifikat l għalla prinċipali taz zona li l ġganti ħallew jinxef fix xemx Il kaskati mtarrġin tat travertin In nies zaru z zona minn eluf ta snin ilu minħabba l attrazzjoni tal fawwara termali Saħansitra sa nofs is seklu 20 kienu nbnew lukandi fuq il fdalijiet ta Hierapolis li kkawzaw ħsara konsiderevoli Inbniet triq mill wied sal kaskati mtarrġin ta Pamukkale u l muturi kienu jitħallew jitilgħu u jinzlu mill għoljiet bojod Meta z zona ġiet iddikjarata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO il lukandi twaqqgħu u t triq tneħħiet u ġiet sostitwita b vaski artifiċjali Hemm fdalijiet Rumani ppreservati tajjeb u muzew fil post Mogħdija tal mixi zgħira tippermetti lill vizitaturi jaslu sas sit ħafjin billi jgħaddu minn fuq fluss tat travertin għalkemm il kaskati mtarrġin kollha huma magħluqin għall pubbliku u wieħed jista jħares biss lejhom minħabba li ġarrbu ħsarat mill erozjoni u t tniġġis tal ilma minħabba t turizmu Pamukkale ġiet iddikjarata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1988 flimkien ma Hierapolis ĠeoloġijaIl kaskati mtarrġin ta Pamukkale huma magħmulin bit travertin blat sedimentari ddepozitat mill ilma minerali tal fawwariet termali F din iz zona hemm 17 il fawwara termali b temperaturi li jvarjaw minn 35 C 95 F sa 100 C 212 F L ilma li jfeġġ mill fawwara jiġi ttrasportat 320 metru 1 050 pied lejn il parti ta fuq tal kaskati mtarrġin tat travertin u jiddepozita l karbonat tal kalċju fuq sezzjoni twila bejn 60 u 70 metru 200 u 230 pied li tkopri medda ta 24 metru 79 pied sa 30 metru 98 pied Meta l ilma supersaturat bil karbonat tal kalċju jasal fis superfiċe id diossidu tal karbonju jiddegassifika minnu u jiġi ddepozitat il karbonat tal kalċju Il karbonat tal kalċju jiġi ddepozitat mill ilma bħala ġell artab li eventwalment jikkristallizza fit travertin Veduta ta Pamukkale minn fejn il kaskati mtarrġinArkeoloġijaId Daħla ta Frontinus Hierapolis Ftit fatti storiċi biss huma magħrufa dwar l oriġini tal belt ħdejn Pamukkale Ma hemm l ebda traċċa tal prezenza tal jew tal Persjani Il Friġej bnew tempju x aktarx fl ewwel nofs tas seklu 7 Q K Dan it tempju li oriġinarjament kien jintuza miċ ċittadini tar raħal fil qrib ta iktar il quddiem ifforma ċ ċentru ta Hierapolis Hierapolis ġiet stabbilita bħala spa termali fil bidu tas seklu 2 Q K fi ħdan l isfera tal Imperu tas Selewċidi Antijoku l Kbir bagħat 2 000 familja Lhudija lejn Lydia u Phrygia mill Babilonja u mill li iktar il quddiem ingħaqdu magħhom iktar familji mill Il kongregazzjoni ta Lhud kibret f Hierapolis u ġie stamat li kienet laħqet saħansitra l 50 000 ruħ fit 62 Q K Hierapolis saret ċentru tal fejqan fejn it tobba kien juzaw il fawwara termali bħala trattament għall pazjenti tagħhom Il belt bdiet tizzekka l muniti tal bronz fis seklu 2 Q K Fuq dawn il muniti kien hemm isem il belt ta Hieropolis Mhuwiex ċar jekk dan l isem kienx jirreferi għat tempju oriġinali ἱeron hieron jew kienx turija ta ġieħ lil Hiera il mara ta iben u l prinċipessa Auge is suppost fundatriċi tad dinastija Attalida ta Pergamon Eventwalment dan l isem inbidel għal Hierapolis belt sagra Fil 133 Q K meta miet ħalla b wirt ir renju tiegħu lil Ruma Hierapolis b hekk saret parti mill provinċja Rumana tal Asja Fis 17 W K matul ir renju tal Imperatur terremot kbir qered il belt L anfiteatru ta Hierapolis Permezz tal influwenza tal appostlu Kristjan Pawlu ġiet stabbilita knisja hemmhekk meta kien f Efesu L appostlu Kristjan Filippu qatta l aħħar snin ta ħajtu hawnhekk Il martyrium tal belt allegatament inbena fuq il post fejn Filippu kien ġie msallab fit 80 W K Jingħad li t tfal bniet tiegħu kienu jagħmluha ta profeti fir reġjun Matul is seklu 4 il Kristjani mlew id Daħla ta Plutone ploutonion bil ġebel li jagħti x jifhem li l Kristjanezmu kien sar reliġjon dominanti u beda jieħu post reliġjonijiet oħra fiz zona Oriġinarjament sede tal Phrygia Pacatiana l Imperatur Bizantin tella l grad ġerarkiku tal isqof ta Hierapolis għall grad metropolitan fil 531 Il banjijiet Rumani ġew ittrasformati f bazilika Kristjana Matul zmien il Bizantini il belt kompliet tiffjorixxi u baqgħat ukoll ċentru importanti għall Kristjanezmu Muzew Il muzew fih artefatti storiċi minn Hierapolis kif ukoll dawk minn Laodiceia Colossae Tripoli Attuda u rħula oħra tal wied ta Lycos Curuksu Il muzew fih ukoll sezzjoni ddedikata għall artefatti li nstabu f Beycesultan Huyuk li jinkludu ezempji tal artiġjanat ta Zmien il Bronz Fil muzew jintwerew ukoll artefatti mir reġjuni ta Caria Pisidia u Lydia L ispazju tal muzew jikkonsisti minn tliet kompartimenti magħluqa tal Banju ta Hierapolis u z zoni fil beraħ fin naħa tal Lvant li huwa magħruf li kienu jintuzaw bħala librerija u gymnasium L artefatti fl ispazju fil beraħ huma fil biċċa l kbira tal irħam u tal ġebel Hierapolis hija maqsuma f diversi fdalijiet differenti Sit ta Wirt DinjiPamukkale Is sit ta Hierapolis Pamukkale ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1988 u huwa attrazzjoni turistika bis saħħa tas sbuħija naturali ta Pamukkale u l importanza storika ta Hierapolis L attivita vulkanika taħt l art li tikkawza l fawwariet termali wasslet ukoll id diossidu tal karbonju f għar li kien issejjaħ Plutonju li fil lokalita kien jirreferi għall post tal alla Plutone Dan l għar kien jintuza għal skopijiet reliġjuzi mill patrijiet ta Ċibele li sabu modi kif jibqgħu immuni għall gass soffokanti Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vii Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal għaġeb jew fejn hemm zoni ta ġmiel naturali u ta importanza estetika eċċezzjonali Protezzjoni tal ilmijiet termaliIl pixxini termali artifiċjali Il lukandi li nbnew fis snin 60 tas seklu 20 twaqqgħu peress li kienu qed ikollhom effett negattiv fuq l ilmijiet termali fil pixxini tal għawm tagħhom u kienu qed jikkawzaw ħsara lill kaskati mtarrġin Il provvista tal ilma lejn il lukandi attwali lil hinn mis sit ġiet ristretta fi sforz li jiġi ppreservat is sit kollu u biex id depoziti jitħallew jerġgħu jiġġeneraw L aċċess għall kaskati mtarrġin huwa ristrett biss għal mogħdija ċentrali bejn il kaskati tat travertin u l vizitaturi jridu jimxu ħafjin fil partijiet bit travertin u bl ilma L għawm jitħalla biss fil pixxini artifiċjali ħdejn il muzew ĠemellaġġIr raħal bl istess isem li zviluppa qrib Pamukkale huwa ġemellat ma l Ungerija Las Vegas l Istati Uniti Postijiet similiDawn il postijiet huma magħrufa sew ukoll għall formazzjonijiet tat travertin tagħhom Egerszalok fl Ungerija Badab e Surt fl Iran Mammoth Hot Springs fl Istati Uniti Pink and White Terraces f New Zealand Hierve el Agua fil Messiku Bagni San Filippo Siena fl Italja Baishuitai fiċ Ċina Tatev fl Armenja Terme di Saturnia fl Italja Sit ta Wirt Dinji simili tal UNESCO fiċ Ċina Referenzi a b ċ d Scheffel Richard L Wernet Susan J eds 1980 Natural Wonders of the World United States of America Reader s Digest Association Inc p 286 ISBN 978 0 89577 087 5 a b ċ d e Centre UNESCO World Heritage Hierapolis Pamukkale UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 03 26 Jewish Congregation in Hierapolis Padfield com PDF Kevin M Miller Lulju 1985 Apollo Lairbenos Numen 32 1 46 70 Kolossin 4 13 Papias Roberts Donaldson web archive org 2015 09 24 Arkivjat mill oriġinal fl 2015 09 24 Miġbur 2022 03 26 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link NPNF2 01 Eusebius Pamphilius Church History Life of Constantine Oration in Praise of Constantine Christian Classics Ethereal Library web archive org 2018 05 04 Arkivjat mill oriġinal fl 2018 05 04 Miġbur 2022 03 26 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link NPNF2 01 Eusebius Pamphilius Church History Life of Constantine Oration in Praise of Constantine Christian Classics Ethereal Library web archive org 2017 10 14 Arkivjat mill oriġinal fl 2017 10 14 Miġbur 2022 03 26 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link RAMSAY Cities and Bishoprics of Phrygia Oxford 1895 1897 Bunn Rex Nolden Sascha 2017 06 07 Forensic cartography with Hochstetter s 1859 Pink and White Terraces survey Te Otukapuarangi and Te Tarata Journal of the Royal Society of New Zealand 48 39 56 Bunn and Nolden Rex and Sascha December 2016 Te Tarata and Te Otukapuarangi Reverse engineering Hochstetter s Lake Rotomahana Survey to map the Pink and White Terrace locations Journal of New Zealand Studies NS23 37 53 Centre UNESCO World Heritage Huanglong Scenic and Historic Interest Area UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 03 26

L-aħħar artikli
  • Lulju 17, 2025

    Safi

  • Lulju 17, 2025

    Sabratha

  • Lulju 15, 2025

    Savio Hon Tai-Fai

  • Lulju 10, 2025

    Songo Mnara

  • Lulju 09, 2025

    Sottokoħort

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq