Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Park Nazzjonali ta Vatnajökull bl Vatnajökulsþjóðgarður ˈvahtnaˌjœːkʏlsˌθjouðˌkarðʏr huwa wieħed mit tliet parks nazz

Park Nazzjonali ta' Vatnajökull

  • Paġna Ewlenija
  • Park Nazzjonali ta' Vatnajökull
Park Nazzjonali ta' Vatnajökull
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull (bl-: Vatnajökulsþjóðgarður [ˈvahtnaˌjœːkʏlsˌθjouðˌkarðʏr̥]) huwa wieħed mit-tliet parks nazzjonali fl-Iżlanda. Il-park jinkorpora l-glaċier kollu ta' Vatnajökull u l-inħawi estensivi tal-madwar. Dawn jinkludu l-parks nazzjonali li qabel kienu jeżistu fi Skaftafell fil-Lbiċ u f'Jökulsárgljúfur fit-Tramuntana.

Il-kwalitajiet uniċi tal-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull huma primarjament il-varjetà kbira ta' karatteristiċi pajsaġġistiċi li għandu fih, maħluqa mill-forzi kkombinati tax-xmajjar, tas-silġ glaċjali u tal-attività vulkanika u ġeotermika.

Fil-5 ta' Lulju 2019, il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Storja

Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull ġie stabbilit fis-7 ta' Ġunju 2008. Meta ġie stabbilit, il-park kien ikopri erja ta' 12,000 km2, iżda biż-żidiet reċenti ta' Lakagígar, Langisjór, Krepputunga [ˈkʰrɛhpʏˌtʰuŋka] u Jökulsárlón (inkluż l-inħawi tal-madwar) issa sar ikopri erja ta' 14,141 km2 jew bejn wieħed u ieħor 14 % tal-Iżlanda, u b'hekk huwa t-tieni l-ikbar park nazzjonali tal-Ewropa bħala erja wara fir-Russja.

Ġeografija u ġeoloġija

Vatnajökull huwa l-ikbar glaċier tal-Ewropa 'l barra mill-Artiku, b'erja fis-superfiċe ta' 8,100 km2. Ġeneralment ġie mkejjel li l-ħxuna tiegħu hija ta' madwar 400-600 metru sa massimu ta' 950 metru. Is-silġ glaċjali jaħbi fih għadd ta' muntanji, widien u promontorji. Saħansitra jaħbi xi vulkani ċentrali attivi. L-ikbar wieħed minnhom huwa Bárðarbunga u Grímsvötn huwa l-iżjed attiv. Filwaqt li l-għata polari tas-silġ tiegħu togħla sa iktar minn 2,000 metru 'l fuq mil-livell tal-bħar, il-bażi tal-glaċier tilħaq l-iktar punt baxx tagħha f'madwar 300 metru 'l isfel mil-livell tal-baħar. Imkien fl-Iżlanda, bl-eċċezzjoni tal-glaċier ta' Mýrdalsjökull, ma tinżel daqshekk preċipitazzjoni jew jiskula daqshekk ilma lejn il-baħar daqs in-naħa tan-Nofsinhar ta' Vatnajökull. Fil-fatt, tant hemm ilma maħżun attwalment fi Vatnajökull li x-xmara Iżlandiża bl-ikbar fluss, Ölfusá, ikollha bżonn iktar minn 200 sena biex iġġorr din il-kwantità kollha ta' ilma lejn il-baħar.

Ix-xenarju madwar il-glaċier huwa estremament varjat. Lejn it-Tramuntana, il-promontorju muntanjuż huwa maqsum mix-xmajjar glaċjali, bi flussi qawwijin fis-sajf. Il-vulkani ta' Askja, Kverkfjöll u Snæfell [ˈstnaiːˌfɛtl̥] huma tliet qċaċet li jidhru mir-reġjun kollu, flimkien mal-muntanja vulkanika b'quċċata ċatta ta' Herðubreið. Fil-qedem, għargħar glaċjali kbar ħaffru l-kanjon ta' Jökulsárgljúfur fl-inħawi tat-Tramuntana ta' dan il-promontorju. Il-kaskata qawwija ta' Dettifoss għadha tnixxi l-ilma bil-qawwa fin-naħa ta' fuq ta' dan il-kanjon, filwaqt li l-formazzjonijiet xeniċi f'Hljóðaklettar [ˈl̥jouːðaˌkʰlɛhtar̥] u l-irdumijiet b'għamla ta' nagħla ta' Ásbyrgi jinsabu iktar lejn it-Tramuntana.

Fl-inħawi qrib il-glaċier u iktar fil-Lvant, madwar Snæfell, hemm artijiet mistagħdra u ktajjen muntanjużi wesgħin u estensivi. Dawn l-inħawi huma ħabitat importanti għar-renni u għall-wiżż ta' saqajhom roża.

In-naħa tan-Nofsinhar ta' Vatnajökull hija karatterizzata minn bosta rdumijiet muntanjużi għoljin u maestużi, bi glaċieri differenti neżlin bejniethom lejn l-artijiet iktar fil-baxx. L-iżjed parti fin-Nofsinhar tal-glaċier tinsab madwar il-vulkan ċentrali ta' Öræfajökull u l-ogħla quċċata tal-Iżlanda, Hvannadalshnjúkur. Għall-kenn tas-silġ fil-għoli, l-oażi ta' veġetazzjoni ta' Skaftafell tinsab qabel l-irqajja' ta' ramel iswed depożitat lejn il-Punent mix-xmara Skeiðará. Dan ir-ramel huwa magħmul l-iktar mill-irmied mill-iżbroffar frekwenti f'Grímsvötn u jitwassal sal-kosta permezz tal-jökulhlaups jew l-għargħar glaċjali.

L-attività vulkanika sostanzjali tikkaratterizza wkoll il-pajsaġġ fil-Punent ta' Vatnajökull, fejn seħħew tnejn mill-ikbar żbroffi bil-lava tul xquq vulkaniċi fl-istorja, f'Eldgjá fid-934 u f'Lakagígar fl-1783-1784. Vonarskarð [ˈvɔːnarˌskarθ], fil-Majjistral tal-glaċier, hija żona kkulurita b'temperatura relattivament għolja fin-nofs bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Iżlanda.

Klima

Nýidalur [ˈniːɪˌtaːlʏr̥] tinsab fiċ-ċentru tal-Iżlanda, tul il-mogħdija muntanjuża F26. Hemmhekk il-borra tista' tinżel fi kwalunkwe żmien tas-sena, għaldaqstant il-vjaġġaturi jridu jkunu ppreparati sew u jivverifikaw it-tbassir tat-temp qabel ma jsuqu 'l hemm fuq. It-temp jista' jvarja b'mod konsiderevoli f'żona daqstant estensiva bħal dik koperta mill-Park Nazzjonali bil-firxa wiesgħa ta' elevazzjonijiet tiegħu. Il-preċipitazzjoni fiż-żoni fil-baxx fin-Nofsinhar tal-għata polari tas-silġ ta' Vatnajökull hija konsiderevoli, u tvarja bejn 1,000 mm fis-sena għal 3,000 mm fis-sena. It-temperaturi jvarjaw bejn 10 °C u 20 °C fis-sajf, filwaqt li x-xtiewi jkunu pjuttost miti (it-temperatura qajla tinżel taħt -10 °C u spiss tkun ferm ogħla mill-punt tal-iffriżar).

Fil-muntanji u fuq l-għata polari tas-silġ stess, il-preċipitazzjoni annwali tista' tlaħħaq bejn 4,000 u 5,000 mm, fil-biċċa l-kbira bħala borra. Il-fond tal-borra fuq Öræfajökull wara preċipitazzjoni kbira tax-xitwa tkun bejn 10 u 15-il metru. Ftit mill-borra ddub, filwaqt li l-kumplament tal-borra tifforma silġ glaċjali. Dan il-proċess jiġri kullimkien 'il fuq mil-linja tal-borra fuq l-għata polari tas-silġ ta' Vatnajökull.

It-temperaturi fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-għata polari tas-silġ kważi dejjem ikunu taħt iż-żero fix-xitwa u jistgħu jilħqu sa -20 °C jew -30 °C. L-irwiefen u l-maltempati huma komuni, u għaldaqstant is-sirda tar-riħ qawwi trid titqies peress li r-riħ jista' jkollu effett sostanzjali fuq il-kumdità fil-beraħ, anke meta t-temperatura ambjentali tkun relattivament għolja.

Iktar lejn it-Tramuntana, lil hinn mill-għata polari tas-silġ, il-preċipitazzjoni annwali tonqos. Fil-Grigal tal-għata polari tas-silġ, il-preċipitazzjoni tinżel għal bejn 350 u 450 mm fis-sena, l-inqas fl-Iżlanda. Il-preċipitazzjoni tiżdied iktar qrib il-kosta tat-Tramuntana u f'partijiet tal-artijiet għoljin bħal f'Askja. It-temperaturi jistgħu jinżlu ferm f'temp bnazzi u kalm matul ix-xitwa.

L-irjieħ min-Nofsinhar ġeneralment ifissru ftit jew l-ebda preċipitazzjoni fit-Tramuntana, flimkien ma' temperaturi ogħla. L-irjieħ mit-Tramuntana jġibu magħhom is-sħab, b'temp kiesaħ u possibbilment bil-preċipitazzjoni fit-Tramuntana tal-pajjiż, filwaqt li n-Nofsinhar ikun iktar sħun u iktar bnazzi. L-istess japplika għall-irjieħ mill-Punent jew mil-Lbiċ, li jġibu magħhom temp iktar sħun fil-Lvant. Il-kontra japplika għall-irjieħ mil-Lvant, li jġibu magħhom temp kiesaħ u preċipitazzjoni fil-Lvant u temp aħjar fil-Punent tal-Iżlanda. Dan huwa r-riżultat tal-fenomenu tar-riħ ta' foehn. L-arja umduża u pjuttost kiesħa togħla kif toqrob l-artijiet għoljin; imbagħad il-kondensazzjoni tinżel fl-artijiet għoljin bħala xita, filwaqt li l-arja iktar sħuna u niexfa tinżel iktar fil-baxx fuq in-naħa l-oħra. Id-differenza fit-temperatura tista' tkun ta' 10 °C jew iktar.

Operazzjonijiet u servizzi

Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull huwa maqsum f'erba' territorji, u kull wieħed minnhom jiġi ġestit lokalment.

It-territorju tat-Tramuntana jikkonsisti mill-Majjistral ta' Vatnajökull, il-kaldera ta' Askja u l-inħawi tal-madwar, il-kanjon ta' Jökulsárgljúfur u parti mill-baċir tax-xmara ta' Jökulsá á Fjöllum. Hemm ċentru tal-viżitaturi u sit tal-kampijiet f'Ásbyrgi, flimkien ma' sit tal-kampijiet f'Vesturdalur [ˈvɛstʏrˌtaːlʏr̥].

It-territorju tal-Lvant jinkludi l-muntanji ta' Kverkfjöll u l-Grigal ta' Vatnajökull, kif ukoll il-wita ta' Snæfellsöræfi [ˈstnaiːˌfɛlsˌœːrˌaiːvɪ]. Hemm ċentru tal-viżitaturi fi Skriðuklaustur.

It-territorju tan-Nofsinhar huwa estiż tul il-parti tax-Xlokk ta' Vatnajökull, jew mill-muntanja ta' Lómagnúpur fil-Punent sa Lón [ˈlouːn] u Lónsöræfi fil-Lvant. Hemm ċentru tal-viżitaturi u sit tal-kampijiet fi Skaftafell. Hemm ukoll ċentri ta' informazzjoni li joperaw f'kooperazzjoni mal-park nazzjonali f'Höfn, f'Hoffell, f'Hólmur [ˈhoulmʏr̥] u fi Skálafell [ˈskauːlaˌfɛtl̥].

It-territorju tal-Punent huwa estiż tul il-parti tal-Lbiċ ta' Vatnajökull u tul parti kbira tal-glaċier, inkluż il-krateri ta' Lakagígar u ta' Langisjór. Hemm ċentru ta' informazzjoni f'Kirkjubæjarklaustur, ġestit b'mod konġunt mill-park nazzjonali u mill-komunità lokali.

Iċ-ċentru tal-viżitaturi fi Skaftafell ikun miftuħ is-sena kollha. Iċ-ċentri tal-viżitaturi f'Ásbyrgi u fi Skriðuklaustur ikunu miftuħin mill-bidu ta' Mejju sal-aħħar ta' Settembru, iżda jistgħu jinfetħu matul ix-xitwa b'appuntament minn qabel. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-artijiet għoljin tal-park nazzjonali ma jkunux aċċessibbli matul ix-xitwa.

Ir-rangers tal-park nazzjonali jagħmlu rondi u jipprovdu servizzi edukattivi fl-artijiet għoljin tal-park. Il-ħinijiet ta' ftuħ tal-istazzjonijiet ivarjaw minn żona għall-oħra, u l-ewwel rangers jaslu meta t-toroq rilevanti tal-artijiet għoljin jinfetħu, ftit wara nofs Ġunju, u l-aħħar rangers jitilqu lejn l-aħħar ta' Settembru.

Matul is-sajf, ir-rangers tal-park nazzjonali joffru mixjiet qosra li jkunu ggwidati, b'enfasi fuq l-interpretazzjoni tan-natura. Minn nofs Ġunju sa nofs Awwissu, ir-rangers joffru mixjiet interpretattivi kuljum f'Ásbyrgi u fi Skaftafell. Fl-artijiet għoljin, il-biċċa l-kbira tal-istazzjonijiet tar-rangers joffru mixjiet interpretattivi kuljum mill-bidu ta' Lulju sa nofs Awwissu.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull - Natura Dinamika tan-Nar u tas-Silġ ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".

Referenzi

  1. ^ Park, Vatnajokull National. "Vatnajokull National Park". Vatnajokull National Park (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-08.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Vatnajökull National Park - Dynamic Nature of Fire and Ice". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-08.
  3. ^ Iceland Travel Team. "Vatnajokull National Park". Iceland Travel (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-08.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Siti indikattivi UNESCO". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-08.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 25 Ġun, 2025 / 01:56

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Park Nazzjonali ta' Vatnajökull, X'inhi Park Nazzjonali ta' Vatnajökull? Xi tfisser Park Nazzjonali ta' Vatnajökull?

Il Park Nazzjonali ta Vatnajokull bl Vatnajokulsthjodgardur ˈvahtnaˌjœːkʏlsˌ8joudˌkardʏr huwa wieħed mit tliet parks nazzjonali fl Izlanda Il park jinkorpora l glaċier kollu ta Vatnajokull u l inħawi estensivi tal madwar Dawn jinkludu l parks nazzjonali li qabel kienu jezistu fi Skaftafell fil Lbiċ u f Jokulsargljufur fit Tramuntana Icebergs fil laguna glaċjali ta Jokulsarlon Il kwalitajiet uniċi tal Park Nazzjonali ta Vatnajokull huma primarjament il varjeta kbira ta karatteristiċi pajsaġġistiċi li għandu fih maħluqa mill forzi kkombinati tax xmajjar tas silġ glaċjali u tal attivita vulkanika u ġeotermika Fil 5 ta Lulju 2019 il Park Nazzjonali ta Vatnajokull tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO StorjaIl Park Nazzjonali ta Vatnajokull ġie stabbilit fis 7 ta Ġunju 2008 Meta ġie stabbilit il park kien ikopri erja ta 12 000 km2 izda biz zidiet reċenti ta Lakagigar Langisjor Krepputunga ˈkʰrɛhpʏˌtʰuŋka u Jokulsarlon inkluz l inħawi tal madwar issa sar ikopri erja ta 14 141 km2 jew bejn wieħed u ieħor 14 tal Izlanda u b hekk huwa t tieni l ikbar park nazzjonali tal Ewropa bħala erja wara fir Russja Ġeografija u ġeoloġijaVeduta ta Oraefajokull u ta Hvannadalshnjukur minn Skaftafell Vatnajokull huwa l ikbar glaċier tal Ewropa l barra mill Artiku b erja fis superfiċe ta 8 100 km2 Ġeneralment ġie mkejjel li l ħxuna tiegħu hija ta madwar 400 600 metru sa massimu ta 950 metru Is silġ glaċjali jaħbi fih għadd ta muntanji widien u promontorji Saħansitra jaħbi xi vulkani ċentrali attivi L ikbar wieħed minnhom huwa Bardarbunga u Grimsvotn huwa l izjed attiv Filwaqt li l għata polari tas silġ tiegħu togħla sa iktar minn 2 000 metru l fuq mil livell tal bħar il bazi tal glaċier tilħaq l iktar punt baxx tagħha f madwar 300 metru l isfel mil livell tal baħar Imkien fl Izlanda bl eċċezzjoni tal glaċier ta Myrdalsjokull ma tinzel daqshekk preċipitazzjoni jew jiskula daqshekk ilma lejn il baħar daqs in naħa tan Nofsinhar ta Vatnajokull Fil fatt tant hemm ilma maħzun attwalment fi Vatnajokull li x xmara Izlandiza bl ikbar fluss Olfusa ikollha bzonn iktar minn 200 sena biex iġġorr din il kwantita kollha ta ilma lejn il baħar Ix xenarju madwar il glaċier huwa estremament varjat Lejn it Tramuntana il promontorju muntanjuz huwa maqsum mix xmajjar glaċjali bi flussi qawwijin fis sajf Il vulkani ta Askja Kverkfjoll u Snaefell ˈstnaiːˌfɛtl huma tliet qċaċet li jidhru mir reġjun kollu flimkien mal muntanja vulkanika b quċċata ċatta ta Herdubreid Fil qedem għargħar glaċjali kbar ħaffru l kanjon ta Jokulsargljufur fl inħawi tat Tramuntana ta dan il promontorju Il kaskata qawwija ta Dettifoss għadha tnixxi l ilma bil qawwa fin naħa ta fuq ta dan il kanjon filwaqt li l formazzjonijiet xeniċi f Hljodaklettar ˈl jouːdaˌkʰlɛhtar u l irdumijiet b għamla ta nagħla ta Asbyrgi jinsabu iktar lejn it Tramuntana Fl inħawi qrib il glaċier u iktar fil Lvant madwar Snaefell hemm artijiet mistagħdra u ktajjen muntanjuzi wesgħin u estensivi Dawn l inħawi huma ħabitat importanti għar renni u għall wizz ta saqajhom roza In naħa tan Nofsinhar ta Vatnajokull hija karatterizzata minn bosta rdumijiet muntanjuzi għoljin u maestuzi bi glaċieri differenti nezlin bejniethom lejn l artijiet iktar fil baxx L izjed parti fin Nofsinhar tal glaċier tinsab madwar il vulkan ċentrali ta Oraefajokull u l ogħla quċċata tal Izlanda Hvannadalshnjukur Għall kenn tas silġ fil għoli l oazi ta veġetazzjoni ta Skaftafell tinsab qabel l irqajja ta ramel iswed depozitat lejn il Punent mix xmara Skeidara Dan ir ramel huwa magħmul l iktar mill irmied mill izbroffar frekwenti f Grimsvotn u jitwassal sal kosta permezz tal jokulhlaups jew l għargħar glaċjali L attivita vulkanika sostanzjali tikkaratterizza wkoll il pajsaġġ fil Punent ta Vatnajokull fejn seħħew tnejn mill ikbar zbroffi bil lava tul xquq vulkaniċi fl istorja f Eldgja fid 934 u f Lakagigar fl 1783 1784 Vonarskard ˈvɔːnarˌskar8 fil Majjistral tal glaċier hija zona kkulurita b temperatura relattivament għolja fin nofs bejn it Tramuntana u n Nofsinhar tal Izlanda KlimaIl kaskata ta ofaerufoss f Eldgja Nyidalur ˈniːɪˌtaːlʏr tinsab fiċ ċentru tal Izlanda tul il mogħdija muntanjuza F26 Hemmhekk il borra tista tinzel fi kwalunkwe zmien tas sena għaldaqstant il vjaġġaturi jridu jkunu ppreparati sew u jivverifikaw it tbassir tat temp qabel ma jsuqu l hemm fuq It temp jista jvarja b mod konsiderevoli f zona daqstant estensiva bħal dik koperta mill Park Nazzjonali bil firxa wiesgħa ta elevazzjonijiet tiegħu Il preċipitazzjoni fiz zoni fil baxx fin Nofsinhar tal għata polari tas silġ ta Vatnajokull hija konsiderevoli u tvarja bejn 1 000 mm fis sena għal 3 000 mm fis sena It temperaturi jvarjaw bejn 10 C u 20 C fis sajf filwaqt li x xtiewi jkunu pjuttost miti it temperatura qajla tinzel taħt 10 C u spiss tkun ferm ogħla mill punt tal iffrizar Fil muntanji u fuq l għata polari tas silġ stess il preċipitazzjoni annwali tista tlaħħaq bejn 4 000 u 5 000 mm fil biċċa l kbira bħala borra Il fond tal borra fuq Oraefajokull wara preċipitazzjoni kbira tax xitwa tkun bejn 10 u 15 il metru Ftit mill borra ddub filwaqt li l kumplament tal borra tifforma silġ glaċjali Dan il proċess jiġri kullimkien il fuq mil linja tal borra fuq l għata polari tas silġ ta Vatnajokull It temperaturi fuq in naħa tan Nofsinhar tal għata polari tas silġ kwazi dejjem ikunu taħt iz zero fix xitwa u jistgħu jilħqu sa 20 C jew 30 C L irwiefen u l maltempati huma komuni u għaldaqstant is sirda tar riħ qawwi trid titqies peress li r riħ jista jkollu effett sostanzjali fuq il kumdita fil beraħ anke meta t temperatura ambjentali tkun relattivament għolja Iktar lejn it Tramuntana lil hinn mill għata polari tas silġ il preċipitazzjoni annwali tonqos Fil Grigal tal għata polari tas silġ il preċipitazzjoni tinzel għal bejn 350 u 450 mm fis sena l inqas fl Izlanda Il preċipitazzjoni tizdied iktar qrib il kosta tat Tramuntana u f partijiet tal artijiet għoljin bħal f Askja It temperaturi jistgħu jinzlu ferm f temp bnazzi u kalm matul ix xitwa L irjieħ min Nofsinhar ġeneralment ifissru ftit jew l ebda preċipitazzjoni fit Tramuntana flimkien ma temperaturi ogħla L irjieħ mit Tramuntana jġibu magħhom is sħab b temp kiesaħ u possibbilment bil preċipitazzjoni fit Tramuntana tal pajjiz filwaqt li n Nofsinhar ikun iktar sħun u iktar bnazzi L istess japplika għall irjieħ mill Punent jew mil Lbiċ li jġibu magħhom temp iktar sħun fil Lvant Il kontra japplika għall irjieħ mil Lvant li jġibu magħhom temp kiesaħ u preċipitazzjoni fil Lvant u temp aħjar fil Punent tal Izlanda Dan huwa r rizultat tal fenomenu tar riħ ta foehn L arja umduza u pjuttost kiesħa togħla kif toqrob l artijiet għoljin imbagħad il kondensazzjoni tinzel fl artijiet għoljin bħala xita filwaqt li l arja iktar sħuna u niexfa tinzel iktar fil baxx fuq in naħa l oħra Id differenza fit temperatura tista tkun ta 10 C jew iktar Operazzjonijiet u servizziIl kaskata bazaltika ta Svartifoss Il Park Nazzjonali ta Vatnajokull huwa maqsum f erba territorji u kull wieħed minnhom jiġi ġestit lokalment It territorju tat Tramuntana jikkonsisti mill Majjistral ta Vatnajokull il kaldera ta Askja u l inħawi tal madwar il kanjon ta Jokulsargljufur u parti mill baċir tax xmara ta Jokulsa a Fjollum Hemm ċentru tal vizitaturi u sit tal kampijiet f Asbyrgi flimkien ma sit tal kampijiet f Vesturdalur ˈvɛstʏrˌtaːlʏr It territorju tal Lvant jinkludi l muntanji ta Kverkfjoll u l Grigal ta Vatnajokull kif ukoll il wita ta Snaefellsoraefi ˈstnaiːˌfɛlsˌœːrˌaiːvɪ Hemm ċentru tal vizitaturi fi Skriduklaustur It territorju tan Nofsinhar huwa estiz tul il parti tax Xlokk ta Vatnajokull jew mill muntanja ta Lomagnupur fil Punent sa Lon ˈlouːn u Lonsoraefi fil Lvant Hemm ċentru tal vizitaturi u sit tal kampijiet fi Skaftafell Hemm ukoll ċentri ta informazzjoni li joperaw f kooperazzjoni mal park nazzjonali f Hofn f Hoffell f Holmur ˈhoulmʏr u fi Skalafell ˈskauːlaˌfɛtl It territorju tal Punent huwa estiz tul il parti tal Lbiċ ta Vatnajokull u tul parti kbira tal glaċier inkluz il krateri ta Lakagigar u ta Langisjor Hemm ċentru ta informazzjoni f Kirkjubaejarklaustur ġestit b mod konġunt mill park nazzjonali u mill komunita lokali Snaefellsstofa ˈstnaiːˌfɛlsˌstɔːva huwa l izjed ċentru tal vizitaturi reċenti tal Park Nazzjonali ta Vatnajokull Iċ ċentru tal vizitaturi fi Skaftafell ikun miftuħ is sena kollha Iċ ċentri tal vizitaturi f Asbyrgi u fi Skriduklaustur ikunu miftuħin mill bidu ta Mejju sal aħħar ta Settembru izda jistgħu jinfetħu matul ix xitwa b appuntament minn qabel Madankollu il biċċa l kbira tal artijiet għoljin tal park nazzjonali ma jkunux aċċessibbli matul ix xitwa Ir rangers tal park nazzjonali jagħmlu rondi u jipprovdu servizzi edukattivi fl artijiet għoljin tal park Il ħinijiet ta ftuħ tal istazzjonijiet ivarjaw minn zona għall oħra u l ewwel rangers jaslu meta t toroq rilevanti tal artijiet għoljin jinfetħu ftit wara nofs Ġunju u l aħħar rangers jitilqu lejn l aħħar ta Settembru Matul is sajf ir rangers tal park nazzjonali joffru mixjiet qosra li jkunu ggwidati b enfasi fuq l interpretazzjoni tan natura Minn nofs Ġunju sa nofs Awwissu ir rangers joffru mixjiet interpretattivi kuljum f Asbyrgi u fi Skaftafell Fl artijiet għoljin il biċċa l kbira tal istazzjonijiet tar rangers joffru mixjiet interpretattivi kuljum mill bidu ta Lulju sa nofs Awwissu Sit ta Wirt DinjiVeduta panoramika tal park nazzjonali Il Park Nazzjonali ta Vatnajokull Natura Dinamika tan Nar u tas Silġ ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2019 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta kriterju wieħed tal għazla tal UNESCO il kriterju viii Ezempju straordinarju li jirrapprezenta stadji importanti tal istorja tad dinja inkluz it trapass tal ħajja il proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl izvilupp tat tipi differenti ta art jew il karatteristiċi ġeomorfiċi jew fizjografiċi sinifikanti Referenzi Park Vatnajokull National Vatnajokull National Park Vatnajokull National Park bl Ingliz Miġbur 2022 09 08 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Vatnajokull National Park Dynamic Nature of Fire and Ice UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 09 08 Iceland Travel Team Vatnajokull National Park Iceland Travel bl Ingliz Miġbur 2022 09 08 Centre UNESCO World Heritage Siti indikattivi UNESCO UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 09 08

L-aħħar artikli
  • Lulju 08, 2025

    Fredrik Stenman

  • Lulju 09, 2025

    Freddie Micallef

  • Lulju 08, 2025

    Fenek ħmar iswed

  • Lulju 08, 2025

    Foresti Sagri ta' Kaya tal-Mijikenda

  • Lulju 09, 2025

    FC Gandzasar

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq