Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L Arċisqof Paul Giglio kien Isqof Titulari ta Tindari u Nunzju Apostoliku Valletta 20 ta Jannar 1927 6 ta Marzu 2016 Stu

Paul Giglio

  • Paġna Ewlenija
  • Paul Giglio
Paul Giglio
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-Arċisqof Paul Giglio kien Isqof Titulari ta’ Tindari u Nunzju Apostoliku (Valletta, 20 ta’ Jannar 1927 - 6 ta’ Marzu 2016).

Studju

Ġie ordnat saċerdot fl-1952 f’Ruma fejn studja fl-Università Pontifiċja Gregorjana minn fejn kiseb il-Liċenzjat fit-Teoloġija u d-Dottorat fil-Liġi Kanonika. Wara hu kompla jistudja d-diplomazija fl-Accademia Ecclesiastica u ssieħeb fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede.

Fis-Servizz Diplomatiku tas-Santa Sede

Bejn l-1958 u l-1965 hu serva bħala Segretarju fin-Nunzjatura tan-Nikaragwa, tal-Arġentina u l-Iran.

Bejn l-1965 u l-1969 kien awditur fid-delegazzjoni appostolika f’Saigon, fil-Vjetnam t’Isfel u fil-Jugoslavja.

Fis-sentejn ta’ wara serva bħala kunsillier fin-Nunzjatura Appostolika tal-Brażil.

Wara għamel sentejn bħala kunsillier u kap deputat tal-missjoni fin-Nunzjatura ta’ Franza.

Bejn l-1978 u l-1986 kien Chargè d’Affaires fin-Nunzjatura Appostolika ta’ Tajwan.

Ikkonsagrat Arċisqof

Fl-1986, Monsinjur Giglio nħatar Arċisqof titulari ta’ Tindari mill-Papa Ġwanni Pawlu II.

Ġie kkonsagrat Isqof fil-Konkatidral San Ġwann mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca.

Nunzju tan-Nikaragwa (1986-1995)

Wara l-ordinazzjoni episkopali tiegħu, inħatar Nunzju Appostoliku tan-Nikaragwa.

Qabel ma temm is-servizz tiegħu fin-Nikaragwa, l-Arċisqof Giglio ngħata l-ogħla dekorazzjoni mill-Gvern tan-Nikaragwa. Dwar l-esperjenza tiegħu fin-Nikaragwa, Monsinjur Giglio qal li meta fl-1986 wasal f’dak il-pajjiż sab gvern kompletament komunista u rivoluzzjonarju. Hu stqarr li meta l-Papa għażlu biex imur in-Nikaragwa ma setax jonqos li ma jaħsibx ferm bid-diffikultajiet kbar li kien se jiffaċċja. Iżda fehem mill-ewwel li kellu jitratta ma’ kulħadd b’imħabba u b’rispett kbir u għalhekk kien għażel bħala l-motto tal-episkopat tiegħu Super omnia caritas.

Nunzju fl-Eġittu (1995-2002)

Fl-1995 intbagħat fl-Eġittu fejn baqa’ sal-2002 meta rtira mis-Servizz Appostoliku u ġie lura f’Malta. Dwar l-esperjenza diplomatika tiegħu fl-Eġittu, hu fakkar li b’popolazzjoni ta’ 65 miljun Musulman, il-Kristjani, speċjalmenti il-Kattoliċi, huma ftit. Hu semma li darba, waqt li kien għaddej minn triq, ra grupp ta’ tfal iwaddbulu l-ġebel u jgħajruh “kelb infidil” għax kien Kristjan. Kompla li minkejja kollox, dejjem fehem li l-missjoni tal-Knisja fl-Egittu, minkejja t-theddida serja tal-fundamentalisti Iżlamiċi, hi dik li l-Kattoliċi Eġizzjani bil-mod kif jgħixu u bl-imħabba jagħtu xhieda ta’ Kristu u tal-veritajiet tal-Knisja Kattolika.

Ħajja fid-diplomazija

F’intervista li Paul Saliba, dakinhar l-Editur ta’ Leħen is-Sewwa, għamillu fi Frar 1999, staqsieh kif irnexxielu jeżerċita l-mansjonijiet tiegħu u jintegra ruħu fil-varjetà daqshekk vasta ta’ ambjenti u kulturi tant diversi minn xulxin, l-Arċisqof Giglio wieġeb: “Li tgħix ħajja ta’ diplomatiku tiġri minn pajjiż għal ieħor, fi klimi u ilsna differenti, mhix ħaġa faċli. Hemm bżonn wieħed ikollu ħafna possibbiltà ta’ adattament għall-post fejn isib ruħu. Hu għalhekk li trid tpoġġi f’rasek li din hi missjoni li Alla l-Imbierek ikun sejjaħlek ghaliha”.

Funeral

Il-funeral tiegħu sar fil-Konkatidral San Ġwann il-Belt Valletta, tlett ijiem wara mewtu, nhar l-Erbgħa 9 ta’ Marzu. Kellu 89 sena. Il-funeral tmexxa mill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 17 Lul, 2025 / 00:22

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Paul Giglio, X'inhi Paul Giglio? Xi tfisser Paul Giglio?

L Arċisqof Paul Giglio kien Isqof Titulari ta Tindari u Nunzju Apostoliku Valletta 20 ta Jannar 1927 6 ta Marzu 2016 StudjuĠie ordnat saċerdot fl 1952 f Ruma fejn studja fl Universita Pontifiċja Gregorjana minn fejn kiseb il Liċenzjat fit Teoloġija u d Dottorat fil Liġi Kanonika Wara hu kompla jistudja d diplomazija fl Accademia Ecclesiastica u ssieħeb fis servizz diplomatiku tas Santa Sede Fis Servizz Diplomatiku tas Santa SedeBejn l 1958 u l 1965 hu serva bħala Segretarju fin Nunzjatura tan Nikaragwa tal Arġentina u l Iran Bejn l 1965 u l 1969 kien awditur fid delegazzjoni appostolika f Saigon fil Vjetnam t Isfel u fil Jugoslavja Fis sentejn ta wara serva bħala kunsillier fin Nunzjatura Appostolika tal Brazil Wara għamel sentejn bħala kunsillier u kap deputat tal missjoni fin Nunzjatura ta Franza Bejn l 1978 u l 1986 kien Charge d Affaires fin Nunzjatura Appostolika ta Tajwan Ikkonsagrat ArċisqofFl 1986 Monsinjur Giglio nħatar Arċisqof titulari ta Tindari mill Papa Ġwanni Pawlu II Ġie kkonsagrat Isqof fil Konkatidral San Ġwann mill Arċisqof Ġuzeppi Mercieca Nunzju tan Nikaragwa 1986 1995 Wara l ordinazzjoni episkopali tiegħu inħatar Nunzju Appostoliku tan Nikaragwa Qabel ma temm is servizz tiegħu fin Nikaragwa l Arċisqof Giglio ngħata l ogħla dekorazzjoni mill Gvern tan Nikaragwa Dwar l esperjenza tiegħu fin Nikaragwa Monsinjur Giglio qal li meta fl 1986 wasal f dak il pajjiz sab gvern kompletament komunista u rivoluzzjonarju Hu stqarr li meta l Papa għazlu biex imur in Nikaragwa ma setax jonqos li ma jaħsibx ferm bid diffikultajiet kbar li kien se jiffaċċja Izda fehem mill ewwel li kellu jitratta ma kulħadd b imħabba u b rispett kbir u għalhekk kien għazel bħala l motto tal episkopat tiegħu Super omnia caritas Nunzju fl Eġittu 1995 2002 Fl 1995 intbagħat fl Eġittu fejn baqa sal 2002 meta rtira mis Servizz Appostoliku u ġie lura f Malta Dwar l esperjenza diplomatika tiegħu fl Eġittu hu fakkar li b popolazzjoni ta 65 miljun Musulman il Kristjani speċjalmenti il Kattoliċi huma ftit Hu semma li darba waqt li kien għaddej minn triq ra grupp ta tfal iwaddbulu l ġebel u jgħajruh kelb infidil għax kien Kristjan Kompla li minkejja kollox dejjem fehem li l missjoni tal Knisja fl Egittu minkejja t theddida serja tal fundamentalisti Izlamiċi hi dik li l Kattoliċi Eġizzjani bil mod kif jgħixu u bl imħabba jagħtu xhieda ta Kristu u tal veritajiet tal Knisja Kattolika Ħajja fid diplomazijaF intervista li Paul Saliba dakinhar l Editur ta Leħen is Sewwa għamillu fi Frar 1999 staqsieh kif irnexxielu jezerċita l mansjonijiet tiegħu u jintegra ruħu fil varjeta daqshekk vasta ta ambjenti u kulturi tant diversi minn xulxin l Arċisqof Giglio wieġeb Li tgħix ħajja ta diplomatiku tiġri minn pajjiz għal ieħor fi klimi u ilsna differenti mhix ħaġa faċli Hemm bzonn wieħed ikollu ħafna possibbilta ta adattament għall post fejn isib ruħu Hu għalhekk li trid tpoġġi f rasek li din hi missjoni li Alla l Imbierek ikun sejjaħlek ghaliha FuneralIl funeral tiegħu sar fil Konkatidral San Ġwann il Belt Valletta tlett ijiem wara mewtu nhar l Erbgħa 9 ta Marzu Kellu 89 sena Il funeral tmexxa mill Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP

L-aħħar artikli
  • Lulju 16, 2025

    Lava

  • Lulju 16, 2025

    Lodi

  • Lulju 16, 2025

    Oslo

  • Lulju 16, 2025

    Oran

  • Lulju 08, 2025

    Opossum nanu mistur ta' Chacoan

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq