Il Pont ta Vizcaya bil Bask Bizkaiko Zubia bl Ispanjol Puente de Vizcaya huwa pont trasportatur li jikkollega l irħula t
Pont ta' Vizcaya

Il-Pont ta' Vizcaya (bil-Bask: Bizkaiko Zubia, bl-Ispanjol: Puente de Vizcaya) huwa pont trasportatur li jikkollega l-irħula ta' u (parti minn ) fil-provinċja ta' Biskajja ta' Spanja, min-naħa għall-oħra tal-bokka tax-xmara .
In-nies tal-post (u saħansitra fis-sit web uffiċjali) spiss isejħulu Puente Colgante (litteralment "pont imdendel", li tirreferi għal "pont sospiż" bl-Ispanjol), għalkemm l-istruttura tiegħu hija kemxejn differenti minn pont sospiż.
Storja
Il-Pont ta' Vizcaya nbena biex jikkollega ż-żewġ xtut fil-bokka tax-xmara Nervion. Huwa l-eqdem pont trasportatur fid-dinja u nbena fl-1893, skont id-disinn ta' , wieħed mid-dixxipli ta' Gustave Eiffel. L- kien fit-tmun tal-kostruzzjoni, u l-finanzjatur prinċipali tal-proġett kien . Kien is-soluzzjoni mogħtija mill-inġinier għall-problema ta' nuqqas ta' kollegament bejn l-irħula ta' Portugalete u Getxo mingħajr ma jiġi mfixkel it-traffiku marittimu tal-Port ta' Bilbao u mingħajr ma jkun hemm għalfejn tinbena struttura enormi b'rampi twal. Palacio ried jiddisinja pont li seta' jittrasporta lill-passiġġieri u l-merkanzija, u li kien iħalli l-vapuri jgħaddu bla xkiel. Il-pont trasportatur ta' Palacio kien adegwat u seta' jinbena għal prezz raġonevoli.
Is-servizz ġie interrott darba biss, għal erba' snin, matul il-Gwerra Ċivili Spanjola, meta s-sezzjoni ta' fuq ġiet sploduta. Mid-dar tiegħu f'Portugalete, Palacio ra l-kapulavur tiegħu parzjalment meqrud ftit qabel ma miet hu stess.
Sit ta' Wirt Dinji
Fit-13 ta' Lulju 2006, il-Pont ta' Vizcaya ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fi Spanja, il-pont trasportatur huwa l-uniku monument fil-kategorija tal-wirt industrijali. L-UNESCO tqis li l-pont iħaddan fih b'mod perfett is-sbuħija u l-funzjonalità. Kien l-ewwel pont li biex inbena ntużaw kemm it-teknoloġija tal-ħadid kif ukoll kejbils tal-azzar ġodda, li wittew it-triq għal mod ġdid kif jinbnew il-pontijiet li iktar 'il quddiem ġie imitat fid-dinja kollha.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem" u l-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ".
Tħaddim
Il-pont, li għadu jintuża sa llum, huwa twil 164 metru, u l-gondola tiegħu tista' tittrasporta sa sitt karozzi u diversi tużżani ta' passiġġieri f'minuta u nofs.
Il-pont jitħaddem kull tmien minuti binhar u darba fis-siegħa billejl, is-sena kollha, b'tariffi differenti għas-servizzi binhar u billejl, u huwa integrat fis-sistema tal-kard Barik. Huwa stmat li kull sena erba' miljun passiġġier u nofs miljun vettura jużaw il-pont.
Ġew installati żewġ liftijiet ġodda għall-viżitaturi fi ħdan il-pilastri tal-pont li huma għoljin 50 metru. Dawn jippermettu li wieħed jimxi minn fuq il-pjattaforma tal-pont, u wieħed jista' wkoll igawdi veduta mill-isbaħ tal-port u tal-bajja ta' Abra.
Arkitettura
L-istruttura hija magħmula minn erba' torrijiet għoljin 61 metru li huma l-pilastri weqfin fuq ix-xtut tax-xmara. It-torrijiet jinżammu minn kejbils tal-ħadid marbuta mat-travu trasversali u huma paralleli max-xmara, kif ukoll minn kejbils li jsegwu l-linja tal-pont sa ġol-għolja ta' warajh (fuq in-naħa ta' Portugalete) u ġol-art (fuq in-naħa ta' Las Arenas). It-travu trasversali ta' fuq mimdud orizzontalment, iserraħ bejn iż-żewġ torrijiet fuq 70 kejbil ta' sospensjoni. Dawn jgħinu wkoll biex jirfdu ammont kbir ta' piż fil-mensuli biex il-piż jiġi bbilanċjat. Il-gondola hija twila 25 metru u tittrasporta l-vetturi mdendla ma' qafas li jimxi permezz ta' 36 rota. B'hekk il-gondola tiċċaqlaq tul it-travu trasversali orizzontali min-naħa għall-oħra.
Kostruzzjoni
L-istruttura hija għolja 45 metru u twila 160 metru. Fid-disinn finali ġie deċiż li jintużaw żewġ riffieda orizzontali biex jirfdu aħjar il-binarji li fuqhom jiċċaqilqu r-roti, u dawn min-naħa l-oħra huma mirfuda minn erba' pilastri weqfin fuq erba' torrijiet li jinsabu fuq iż-żewġ xtut tax-xmara. Il-pont trasportatur huwa magħmul mill-ħadid. Il-biċċa l-kbira tal-ħadid ġie estratt mill-minjieri ta' Vizcaya, li dak iż-żmien kien għen biex jagħti spinta lix-xogħol tal-minjieri u lill-industrija tat-trasport marittimu. Għalhekk, il-Pont ta' Vizcaya jirrappreżenta wkoll it-tkabbir u t-trijonf ta' era ġdida.
Referenzi
- ^ "Puente Colgante". web.archive.org. 2007-02-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-02-11. Miġbur 2022-02-19.
- ^ a b ċ "Portugalete Transporter Bridge (Portugalete/Getxo, 1893)". Structurae (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-19.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Vizcaya Bridge". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-19.
- ^ Vasco, Eusko Jaurlaritza-Gobierno. "The Official Tourism Website of the Basque Country". The Official Tourism Website of The Basque Country | Tourism Euskadi (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-19.
- ^ Martínez, Joaquín Cárcamo (2012-01-01). "Puente Vizcaya / Vizcaya zubia. Portugalete (Bizkaia)". En: Euskadiko Industria Ondarea - Patrimonio Industrial en el País Vasco, EKOB 6.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Pont ta' Vizcaya, X'inhi Pont ta' Vizcaya? Xi tfisser Pont ta' Vizcaya?
Il Pont ta Vizcaya bil Bask Bizkaiko Zubia bl Ispanjol Puente de Vizcaya huwa pont trasportatur li jikkollega l irħula ta u parti minn fil provinċja ta Biskajja ta Spanja min naħa għall oħra tal bokka tax xmara Il Pont ta Vizcaya In nies tal post u saħansitra fis sit web uffiċjali spiss isejħulu Puente Colgante litteralment pont imdendel li tirreferi għal pont sospiz bl Ispanjol għalkemm l istruttura tiegħu hija kemxejn differenti minn pont sospiz StorjaIl Pont ta Vizcaya nbena biex jikkollega z zewġ xtut fil bokka tax xmara Nervion Huwa l eqdem pont trasportatur fid dinja u nbena fl 1893 skont id disinn ta wieħed mid dixxipli ta Gustave Eiffel L kien fit tmun tal kostruzzjoni u l finanzjatur prinċipali tal proġett kien Kien is soluzzjoni mogħtija mill inġinier għall problema ta nuqqas ta kollegament bejn l irħula ta Portugalete u Getxo mingħajr ma jiġi mfixkel it traffiku marittimu tal Port ta Bilbao u mingħajr ma jkun hemm għalfejn tinbena struttura enormi b rampi twal Palacio ried jiddisinja pont li seta jittrasporta lill passiġġieri u l merkanzija u li kien iħalli l vapuri jgħaddu bla xkiel Il pont trasportatur ta Palacio kien adegwat u seta jinbena għal prezz raġonevoli Is servizz ġie interrott darba biss għal erba snin matul il Gwerra Ċivili Spanjola meta s sezzjoni ta fuq ġiet sploduta Mid dar tiegħu f Portugalete Palacio ra l kapulavur tiegħu parzjalment meqrud ftit qabel ma miet hu stess Sit ta Wirt DinjiVeduta minn fuq il Pont ta Vizcaya Fit 13 ta Lulju 2006 il Pont ta Vizcaya ġie ddikjarat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Fi Spanja il pont trasportatur huwa l uniku monument fil kategorija tal wirt industrijali L UNESCO tqis li l pont iħaddan fih b mod perfett is sbuħija u l funzjonalita Kien l ewwel pont li biex inbena ntuzaw kemm it teknoloġija tal ħadid kif ukoll kejbils tal azzar ġodda li wittew it triq għal mod ġdid kif jinbnew il pontijiet li iktar il quddiem ġie imitat fid dinja kollha Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem u l kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ TħaddimIl gondola tal pont trasportatur Il pont li għadu jintuza sa llum huwa twil 164 metru u l gondola tiegħu tista tittrasporta sa sitt karozzi u diversi tuzzani ta passiġġieri f minuta u nofs Il pont jitħaddem kull tmien minuti binhar u darba fis siegħa billejl is sena kollha b tariffi differenti għas servizzi binhar u billejl u huwa integrat fis sistema tal kard Barik Huwa stmat li kull sena erba miljun passiġġier u nofs miljun vettura juzaw il pont Ġew installati zewġ liftijiet ġodda għall vizitaturi fi ħdan il pilastri tal pont li huma għoljin 50 metru Dawn jippermettu li wieħed jimxi minn fuq il pjattaforma tal pont u wieħed jista wkoll igawdi veduta mill isbaħ tal port u tal bajja ta Abra ArkitetturaL istruttura hija magħmula minn erba torrijiet għoljin 61 metru li huma l pilastri weqfin fuq ix xtut tax xmara It torrijiet jinzammu minn kejbils tal ħadid marbuta mat travu trasversali u huma paralleli max xmara kif ukoll minn kejbils li jsegwu l linja tal pont sa ġol għolja ta warajh fuq in naħa ta Portugalete u ġol art fuq in naħa ta Las Arenas It travu trasversali ta fuq mimdud orizzontalment iserraħ bejn iz zewġ torrijiet fuq 70 kejbil ta sospensjoni Dawn jgħinu wkoll biex jirfdu ammont kbir ta piz fil mensuli biex il piz jiġi bbilanċjat Il gondola hija twila 25 metru u tittrasporta l vetturi mdendla ma qafas li jimxi permezz ta 36 rota B hekk il gondola tiċċaqlaq tul it travu trasversali orizzontali min naħa għall oħra KostruzzjoniL istruttura hija għolja 45 metru u twila 160 metru Fid disinn finali ġie deċiz li jintuzaw zewġ riffieda orizzontali biex jirfdu aħjar il binarji li fuqhom jiċċaqilqu r roti u dawn min naħa l oħra huma mirfuda minn erba pilastri weqfin fuq erba torrijiet li jinsabu fuq iz zewġ xtut tax xmara Il pont trasportatur huwa magħmul mill ħadid Il biċċa l kbira tal ħadid ġie estratt mill minjieri ta Vizcaya li dak iz zmien kien għen biex jagħti spinta lix xogħol tal minjieri u lill industrija tat trasport marittimu Għalhekk il Pont ta Vizcaya jirrapprezenta wkoll it tkabbir u t trijonf ta era ġdida Referenzi Puente Colgante web archive org 2007 02 11 Arkivjat minn l oriġinal fl 2007 02 11 Miġbur 2022 02 19 a b ċ Portugalete Transporter Bridge Portugalete Getxo 1893 Structurae bl Ingliz Miġbur 2022 02 19 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Vizcaya Bridge UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 02 19 Vasco Eusko Jaurlaritza Gobierno The Official Tourism Website of the Basque Country The Official Tourism Website of The Basque Country Tourism Euskadi bl Ingliz Miġbur 2022 02 19 Martinez Joaquin Carcamo 2012 01 01 Puente Vizcaya Vizcaya zubia Portugalete Bizkaia En Euskadiko Industria Ondarea Patrimonio Industrial en el Pais Vasco EKOB 6