Riversleigh huwa l iżjed sit famuż tal Awstralja għall fossili u huwa rikonoxxut għal sensiela ta fossili ppreservati ta
Riversleigh

Riversleigh huwa l-iżjed sit famuż tal-Awstralja għall-fossili, u huwa rikonoxxut għal sensiela ta' fossili ppreservati tajjeb li ġew depożitati mill-Oligoċen Aħħari sa perjodi ġeoloġiċi iktar reċenti. Is-sistema fossilifera tal-ġebla tal-ġir tinsab qrib ix-xmara fil-Majjistral ta' , ambjent li fl-imgħoddi mbiegħed kien foresta tropikali fejn kienet tinżel ħafna xita u li sar iktar aridu meta l-mases tal-art ta' sseparaw minn xulxin u l-kontinent Awstraljan iċċaqlaq lejn it-Tramuntana. Iż-żona ta' Riversleigh fiha madwar 100 kilometru kwadru u fiha fdalijiet ta' fossili ta' mammiferi, għasafar u rettili tal-qedem tal-Oligoċen u tal-Mijoċen. Ħafna minn dawn il-fdalijiet ġew skoperti hemmhekk biss u ma jeżistu mkien iktar; l-ispeċijiet li kienu jgħixu fl-imgħoddi hemmhekk huma magħrufa bħala l-fawna ta' Riversleigh.
Il-fossili ta' Riversleigh mhumiex tas-soltu għaliex instabu fil-ġebla tal-ġir ratba tal-ilma ħelu li ma ġietx ikkumpattata. Dan ifisser li l-fdalijiet tal-annimal żammew l-istruttura tridimensjonali tagħhom, u mhux ġew parzjalment mgħafġin bħal fil-biċċa l-kbira tas-siti tal-fossili. Iż-żona ta' Riversleigh tinsab fi ħdan il-baċir tal-iskular tax-xmara Gregory. Ħafna mis-siti tal-fossili kienu xquq u għerien tal-ġebla tal-ġir li nħolqu bl-azzjoni ta' ammonti kbar ta' ilma fuq il-formazzjonijiet karstiċi, u b'hekk ħolqu fosos li kienu qishom nases u postijiet fejn kienu jiġu jieklu l-predaturi li minn żmien għal żmien u x'aktarx ħesrem inqabdu jew intradmu hemm u l-fdalijiet tagħhom ġew ippreservati; dawn il-kundizzjonijiet wasslu għall-gruppi kbar ta' friefet il-lejl fossilizzati u l-ħmieġ tagħhom għen fil-konservazzjoni tal-fdalijiet tagħhom stess u ta' annimali oħra.
L-ewwel fossili nstabu fiż-żona fl-1901. Stħarriġ inizjali ta' esplorazzjoni sar fl-1963. Mill-1976, iż-żona kienet soġġetta għal esplorazzjoni sistemika. Is-sit ġie ddeżinjat b'mod konġunt mal-Park Nazzjonali tal-Għerien ta' Naracoorte fin-Nofsinhar tal-Awstralja bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994. Barra minn hekk, is-sit huwa estensjoni tal-.
Deskrizzjoni
Il-fossili ta' Riversleigh instabu fil-ġebla tal-ġir qrib għadajjar żgħar tal-ilma ħelu rikki fil-ġir, u fl-għerien, meta l-ekosistema kienet qed tevolvi minn forest tropikali rikka għal bur tal-ħaxix semiaridu. Uħud mill-fossili ta' Riversleigh imorru lura saħansitra 25 miljun sena. Konċentrazzjonijiet għoljin ta' karbonat tal-kalċju wasslu biex il-fossili baqgħu ppreservati tajjeb ferm. Il-kollezzjoni ta' fossili tiżvela l-evoluzzjoni fost il-mammiferi matul iktar minn 20 miljun sena. Il-fossili nstabu f'iktar minn 200 post individwali. L-ammont ta' fossili hawnhekk huwa sinifikanti u jipprovdi evidenza tal-evoluzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-ispeċijiet ta' Gondwana.
Il-preżenza tal-fawna ta' Riversleigh fl-Oligoċen u fil-Mijoċen ġiet ikklassifikata b'erba' "żoni tal-fawna", li ntużaw biex jiddeskrivu l-preżenza tat-tassonomija tal-fossili f'dawn il-perjodi. Fil-qosor dawn huma:
- iż-Żona tal-Fawna A: l-Oligoċen Aħħari, minn 28.4 sa 23.03 miljun sena ilu
- iż-Żona tal-Fawna B: il-Mijoċen Bikri, minn 23.03 sa 15.97 miljun sena ilu
- iż-Żona tal-Fawna Ċ: il-Mijoċen Medju, minn 15.97 sa 11.608 miljun sena ilu
- iż-Żona tal-Fawna D: il-Mijoċen Aħħari, minn 11.608 sa 5.332 miljun sena ilu.
F'Riversleigh ġew identifikati l-fossili ta' 35 speċi ta' friefet il-lejl, li hija l-iktar kollezzjoni rikka fid-dinja. Id-depożiti tal-għerien kienu partikolarment rikki fil-fossili tal-ispeċijiet ta' friefet il-lejl.
Il-kranju u s-snien u x-xedaq kważi sħaħ ta' monotrem ta' 15-il miljun sena ilu, Obdurodon dicksoni, jixħtu ftit dawl fuq l-evoluzzjoni ta' dan il-grupp karatteristikament Awstraljan. Fossili tal-antenati tat-tilaċin estint reċentement, Thylacinus cynocephalus, ġew identifikati wkoll fost il-fawna ta' Riversleigh. Fl-1993, il-kranji tan-Nimbadon, annimal simili għall-, instabu f'għar li qabel ma kienx magħruf fir-reġjun. Ir-riċerkaturi jistmaw li dan il-marsupjal deher għall-ewwel darba madwar 15-il miljun sena ilu u sar estint madwar 12-il miljun sena ilu, x'aktarx minħabba t-tibdil fil-klima li wassal għal telf tal-ħabitat tagħhom. Kranju ppreservat tajjeb tan-Nimbacinus dicksoni, antenat estint tat-tilaċin, intuża biex tiġi ddeterminata l-imġiba tal-kaċċa tal-ispeċi.
Fossili oħra pprovdew evidenza ta' kif din l-ispeċi ta' koala evolviet b'rispons għat-tibdil fil-klima fl-Awstralja minn veġetazzjoni predominanti ta' foresti tropikali għal foresti iktar aridi tal-ewkaliptu. Il-fossili tal-għasafar f'Riversleigh jinkludu l-artamid Kurrartapu johnnguyeni, fossila ta' daqquqa tal-ġebel, u rappreżentazzjonijiet ta' diversi familji oħra ta' għasafar moderni. Barra minn hekk, ġew skoperti wkoll xi fossili ta' insetti u ta' pjanti.
L-ispeċijiet ta' fossili identifikati fis-siti, kollettivament huma magħrufa bħala l-fawna ta' Riversleigh.
Riċerka
L-istudji xjentifiċi f'Riversleigh jitwettqu l-iktar minn grupp ta' paleontologi mill-Università ta' New South Wales. huwa paleontologu li ilu jaħdem f'Riversleigh mill-1983. Hu l-koħaddiema tiegħu skoprew li l-aċidu aċetiku milwiem kien l-iżjed metodu effettiv għall-estrazzjoni tal-fossili. , paleontologa wkoll mill-Università ta' New South Wales, skopriet speċi ġdida ta' koala estinta f'Riversleigh, li mbagħad issemmiet għal .
Sit ta' Wirt Dinji
Is-Siti Awstraljani tal-Fossili tal-Mammiferi (Riversleigh/Naracoorte) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994 u żdiedu fil-lista Awstraljana tal-Wirt Nazzjonali fil-21 ta' Mejju 2007.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti"; u l-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar".
Referenzi
- ^ Archer M; Hand, Suzanne J. & Godthelp H. [1991] 2000. Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site. Reed, Sydney.
- ^ "Ancient Worlds News - Huge skulls clues to snake evolution - 16/02/2006". www.abc.net.au. Miġbur 2022-04-27.
- ^ "World Heritage Places - Australian Fossil Mammal Sites - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-27.
- ^ a b The Australian Heritage Council (2012). Australia' Fossil Heritage: A Catalogue of Important Australian Fossil Sites. Csiro Publishing. pp. 43–44. ISBN 978-0643102309.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Australian Fossil Mammal Sites (Riversleigh / Naracoorte)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-27.
- ^ "Riversleigh Section, Boodjamulla (Lawn Hill) National Park - Nature, culture and history (Department of Environment and Resource Management)". web.archive.org. 2011-09-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-09-13. Miġbur 2022-04-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Cave yields marsupial fossil haul" (bl-Ingliż). 2010-07-19. Miġbur 2022-04-27.
- ^ "This meat-eating marsupial may have hunted prey larger than itself | Science Recorder". web.archive.org. 2014-04-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-04-11. Miġbur 2022-04-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Gaffney, Dan; Wales, University of New South. "Loud and lazy but didn't chew gum: Ancient koalas". phys.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-27.
- ^ Nguyen, Jacqueline M. T. (2016-01-04). "Australo-Papuan treecreepers (Passeriformes: Climacteridae) and a new species of sittella (Neosittidae: Daphoenositta) from the Miocene of Australia". Palaeontologia Electronica . 19 (1): 1–13.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ Boles, WE (1998). "A budgerigar Melopsittacus undulatus from the Pliocene of Riversleigh, North-western Queensland". Emu. 98 (1): 32–35.
- ^ Boles, WE (2005). "A review of the Australian fossil storks of the genus Ciconia (Aves: Ciconiidae), with the description of a new species". Records of the Australian Museum. 57 (2): 165–178.
- ^ Nguyen, JMT, Hand SJ, Archer M (2016). "The late Cenozoic passerine avifauna from Rackham's Roost Site, Riversleigh, Australia". Records of the Australian Museum. 68 (5): 201–230.
- ^ Queensl, The University of; Lucia, Australia Brisbane St; Gatton, QLD 4072 +61 7 3365 1111 Other Campuses: UQ; Maps, UQ Herston; Queensl, Directions © 2022 The University of. "20 million year old koala named after Dick Smith". UQ News (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-27.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Riversleigh, X'inhi Riversleigh? Xi tfisser Riversleigh?
Riversleigh huwa l izjed sit famuz tal Awstralja għall fossili u huwa rikonoxxut għal sensiela ta fossili ppreservati tajjeb li ġew depozitati mill Oligoċen Aħħari sa perjodi ġeoloġiċi iktar reċenti Is sistema fossilifera tal ġebla tal ġir tinsab qrib ix xmara fil Majjistral ta ambjent li fl imgħoddi mbiegħed kien foresta tropikali fejn kienet tinzel ħafna xita u li sar iktar aridu meta l mases tal art ta sseparaw minn xulxin u l kontinent Awstraljan iċċaqlaq lejn it Tramuntana Iz zona ta Riversleigh fiha madwar 100 kilometru kwadru u fiha fdalijiet ta fossili ta mammiferi għasafar u rettili tal qedem tal Oligoċen u tal Mijoċen Ħafna minn dawn il fdalijiet ġew skoperti hemmhekk biss u ma jezistu mkien iktar l ispeċijiet li kienu jgħixu fl imgħoddi hemmhekk huma magħrufa bħala l fawna ta Riversleigh Riversleigh l Awstralja Il fossili ta Riversleigh mhumiex tas soltu għaliex instabu fil ġebla tal ġir ratba tal ilma ħelu li ma ġietx ikkumpattata Dan ifisser li l fdalijiet tal annimal zammew l istruttura tridimensjonali tagħhom u mhux ġew parzjalment mgħafġin bħal fil biċċa l kbira tas siti tal fossili Iz zona ta Riversleigh tinsab fi ħdan il baċir tal iskular tax xmara Gregory Ħafna mis siti tal fossili kienu xquq u għerien tal ġebla tal ġir li nħolqu bl azzjoni ta ammonti kbar ta ilma fuq il formazzjonijiet karstiċi u b hekk ħolqu fosos li kienu qishom nases u postijiet fejn kienu jiġu jieklu l predaturi li minn zmien għal zmien u x aktarx ħesrem inqabdu jew intradmu hemm u l fdalijiet tagħhom ġew ippreservati dawn il kundizzjonijiet wasslu għall gruppi kbar ta friefet il lejl fossilizzati u l ħmieġ tagħhom għen fil konservazzjoni tal fdalijiet tagħhom stess u ta annimali oħra L ewwel fossili nstabu fiz zona fl 1901 Stħarriġ inizjali ta esplorazzjoni sar fl 1963 Mill 1976 iz zona kienet soġġetta għal esplorazzjoni sistemika Is sit ġie ddezinjat b mod konġunt mal Park Nazzjonali tal Għerien ta Naracoorte fin Nofsinhar tal Awstralja bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1994 Barra minn hekk is sit huwa estensjoni tal DeskrizzjoniSkeletru fossilizzat ta Nimbadon lavarackorum li nstab f AL90 Riversleigh Il fossili ta Riversleigh instabu fil ġebla tal ġir qrib għadajjar zgħar tal ilma ħelu rikki fil ġir u fl għerien meta l ekosistema kienet qed tevolvi minn forest tropikali rikka għal bur tal ħaxix semiaridu Uħud mill fossili ta Riversleigh imorru lura saħansitra 25 miljun sena Konċentrazzjonijiet għoljin ta karbonat tal kalċju wasslu biex il fossili baqgħu ppreservati tajjeb ferm Il kollezzjoni ta fossili tizvela l evoluzzjoni fost il mammiferi matul iktar minn 20 miljun sena Il fossili nstabu f iktar minn 200 post individwali L ammont ta fossili hawnhekk huwa sinifikanti u jipprovdi evidenza tal evoluzzjoni u tad distribuzzjoni tal ispeċijiet ta Gondwana Il prezenza tal fawna ta Riversleigh fl Oligoċen u fil Mijoċen ġiet ikklassifikata b erba zoni tal fawna li ntuzaw biex jiddeskrivu l prezenza tat tassonomija tal fossili f dawn il perjodi Fil qosor dawn huma iz Zona tal Fawna A l Oligoċen Aħħari minn 28 4 sa 23 03 miljun sena ilu iz Zona tal Fawna B il Mijoċen Bikri minn 23 03 sa 15 97 miljun sena ilu iz Zona tal Fawna Ċ il Mijoċen Medju minn 15 97 sa 11 608 miljun sena ilu iz Zona tal Fawna D il Mijoċen Aħħari minn 11 608 sa 5 332 miljun sena ilu F Riversleigh ġew identifikati l fossili ta 35 speċi ta friefet il lejl li hija l iktar kollezzjoni rikka fid dinja Id depoziti tal għerien kienu partikolarment rikki fil fossili tal ispeċijiet ta friefet il lejl Il kranju u s snien u x xedaq kwazi sħaħ ta monotrem ta 15 il miljun sena ilu Obdurodon dicksoni jixħtu ftit dawl fuq l evoluzzjoni ta dan il grupp karatteristikament Awstraljan Fossili tal antenati tat tilaċin estint reċentement Thylacinus cynocephalus ġew identifikati wkoll fost il fawna ta Riversleigh Fl 1993 il kranji tan Nimbadon annimal simili għall instabu f għar li qabel ma kienx magħruf fir reġjun Ir riċerkaturi jistmaw li dan il marsupjal deher għall ewwel darba madwar 15 il miljun sena ilu u sar estint madwar 12 il miljun sena ilu x aktarx minħabba t tibdil fil klima li wassal għal telf tal ħabitat tagħhom Kranju ppreservat tajjeb tan Nimbacinus dicksoni antenat estint tat tilaċin intuza biex tiġi ddeterminata l imġiba tal kaċċa tal ispeċi Fossili oħra pprovdew evidenza ta kif din l ispeċi ta koala evolviet b rispons għat tibdil fil klima fl Awstralja minn veġetazzjoni predominanti ta foresti tropikali għal foresti iktar aridi tal ewkaliptu Il fossili tal għasafar f Riversleigh jinkludu l artamid Kurrartapu johnnguyeni fossila ta daqquqa tal ġebel u rapprezentazzjonijiet ta diversi familji oħra ta għasafar moderni Barra minn hekk ġew skoperti wkoll xi fossili ta insetti u ta pjanti L ispeċijiet ta fossili identifikati fis siti kollettivament huma magħrufa bħala l fawna ta Riversleigh RiċerkaL istudji xjentifiċi f Riversleigh jitwettqu l iktar minn grupp ta paleontologi mill Universita ta New South Wales huwa paleontologu li ilu jaħdem f Riversleigh mill 1983 Hu l koħaddiema tiegħu skoprew li l aċidu aċetiku milwiem kien l izjed metodu effettiv għall estrazzjoni tal fossili paleontologa wkoll mill Universita ta New South Wales skopriet speċi ġdida ta koala estinta f Riversleigh li mbagħad issemmiet għal Sit ta Wirt DinjiIs Siti Awstraljani tal Fossili tal Mammiferi Riversleigh Naracoorte ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1994 u zdiedu fil lista Awstraljana tal Wirt Nazzjonali fil 21 ta Mejju 2007 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju viii Ezempju straordinarju li jirrapprezenta stadji importanti tal istorja tad dinja inkluz it trapass tal ħajja il proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl izvilupp tat tipi differenti ta art jew il karatteristiċi ġeomorfiċi jew fizjografiċi sinifikanti u l kriterju ix Ezempju straordinarju li jirrapprezenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl evoluzzjoni u fl izvilupp ta ekosistemi u ta komunitajiet ta pjanti u ta annimali terrestri tal ilma ħelu kostali u tal baħar Referenzi Archer M Hand Suzanne J amp Godthelp H 1991 2000 Australia s lost world Riversleigh World Heritage Site Reed Sydney Ancient Worlds News Huge skulls clues to snake evolution 16 02 2006 www abc net au Miġbur 2022 04 27 World Heritage Places Australian Fossil Mammal Sites DAWE www awe gov au Miġbur 2022 04 27 a b The Australian Heritage Council 2012 Australia Fossil Heritage A Catalogue of Important Australian Fossil Sites Csiro Publishing pp 43 44 ISBN 978 0643102309 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Australian Fossil Mammal Sites Riversleigh Naracoorte UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 04 27 Riversleigh Section Boodjamulla Lawn Hill National Park Nature culture and history Department of Environment and Resource Management web archive org 2011 09 13 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 09 13 Miġbur 2022 04 27 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Cave yields marsupial fossil haul bl Ingliz 2010 07 19 Miġbur 2022 04 27 This meat eating marsupial may have hunted prey larger than itself Science Recorder web archive org 2014 04 13 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 04 11 Miġbur 2022 04 27 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Gaffney Dan Wales University of New South Loud and lazy but didn t chew gum Ancient koalas phys org bl Ingliz Miġbur 2022 04 27 Nguyen Jacqueline M T 2016 01 04 Australo Papuan treecreepers Passeriformes Climacteridae and a new species of sittella Neosittidae Daphoenositta from the Miocene of Australia Palaeontologia Electronica 19 1 1 13 Manutenzjoni CS1 lingwa mhix magħrufa link Boles WE 1998 A budgerigar Melopsittacus undulatus from the Pliocene of Riversleigh North western Queensland Emu 98 1 32 35 Boles WE 2005 A review of the Australian fossil storks of the genus Ciconia Aves Ciconiidae with the description of a new species Records of the Australian Museum 57 2 165 178 Nguyen JMT Hand SJ Archer M 2016 The late Cenozoic passerine avifauna from Rackham s Roost Site Riversleigh Australia Records of the Australian Museum 68 5 201 230 Queensl The University of Lucia Australia Brisbane St Gatton QLD 4072 61 7 3365 1111 Other Campuses UQ Maps UQ Herston Queensl Directions c 2022 The University of 20 million year old koala named after Dick Smith UQ News bl Ingliz Miġbur 2022 04 27