Ir Riżerva Naturali Stretta tal Muntanja ta Nimba bil Franċiż Réserve naturelle intégrale du Mont Nimba hija żona protet
Riżerva Naturali Stretta tal Muntanja ta' Nimba

Ir-Riżerva Naturali Stretta tal-Muntanja ta' Nimba (bil-Franċiż: Réserve naturelle intégrale du Mont Nimba) hija żona protetta u Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fil-Guinea u fil-Kosta tal-Avorju, estiża fuq erja totali ta' 175.4 km2 (43,300 akru), b'125.4 km2 (31,000 akru) fil-Guinea, u 50 km2 (12,000 akru) fil-Kosta tal-Avorju. Ir-riżerva tkopri partijiet sinifikanti mill-Katina Muntanjuża ta' Nimba, żona ġeografika unika b'rikkezza mhux tas-soltu ta' flora u ta' fawna, inkluż għadd eċċezzjonali ta' speċijiet endemiċi f'sit wieħed, bħan-Nimbafrinojdi (ġeneru ta' rospi vivipari), il-bugeddum lontra ta' Nimba, u diversi speċijiet ta' friefet il-lejl. L-ogħla quċċata tar-riżerva hi l-Muntanja ta' Richard-Molard b'għoli ta' 1,752 metru (5,750 pied), li hija l-ogħla quċċata taż-żewġ pajjiżi.
Storja
Ir-riżerva naturali stretta ġiet stabbilita fl-1943 bl-Ordni Nru 4190 SE/F fil-Kosta tal-Avorju u fl-1944 b'digriet fil-Guinea. Il-parti fil-Guinea ġiet aċċettata bħala riżerva ta' bijosfera fl-1980. Iż-żewġ partijiet tar-riżerva fiż-żewġ pajjiżi ġew stabbiliti bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fl-1981 (il-parti tal-Guinea) u fl-1982 (il-parti tal-Kosta tal-Avorju) bis-saħħa tal-bijodiversità straordinarja u l-mużajk uniku ta' ħabitats tropikali tas-sit. Minħabba l-esplorazzjoni tal-minerali tal-ħadid fl-iżjed żona muntanjuża vulnerabbli li bdiet fl-1992, ir-riżerva naturali stretta tniżżlet bħala sit fil-periklu. Sabiex is-sit jingħata protezzjoni aħjar, qed jinbena ċentru ta' ġestjoni tal-konservazzjoni mill-Fondazzjoni tal-Parks tal-Guinea. Il-proġett ġie approvat mill-gvern tal-Guinea u miċ-CEGENS fl-2016.
Sit ta' Wirt Dinji
Ir-Riżerva Naturali Stretta tal-Muntanja ta' Nimba ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".
Ġeografija
Il-Katina Muntanjuża ta' Nimba hija katina muntanjuża dejqa estiża fuq madwar 40 kilometru, b'orjentazzjoni mill-Grigal għal-Lbiċ. Tifforma parti min-naħa tan-Nofsinhar tal-Artijiet Għoljin tal-Guinea. L-ogħla quċċata hija dik tal-Muntanja ta' Richard-Molard b'għoli ta' 1,752 metru (5,750 pied). Qċaċet oħra jinkludu dik ta' Grand Rochers b'għoli ta' 1694 metru (5558 pied), dik tal-Muntanja ta' Sempéré b'għoli ta' 1,682 metru (5518 pied), dik tal-Muntanja ta' Piérré Richaud b'għoli ta' 1,670 metru (5479 pied), dik tal-Muntanja ta' Tô b'għoli ta' 1,675 metru (5495 pied), u dik tal-Muntanja ta' LeClerc b'għoli ta' 1,577 metru (5174 pied). Il-qċaċet kollha jinsabu fil-parti tal-Guinea tar-riżerva naturali stretta. Hemm ukoll madwar ħamsin fawwara, inkluż l-oriġini tax-xmajjar Cavally, Cestos, u Sassandra. L-estrazzjoni ta' minerali tal-ħadid tal-ogħla kwalità hija theddida ewlenija għall-ġeomorfoloġija u għall-organiżmi selvaġġi uniċi tas-sit.
Klima
Il-Katina Muntanjuża ta' Nimba għandha klima muntanjuża subekwatorjali. It-temperatura tinbidel b'mod estrem skont l-altitudni, b'temperatura massima binhar li tvarja bejn 24 °C u 33 °C, u b'temperatura minima billejl li taf tinżel taħt l-10 °C. Xi partijiet mir-riżerva jesperjenzaw ferm inqas xita, minħabba l-effett ta' "dell" tax-xita tal-katina muntanjuża għolja. Inġenerali, ix-xaqlibiet tan-Nofsinhar ikollhom iktar indewwa minn dawk tat-Tramuntana u tal-Grigal, li huma affettwati mill-irjieħ nexfin ta' Harmattan mis-Saħara. Il-Katina Muntanjuża ta' Nimba, flimkien mar-riżerva naturali stretta, għandha diversità mikroklimatika eċċezzjonali.
Ekoloġija
Ir-Riżerva Naturali Stretta tal-Muntanja ta' Nimba tinsab fi ħdan il-Hotspot tal-Bijodiversità tal-Foresti tal-Guinea fil-Punent tal-Afrika. Fiha flora u fawna rikki, b'iktar minn 2,000 speċi ta' pjanti vaskulari, 680 speċi ta' vertebrati, 132 minnhom mammiferi, u b'iktar minn 2,500 speċi ta' invertebrati. Ir-riżerva hija fil-mira ta' għadd ta' stħarriġiet bijoloġiċi, minħabba li għad hemm għadd kbir ta' speċijiet mhux magħrufa. Fost l-ispeċijiet endemiċi tar-riżerva naturali stretta hemm ir-rospu viviparu ta' Nimba (Nimbaphrynoides occidentalis), il-farfett il-lejl ta' Lamotte (Hipposideros lamottei), u l-bugeddum lontra ta' Nimba (Micropotamogale lamottei). Annimali rari u mhedda oħra fi ħdan ir-riżerva jinkludu l-iljun tal-Punent tal-Afrika (Panthera leo senegalensis), l-ippopotamu nanu (Choeropsis liberiensis), id-duiker tal-istrixxi (Cephalophus zebra), u popolazzjoni ta' chimpanzees tal-Punent (Pan troglodytes verus) li jużaw il-ġebel bħala għodod.
L-ekoreġjuni terrestri fi ħdan ir-riżerva jinkludu l-foresti tal-artijiet baxxi tal-Punent tal-Guinea, il-foresti muntanjużi tal-Guinea, il-foresti u s-savanna tal-Guinea, u s-savanna tal-Punent tas-Sudan. Il-Katina Muntanjuża ta' Nimba hija parti minn ekoreġjun distint tal-ilma ħelu b'porzjon kbir ta' speċijiet akkwatiċi endemiċi.
Il-veġetazzjoni terrestri tvarja skont l-altitudni u l-orjentazzjoni kardinali.
- Il-muntanja hija iżolata minn irqajja' għoljin oħra ta' foresti tal-Guinea permezz tas-savanna tal-Punent tas-Sudan kif ukoll il-foresti u s-savanna tal-Guinea. Il-ħabitats tas-savanna huma interrotti minn għadd ta' foresti u rqajja' iżolati ta' foresti b'bosta siġar li jimblukkaw għalkollox id-dawl mis-sema.
- L-għoljiet tal-artijiet baxxi qabel il-muntanja huma miksija mill-foresti tal-artijiet baxxi tal-Punent tal-Guinea sa għoli ta' 600 metru. It-tip ta' foresta karatteristika hija l-foresta għolja semiħorfija b'kanopew prinċipali u saff emerġenti. Hemm 40-70 speċi ta' siġar f'ettaru wieħed, u sa 500 speċi ta' siġar tal-foresti li ġew irreġistrati f'din iż-żona.
- Il-foresti muntanjużi tal-Guinea jinsabu f'għoli ta' bejn 600 metru u 1,200–1,400 metru. F'livelli iktar baxxi, foresti semiħorfija għoljin jitilgħu sa 900 metru; ma tantx fihom daqshekk speċijiet meta mqabbla mal-artijiet baxxi. Foresti nexfin qosra jistgħu jinstabu fit-tarf tal-Lvant tal-katina muntanjuża. Minn altitudni ta' 900 metru, fejn il-muntanja hija miksija mis-sħab kważi l-biċċa l-kbira tas-sena, jikbru l-foresti bil-muski, li jistgħu jinqasmu fi tliet tipi: foresti tal-Parinari exclesa, foresti tal-quċċata, u foresti tal-felċi fil-widien fejn hemm abbundanza ta' ilma tal-pjan. 'Il fuq miż-żona tas-siġar, hemm tranżizzjoni ta' arbuxxelli Protea għal bwar tal-ħaxix.
- Il-bwar tal-ħaxix iżolati f'altitudni għolja huma estiżi minn 1,200 metru u 1,400 metru sal-ogħla qċaċet. Hemmhekk, l-iżjed vertebrati endemiċi famużi huma r-rospu viviparu ta' Nimba (Nimbaphrynoides occidentalis), u l-farfett il-lejl ta' Lamotte (Hipposideros lamottei). Dan tal-aħħar ġie rreġistrat biss f'sit wieħed tal-estrazzjoni. Fost id-diversi pjanti endemiċi hemm l-Asplenium schnellii, l-Osbeckia porteresii u l-Blaeria nimbana.
Turiżmu
Il-Muntanja ta' Nimba tinsab f'reġjun remot tul il-fruntiera ta' tliet pajjiżi: il-Guinea, il-Kosta tal-Avorju u l-Liberja, ferm 'il bogħod mill-bliet kapitali tagħhom. Fil-fatt, it-terz tar-riżerva li jinsab fil-Liberja ġarrab degradazzjoni kbira, minħabba l-estrazzjoni intensiva li kienet issir fl-imgħoddi, filwaqt li l-parti tal-Guinea baqgħet intatta ekoloġikament.
Kurżità
Waħda mill-erba' kuċċardi ta' Kempen-Broek li huma mgħammra bi traċċaturi bil-GPS għaddiet minn fuq din ir-riżerva naturali fit-13 ta' Novembru 2013.
Gallerija
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Riżerva Naturali Stretta tal Muntanja ta' Nimba, X'inhi Riżerva Naturali Stretta tal Muntanja ta' Nimba? Xi tfisser Riżerva Naturali Stretta tal Muntanja ta' Nimba?
Ir Rizerva Naturali Stretta tal Muntanja ta Nimba bil Franċiz Reserve naturelle integrale du Mont Nimba hija zona protetta u Sit ta Wirt Dinji transnazzjonali tal UNESCO fil Guinea u fil Kosta tal Avorju estiza fuq erja totali ta 175 4 km2 43 300 akru b 125 4 km2 31 000 akru fil Guinea u 50 km2 12 000 akru fil Kosta tal Avorju Ir rizerva tkopri partijiet sinifikanti mill Katina Muntanjuza ta Nimba zona ġeografika unika b rikkezza mhux tas soltu ta flora u ta fawna inkluz għadd eċċezzjonali ta speċijiet endemiċi f sit wieħed bħan Nimbafrinojdi ġeneru ta rospi vivipari il bugeddum lontra ta Nimba u diversi speċijiet ta friefet il lejl L ogħla quċċata tar rizerva hi l Muntanja ta Richard Molard b għoli ta 1 752 metru 5 750 pied li hija l ogħla quċċata taz zewġ pajjizi Ir Rizerva Naturali Stretta tal Muntanja ta Nimba StorjaIr rizerva naturali stretta ġiet stabbilita fl 1943 bl Ordni Nru 4190 SE F fil Kosta tal Avorju u fl 1944 b digriet fil Guinea Il parti fil Guinea ġiet aċċettata bħala rizerva ta bijosfera fl 1980 Iz zewġ partijiet tar rizerva fiz zewġ pajjizi ġew stabbiliti bħala Sit ta Wirt Dinji transnazzjonali tal UNESCO fl 1981 il parti tal Guinea u fl 1982 il parti tal Kosta tal Avorju bis saħħa tal bijodiversita straordinarja u l muzajk uniku ta ħabitats tropikali tas sit Minħabba l esplorazzjoni tal minerali tal ħadid fl izjed zona muntanjuza vulnerabbli li bdiet fl 1992 ir rizerva naturali stretta tnizzlet bħala sit fil periklu Sabiex is sit jingħata protezzjoni aħjar qed jinbena ċentru ta ġestjoni tal konservazzjoni mill Fondazzjoni tal Parks tal Guinea Il proġett ġie approvat mill gvern tal Guinea u miċ CEGENS fl 2016 Sit ta Wirt DinjiIt tabella tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fil parti tal Guinea Ir Rizerva Naturali Stretta tal Muntanja ta Nimba ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1981 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ix Ezempju straordinarju li jirrapprezenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl evoluzzjoni u fl izvilupp ta ekosistemi u ta komunitajiet ta pjanti u ta annimali terrestri tal ilma ħelu kostali u tal baħar u l kriterju x Post fejn hemm l iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall konservazzjoni fil post tad diversita bijoloġika inkluz fejn hemm speċijiet mhedda ta valur universali straordinarju mill perspettiva tax xjenza jew tal konservazzjoni ĠeografijaIl Katina Muntanjuza ta Nimba hija katina muntanjuza dejqa estiza fuq madwar 40 kilometru b orjentazzjoni mill Grigal għal Lbiċ Tifforma parti min naħa tan Nofsinhar tal Artijiet Għoljin tal Guinea L ogħla quċċata hija dik tal Muntanja ta Richard Molard b għoli ta 1 752 metru 5 750 pied Qċaċet oħra jinkludu dik ta Grand Rochers b għoli ta 1694 metru 5558 pied dik tal Muntanja ta Sempere b għoli ta 1 682 metru 5518 pied dik tal Muntanja ta Pierre Richaud b għoli ta 1 670 metru 5479 pied dik tal Muntanja ta To b għoli ta 1 675 metru 5495 pied u dik tal Muntanja ta LeClerc b għoli ta 1 577 metru 5174 pied Il qċaċet kollha jinsabu fil parti tal Guinea tar rizerva naturali stretta Hemm ukoll madwar ħamsin fawwara inkluz l oriġini tax xmajjar Cavally Cestos u Sassandra L estrazzjoni ta minerali tal ħadid tal ogħla kwalita hija theddida ewlenija għall ġeomorfoloġija u għall organizmi selvaġġi uniċi tas sit KlimaIl Katina Muntanjuza ta Nimba għandha klima muntanjuza subekwatorjali It temperatura tinbidel b mod estrem skont l altitudni b temperatura massima binhar li tvarja bejn 24 C u 33 C u b temperatura minima billejl li taf tinzel taħt l 10 C Xi partijiet mir rizerva jesperjenzaw ferm inqas xita minħabba l effett ta dell tax xita tal katina muntanjuza għolja Inġenerali ix xaqlibiet tan Nofsinhar ikollhom iktar indewwa minn dawk tat Tramuntana u tal Grigal li huma affettwati mill irjieħ nexfin ta Harmattan mis Saħara Il Katina Muntanjuza ta Nimba flimkien mar rizerva naturali stretta għandha diversita mikroklimatika eċċezzjonali EkoloġijaIr Rizerva Naturali Stretta tal Muntanja ta Nimba tinsab fi ħdan il Hotspot tal Bijodiversita tal Foresti tal Guinea fil Punent tal Afrika Fiha flora u fawna rikki b iktar minn 2 000 speċi ta pjanti vaskulari 680 speċi ta vertebrati 132 minnhom mammiferi u b iktar minn 2 500 speċi ta invertebrati Ir rizerva hija fil mira ta għadd ta stħarriġiet bijoloġiċi minħabba li għad hemm għadd kbir ta speċijiet mhux magħrufa Fost l ispeċijiet endemiċi tar rizerva naturali stretta hemm ir rospu viviparu ta Nimba Nimbaphrynoides occidentalis il farfett il lejl ta Lamotte Hipposideros lamottei u l bugeddum lontra ta Nimba Micropotamogale lamottei Annimali rari u mhedda oħra fi ħdan ir rizerva jinkludu l iljun tal Punent tal Afrika Panthera leo senegalensis l ippopotamu nanu Choeropsis liberiensis id duiker tal istrixxi Cephalophus zebra u popolazzjoni ta chimpanzees tal Punent Pan troglodytes verus li juzaw il ġebel bħala għodod L ekoreġjuni terrestri fi ħdan ir rizerva jinkludu l foresti tal artijiet baxxi tal Punent tal Guinea il foresti muntanjuzi tal Guinea il foresti u s savanna tal Guinea u s savanna tal Punent tas Sudan Il Katina Muntanjuza ta Nimba hija parti minn ekoreġjun distint tal ilma ħelu b porzjon kbir ta speċijiet akkwatiċi endemiċi Il veġetazzjoni terrestri tvarja skont l altitudni u l orjentazzjoni kardinali Il muntanja hija izolata minn irqajja għoljin oħra ta foresti tal Guinea permezz tas savanna tal Punent tas Sudan kif ukoll il foresti u s savanna tal Guinea Il ħabitats tas savanna huma interrotti minn għadd ta foresti u rqajja izolati ta foresti b bosta siġar li jimblukkaw għalkollox id dawl mis sema L għoljiet tal artijiet baxxi qabel il muntanja huma miksija mill foresti tal artijiet baxxi tal Punent tal Guinea sa għoli ta 600 metru It tip ta foresta karatteristika hija l foresta għolja semiħorfija b kanopew prinċipali u saff emerġenti Hemm 40 70 speċi ta siġar f ettaru wieħed u sa 500 speċi ta siġar tal foresti li ġew irreġistrati f din iz zona Il foresti muntanjuzi tal Guinea jinsabu f għoli ta bejn 600 metru u 1 200 1 400 metru F livelli iktar baxxi foresti semiħorfija għoljin jitilgħu sa 900 metru ma tantx fihom daqshekk speċijiet meta mqabbla mal artijiet baxxi Foresti nexfin qosra jistgħu jinstabu fit tarf tal Lvant tal katina muntanjuza Minn altitudni ta 900 metru fejn il muntanja hija miksija mis sħab kwazi l biċċa l kbira tas sena jikbru l foresti bil muski li jistgħu jinqasmu fi tliet tipi foresti tal Parinari exclesa foresti tal quċċata u foresti tal felċi fil widien fejn hemm abbundanza ta ilma tal pjan Il fuq miz zona tas siġar hemm tranzizzjoni ta arbuxxelli Protea għal bwar tal ħaxix Il bwar tal ħaxix izolati f altitudni għolja huma estizi minn 1 200 metru u 1 400 metru sal ogħla qċaċet Hemmhekk l izjed vertebrati endemiċi famuzi huma r rospu viviparu ta Nimba Nimbaphrynoides occidentalis u l farfett il lejl ta Lamotte Hipposideros lamottei Dan tal aħħar ġie rreġistrat biss f sit wieħed tal estrazzjoni Fost id diversi pjanti endemiċi hemm l Asplenium schnellii l Osbeckia porteresii u l Blaeria nimbana TurizmuIl Muntanja ta Nimba tinsab f reġjun remot tul il fruntiera ta tliet pajjizi il Guinea il Kosta tal Avorju u l Liberja ferm il bogħod mill bliet kapitali tagħhom Fil fatt it terz tar rizerva li jinsab fil Liberja ġarrab degradazzjoni kbira minħabba l estrazzjoni intensiva li kienet issir fl imgħoddi filwaqt li l parti tal Guinea baqgħet intatta ekoloġikament KurzitaWaħda mill erba kuċċardi ta Kempen Broek li huma mgħammra bi traċċaturi bil GPS għaddiet minn fuq din ir rizerva naturali fit 13 ta Novembru 2013 GallerijaReferenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Mount Nimba Strict Nature Reserve UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 02 11 Ekoreġjuni dinjin www feow org Miġbur 2024 02 11