Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Samarra bl Għarbi س ام ر اء Sāmarrāʾ hija belt fl Iraq Tinsab fix xatt tal Lvant tax xmara fil Governorat ta Saladin 125

Samarra

  • Paġna Ewlenija
  • Samarra
Samarra
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Samarra (bl-Għarbi: سَامَرَّاء, Sāmarrāʾ) hija belt fl-Iraq. Tinsab fix-xatt tal-Lvant tax-xmara fil-Governorat ta' Saladin, 125 kilometru (78 mil) fit-Tramuntana ta' . Il-belt ta' Samarra ġiet stabbilita fit-836 mill-kaliff Abbasid bħala belt kapitali amministrattiva ġdida u bażi militari. Fl-2003 il-belt kellha popolazzjoni ta' madwar 348,700 ruħ. Matul il-Gwerra Ċivili Iraqqina, Samarra kienet tinsab fit-"Triangolu Sunnit" tar-reżistenza.

Samarra
 Iraq
Amministrazzjoni
Stat sovranIraq
Governorate of IraqGovernorat ta' Saladin
Ismijiet oriġinali سامراء
Kodiċi postali 34010
Ġeografija
Koordinati 34°11′45″N 43°53′08″E / 34.1959°N 43.88568°E / 34.1959; 43.88568Koordinati: 34°11′45″N 43°53′08″E / 34.1959°N 43.88568°E / 34.1959; 43.88568
Samarra
Samarra (Iraq)
Superfiċjenti 150.58 kilometru kwadru, 15,058 hectare, 31,414 hectare
Għoli 80 m
Demografija
Popolazzjoni 140,400 abitanti (2015)

Is-sit arkeoloġiku ta' Samarra għadu jippreserva l-biċċa l-kbira tal-pjanta oriġinali, tal-arkitettura u tal-artefatti artistiċi tal-belt storika. Fl-2007 is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Storja

Samarra preistorika

Il-fdalijiet ta' Samarra preistorika ġew skavati għall-ewwel darba bejn l-1911 u l-1914 mill-arkeologu Ġermaniż . Samarra saret is-sit ewlieni tal-kultura ta' Samarra. Mill-1946, il-kotba bin-noti, l-ittri, ir-rapporti u r-ritratti mhux ippubblikati tal-iskavi jinsabu għall-wiri fil-Gallerija tal-Arti ta' Freer f', l-Istati Uniti.

The civilization flourished alongside the Ubaid period, as one of the first town states in the Near East. It lasted from 5,500 BCE and eventually collapsed in 3,900 BCE.

Perjodu Neo-Assirjan

A city of Sur-marrati (refounded by Sennacherib in 690 BC according to a stele in the Walters Art Museum) is insecurely identified with a fortified Assyrian site at al-Huwaysh on the Tigris opposite modern Samarra. The State Archives of Assyria Online identifies Surimarrat as the modern site of Samarra.

Ancient place names for Samarra noted by the Samarra Archaeological Survey are Greek Souma (Ptolemy V.19, Zosimus III, 30), Latin Sumere, a fort mentioned during the retreat of the army of Julian in 363 AD (Ammianus Marcellinus XXV, 6, 4), and Syriac Sumra (Hoffmann, Auszüge, 188; Michael the Syrian, III, 88), described as a village.

The possibility of a larger population was offered by the opening of the Qatul al-Kisrawi, the northern extension of the Nahrawan Canal which drew water from the Tigris in the region of Samarra, attributed by Yaqut al-Hamawi (Muʿjam, see under "Qatul") to Khosrau I (531–578). To celebrate the completion of this project, a commemorative tower (modern Burj al-Qa'im) was built at the southern inlet south of Samarra, and a palace with a "paradise" or walled hunting park was constructed at the northern inlet (modern Nahr ar-Rasasi) near ad-Dawr. A supplementary canal, the Qatul Abi al-Jund, excavated by the Abbasid Caliph Harun al-Rashid, was commemorated by a planned city laid out in the form of a regular octagon (modern Husn al-Qadisiyya), called al-Mubarak and abandoned unfinished in 796.

  • Statwetta femminili, 6000 Q.K.
  • L-iskutella ta' Samarra fil-Vorderasiatisches Museum, Berlin. L-isvastika fiċ-ċentru tad-disinn hija rikostruzzjoni.
  • Biċċa tal-fuħħar sancai magħmul fiċ-Ċina, is-sekli 9-10, li nstabet f'Samarra; eżempju tal-influwenzi Ċiniżi fuq il-fuħħar Iżlamiku. Tinsab fil-Mużew Brittaniku.

Belt kapitali Abbasida

Fit-836 W.K., il-kaliff Abbasid Al-Mu'tasim stabbilixxa belt kapitali ġdida max-xtut tax-xmara Tigris. Hemmhekk bena kumplessi ta' palazzi estensivi mdawra b'insedjamenti ta' gwarniġjon għall-gwardjani tiegħu, l-iktar mill-Asja Ċentrali u mill-Iran (l-iktar famużi kienu t-Torok, kif ukoll ir-riġmenti Khurasani Ishtakhaniyya, Faraghina u Ushrusaniyya) jew mit-Tramuntana tal-Afrika (bħall-Maghariba). Għalkemm spiss kienu msejħa suldati skjavi Mamluk, l-istatus tagħhom kien pjuttost elevat; uħud mill-kmandanti tagħhom kellhom anke titli Sogdjani ta' nobbiltà.

Il-belt ġiet żviluppata iktar taħt il-Kaliff , li sponsorja l-kostruzzjoni ta' kumplessi ta' palazzi lussużi, bħal ta' al-Mutawakkiliyya, u l- bil-minaret spirali famuż tagħha jew Malwiya, li nbniet fit-847. Għal ibnu al-Mu'tazz huwa bena l-palazz il-kbir ta' Bulkuwara.

Il-patrijarka Nestorjan (860-872) ittrasferixxa s-sede patrijarkali tal-Knisja tal-Lvant minn Bagdad għal Samarra, u wieħed jew tnejn mis-suċċessuri immedjati tiegħu jaf anke qagħad f'Samarra sabiex ikun qrib is-sede tal-poter.

Samarra baqgħet ir-residenza tal-kaliff sat-892, meta al-Mu'tadid irritorna l-belt kapitali lejn Bagdad. Sorsi storiċi jirrapportaw li r-rikkezzi tal-belt insterqu lejn dan iż-żmien. Il-popolazzjoni tal-belt x'aktarx naqset u l-belt qabdet it-triq tan-niżla, iżda baqgħet ċentru kummerċjali u suq importanti.

Mis-seklu 12 'il quddiem saret sit importanti għall-pellegrinaġġi. Matul is-sekli 12 u 13, il-fluss tax-xmara lejn in-Nofsinhar tal-belt iddevja iktar lejn il-Lvant. B'riżultat ta' dan, it-triq prinċipali bejn Bagdad u ġiet ittrasferita lejn ix-xatt tal-Punent u Samarra tilfet l-importanza tagħha bħala belt kummerċjali.

Era moderna

Fis-seklu 18, fil-belt seħħet waħda mill-iżjed battalji vjolenti tal-Gwerra bejn l-Ottomani u l-Perjsani tal-1730-1735, il-Battalja ta' Samarra, fejn mietu iktar minn 50,000 Tork u Persjan. Din il-battalja ddeċidiet id-destin tal-Iraq Ottoman u wasslet biex il-pajjiż jibqa' taħt is-sovranità ta' Istanbul sal-Ewwel Gwerra Dinjija.

Matul is-snin 50 tas-seklu 20, Samarra kisbet importanza ġdida meta nħoloq lag permanenti, il-Lag ta' Tharthar, permezz tal-kostruzzjoni tad-Diga ta' Samarra, li nbena sabiex jiġi pprevjenut l-għargħar frekwenti ta' Bagdad. Bosta nies lokali ġew spostati minħabba d-diga, u b'hekk il-popolazzjoni ta' Samarra kibret.

Samarra hija belt ewlenija fil-Governorat ta' Saladin, parti importanti mill-hekk imsejjaħ Triangolu Sunnit fejn l-insorġenti kienu attivi matul il-Gwerra tal-Iraq.

Għalkemm Samarra hija famuża għas-siti mqaddsa tax-Xiiti, inkluż l-oqbra ta' diversi imam Xiiti, tradizzjonalment u sa reċentement ħafna, il-belt kienet dominata mill-Għarab Sunniti. It-tensjonijiet bejn is-Sunniti u x-Xiiti żdiedu matul il-Gwerra tal-Iraq. Fit-22 ta' Frar 2006, il-koppla tad-deheb tal-Moskea ta' al-Askari ġiet ibbumbardjata, u dan ta bidu għal perjodu ta' rewwixti u attakki ta' tpattija fil-pajjiż kollu fejn mietu mijiet ta' nies. L-ebda organizzazzjoni ma ddikjarat ir-responsabbiltà għall-bumbardament. Fit-13 ta' Ġunju 2007, l-insorġenti reġgħu attakkaw il-moskea u qerdu ż-żewġ minaret maġenb il-fdalijiet tal-koppla. Fit-12 ta' Lulju 2007, it-torri tal-arloġġ ġie splodut iżda ma ġewx irrapportati mwiet. L-iskrivan Xiita Muqtada al-Sadr appella għal dimostrazzjonijiet paċifiċi u għal tlett ijiem ta' luttu. Huwa stqarr li kien tal-fehma li l-ebda Għarbi Sunnit ma kien il-moħħ wara l-attakk, għalkemm skont in-New York Times it-terroristi x'aktarx li kienu Sunniti marbuta ma' . Il-kumpless tal-moskea ngħalaq wara l-bumbardament tal-2006 u dak iż-żmien kien ġie stabbilit curfew fil-belt mill-pulizija Iraqqina. Fl-2009, il-moskea reġgħet infetħet għalkemm ir-restawr baqa' għaddej.

Mit-tmiem tal-gwerra ċivili Iraqqina fl-2007, il-popolazzjoni Xiita tal-belt imqaddsa żdiedet esponenzjalment. Madankollu, il-vjolenza kompliet, u seħħew attakki bil-bombi fl-2011 u fl-2013. F'Ġunju 2014, il-belt ġiet attakkata mill-Istat Iżlamiku tal-Iraq u tal-Levant (ISIL) bħala parti minn offensiva tat-Tramuntana tal-Iraq. Il-forzi tal-ISIL ħatfu l-binja tal-muniċipalità u l-università, iżda iktar 'il quddiem sfaw megħluba mill-armata Iraqqina u mill-forzi speċjali Iraqqin. Il-Mawżolew tal-Imam Dur fil-qrib, mawżolew storiku ddedikat lill-mexxej Xiita Musulman ibn Quraysh, inqered mill-ISIL fl-2014.

Sit ta' Wirt Dinji

Is-Sit Arkeoloġiku ta' Samarra ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Ġeografija

Klima

Samarra għandha klima sħuna tad-deżert (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: BWh). Il-biċċa l-kbira tax-xita tinżel fix-xitwa. It-temperatura annwali medja f'Samarra tkun 22.7 °C (72.9 °F). Kull sena tinżel preċipitazzjoni ta' 171 mm (6.73 pulzieri).

Data klimatika għal Samarra
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja f'°C (°F) 15.3

(59.5)

18.0

(64.4)

22.1

(71.8)

28.3

(82.9)

35.7

(96.3)

41.1

(106.0)

43.9

(111.0)

43.6

(110.5)

39.7

(103.5)

33.2

(91.8)

24.4

(75.9)

17.4

(63.3)

30.2

(86.4)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 4.4

(39.9)

5.9

(42.6)

9.3

(48.7)

14.2

(57.6)

19.6

(67.3)

23.5

(74.3)

25.9

(78.6)

25.4

(77.7)

21.4

(70.5)

16.4

(61.5)

10.6

(51.1)

5.8

(42.4)

15.2

(59.4)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 25

(1.0)

30

(1.2)

29

(1.1)

21

(0.8)

8

(0.3)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

4

(0.2)

20

(0.8)

34

(1.3)

127

(5.0)

Sors: climate-data.org

Importanza reliġjuża

Fil-belt hemm ukoll is-Santwarju ta' al-Askari, li fih il-mawżolej tal-Imam u tal-Imam , l-għaxar u l-ħdax-il imam Xiiti, rispettivament, kif ukoll il-post minn fejn , magħruf bħala l-"Imam Moħbi", jingħad li mar għall-Okkultazzjoni skont it-twemmin tax-Xiiti. B'hekk hija ċentru tal-pellegrinaġġi importanti għall-imam Xiiti. Barra minn hekk, Hakimah u Narjis, qrabat femminili tal-Profeta Muħammed u l-imam, meqjusa importanti ferm mill-Musulmani, huma midfuna hemmhekk; b'hekk din il-moskea hija waħda mill-iżjed siti importanti ta' qima.

Fil-kultura popolari

Il-metafora bl-Ingliż ta' "Having an appointment in Samarra" (litteralment "ikollok appuntament f'Samarra"), li tfisser mewt, hija referenza letterarja għal mit tal-Babilonja antika rreġistrat fit-Talmud Babilonjan u traskritt minn W. Somerset Maugham, fejn il-Mewt tirrakkonta t-tentattiv futili ta' raġel li jaħrabha billi jaħrab minn Bagdad għal Samarra. Il-ġrajja "L-Appuntament f'Samarra" sussegwentement nibtet f'rumanz tal-istess isem ta' . Il-ġrajja tissemma f'"The Six Thatchers", episodju tal-2017 ta' Sherlock.

Biblijografija

  • De la Vaissière, Étienne (2007): Samarcande et Samarra. Élites d’Asie central dans l’empire abbaside (Studia Iranica, Cahier 35), Pariġi.
  • Gordon, Matthew S. (2001). The Breaking of a Thousand Swords: A History of the Turkish Military of Samarra (A.H. 200–275/815–889 C.E.). Albany, New York: State University of New York Press. ISBN 0-7914-4795-2.
  • Northedge, Alastair (2005): The historical topography of Samarra, Londra.
  • Robinson, Chase (ed.) (2001): A Medieval Islamic City Reconsidered: An Interdisciplinary Approach to Samarra (Oxford Studies in Islamic Art 14). Oxford.

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Samarra Archaeological City". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-28.
  2. ^ Stanley A. Freed, "Research Pitfalls as a Result of the Restoration of Museum Specimens", Annals of the New York Academy of Sciences, Volume 376, The Research Potential of Anthropological Museum Collections, pages 229–245, December 1981.
  3. ^ "Climate data for cities worldwide". en.climate-data.org. Miġbur 2023-10-28.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 21:41

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Samarra, X'inhi Samarra? Xi tfisser Samarra?

Samarra bl Għarbi س ام ر اء Samarraʾ hija belt fl Iraq Tinsab fix xatt tal Lvant tax xmara fil Governorat ta Saladin 125 kilometru 78 mil fit Tramuntana ta Il belt ta Samarra ġiet stabbilita fit 836 mill kaliff Abbasid bħala belt kapitali amministrattiva ġdida u bazi militari Fl 2003 il belt kellha popolazzjoni ta madwar 348 700 ruħ Matul il Gwerra Ċivili Iraqqina Samarra kienet tinsab fit Triangolu Sunnit tar rezistenza Samarra IraqAmministrazzjoniStat sovranIraqGovernorate of IraqGovernorat ta SaladinIsmijiet oriġinali سامراءKodiċi postali 34010ĠeografijaKoordinati 34 11 45 N 43 53 08 E 34 1959 N 43 88568 E 34 1959 43 88568 Koordinati 34 11 45 N 43 53 08 E 34 1959 N 43 88568 E 34 1959 43 88568SamarraSamarra Iraq Superfiċjenti 150 58 kilometru kwadru 15 058 hectare 31 414 hectareGħoli 80 mDemografijaPopolazzjoni 140 400 abitanti 2015 Is sit arkeoloġiku ta Samarra għadu jippreserva l biċċa l kbira tal pjanta oriġinali tal arkitettura u tal artefatti artistiċi tal belt storika Fl 2007 is sit tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO StorjaSamarra preistorika Il fdalijiet ta Samarra preistorika ġew skavati għall ewwel darba bejn l 1911 u l 1914 mill arkeologu Ġermaniz Samarra saret is sit ewlieni tal kultura ta Samarra Mill 1946 il kotba bin noti l ittri ir rapporti u r ritratti mhux ippubblikati tal iskavi jinsabu għall wiri fil Gallerija tal Arti ta Freer f l Istati Uniti The civilization flourished alongside the Ubaid period as one of the first town states in the Near East It lasted from 5 500 BCE and eventually collapsed in 3 900 BCE Perjodu Neo Assirjan A city of Sur marrati refounded by Sennacherib in 690 BC according to a stele in the Walters Art Museum is insecurely identified with a fortified Assyrian site at al Huwaysh on the Tigris opposite modern Samarra The State Archives of Assyria Online identifies Surimarrat as the modern site of Samarra Ancient place names for Samarra noted by the Samarra Archaeological Survey are Greek Souma Ptolemy V 19 Zosimus III 30 Latin Sumere a fort mentioned during the retreat of the army of Julian in 363 AD Ammianus Marcellinus XXV 6 4 and Syriac Sumra Hoffmann Auszuge 188 Michael the Syrian III 88 described as a village The possibility of a larger population was offered by the opening of the Qatul al Kisrawi the northern extension of the Nahrawan Canal which drew water from the Tigris in the region of Samarra attributed by Yaqut al Hamawi Muʿjam see under Qatul to Khosrau I 531 578 To celebrate the completion of this project a commemorative tower modern Burj al Qa im was built at the southern inlet south of Samarra and a palace with a paradise or walled hunting park was constructed at the northern inlet modern Nahr ar Rasasi near ad Dawr A supplementary canal the Qatul Abi al Jund excavated by the Abbasid Caliph Harun al Rashid was commemorated by a planned city laid out in the form of a regular octagon modern Husn al Qadisiyya called al Mubarak and abandoned unfinished in 796 Statwetta femminili 6000 Q K L iskutella ta Samarra fil Vorderasiatisches Museum Berlin L isvastika fiċ ċentru tad disinn hija rikostruzzjoni Biċċa tal fuħħar sancai magħmul fiċ Ċina is sekli 9 10 li nstabet f Samarra ezempju tal influwenzi Ċinizi fuq il fuħħar Izlamiku Tinsab fil Muzew Brittaniku Belt kapitali Abbasida Dirham ta Al Muntasir zekkata f Samarra 861 862 W K Fit 836 W K il kaliff Abbasid Al Mu tasim stabbilixxa belt kapitali ġdida max xtut tax xmara Tigris Hemmhekk bena kumplessi ta palazzi estensivi mdawra b insedjamenti ta gwarniġjon għall gwardjani tiegħu l iktar mill Asja Ċentrali u mill Iran l iktar famuzi kienu t Torok kif ukoll ir riġmenti Khurasani Ishtakhaniyya Faraghina u Ushrusaniyya jew mit Tramuntana tal Afrika bħall Maghariba Għalkemm spiss kienu msejħa suldati skjavi Mamluk l istatus tagħhom kien pjuttost elevat uħud mill kmandanti tagħhom kellhom anke titli Sogdjani ta nobbilta Il belt ġiet zviluppata iktar taħt il Kaliff li sponsorja l kostruzzjoni ta kumplessi ta palazzi lussuzi bħal ta al Mutawakkiliyya u l bil minaret spirali famuz tagħha jew Malwiya li nbniet fit 847 Għal ibnu al Mu tazz huwa bena l palazz il kbir ta Bulkuwara Il fdalijiet ta vaska ċirkolari mdawra bi swali ta riċeviment fil palazz ta Dar al Khilafa mibni minn Al Mu tasim li rrenja fit 833 842 Il patrijarka Nestorjan 860 872 ittrasferixxa s sede patrijarkali tal Knisja tal Lvant minn Bagdad għal Samarra u wieħed jew tnejn mis suċċessuri immedjati tiegħu jaf anke qagħad f Samarra sabiex ikun qrib is sede tal poter Samarra baqgħet ir residenza tal kaliff sat 892 meta al Mu tadid irritorna l belt kapitali lejn Bagdad Sorsi storiċi jirrapportaw li r rikkezzi tal belt insterqu lejn dan iz zmien Il popolazzjoni tal belt x aktarx naqset u l belt qabdet it triq tan nizla izda baqgħet ċentru kummerċjali u suq importanti Mis seklu 12 il quddiem saret sit importanti għall pellegrinaġġi Matul is sekli 12 u 13 il fluss tax xmara lejn in Nofsinhar tal belt iddevja iktar lejn il Lvant B rizultat ta dan it triq prinċipali bejn Bagdad u ġiet ittrasferita lejn ix xatt tal Punent u Samarra tilfet l importanza tagħha bħala belt kummerċjali Era moderna Qasr al Ashiq palazz tal era Abbasida qrib Samarra Fis seklu 18 fil belt seħħet waħda mill izjed battalji vjolenti tal Gwerra bejn l Ottomani u l Perjsani tal 1730 1735 il Battalja ta Samarra fejn mietu iktar minn 50 000 Tork u Persjan Din il battalja ddeċidiet id destin tal Iraq Ottoman u wasslet biex il pajjiz jibqa taħt is sovranita ta Istanbul sal Ewwel Gwerra Dinjija Matul is snin 50 tas seklu 20 Samarra kisbet importanza ġdida meta nħoloq lag permanenti il Lag ta Tharthar permezz tal kostruzzjoni tad Diga ta Samarra li nbena sabiex jiġi pprevjenut l għargħar frekwenti ta Bagdad Bosta nies lokali ġew spostati minħabba d diga u b hekk il popolazzjoni ta Samarra kibret Samarra hija belt ewlenija fil Governorat ta Saladin parti importanti mill hekk imsejjaħ Triangolu Sunnit fejn l insorġenti kienu attivi matul il Gwerra tal Iraq Is Santwarju ta Al Askari Għalkemm Samarra hija famuza għas siti mqaddsa tax Xiiti inkluz l oqbra ta diversi imam Xiiti tradizzjonalment u sa reċentement ħafna il belt kienet dominata mill Għarab Sunniti It tensjonijiet bejn is Sunniti u x Xiiti zdiedu matul il Gwerra tal Iraq Fit 22 ta Frar 2006 il koppla tad deheb tal Moskea ta al Askari ġiet ibbumbardjata u dan ta bidu għal perjodu ta rewwixti u attakki ta tpattija fil pajjiz kollu fejn mietu mijiet ta nies L ebda organizzazzjoni ma ddikjarat ir responsabbilta għall bumbardament Fit 13 ta Ġunju 2007 l insorġenti reġgħu attakkaw il moskea u qerdu z zewġ minaret maġenb il fdalijiet tal koppla Fit 12 ta Lulju 2007 it torri tal arloġġ ġie splodut izda ma ġewx irrapportati mwiet L iskrivan Xiita Muqtada al Sadr appella għal dimostrazzjonijiet paċifiċi u għal tlett ijiem ta luttu Huwa stqarr li kien tal fehma li l ebda Għarbi Sunnit ma kien il moħħ wara l attakk għalkemm skont in New York Times it terroristi x aktarx li kienu Sunniti marbuta ma Il kumpless tal moskea ngħalaq wara l bumbardament tal 2006 u dak iz zmien kien ġie stabbilit curfew fil belt mill pulizija Iraqqina Fl 2009 il moskea reġgħet infetħet għalkemm ir restawr baqa għaddej Mit tmiem tal gwerra ċivili Iraqqina fl 2007 il popolazzjoni Xiita tal belt imqaddsa zdiedet esponenzjalment Madankollu il vjolenza kompliet u seħħew attakki bil bombi fl 2011 u fl 2013 F Ġunju 2014 il belt ġiet attakkata mill Istat Izlamiku tal Iraq u tal Levant ISIL bħala parti minn offensiva tat Tramuntana tal Iraq Il forzi tal ISIL ħatfu l binja tal muniċipalita u l universita izda iktar il quddiem sfaw megħluba mill armata Iraqqina u mill forzi speċjali Iraqqin Il Mawzolew tal Imam Dur fil qrib mawzolew storiku ddedikat lill mexxej Xiita Musulman ibn Quraysh inqered mill ISIL fl 2014 Sit ta Wirt DinjiIl minaret spirali tal Moskea l Kbira ta Samarra Is Sit Arkeoloġiku ta Samarra ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2007 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju ĠeografijaKlima Samarra għandha klima sħuna tad dezert klassifikazzjoni klimatika ta Koppen BWh Il biċċa l kbira tax xita tinzel fix xitwa It temperatura annwali medja f Samarra tkun 22 7 C 72 9 F Kull sena tinzel preċipitazzjoni ta 171 mm 6 73 pulzieri Data klimatika għal Samarra Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja medja f C F 15 3 59 5 18 0 64 4 22 1 71 8 28 3 82 9 35 7 96 3 41 1 106 0 43 9 111 0 43 6 110 5 39 7 103 5 33 2 91 8 24 4 75 9 17 4 63 3 30 2 86 4 Temp baxxa medja f C F 4 4 39 9 5 9 42 6 9 3 48 7 14 2 57 6 19 6 67 3 23 5 74 3 25 9 78 6 25 4 77 7 21 4 70 5 16 4 61 5 10 6 51 1 5 8 42 4 15 2 59 4 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 25 1 0 30 1 2 29 1 1 21 0 8 8 0 3 0 0 0 0 0 0 0 0 4 0 2 20 0 8 34 1 3 127 5 0 Sors climate data orgImportanza reliġjuzaFil belt hemm ukoll is Santwarju ta al Askari li fih il mawzolej tal Imam u tal Imam l għaxar u l ħdax il imam Xiiti rispettivament kif ukoll il post minn fejn magħruf bħala l Imam Moħbi jingħad li mar għall Okkultazzjoni skont it twemmin tax Xiiti B hekk hija ċentru tal pellegrinaġġi importanti għall imam Xiiti Barra minn hekk Hakimah u Narjis qrabat femminili tal Profeta Muħammed u l imam meqjusa importanti ferm mill Musulmani huma midfuna hemmhekk b hekk din il moskea hija waħda mill izjed siti importanti ta qima Fil kultura popolariIl metafora bl Ingliz ta Having an appointment in Samarra litteralment ikollok appuntament f Samarra li tfisser mewt hija referenza letterarja għal mit tal Babilonja antika rreġistrat fit Talmud Babilonjan u traskritt minn W Somerset Maugham fejn il Mewt tirrakkonta t tentattiv futili ta raġel li jaħrabha billi jaħrab minn Bagdad għal Samarra Il ġrajja L Appuntament f Samarra sussegwentement nibtet f rumanz tal istess isem ta Il ġrajja tissemma f The Six Thatchers episodju tal 2017 ta Sherlock BiblijografijaDe la Vaissiere Etienne 2007 Samarcande et Samarra Elites d Asie central dans l empire abbaside Studia Iranica Cahier 35 Pariġi Gordon Matthew S 2001 The Breaking of a Thousand Swords A History of the Turkish Military of Samarra A H 200 275 815 889 C E Albany New York State University of New York Press ISBN 0 7914 4795 2 Northedge Alastair 2005 The historical topography of Samarra Londra Robinson Chase ed 2001 A Medieval Islamic City Reconsidered An Interdisciplinary Approach to Samarra Oxford Studies in Islamic Art 14 Oxford Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Samarra Archaeological City UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 28 Stanley A Freed Research Pitfalls as a Result of the Restoration of Museum Specimens Annals of the New York Academy of Sciences Volume 376 The Research Potential of Anthropological Museum Collections pages 229 245 December 1981 Climate data for cities worldwide en climate data org Miġbur 2023 10 28

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Abu Bakr al-Baghdadi

  • Ġunju 09, 2025

    Anġlu Farrugia

  • Ġunju 13, 2025

    Annimal

  • Ġunju 09, 2025

    Annet de Clermont-Gessant

  • Ġunju 07, 2025

    Anna Frank

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq