Is Siti Metallurġiċi Antiki tal Burkina Faso bil Franċiż Sites de métallurgie ancienne du fer du Burkina Faso huma ġabra
Siti Metallurġiċi Antiki tal Burkina Faso

Is-Siti Metallurġiċi Antiki tal-Burkina Faso (bil-Franċiż: Sites de métallurgie ancienne du fer du Burkina Faso) huma ġabra ta' siti metallurġiċi antiki f'ħames postijiet fir-reġjuni tat-Tramuntana u Ċentrali u tan-Nofsinhar tal-Burkina Faso, li jintużaw għall-estrazzjoni tal-ħadid mill-minerali. L-eqdem fost dawn l-istrutturi jmorru lura għal madwar it-800 Q.K., u b'hekk huma fost l-eqdem eżempji magħrufa tal-metallurġija fil-Burkina Faso. Fl-2019, is-siti tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, minħabba l-evidenza eżemplari tal-metallurġija tal-qedem. Għad-differenza ta' siti oħra fil-lista tal-UNESCO, dawn intgħażlu għax hemm rabta ċara bejn it-tidwib dirett tal-ħadid (għad-differenza tar-riduzzjoni biss tal-ħadid) u s-soċjetà umana bikrija. Is-soċjetà umana bikrija rnexxielha toħloq mod effiċjenti għall-produzzjoni tal-massa tal-ħadid fl-Afrika preindustrijali.
Sit ta' Wirt Dinji
Is-Siti Metallurġiċi Antiki tal-Burkina Faso ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Komponenti
Il-ħames kumplessi metallurġiċi li jiffurmaw dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jinsab madwar l-irħula ta' Douroula, Tiwêga, Yamané, Kindibo u Békuy. B'kollox hemm 15-il fdalijiet ta' fran jew kalkara naturali fil-ħames siti, bi fran iżgħar, minjieri u abitazzjonijiet madwarhom. Il-fran naturali huma għoljin sa ħames metri u jaħdmu b'induzzjoni diretta, bi fluss tal-arja ambjentali. Il-fran iżgħar l-oħra kienu jeħtieġu l-użu ta' mniefaħ biex jaħdmu. Filwaqt li l-fran naturali ikbar jinsabu f'dawk ir-reġjuni biss tal-Burkina Faso msemmija hawn fuq, il-fran iżgħar jinsabu madwar il-pajjiż kollu.
Is-sit ta' Tiwêga, li jinsab 5 kilometri fil-Punent ta' Kaya, fih tliet fran li jaħdmu b'induzzjoni diretta u li nbnew bl-għamla ta' koni maqtugħin, b'għoli ta' madwar 2.6 metri. Il-partijiet t'isfel tal-fran inbnew bi frammenti ta' tuyére mkaħħla bit-tafal, filwaqt li l-parti ta' fuq tagħhom inbnew bi frammenti tal-gagazza. Abbażi tat-tradizzjonijiet orali, dawn il-fran x'aktarx li nbnew bejn is-sekli 15 u 18, u baqgħu jintużaw matul il-perjodu kolonjali tal-Burkina Faso, għalkemm jeħtieġ li ssir iktar riċerka arkeoloġika għad-datazzjoni preċiża tal-fran.
Is-siti ta' Yamané u ta' Kindibo fihom ukoll diversi fran kbar li nbnew b'mod simili. Dawn il-fran imorru lura għas-sekli 13-14 u 10-11, rispettivament. Il-fran iż-żgħar tal-madwar huma ferm iktar ġodda, u nbnew wara s-seklu 15. Fis-sit ta' Yamané, instabu żewġ fran prinċipali. Dawn huma assoċjati mal-"ħaddieda tal-komunità Moosé". Is-sit ta' Kindibo fih tliet fran li għadhom jeżistu u huma għoljin madwar 2.3 metri. Dawn ukoll huma assoċjati mal-komunità Moosé.
Is-sit ta' Békuy huwa partikolari minħabba l-ammont kbir ta' gagazza akkumulata, li tifforma munzelli qrib il-fdalijiet tal-fran sa għoli ta' 11-il metru (36 pied). Il-fran ta' dan is-sit huma ferm iktar antiki (500-400 Q.K.) u huma parzjalment taħt l-art, għaldaqstant kienu jeħtieġu l-użu ta' mniefaħ.
L-eqdem fran jinsabu fis-sit ta' Douroula, bi strutturi metallurġiċi li jmorru lura għas-seklu 8 Q.K. Dan is-sit fih l-eqdem rekord magħruf ta' metallurġija tal-ħadid fil-Burkina Faso. Fl-2018, xi arkeologi sabu 15-il munzell magħmul mill-bnedmin li kien fihom "bċejjeċ tal-fuħħar, moli, għodod u tagħmir tal-ħadid, u oqbra umani". Dan is-sit huwa assoċjat mal-komunità Bwaba.
Permezz tal-produzzjoni tal-ħadid fis-siti metallurġiċi kienu jsiru għodod bħal palettuni u kazzoli li wittew it-triq għan-negozju tal-agrikoltura fil-Burkina Faso kollha. Il-preżenza ta' dawn il-fran hija evidenza li kien hemm sistema metallurġika kumplessa u sofistikata fil-pajjiż kollu. Bl-invażjoni u bil-kolonizzazzjoni tal-Burkina Faso fis-snin 90 tas-seklu 19 mill-Franċiżi, u bil-formazzjoni sussegwenti tal-kolonja tal-Volta ta' Fuq, l-użu ta' dawn il-fran antiki batta. Minflok il-pajjiż beda jipproduċi l-għodod mir-ruttam tal-ħadid. Madankollu, il-ħadid għadu estratt u jinħadem fir-reġjun.
Tradizzjoni u komunità
Il-proċess tal-estrazzjoni tal-ħadid mill-minerali fl-irħula u fil-villaġġi tal-Burkina Faso kienet xi ħaġa tradizzjonali u komunitarja. Il-ħaddieda jaqdu rwol vitali fil-komunità kif ukoll fil-proċess tal-produzzjoni tal-ħadid. Fil-komunità dawn jitqiesu bħala l-mexxejja, u jittrattaw lill-adulti u lit-tfal bl-istess mod, jagħtu l-kastigi, jippurifikaw l-oqbra, eċċ. Il-ħaddieda jitqiesu bħala "l-medjaturi privileġġati bejn id-dinja, il-ħlejjaq ħajjin u l-allat tas-sajjetti". B'hekk, il-ħaddieda huma l-kapijiet li jissorveljaw il-produzzjoni tal-ħadid fil-komunità. Qabel ma jieħdu l-ewwel passi biex jagħmlu dan, il-ħaddieda jitolbu lill-antenati tagħhom għall-gwida u għas-saħħa. Għalkemm il-popli llum il-ġurnata ma jipproċessawx il-ħadid bl-istess mod, il-pożizzjoni soċjali tal-ħaddieda għadha simili u r-responsabbiltajiet tagħhom għadhom jinkludu rwol mexxej fir-ritwali importanti u l-forniment tal-għodod għall-għajxien tal-komunitajiet.
Preservazzjoni u ġejjieni
Minħabba l-importanza tagħhom fl-istorja tat-tidwib tal-ħadid fil-Burkina Faso u l-implikazzjonijiet tagħhom b'rabta mat-teknoloġiji u mat-tradizzjonijiet tal-popli tal-qedem, dawn is-siti huma protetti fuq livell nazzjonali. Wara r-rapport tal-2019 tal-ICOMOS dwar is-siti metallurġiċi, il-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji ħarġet b'rakkomandazzjonijiet għall-Burkina Faso sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni mill-iktar fis, fid-dawl tal-vulnerabbiltà ta' wħud mill-fran li għadhom jeżistu sal-lum. Attwalment, l-unika bażi ta' forn li ġiet protetta fiżikament hija dik tas-sit ta' Douroula. Minħabba r-rabta tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mal-ħaddieda, is-sit jitqies sagru mill-komunitajiet lokali u jiġi protett minnhom. Madankollu, il-Konvenzjoini tal-Wirt Dinji ssostni li jeħtieġ li jsir iktar biex is-sit jiġi protett minn ħsara potenzjali lin-natura.
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient Ferrous Metallurgy Sites of Burkina Faso". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-29.
- ^ "Evalwazzjoni ICOMOS" (PDF).
- ^ "LE SITE DE TIWÊGA". www.burkinatourism.com. Miġbur 2024-01-29.
- ^ Jean-Baptiste Kiéthéga (2009), p. 7.
- ^ Kienon-Kabore, Timpoko Hélène (2018-08-23). ANCIENT TECHNIQUES AND TRADITIONAL MEDICINE IN SUB-SAHARAN AFRICA : THE CASE OF FORGES OF OLD METALLURGY OF IRON. EAI International Conference on Technology, R&D, Education and Economy for Africa.
- ^ Francois Pazisnewende Kabore; Walter G. Park; Séraphin Kati-Coulibaly (eds.). Proceedings of the EAI International Conference on Technology, R&D, Education and Economy for Africa. European Alliance for Innovation. ISBN 978-1-63190-161-4.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "43 COM 8B.11 - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-29.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Siti Metallurġiċi Antiki tal Burkina Faso, X'inhi Siti Metallurġiċi Antiki tal Burkina Faso? Xi tfisser Siti Metallurġiċi Antiki tal Burkina Faso?
Is Siti Metallurġiċi Antiki tal Burkina Faso bil Franċiz Sites de metallurgie ancienne du fer du Burkina Faso huma ġabra ta siti metallurġiċi antiki f ħames postijiet fir reġjuni tat Tramuntana u Ċentrali u tan Nofsinhar tal Burkina Faso li jintuzaw għall estrazzjoni tal ħadid mill minerali L eqdem fost dawn l istrutturi jmorru lura għal madwar it 800 Q K u b hekk huma fost l eqdem ezempji magħrufa tal metallurġija fil Burkina Faso Fl 2019 is siti tnizzlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO minħabba l evidenza ezemplari tal metallurġija tal qedem Għad differenza ta siti oħra fil lista tal UNESCO dawn intgħazlu għax hemm rabta ċara bejn it tidwib dirett tal ħadid għad differenza tar riduzzjoni biss tal ħadid u s soċjeta umana bikrija Is soċjeta umana bikrija rnexxielha toħloq mod effiċjenti għall produzzjoni tal massa tal ħadid fl Afrika preindustrijali Ezempju ta forn naturali zgħir fil Burkina Faso Sit ta Wirt DinjiIs Siti Metallurġiċi Antiki tal Burkina Faso ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2019 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju KomponentiIl ħames kumplessi metallurġiċi li jiffurmaw dan is Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO jinsab madwar l irħula ta Douroula Tiwega Yamane Kindibo u Bekuy B kollox hemm 15 il fdalijiet ta fran jew kalkara naturali fil ħames siti bi fran izgħar minjieri u abitazzjonijiet madwarhom Il fran naturali huma għoljin sa ħames metri u jaħdmu b induzzjoni diretta bi fluss tal arja ambjentali Il fran izgħar l oħra kienu jeħtieġu l uzu ta mniefaħ biex jaħdmu Filwaqt li l fran naturali ikbar jinsabu f dawk ir reġjuni biss tal Burkina Faso msemmija hawn fuq il fran izgħar jinsabu madwar il pajjiz kollu Is sit ta Tiwega li jinsab 5 kilometri fil Punent ta Kaya fih tliet fran li jaħdmu b induzzjoni diretta u li nbnew bl għamla ta koni maqtugħin b għoli ta madwar 2 6 metri Il partijiet t isfel tal fran inbnew bi frammenti ta tuyere mkaħħla bit tafal filwaqt li l parti ta fuq tagħhom inbnew bi frammenti tal gagazza Abbazi tat tradizzjonijiet orali dawn il fran x aktarx li nbnew bejn is sekli 15 u 18 u baqgħu jintuzaw matul il perjodu kolonjali tal Burkina Faso għalkemm jeħtieġ li ssir iktar riċerka arkeoloġika għad datazzjoni preċiza tal fran Is siti ta Yamane u ta Kindibo fihom ukoll diversi fran kbar li nbnew b mod simili Dawn il fran imorru lura għas sekli 13 14 u 10 11 rispettivament Il fran iz zgħar tal madwar huma ferm iktar ġodda u nbnew wara s seklu 15 Fis sit ta Yamane instabu zewġ fran prinċipali Dawn huma assoċjati mal ħaddieda tal komunita Moose Is sit ta Kindibo fih tliet fran li għadhom jezistu u huma għoljin madwar 2 3 metri Dawn ukoll huma assoċjati mal komunita Moose Is sit ta Bekuy huwa partikolari minħabba l ammont kbir ta gagazza akkumulata li tifforma munzelli qrib il fdalijiet tal fran sa għoli ta 11 il metru 36 pied Il fran ta dan is sit huma ferm iktar antiki 500 400 Q K u huma parzjalment taħt l art għaldaqstant kienu jeħtieġu l uzu ta mniefaħ L eqdem fran jinsabu fis sit ta Douroula bi strutturi metallurġiċi li jmorru lura għas seklu 8 Q K Dan is sit fih l eqdem rekord magħruf ta metallurġija tal ħadid fil Burkina Faso Fl 2018 xi arkeologi sabu 15 il munzell magħmul mill bnedmin li kien fihom bċejjeċ tal fuħħar moli għodod u tagħmir tal ħadid u oqbra umani Dan is sit huwa assoċjat mal komunita Bwaba Permezz tal produzzjoni tal ħadid fis siti metallurġiċi kienu jsiru għodod bħal palettuni u kazzoli li wittew it triq għan negozju tal agrikoltura fil Burkina Faso kollha Il prezenza ta dawn il fran hija evidenza li kien hemm sistema metallurġika kumplessa u sofistikata fil pajjiz kollu Bl invazjoni u bil kolonizzazzjoni tal Burkina Faso fis snin 90 tas seklu 19 mill Franċizi u bil formazzjoni sussegwenti tal kolonja tal Volta ta Fuq l uzu ta dawn il fran antiki batta Minflok il pajjiz beda jipproduċi l għodod mir ruttam tal ħadid Madankollu il ħadid għadu estratt u jinħadem fir reġjun Tradizzjoni u komunitaIl proċess tal estrazzjoni tal ħadid mill minerali fl irħula u fil villaġġi tal Burkina Faso kienet xi ħaġa tradizzjonali u komunitarja Il ħaddieda jaqdu rwol vitali fil komunita kif ukoll fil proċess tal produzzjoni tal ħadid Fil komunita dawn jitqiesu bħala l mexxejja u jittrattaw lill adulti u lit tfal bl istess mod jagħtu l kastigi jippurifikaw l oqbra eċċ Il ħaddieda jitqiesu bħala l medjaturi privileġġati bejn id dinja il ħlejjaq ħajjin u l allat tas sajjetti B hekk il ħaddieda huma l kapijiet li jissorveljaw il produzzjoni tal ħadid fil komunita Qabel ma jieħdu l ewwel passi biex jagħmlu dan il ħaddieda jitolbu lill antenati tagħhom għall gwida u għas saħħa Għalkemm il popli llum il ġurnata ma jipproċessawx il ħadid bl istess mod il pozizzjoni soċjali tal ħaddieda għadha simili u r responsabbiltajiet tagħhom għadhom jinkludu rwol mexxej fir ritwali importanti u l forniment tal għodod għall għajxien tal komunitajiet Preservazzjoni u ġejjieniMinħabba l importanza tagħhom fl istorja tat tidwib tal ħadid fil Burkina Faso u l implikazzjonijiet tagħhom b rabta mat teknoloġiji u mat tradizzjonijiet tal popli tal qedem dawn is siti huma protetti fuq livell nazzjonali Wara r rapport tal 2019 tal ICOMOS dwar is siti metallurġiċi il Konvenzjoni tal Wirt Dinji ħarġet b rakkomandazzjonijiet għall Burkina Faso sabiex tiġi zgurata l preservazzjoni mill iktar fis fid dawl tal vulnerabbilta ta wħud mill fran li għadhom jezistu sal lum Attwalment l unika bazi ta forn li ġiet protetta fizikament hija dik tas sit ta Douroula Minħabba r rabta tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO mal ħaddieda is sit jitqies sagru mill komunitajiet lokali u jiġi protett minnhom Madankollu il Konvenzjoini tal Wirt Dinji ssostni li jeħtieġ li jsir iktar biex is sit jiġi protett minn ħsara potenzjali lin natura Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Ancient Ferrous Metallurgy Sites of Burkina Faso UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 29 Evalwazzjoni ICOMOS PDF LE SITE DE TIWEGA www burkinatourism com Miġbur 2024 01 29 Jean Baptiste Kiethega 2009 p 7 Kienon Kabore Timpoko Helene 2018 08 23 ANCIENT TECHNIQUES AND TRADITIONAL MEDICINE IN SUB SAHARAN AFRICA THE CASE OF FORGES OF OLD METALLURGY OF IRON EAI International Conference on Technology R amp D Education and Economy for Africa Francois Pazisnewende Kabore Walter G Park Seraphin Kati Coulibaly eds Proceedings of the EAI International Conference on Technology R amp D Education and Economy for Africa European Alliance for Innovation ISBN 978 1 63190 161 4 Centre UNESCO World Heritage 43 COM 8B 11 Decision UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 29