Is Siti tat Tpittir fuq il Blat ta Kondoa jew is Siti tat Tpittir fuq il Blat ta Kondoa Irangi huma sensiela ta siti tal
Siti tat Tpittir fuq il Blat ta' Kondoa

Is-Siti tat-Tpittir fuq il-Blat ta' Kondoa jew is-Siti tat-Tpittir fuq il-Blat ta' Kondoa Irangi huma sensiela ta' siti tal-qedem tat-tpittir fuq il-blat fit-Tanzanija ċentrali. Is-siti tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2006 minħabba l-kollezzjoni impressjonanti ta' arti fuq il-blat. Dawn is-siti ssejħu bħala monumenti nazzjonali fl-1937 mid-Dipartiment tal-Antikitajiet tat-Tanzanija. Is-siti tat-tpittir fuq il-blat jinsabu bejn wieħed u ieħor disa' kilometri fil-Lvant tal-awtostrada prinċipali (T5) li tmur minn Dodoma għal , madwar 20 kilometru fit-Tramuntana tar-raħal ta' Kondoa, fid-Distrett ta' Kondoa tar-Reġjun ta' Dodoma, it-Tanzanija. Il-konfini tas-sit huma mmarkati b'arbli tal-konkos. Is-sit ġie rreġistrat bħala Sit Storiku Nazzjonali tat-Tanzanija.
Il-pajsaġġ ta' dawn l-inħawi huwa kkaratterizzat minn borġ ġebel kbir tal-granit fuq xulxin li jiffurmaw it-tarf tal-Punent tal-isteppa tal-Maasai u li jiffurmaw postijiet imkennija tal-blat li jħarsu n-naħa opposta tal-irjieħ prevalenti. Dawn il-postijiet imkennija spiss għandhom uċuħ ċatti minħabba l-attività tettonika, u dawn l-istrutturi kienu ideali għat-tpittir. Minħabba l-pożizzjoni tagħhom kontra l-irjieħ prevalenti, baqgħu protetti mill-erożjoni mir-riħ.
Dan it-tpittir għadu jagħmel parti minn tradizzjoni ħajja ta' ħolqien u ta' użu kemm mill-poplu Sandawe fiċ-ċerimonji ta' fejqan simbó tagħhom kif ukoll mill-poplu Maasai fiċ-ċerimonji ritwali tagħhom. L-importanza u l-użu persistenti tas-siti u tal-arti tagħhom jissuġġerixxu li kien hemm kontinwità kulturali bejn id-diversi gruppi etniċi u lingwistiċi tal-popli li rresjedew fl-inħawi tul iż-żmien.
Għall-ħabta tal-1970, il-poplu Sandawe kien għadu qed jagħmel it-tpittir fuq il-blat. wettaq stħarriġ dwar ir-raġunijiet għalfejn jagħmluhom. Huwa kklassifika dawn ir-raġunijiet bħala maġiċi (tpittir tal-annimal li l-pittur kien beħsiebu joqtol), aleatorji, u bħala sagrifiċċju (fuq għoljiet spiritwali speċifiċi tal-popli bi tpittir ta' ċerimonji tal-fejqan u ta' talb għax-xita).
It-tpittir jirrappreżenta nies imtawlin, annimali u xeni tal-kaċċa. It-tpittir tal-qedem tat-"tradizzjonali naturalistika" ġeneralment huwa aħmar u huwa assoċjat mal-kaċċaturi-ġemmiegħa, mhux biss f'Kondoa iżda fir-reġjuni kollha ta' Singida, Mara, Arusha u Manyara tat-Tanzanija. It-tpittir tat-"tradizzjoni naturalistika" sikwit huwa sovraimpost minn stil iktar reċenti ta' tpittir "abjad aħħari", li spiss jirrappreżenta l-bhejjem tal-ifrat, u dan ġie attribwit lill-bdiewa Bantu u huwa maħsub li sar wara l-espansjoni Bantu fl-inħawi. It-tpittir "abjad u aħmar" ġie attribwit lir-rgħajja Kuxitiċi u Nilotiċi. Għajr għat-tpittir maħluq reċentement, ma hemm l-ebda evidenza diretta għad-datazzjoni. Bwasiri u Smith jindikaw li ċ-ċerimonji tat-talb għax-xita tal-poplu Sandawe huma ta' oriġini Bantu, u rriżultaw minn storja twila ta' kuntatt kulturali mal-poplu Bantu u ma' popli oħra, u jissuġġerixxu kawtela fl-użu tal-evidenza etnografika reċenti għall-interpretazzjoni tal-istorja tal-arti.
Is-sit ta' Kisese II, fl-inħawi ta' Kondoa, fih arti tat-"tradizzjoni naturalistika" mal-ħitan, u evidenza ta' okkupazzjoni mal-art li tmur lura għal iktar minn 40,000 sena ilu.
L-eks President tal-Afrika t'Isfel Nelson Mandela stqarr li "l-arti fuq il-blat tal-Afrika hija wirt komuni tal-Afrikani kollha, iżda hija ħafna iktar minn hekk. Hija l-wirt komuni tal-umanità".
Sit ta' Wirt Dinji
Is-Siti tat-Tpittir fuq il-Blat ta' Kondoa ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2006.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Komponenti
Fi ħdan il-konfini ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO hemm bosta komponenti individwali. Huwa stmat li l-għadd ta' postijiet imkennija bit-tpittir fuq il-blat fir-reġjun ivarja bejn 150 u 450 post. Iż-żewġ komponenti li ġejjin huma ġabra tal-iżjed postijiet importanti, notevoli jew skavati sew.
Kisese II
Il-post imkenni msejjaħ Kisese II jagħmel parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-reġjun ta' Kondoa tat-Tanzanija. Dan il-komponent fih ġabra ta' tpittir tranżizzjonali minn Żmien il-Ħaġar Nofsani għal Aħħari. Il-post imkenni ppreserva diversi pitturi fuq il-blat, żibeġ, ħaġar litiku, bċejjeċ tal-fuħħar u artefatti oħra. Jiġi studjat għall-ħjiel li jagħti rigward it-tranżizzjonijiet soċjali ewlenin li seħħew fil-Plejstoċen Aħħari u fl-Oloċen. Is-sit kien intuża wkoll għad-dfin ta' seba' individwi tal-Oloċen. Ma tantx jeżistu wisq siti datati sew li jkopru dan il-perjodu ta' tranżizzjoni, għaldaqstant l-iskavi ta' Kisese II kienu informattivi ferm. L-għadd sinifikanti ta' żibeġ tal-qxur tal-bajd tan-nagħma ntużaw għad-datazzjoni tas-sit bir-radjokarbonju, u l-eqdem waħda tmur lura għal 46.2-42.7 ka cal qabel il-preżent.
Il-komponent ta' Kisese II beda jiġi skavat minn Mary u Louis Leakey fl-1935, u kabbar is-sit tal-iskavi fl-1956. Inskeep żvela l-kollezzjoni kbira ta' żibeġ tal-qxur tal-bajd tan-nagħma li ppermettew id-datazzjoni tas-sit bir-radjokarbonju, flimkien mal-kważi 6,000 artefatt litiku li nstabu fil-post. In-natura stratigrafika tad-depożizzjonijiet ġiet studjata wkoll minn Inskeep u minn Mary u Louis Leakey f'tentattiv biex jaslu għad-datazzjoni tas-sit.
L-artefatti litiċi f'Kisese II ivarjaw minn laqx għal żibeġ sħaħ, magħmula l-iktar minn ġebel lokali b'bażi ta' kwarzit, u bl-użu tal-metodu ta' Levallois jew il-metodu mikrolitiku ta' Żmien il-Ħaġar Aħħari. Is-sit jappoġġa l-idea li xi teknoloġiji ta' Żmien il-Ħaġar Nofsani, bħal dan il-metodu tal-produzzjoni tal-għodod tal-ġebel, ippersista sew anke fi Żmien il-Ħaġar Aħħari. Tryon u oħrajn ipproponew li l-perjodu tranżizzjonali jaf kien jinvolvi minimu ta' 5,000-10,000 sena.
Mungomi wa Kolo (Kolo 1)
Mungomi wa Kolo huwa l-isem lokali għall-komponenti magħruf ukoll bħala Kolo 1. L-arti ta' dan il-post imkenni hija magħmula l-iktar minn tpittir ta' linji fini tal-okra ħamra li juri diversi nies u annimali.
Tpittir
Skoperti ta' Nash
Fl-1929, ippubblika ħarsa ġenerali lejn uħud mit-tpittir bl-okra ħamra li skopera qrib Kondoa-Irangi. Nash irrikonoxxa li l-postijiet imkennija tal-granit kienu post ideali għall-arti fuq il-blat u għaldaqstant għarbel l-għolja kollha għat-tpittir, u wara għaxar minuti diġà kellu l-konferma li kellu raġun. Wieħed mit-tpittir jirrappreżenta figura umana b'biċċa għuda f'idu u iljunfant. Nash ikkummenta dwar il-postura paċifika tal-bniedem impitter, u ddubita li t-tpittir kien maħsub biex jirrappreżenta xena tal-kaċċa. Tpittir ieħor jirrappreżenta ġiraffi, framment possibbilment ta' rinoċeront, figura umanojda magħmula minn ċrieki konċentriċi lejn ir-ras u linji kontinwi minn fuq ir-ras sal-kumplament tal-ġisem, u xi figuri oħra b'rappreżentazzjonijiet mhux ċari.
Etika fl-arkeoloġija
Minħabba l-importanza spiritwali ta' bosta minn dawn il-postijiet imkennija għall-abitanti kontemporanji fl-inħawi, trid tingħata attenzjoni kbira waqt l-iskavi ta' dawn is-siti. Skont id-dokument nru 13 ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, il-poplu agropastorali lokali Irangi għadhom jużaw uħud minn dawn is-siti għal skopijiet ta' fejqan ritwali. Uħud minn dawn il-prattiki ritwali jingħad li jheddu l-integrità tat-tpittir, bħall-prattika tat-twaddib tax-xaħam imdewweb tal-annimali. Il-gvern tat-Tanzanija għadu jrid jirrikonoxxi s-sistemi tat-twemmin lokali, għaldaqstant hemm tensjoni rigward il-ġestjoni u l-konservazzjoni tas-siti. Din mhix problema iżolata; id-dekolonizzazzjoni tal-arkeoloġija Afrikana inġenerali għadha proġett li għadu għaddej.
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Kondoa Rock-Art Sites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-10.
- ^ a b Coulson, David; Borona, Gloria K. (2013). Rock Art of Kondoa Irangi and Other Attractions. TARA (Trust for African Rock Art). ISBN 978-9966-7453-4-7.
- ^ Netherlands National Commission for UNESCO (2004). World Heritage Papers 13. Pariġi, Franza: UNESCO World Heritage Centre. pp. 82-83.
- ^ "Siti tal-Qedem ta' Kondoa" (PDF).
- ^ Nash, T. A. M. (1929). "Note on the Discovery of Some Rock-Paintings Near Kondoa Irangi in Tanganyika Territory". The Journal of the Royal Anthropological Institute of Great Britain and Ireland. 59: 199–206.
- ^ Bwasiri, Emmanuel J.; Smith, Benjamin W. (2015-10-02). "The rock art of Kondoa District, Tanzania". Azania: Archaeological Research in Africa. 50 (4): 437–459.
- ^ Ten Raa, E. 1974.“A record of some pre-historic and some recent Sandawe rock paintings. Tanzania Notes and Records 75: 9–27.
- ^ "From the Field: Jason Lewis" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-10.
- ^ Tryon, Christian A.; Lewis, Jason E.; Ranhorn, Kathryn L.; Kwekason, Amandus; Alex, Bridget; Laird, Myra F.; Marean, Curtis W.; Niespolo, Elizabeth; Nivens, Joelle; Mabulla, Audax Z. P. (2018-02-28). Petraglia, Michael D. (ed.). "Middle and Later Stone Age chronology of Kisese II rockshelter (UNESCO World Heritage Kondoa Rock-Art Sites), Tanzania". PLOS ONE. 13 (2): e0192029.
- ^ Inskeep, R. R. (1962). The age of the Kondoa rock paintings in the light of recent excavations at Kisese II rock shelter. Musée royal de l'Afrique centrale.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Siti tat Tpittir fuq il Blat ta' Kondoa, X'inhi Siti tat Tpittir fuq il Blat ta' Kondoa? Xi tfisser Siti tat Tpittir fuq il Blat ta' Kondoa?
Is Siti tat Tpittir fuq il Blat ta Kondoa jew is Siti tat Tpittir fuq il Blat ta Kondoa Irangi huma sensiela ta siti tal qedem tat tpittir fuq il blat fit Tanzanija ċentrali Is siti tnizzlu bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2006 minħabba l kollezzjoni impressjonanti ta arti fuq il blat Dawn is siti ssejħu bħala monumenti nazzjonali fl 1937 mid Dipartiment tal Antikitajiet tat Tanzanija Is siti tat tpittir fuq il blat jinsabu bejn wieħed u ieħor disa kilometri fil Lvant tal awtostrada prinċipali T5 li tmur minn Dodoma għal madwar 20 kilometru fit Tramuntana tar raħal ta Kondoa fid Distrett ta Kondoa tar Reġjun ta Dodoma it Tanzanija Il konfini tas sit huma mmarkati b arbli tal konkos Is sit ġie rreġistrat bħala Sit Storiku Nazzjonali tat Tanzanija Dettall tal arti mal blat ta Kondoa Il pajsaġġ ta dawn l inħawi huwa kkaratterizzat minn borġ ġebel kbir tal granit fuq xulxin li jiffurmaw it tarf tal Punent tal isteppa tal Maasai u li jiffurmaw postijiet imkennija tal blat li jħarsu n naħa opposta tal irjieħ prevalenti Dawn il postijiet imkennija spiss għandhom uċuħ ċatti minħabba l attivita tettonika u dawn l istrutturi kienu ideali għat tpittir Minħabba l pozizzjoni tagħhom kontra l irjieħ prevalenti baqgħu protetti mill erozjoni mir riħ Dan it tpittir għadu jagħmel parti minn tradizzjoni ħajja ta ħolqien u ta uzu kemm mill poplu Sandawe fiċ ċerimonji ta fejqan simbo tagħhom kif ukoll mill poplu Maasai fiċ ċerimonji ritwali tagħhom L importanza u l uzu persistenti tas siti u tal arti tagħhom jissuġġerixxu li kien hemm kontinwita kulturali bejn id diversi gruppi etniċi u lingwistiċi tal popli li rresjedew fl inħawi tul iz zmien Għall ħabta tal 1970 il poplu Sandawe kien għadu qed jagħmel it tpittir fuq il blat wettaq stħarriġ dwar ir raġunijiet għalfejn jagħmluhom Huwa kklassifika dawn ir raġunijiet bħala maġiċi tpittir tal annimal li l pittur kien beħsiebu joqtol aleatorji u bħala sagrifiċċju fuq għoljiet spiritwali speċifiċi tal popli bi tpittir ta ċerimonji tal fejqan u ta talb għax xita It tpittir jirrapprezenta nies imtawlin annimali u xeni tal kaċċa It tpittir tal qedem tat tradizzjonali naturalistika ġeneralment huwa aħmar u huwa assoċjat mal kaċċaturi ġemmiegħa mhux biss f Kondoa izda fir reġjuni kollha ta Singida Mara Arusha u Manyara tat Tanzanija It tpittir tat tradizzjoni naturalistika sikwit huwa sovraimpost minn stil iktar reċenti ta tpittir abjad aħħari li spiss jirrapprezenta l bhejjem tal ifrat u dan ġie attribwit lill bdiewa Bantu u huwa maħsub li sar wara l espansjoni Bantu fl inħawi It tpittir abjad u aħmar ġie attribwit lir rgħajja Kuxitiċi u Nilotiċi Għajr għat tpittir maħluq reċentement ma hemm l ebda evidenza diretta għad datazzjoni Bwasiri u Smith jindikaw li ċ ċerimonji tat talb għax xita tal poplu Sandawe huma ta oriġini Bantu u rrizultaw minn storja twila ta kuntatt kulturali mal poplu Bantu u ma popli oħra u jissuġġerixxu kawtela fl uzu tal evidenza etnografika reċenti għall interpretazzjoni tal istorja tal arti Is sit ta Kisese II fl inħawi ta Kondoa fih arti tat tradizzjoni naturalistika mal ħitan u evidenza ta okkupazzjoni mal art li tmur lura għal iktar minn 40 000 sena ilu L eks President tal Afrika t Isfel Nelson Mandela stqarr li l arti fuq il blat tal Afrika hija wirt komuni tal Afrikani kollha izda hija ħafna iktar minn hekk Hija l wirt komuni tal umanita Sit ta Wirt DinjiIs Siti tat Tpittir fuq il Blat ta Kondoa ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2006 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju KomponentiFi ħdan il konfini ta dan is Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO hemm bosta komponenti individwali Huwa stmat li l għadd ta postijiet imkennija bit tpittir fuq il blat fir reġjun ivarja bejn 150 u 450 post Iz zewġ komponenti li ġejjin huma ġabra tal izjed postijiet importanti notevoli jew skavati sew Kisese II Il post imkenni msejjaħ Kisese II jagħmel parti mis Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fir reġjun ta Kondoa tat Tanzanija Dan il komponent fih ġabra ta tpittir tranzizzjonali minn Zmien il Ħaġar Nofsani għal Aħħari Il post imkenni ppreserva diversi pitturi fuq il blat zibeġ ħaġar litiku bċejjeċ tal fuħħar u artefatti oħra Jiġi studjat għall ħjiel li jagħti rigward it tranzizzjonijiet soċjali ewlenin li seħħew fil Plejstoċen Aħħari u fl Oloċen Is sit kien intuza wkoll għad dfin ta seba individwi tal Oloċen Ma tantx jezistu wisq siti datati sew li jkopru dan il perjodu ta tranzizzjoni għaldaqstant l iskavi ta Kisese II kienu informattivi ferm L għadd sinifikanti ta zibeġ tal qxur tal bajd tan nagħma ntuzaw għad datazzjoni tas sit bir radjokarbonju u l eqdem waħda tmur lura għal 46 2 42 7 ka cal qabel il prezent Il komponent ta Kisese II beda jiġi skavat minn Mary u Louis Leakey fl 1935 u kabbar is sit tal iskavi fl 1956 Inskeep zvela l kollezzjoni kbira ta zibeġ tal qxur tal bajd tan nagħma li ppermettew id datazzjoni tas sit bir radjokarbonju flimkien mal kwazi 6 000 artefatt litiku li nstabu fil post In natura stratigrafika tad depozizzjonijiet ġiet studjata wkoll minn Inskeep u minn Mary u Louis Leakey f tentattiv biex jaslu għad datazzjoni tas sit L artefatti litiċi f Kisese II ivarjaw minn laqx għal zibeġ sħaħ magħmula l iktar minn ġebel lokali b bazi ta kwarzit u bl uzu tal metodu ta Levallois jew il metodu mikrolitiku ta Zmien il Ħaġar Aħħari Is sit jappoġġa l idea li xi teknoloġiji ta Zmien il Ħaġar Nofsani bħal dan il metodu tal produzzjoni tal għodod tal ġebel ippersista sew anke fi Zmien il Ħaġar Aħħari Tryon u oħrajn ipproponew li l perjodu tranzizzjonali jaf kien jinvolvi minimu ta 5 000 10 000 sena Mungomi wa Kolo Kolo 1 Mungomi wa Kolo huwa l isem lokali għall komponenti magħruf ukoll bħala Kolo 1 L arti ta dan il post imkenni hija magħmula l iktar minn tpittir ta linji fini tal okra ħamra li juri diversi nies u annimali TpittirSkoperti ta Nash Veduta mill quċċata tas Siti tat Tpittir fuq il Blat ta Kondoa Fl 1929 ippubblika ħarsa ġenerali lejn uħud mit tpittir bl okra ħamra li skopera qrib Kondoa Irangi Nash irrikonoxxa li l postijiet imkennija tal granit kienu post ideali għall arti fuq il blat u għaldaqstant għarbel l għolja kollha għat tpittir u wara għaxar minuti diġa kellu l konferma li kellu raġun Wieħed mit tpittir jirrapprezenta figura umana b biċċa għuda f idu u iljunfant Nash ikkummenta dwar il postura paċifika tal bniedem impitter u ddubita li t tpittir kien maħsub biex jirrapprezenta xena tal kaċċa Tpittir ieħor jirrapprezenta ġiraffi framment possibbilment ta rinoċeront figura umanojda magħmula minn ċrieki konċentriċi lejn ir ras u linji kontinwi minn fuq ir ras sal kumplament tal ġisem u xi figuri oħra b rapprezentazzjonijiet mhux ċari Etika fl arkeoloġijaMinħabba l importanza spiritwali ta bosta minn dawn il postijiet imkennija għall abitanti kontemporanji fl inħawi trid tingħata attenzjoni kbira waqt l iskavi ta dawn is siti Skont id dokument nru 13 ta dan is Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO il poplu agropastorali lokali Irangi għadhom juzaw uħud minn dawn is siti għal skopijiet ta fejqan ritwali Uħud minn dawn il prattiki ritwali jingħad li jheddu l integrita tat tpittir bħall prattika tat twaddib tax xaħam imdewweb tal annimali Il gvern tat Tanzanija għadu jrid jirrikonoxxi s sistemi tat twemmin lokali għaldaqstant hemm tensjoni rigward il ġestjoni u l konservazzjoni tas siti Din mhix problema izolata id dekolonizzazzjoni tal arkeoloġija Afrikana inġenerali għadha proġett li għadu għaddej Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Kondoa Rock Art Sites UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 10 a b Coulson David Borona Gloria K 2013 Rock Art of Kondoa Irangi and Other Attractions TARA Trust for African Rock Art ISBN 978 9966 7453 4 7 Netherlands National Commission for UNESCO 2004 World Heritage Papers 13 Pariġi Franza UNESCO World Heritage Centre pp 82 83 Siti tal Qedem ta Kondoa PDF Nash T A M 1929 Note on the Discovery of Some Rock Paintings Near Kondoa Irangi in Tanganyika Territory The Journal of the Royal Anthropological Institute of Great Britain and Ireland 59 199 206 Bwasiri Emmanuel J Smith Benjamin W 2015 10 02 The rock art of Kondoa District Tanzania Azania Archaeological Research in Africa 50 4 437 459 Ten Raa E 1974 A record of some pre historic and some recent Sandawe rock paintings Tanzania Notes and Records 75 9 27 From the Field Jason Lewis bl Ingliz Miġbur 2024 01 10 Tryon Christian A Lewis Jason E Ranhorn Kathryn L Kwekason Amandus Alex Bridget Laird Myra F Marean Curtis W Niespolo Elizabeth Nivens Joelle Mabulla Audax Z P 2018 02 28 Petraglia Michael D ed Middle and Later Stone Age chronology of Kisese II rockshelter UNESCO World Heritage Kondoa Rock Art Sites Tanzania PLOS ONE 13 2 e0192029 Inskeep R R 1962 The age of the Kondoa rock paintings in the light of recent excavations at Kisese II rock shelter Musee royal de l Afrique centrale