Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Songo Mnara huwa insedjament storiku Swahili li jinsab fuq il Gżira ta Songo Mnara f Pande Mikoma fid Distrett ta Kilwa

Songo Mnara

  • Paġna Ewlenija
  • Songo Mnara
Songo Mnara
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Songo Mnara huwa insedjament storiku Swahili li jinsab fuq il-Gżira ta' Songo Mnara f'Pande Mikoma, fid-Distrett ta' Kilwa tar-Reġjun ta' Lindi tat-Tanzanija. Il-gżira tospita raħal tal-ġebel Swahili Medjevali. Ir-raħal tal-ġebel kien okkupat mis-sekli 14 sa 16. Songo Mnara tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, flimkien mar-raħal tal-ġebel ta' fil-qrib. B'kollox, l-arkeologi sabu sitt moskej, erba' ċimiterji u tnax-il blokka ta' djar flimkien ma' spazji miftuħa inkorporati fil-gżira. Songo Mnara nbena bil-qroll grezz u t-tkaħħil. Dan ir-raħal tal-ġebel inbena bħala wieħed mill-bosta rħula kummerċjali fl-Oċean Indjan. Is-sit huwa rreġistrat bħala Sit Storiku Nazzjonali.

Konfigurazzjoni tal-Irħula Swahili

L-arkeologi ilhom janalizzaw il-konfigurazzjoni tal-irħula tal-ġebel tul il-kosta Swahili, u ffukaw l-iktar fuq ir-rabta bejn il-moskej u d-djar, sabiex jifhmu r-rwol tal-kosta Swahili fil-kultura Iżlamika, il-funzjonijiet ta' rħula speċifiċi, u l-proċess ekonomiku u ritwali kumpless tas-sjieda tal-art. L-ispazji miftuħa fl-irħula kienu jintużaw għal skopijiet funzjonali u għall-organizzazzjoni soċjali. Iċ-ċimiterji jinsabu kemm fi ħdan il-ħitan tar-raħal kif ukoll 'il barra minnhom. Il-konfigurazzjoni ta' Songo Mnara hija tipika tal-irħula tal-ġebel tul il-kosta Swahili, għalkemm il-ħajt ta' dan is-sit huwa karatteristika unika.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Fdalijiet ta' Kilwa Kisiwani u l-Fdalijiet ta' Songo Mnara ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".

Skavi

L-iskavi għenu lill-arkeologi jifhmu aħjar l-istili ta' għajxien f'Songo Mnara. Bosta żoni differenti ġew skavati, inkluż diversi mill-iktar minn 40 dar madwar ir-raħal tal-ġebel. Tħaffru trunċieri fid-Dar Nru 44, fid-Dar Nru 23 'il barra miż-żona tad-djar, qrib qabar u qrib bir. Instabu bosta tipi differenti ta' artefatti, għalkemm uħud ġew irkuprati minn ġod-djar skavati. L-arkeologi mmappjaw u rreġistraw is-sejbiet li għamlu.

Id-Dar Nru 44 kienet żona importanti ta' riċerka minħabba l-kumplessità tal-kmamar u l-fatt li kienet dar ta' indivdwu. Din id-dar sarulha skavi f'kull kamra, u kull trunċiera ngħatat numru differenti. Kien hemm unità ta' prova ta' 1x1 metru fil-kamra tal-Lbiċ, li tħaffret bil-galbu minħabba s-saffi taċ-ċeramika. L-iskavi waqfu meta laqtu l-livell ta' ġibs taħt l-art tad-dar. Kien hemm unità oħra fil-Lbiċ tad-dar ta' madwar 4x2.25 metri. Instabu wkoll bċejjeċ taċ-ċeramika f'din il-kamra. Il-kamra ta' wara kienet fiċ-ċentru tad-dar, fejn instab ġibs u qroll qalb is-saffi ta' radam. F'din il-kamra, l-iskavi waqfu fl-art tal-ġibs. Saru skavi wkoll fil-kamra tad-daħla, fil-kamra tal-Lbiċ u fil-kamra ta' wara tad-dar. Il-bċejjeċ taċ-ċeramika li nstabu mid-Dar Nru 44 kienu tas-seklu 15.

Id-Dar Nru 23 tinsab fin-naħa tal-Lbiċ ta' Songo Mnara. Minħabba n-nuqqas ta' ħin, minn din id-dar ittieħdu biss xi kampjuni minflok ma saru skavi bir-reqqa kollha kif suppost. Tħaffret unità ta' 4x1 metru fl-ispazju miftuħ intern tad-dar. Matul l-iskavi ġew żvelati xi tarġiet, flimkien ma' art magħmula mis-saff ewlieni tal-qroll. Il-kamra ta' wara kienet kamra ċentrali u tħaffret unità ta' 2x2 metri. Ma kien hemm l-ebda art tal-ġibs kif instab fid-Dar Nru 44.

Id-Djar Nri 31, 40 u 34 ġew skavati matul proġett ta' skola f'Songo Mnara li sar fl-2011. Saret riċerka preliminari matul proġett ieħor ta' skola fl-2009. Matul l-iskavi tal-2009 l-arkeologi sabu sitt żoni fi ħdan id-dar ta' Songo Mnara. Mill-ġdid instabu artijiet tal-ġibs f'kull dar kif ukoll xi artefatti. Instabu bċejjeċ taċ-ċeramika f'waħda mid-daħliet li x'aktarx li rat ħafna attività. Il-kamra ta' wara li ġiet ittestjata ma rriżultatx li kellha l-attività tal-kmamar ta' quddiem peress li kienet żbarazzata wisq meta mqabbel mal-kmamar ta' quddiem. Matul il-proġetti tal-iskola msemmija hawn fuq, instabu muniti tat-tip ta' Kilwa taħt l-art. L-informazzjoni kollha li nstabet f'dawn id-djar uriet mhux biss li l-ispazju miftuħ kien kondiviż, iżda anke li d-djar tas-sit kienu kondiviżi.

Matul il-proġett ta' skola tal-2009, saru skavi fl-ispazji miftuħa ta' Songo Mnara. L-attività kollha ġiet imqassma skont l-istrutturi li jisseparaw l-ispazji privati mill-ispazju pubbliku. Meta wieħed iħares lejn is-sit mil-lenti arkeoloġika, hemm abbundanza ta' attività li tista' tinsilet mis-saffi ta' bċejjeċ taċ-ċeramika u artefatti oħra. Instabu wkoll muniti fl-ispazji miftuħa. Matul il-proġett ta' skola tal-2011 f'Songo Mnara, l-ispazju miftuħ ġie investigat ukoll b'fosos ta' prova bl-għarbiel u bil-kazzola, din id-darba bit-tir li jaraw x'informazzjoni setgħet tagħti l-ħamrija dwar is-sit. Tħaffru wkoll trunċieri kbar, li abbażi tal-artefatti li nstabu wrew li l-żoni kienu jintużaw għall-attivitajiet tad-dar.

Matul l-proġett ta' skola tal-2011, ġew investigati l-moskej, għad-differenza tal-proġett tal-2009 f'Songo Mnara. Il-moskea ċentrali ġiet investigata biex tinġabar iktar informazzjoni dwar is-sit ta' Songo Mnara. B'ħarsa lejn l-oqbra, ħareġ fid-dieher li n-nies tal-post kellhom għal qalbhom lin-nies li difnu.

Studju li sar fl-2023 minn Brielle u oħrajn wassal għall-iskavi tal-fdalijiet mis-sit arkeoloġiku biex jiġu analizzati l-mudelli tad-DNA bħala parti minn proġett ikbar ta' traċċar tat-taħlita barranija tad-DNA tul il-kosta Swahili. L-analiżi tad-DNA tal-qedem tlestiet fuq il-fdalijiet umani ta' seba' individwi ta' Songo Mnara sabiex jiġu ddeterminati l-proporzjonijiet ta' sekwenzi tad-DNA "simili għal dawk tal-Afrikani, tal-Persjani u tal-Indjani". Madankollu, l-arkeologi u l-ġenetisti ma rnexxielhomx jipproduċu data soda għal bosta mill-individwi ta' Songo Mnara. L-analiżi tad-DNA wriet li mill-inqas individwu wieħed ta' Songo Mnara jista' jiġi kkollokat fil-mudell tad-DNA tal-qedem tat-tliet reġjuni msemmija. Kienet disponibbli biżżejjed evidenza tad-DNA li kienet tindika nisel Persjan. Madankollu, għadd ikbar ta' kampjuni u ta' "data ta' kwalità ogħla" kienu jżidu l-ammont ta' konklużjonijiet li setgħu jinsiltu minn dan is-sit.

L-introduzzjoni ta' DNA barranija ġiet stmata li seħħet bejn is-708 u l-1219 W.K. Madankollu, l-awturi tal-istudju jindikaw li x'aktarx seħħ fuq "diversi ġenerazzjonijiet" u li minn dak iż-żmien 'il quddiem kien hemm taħlita ta' popolazzjonijiet Ewrasjatiċi u Afrikani. Dawn ir-riżultati huma konsistenti mal-ġrajjiet irrakkontati permezz tal-Kronaka ta' Kilwa.

Ġeoarkeoloġija

Songo Mnara hija gżira mibnija fuq is-saff ewlieni tal-blat u fuq sottoswol ramli. Il-prossimità tagħha għall-epiċentru ta' Kilwa Kisiwani u l-okkupazzjoni limitata tagħha għamluha żona favorevoli għar-riċerka ġeoarkeoloġika. Fl-2011 ittieħdu kampjuni tal-ħamrija minn Songo Mnara, u l-ġeoarkeologi wettqu analizijiet kimiċi u fitolitiċi mikrostratigrafiċi sabiex jisiltu liema materjal ġie depożitat b'mod naturali u liema ġie depożitat mir-residenti umani. Ġew ittestjati żewġ spazji miftuħa: wieħed fit-Tramuntana ta' Songo Mnara, u wieħed fin-Nofsinhar tas-sit. Ittieħdu wkoll kampjuni tar-radam mill-kmamar u mill-artijiet tad-djar. Fil-kampjuni mid-Dar Nru 44 instab għadd kbir ta' palm fitolitiku, li ma kienx okkorrenza naturali.

Muniti tat-tip ta' Kilwa

Il-muniti jmorru lura għas-sekli 11 sa 16. Il-maġġoranza tal-muniti kienu leġġibbli. Dawn instabu permezz tat-trunċieri tal-iskavi li saru f'Songo Mnara, l-iktar fis-saffi tal-art. Il-muniti li nstabu fis-sit kienu tat-tip ta' Nāsir al-Dunya, ta' ‘Ali bin al-Hasan, u ta' al-Hasan bin Sulaimān. Il-muniti tat-tip ta' Nāsir al-Dunya ma setgħux jinqraw faċilment minħabba li ma tantx kienu ppreservati sew. Il-biċċa l-kbira tal-muniti tat-tip ta' Kilwa għandhom il-kitba ta' ‘Ali b. al-Hasan fuqhom. Il-muniti jaf tħallew fil-wiċċ minn nies oħra, għaliex huma ta' żmien qabel l-okkupazzjoni tas-sit.

Kummerċ

Il-kummerċ tul il-kosta Swahili kien ivarja miċ-Ċina, mill-Indja u minn pajjiżi oħra li kienu jwettqu kummerċ fl-Oċean Indjan. Meta wieħed iħares lejn min kien iwettaq kummerċ mar-residenti ta' Songo Mnara, isib evidenza ta' bċejjeċ taċ-ċeramika miċ-Ċina u mix-Xlokk tal-Asja. Il-bċejjeċ taċ-ċeramika Ċiniża kienu tal-porċellana b'lewn blu u abjad u l-oġġetti tal-ġebel kienu gglejżjati bl-aħdar u jmorru lura għas-seklu 14. Il-biċċiet tax-Xlokk tal-Asja ma kinux igglejżjati u kienu joriġinaw minn Thi. Ammont żgħir biss ta' oġġetti importati nstabu minħabba l-agrikoltura fis-sit. Il-bċejjeċ taċ-ċeramika f'Songo Mnara kienu oġġetti ta' skambju.

Dokumentazzjoni bl-istħarriġ tridimensjonali bil-laser

Bejn l-2005 u l-2009, il-kumpanija Zamani Project iddokumentat uħud mill-fdalijiet Swahili ta' Songo Mnara permezz tal-istħarriġ terrestri tridimensjonali bil-laser. L-istrutturi ddokumentati ta' Songo Mnara jinkludu: il-palazz, il-moskea u għadd ta' binjiet residenzjali. Uħud mill-mudelli tridimensjonali żviluppati, veduti panoramiċi, elevazzjonijiet, sezzjonijiet u pjanti tas-sit huma disponibbli fuq is-sit web tal-kumpanija.

Gallerija

Referenzi

  1. ^ Stoetzel, Jack (2011). "Field Report: Archaeological Survey of Songo Mnara Island". Nyame Akuma. 76: 9–14.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ruins of Kilwa Kisiwani and Ruins of Songo Mnara". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-10.
  3. ^ Welham, K.; Fleisher, J.; Cheetham, P.; Manley, H.; Steele, C.; Wynne-Jones, S. (2014). "Geophysical Survey in Sub-Saharan Africa: Magnetic and Electromagnetic Investigation of UNESCO World Heritage Site of Songo Mnara, Tanzania". Archaeological Prospection. 21 (4): 255–262.
  4. ^ Fleisher, Jeffrey; Wynne-Jones, Stephanie (2012). "Finding Meaning in Ancient Swahili Spatial Practices". African Archaeological Review. 29 (2–3): 171–207.
  5. ^ Fleisher, Jeffery. "How Public Space is Used in Ancient Cities: The Case of Songo Mnara, a Medieval Swahili City in Tanzania" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2014-12-22. Miġbur 2024-01-10.
  6. ^ "Siti tal-Qedem tat-Tanzanija" (PDF).
  7. ^ Wynne-Jones, Stephanie; Fleisher, Jeffrey (June 2010). "Archaeological Investigation at Songo Mnara, Tanzania, 2009". Nyame Akuma. 73: 2–9.
  8. ^ Wynne-Jones, Stephanie; Fleisher, Jeffrey (December 2011). "Archaeological Investigations at Songo Mnara, Tanzania, 2011". Nyame Akuma. 76: 3–8.
  9. ^ Brielle, Esther S.; Fleisher, Jeffrey; Wynne-Jones, Stephanie; Sirak, Kendra; Broomandkhoshbacht, Nasreen; Callan, Kim; Curtis, Elizabeth; Iliev, Lora; Lawson, Ann Marie; Oppenheimer, Jonas; Qiu, Lijun; Stewardson, Kristin; Workman, J. Noah; Zalzala, Fatma; Ayodo, George (March 2023). "Entwined African and Asian genetic roots of medieval peoples of the Swahili coast". Nature. 615 (7954): 866–873.
  10. ^ Brielle, Esther S.; Fleisher, Jeffrey; Wynne-Jones, Stephanie; Sirak, Kendra; Broomandkhoshbacht, Nasreen; Callan, Kim; Curtis, Elizabeth; Iliev, Lora; Lawson, Ann Marie; Oppenheimer, Jonas; Qiu, Lijun; Stewardson, Kristin; Workman, J. Noah; Zalzala, Fatma; Ayodo, George (March 2023). "Entwined African and Asian genetic roots of medieval peoples of the Swahili coast". Nature. 615 (7954): 866–873.
  11. ^ Sulas, Federica; Madella, Marco (2012). "Archaeology at the micro-scale: micromorphology and phytoliths at a Swahili stonetown". Archaeological and Anthropological Sciences. 4 (2): 145–159.
  12. ^ Fleisher, Jeffrey (2014). "The complexity of public space at the Swahili town of Songo Mnara, Tanzania". Journal of Anthropological Archaeology. 35: 1–22.
  13. ^ Wynne-Jones, Stephanie (2013). "The public life of the Swahili stonehouse, 14th-15th centuries AD". Journal of Anthropological Archaeology. 32 (4): 759–773.
  14. ^ Fleisher, Jeffrey; Wynne-Jones, Stephanie (2010). "Kilwa-type coins from Songo Mnara, Tanzania: New Finds and Chronological Implications". The Numismatic Chronicle. 179: 491–506.
  15. ^ Zhao, Bing (March 2012). "Global Trade and Swahili Cosmopolitan Material Culture: Chinese-Style Ceramic Shards from Sane ya Kati and Songo Mnara (Kilwa, ,Tanzania)". Journal of World History. 23: 41–85.
  16. ^ "Site - Songo Mnara - Swahili monuments". zamaniproject.org. Miġbur 2024-01-10.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 10 Lul, 2025 / 08:51

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Songo Mnara, X'inhi Songo Mnara? Xi tfisser Songo Mnara?

Songo Mnara huwa insedjament storiku Swahili li jinsab fuq il Gzira ta Songo Mnara f Pande Mikoma fid Distrett ta Kilwa tar Reġjun ta Lindi tat Tanzanija Il gzira tospita raħal tal ġebel Swahili Medjevali Ir raħal tal ġebel kien okkupat mis sekli 14 sa 16 Songo Mnara tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO flimkien mar raħal tal ġebel ta fil qrib B kollox l arkeologi sabu sitt moskej erba ċimiterji u tnax il blokka ta djar flimkien ma spazji miftuħa inkorporati fil gzira Songo Mnara nbena bil qroll grezz u t tkaħħil Dan ir raħal tal ġebel inbena bħala wieħed mill bosta rħula kummerċjali fl Oċean Indjan Is sit huwa rreġistrat bħala Sit Storiku Nazzjonali Il binja prinċipali tal fdalijiet ta Songo Mnara Konfigurazzjoni tal Irħula SwahiliL arkeologi ilhom janalizzaw il konfigurazzjoni tal irħula tal ġebel tul il kosta Swahili u ffukaw l iktar fuq ir rabta bejn il moskej u d djar sabiex jifhmu r rwol tal kosta Swahili fil kultura Izlamika il funzjonijiet ta rħula speċifiċi u l proċess ekonomiku u ritwali kumpless tas sjieda tal art L ispazji miftuħa fl irħula kienu jintuzaw għal skopijiet funzjonali u għall organizzazzjoni soċjali Iċ ċimiterji jinsabu kemm fi ħdan il ħitan tar raħal kif ukoll il barra minnhom Il konfigurazzjoni ta Songo Mnara hija tipika tal irħula tal ġebel tul il kosta Swahili għalkemm il ħajt ta dan is sit huwa karatteristika unika Sit ta Wirt DinjiIl Fdalijiet ta Kilwa Kisiwani u l Fdalijiet ta Songo Mnara ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1981 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta kriterju wieħed tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet SkaviL iskavi għenu lill arkeologi jifhmu aħjar l istili ta għajxien f Songo Mnara Bosta zoni differenti ġew skavati inkluz diversi mill iktar minn 40 dar madwar ir raħal tal ġebel Tħaffru trunċieri fid Dar Nru 44 fid Dar Nru 23 il barra miz zona tad djar qrib qabar u qrib bir Instabu bosta tipi differenti ta artefatti għalkemm uħud ġew irkuprati minn ġod djar skavati L arkeologi mmappjaw u rreġistraw is sejbiet li għamlu Id Dar Nru 44 kienet zona importanti ta riċerka minħabba l kumplessita tal kmamar u l fatt li kienet dar ta indivdwu Din id dar sarulha skavi f kull kamra u kull trunċiera ngħatat numru differenti Kien hemm unita ta prova ta 1x1 metru fil kamra tal Lbiċ li tħaffret bil galbu minħabba s saffi taċ ċeramika L iskavi waqfu meta laqtu l livell ta ġibs taħt l art tad dar Kien hemm unita oħra fil Lbiċ tad dar ta madwar 4x2 25 metri Instabu wkoll bċejjeċ taċ ċeramika f din il kamra Il kamra ta wara kienet fiċ ċentru tad dar fejn instab ġibs u qroll qalb is saffi ta radam F din il kamra l iskavi waqfu fl art tal ġibs Saru skavi wkoll fil kamra tad daħla fil kamra tal Lbiċ u fil kamra ta wara tad dar Il bċejjeċ taċ ċeramika li nstabu mid Dar Nru 44 kienu tas seklu 15 Id Dar Nru 23 tinsab fin naħa tal Lbiċ ta Songo Mnara Minħabba n nuqqas ta ħin minn din id dar ittieħdu biss xi kampjuni minflok ma saru skavi bir reqqa kollha kif suppost Tħaffret unita ta 4x1 metru fl ispazju miftuħ intern tad dar Matul l iskavi ġew zvelati xi tarġiet flimkien ma art magħmula mis saff ewlieni tal qroll Il kamra ta wara kienet kamra ċentrali u tħaffret unita ta 2x2 metri Ma kien hemm l ebda art tal ġibs kif instab fid Dar Nru 44 Id Djar Nri 31 40 u 34 ġew skavati matul proġett ta skola f Songo Mnara li sar fl 2011 Saret riċerka preliminari matul proġett ieħor ta skola fl 2009 Matul l iskavi tal 2009 l arkeologi sabu sitt zoni fi ħdan id dar ta Songo Mnara Mill ġdid instabu artijiet tal ġibs f kull dar kif ukoll xi artefatti Instabu bċejjeċ taċ ċeramika f waħda mid daħliet li x aktarx li rat ħafna attivita Il kamra ta wara li ġiet ittestjata ma rrizultatx li kellha l attivita tal kmamar ta quddiem peress li kienet zbarazzata wisq meta mqabbel mal kmamar ta quddiem Matul il proġetti tal iskola msemmija hawn fuq instabu muniti tat tip ta Kilwa taħt l art L informazzjoni kollha li nstabet f dawn id djar uriet mhux biss li l ispazju miftuħ kien kondiviz izda anke li d djar tas sit kienu kondivizi Matul il proġett ta skola tal 2009 saru skavi fl ispazji miftuħa ta Songo Mnara L attivita kollha ġiet imqassma skont l istrutturi li jisseparaw l ispazji privati mill ispazju pubbliku Meta wieħed iħares lejn is sit mil lenti arkeoloġika hemm abbundanza ta attivita li tista tinsilet mis saffi ta bċejjeċ taċ ċeramika u artefatti oħra Instabu wkoll muniti fl ispazji miftuħa Matul il proġett ta skola tal 2011 f Songo Mnara l ispazju miftuħ ġie investigat ukoll b fosos ta prova bl għarbiel u bil kazzola din id darba bit tir li jaraw x informazzjoni setgħet tagħti l ħamrija dwar is sit Tħaffru wkoll trunċieri kbar li abbazi tal artefatti li nstabu wrew li l zoni kienu jintuzaw għall attivitajiet tad dar Matul l proġett ta skola tal 2011 ġew investigati l moskej għad differenza tal proġett tal 2009 f Songo Mnara Il moskea ċentrali ġiet investigata biex tinġabar iktar informazzjoni dwar is sit ta Songo Mnara B ħarsa lejn l oqbra ħareġ fid dieher li n nies tal post kellhom għal qalbhom lin nies li difnu Studju li sar fl 2023 minn Brielle u oħrajn wassal għall iskavi tal fdalijiet mis sit arkeoloġiku biex jiġu analizzati l mudelli tad DNA bħala parti minn proġett ikbar ta traċċar tat taħlita barranija tad DNA tul il kosta Swahili L analizi tad DNA tal qedem tlestiet fuq il fdalijiet umani ta seba individwi ta Songo Mnara sabiex jiġu ddeterminati l proporzjonijiet ta sekwenzi tad DNA simili għal dawk tal Afrikani tal Persjani u tal Indjani Madankollu l arkeologi u l ġenetisti ma rnexxielhomx jipproduċu data soda għal bosta mill individwi ta Songo Mnara L analizi tad DNA wriet li mill inqas individwu wieħed ta Songo Mnara jista jiġi kkollokat fil mudell tad DNA tal qedem tat tliet reġjuni msemmija Kienet disponibbli bizzejjed evidenza tad DNA li kienet tindika nisel Persjan Madankollu għadd ikbar ta kampjuni u ta data ta kwalita ogħla kienu jzidu l ammont ta konkluzjonijiet li setgħu jinsiltu minn dan is sit L introduzzjoni ta DNA barranija ġiet stmata li seħħet bejn is 708 u l 1219 W K Madankollu l awturi tal istudju jindikaw li x aktarx seħħ fuq diversi ġenerazzjonijiet u li minn dak iz zmien il quddiem kien hemm taħlita ta popolazzjonijiet Ewrasjatiċi u Afrikani Dawn ir rizultati huma konsistenti mal ġrajjiet irrakkontati permezz tal Kronaka ta Kilwa ĠeoarkeoloġijaSongo Mnara hija gzira mibnija fuq is saff ewlieni tal blat u fuq sottoswol ramli Il prossimita tagħha għall epiċentru ta Kilwa Kisiwani u l okkupazzjoni limitata tagħha għamluha zona favorevoli għar riċerka ġeoarkeoloġika Fl 2011 ittieħdu kampjuni tal ħamrija minn Songo Mnara u l ġeoarkeologi wettqu analizijiet kimiċi u fitolitiċi mikrostratigrafiċi sabiex jisiltu liema materjal ġie depozitat b mod naturali u liema ġie depozitat mir residenti umani Ġew ittestjati zewġ spazji miftuħa wieħed fit Tramuntana ta Songo Mnara u wieħed fin Nofsinhar tas sit Ittieħdu wkoll kampjuni tar radam mill kmamar u mill artijiet tad djar Fil kampjuni mid Dar Nru 44 instab għadd kbir ta palm fitolitiku li ma kienx okkorrenza naturali Muniti tat tip ta KilwaIl muniti jmorru lura għas sekli 11 sa 16 Il maġġoranza tal muniti kienu leġġibbli Dawn instabu permezz tat trunċieri tal iskavi li saru f Songo Mnara l iktar fis saffi tal art Il muniti li nstabu fis sit kienu tat tip ta Nasir al Dunya ta Ali bin al Hasan u ta al Hasan bin Sulaiman Il muniti tat tip ta Nasir al Dunya ma setgħux jinqraw faċilment minħabba li ma tantx kienu ppreservati sew Il biċċa l kbira tal muniti tat tip ta Kilwa għandhom il kitba ta Ali b al Hasan fuqhom Il muniti jaf tħallew fil wiċċ minn nies oħra għaliex huma ta zmien qabel l okkupazzjoni tas sit KummerċIl kummerċ tul il kosta Swahili kien ivarja miċ Ċina mill Indja u minn pajjizi oħra li kienu jwettqu kummerċ fl Oċean Indjan Meta wieħed iħares lejn min kien iwettaq kummerċ mar residenti ta Songo Mnara isib evidenza ta bċejjeċ taċ ċeramika miċ Ċina u mix Xlokk tal Asja Il bċejjeċ taċ ċeramika Ċiniza kienu tal porċellana b lewn blu u abjad u l oġġetti tal ġebel kienu gglejzjati bl aħdar u jmorru lura għas seklu 14 Il biċċiet tax Xlokk tal Asja ma kinux igglejzjati u kienu joriġinaw minn Thi Ammont zgħir biss ta oġġetti importati nstabu minħabba l agrikoltura fis sit Il bċejjeċ taċ ċeramika f Songo Mnara kienu oġġetti ta skambju Dokumentazzjoni bl istħarriġ tridimensjonali bil laserBejn l 2005 u l 2009 il kumpanija Zamani Project iddokumentat uħud mill fdalijiet Swahili ta Songo Mnara permezz tal istħarriġ terrestri tridimensjonali bil laser L istrutturi ddokumentati ta Songo Mnara jinkludu il palazz il moskea u għadd ta binjiet residenzjali Uħud mill mudelli tridimensjonali zviluppati veduti panoramiċi elevazzjonijiet sezzjonijiet u pjanti tas sit huma disponibbli fuq is sit web tal kumpanija GallerijaReferenzi Stoetzel Jack 2011 Field Report Archaeological Survey of Songo Mnara Island Nyame Akuma 76 9 14 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Ruins of Kilwa Kisiwani and Ruins of Songo Mnara UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 10 Welham K Fleisher J Cheetham P Manley H Steele C Wynne Jones S 2014 Geophysical Survey in Sub Saharan Africa Magnetic and Electromagnetic Investigation of UNESCO World Heritage Site of Songo Mnara Tanzania Archaeological Prospection 21 4 255 262 Fleisher Jeffrey Wynne Jones Stephanie 2012 Finding Meaning in Ancient Swahili Spatial Practices African Archaeological Review 29 2 3 171 207 Fleisher Jeffery How Public Space is Used in Ancient Cities The Case of Songo Mnara a Medieval Swahili City in Tanzania PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2014 12 22 Miġbur 2024 01 10 Siti tal Qedem tat Tanzanija PDF Wynne Jones Stephanie Fleisher Jeffrey June 2010 Archaeological Investigation at Songo Mnara Tanzania 2009 Nyame Akuma 73 2 9 Wynne Jones Stephanie Fleisher Jeffrey December 2011 Archaeological Investigations at Songo Mnara Tanzania 2011 Nyame Akuma 76 3 8 Brielle Esther S Fleisher Jeffrey Wynne Jones Stephanie Sirak Kendra Broomandkhoshbacht Nasreen Callan Kim Curtis Elizabeth Iliev Lora Lawson Ann Marie Oppenheimer Jonas Qiu Lijun Stewardson Kristin Workman J Noah Zalzala Fatma Ayodo George March 2023 Entwined African and Asian genetic roots of medieval peoples of the Swahili coast Nature 615 7954 866 873 Brielle Esther S Fleisher Jeffrey Wynne Jones Stephanie Sirak Kendra Broomandkhoshbacht Nasreen Callan Kim Curtis Elizabeth Iliev Lora Lawson Ann Marie Oppenheimer Jonas Qiu Lijun Stewardson Kristin Workman J Noah Zalzala Fatma Ayodo George March 2023 Entwined African and Asian genetic roots of medieval peoples of the Swahili coast Nature 615 7954 866 873 Sulas Federica Madella Marco 2012 Archaeology at the micro scale micromorphology and phytoliths at a Swahili stonetown Archaeological and Anthropological Sciences 4 2 145 159 Fleisher Jeffrey 2014 The complexity of public space at the Swahili town of Songo Mnara Tanzania Journal of Anthropological Archaeology 35 1 22 Wynne Jones Stephanie 2013 The public life of the Swahili stonehouse 14th 15th centuries AD Journal of Anthropological Archaeology 32 4 759 773 Fleisher Jeffrey Wynne Jones Stephanie 2010 Kilwa type coins from Songo Mnara Tanzania New Finds and Chronological Implications The Numismatic Chronicle 179 491 506 Zhao Bing March 2012 Global Trade and Swahili Cosmopolitan Material Culture Chinese Style Ceramic Shards from Sane ya Kati and Songo Mnara Kilwa Tanzania Journal of World History 23 41 85 Site Songo Mnara Swahili monuments zamaniproject org Miġbur 2024 01 10

L-aħħar artikli
  • Lulju 10, 2025

    Liechtenstein fil-Festival tal-Eurovision

  • Lulju 09, 2025

    Libanu fil-Festival tal-Eurovision

  • Lulju 10, 2025

    Lepus peguensis

  • Lulju 08, 2025

    Lepus saxatilis

  • Lulju 09, 2025

    Lepus insularis

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq