Wachau ippronunzjata bil Ġermaniż vaˈxaʊ huwa wied Awstrijaku b pajsaġġ pittoresk iffurmat mix xmara Il wied huwa wieħed
Wachau

Wachau (ippronunzjata bil-Ġermaniż: [vaˈxaʊ]) huwa wied Awstrijaku b’pajsaġġ pittoresk iffurmat mix-xmara . Il-wied huwa wieħed mid-destinazzjonijiet turistiċi l-iktar prominenti tal-Awstrija t’Isfel, li tinsab f’nofs triq bejn l-irħula ta’ u , u jattira wkoll lill-esperti tal-inbejjed ta’ kwalità għolja u lil dawk li jħobbu qatra nbid tajba. Il-wied ta’ Wachau huwa twil 36 kilometru u diġà kien insedjat fi żminijiet preistoriċi. X’aktarx li wieħed mill-iktar postijiet magħrufa fi ħdan Wachau huwa l-attrazzjoni turistika ta’ , fejn ir-Re tal-Ingilterra kien inżamm priġunier mid-Duka tal-Awstrija u ta’ Steiermark. L-eleganza arkitettonika tal-monasteri antiki ta’ Wachau (l-Abbazija ta’ Melk u l-Abbazija ta’ Göttweig), il-kastelli u l-fdalijiet flimkien mal-arkitettura urbana tal-irħula u tal-villaġġi tiegħu, kif ukoll il-kultivazzjoni tad-dwieli bħala prodott agrikolu importanti huma l-karatteristiċi dominanti tal-wied.
Wachau tniżżel fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO bħala l-“Pajsaġġ Kulturali ta’ Wachau” f’Diċembru 2000 għall-istorja arkitettonika u agrikola tiegħu.
Storja
Żmien il-qedem
Saħansitra qabel li l-perjodu Neolitiku ġab miegħu bidliet fl-ambjent naturali tal-wied, ġew identifikati fdalijiet Paleolitiċi fil-wied fl-għamla ta’ “figurini” f’ u f’Willendorf li jingħad li huma antiki bejn 32,000 sena u 26,000 sena rispettivament, u dan jixhed l-okkupazzjoni umana fil-wied minn dak iż-żmien. Ġie dedott li Krems u Melk kienu insedjamenti stabbiliti sew fil-perjodu Neolitiku bikri bejn l-4500 Q.K. u l-1800 Q.K. L-istorja antika tal-wied ta’ Wachau fil- perjodu Neolitiku bdiet bid-deforestazzjoni min-nies għall-kultivazzjoni u għall-insedjamenti.
Fil-15 Q.K., ir-renju Ċeltiku ta’ sar parti mill-Imperu Ruman. Minn dak iż-żmien, il-konfini tal-Imperu kienu tul id-Danubju anke f’Wachau u l-fortifikazzjonijiet tal-fruntieri tal-Imperu Ruman inbnew tul ix-xtut tan-Nofsinhar tiegħu, speċjalment Castrum Favianis (li attwalment huwa magħruf bħala ) fit-tarf nett tan-naħa t’isfel tal-wied u xi burgi (jiġifieri fortizzi żgħar qishom torrijiet tal-għassa) fiż-żona tal-muniċipalità ta’ . Il-fdalijiet tagħhom għadhom viżibbli llum il-ġurnata, l-iktar f’. Il-ħakma Rumana fuq ix-xtut tan-Nofsinhar tad-Danubju ġiet fi tmiemha meta r-Re ordna l-evakwazzjoni tal-popolazzjoni li kienet titkellem bil-Latin fl-488 W.K.
L-isem “wachu” ġie rreġistrat bħala “locus Wahowa” fit-853 W.K. u l-isem “Krems” ġie rreġistrat bħala Urbs Chremisa fid-995 W.K., li jfisser li Krems huwa l-eqdem raħal tal-Awstrija.
Il-, b’ bħala l-ewwel re tagħhom, irrenjaw f’Wachau mid-976 W.K. Fis-seklu 11 feġġ id-Dukat Awstrijaku ta’ Babenberg taħt , eżattament fl-1156; li għadda f’idejn il-familja tal-kavallieri ta’ Wachau, il-familja Kuenring, u wara għaddiet f’idejn il-familja Babenberg. Iktar ’il quddiem, fl-1430, id-Duka (ir-Re ) kiseb il-poter. Bejn l-1150 u l-1839, l-erba’ rħula ta’ San Mikiel, , , u iffunzjonaw b’mod indipendenti. Madankollu, huma ffurmaw entità waħda bħala Wachau jew Tal Wachau fl-1972. Parti interessanti mill-istorja tas-seklu 12 hija l-priġunerija tar-Re Rikkardu I tal-Ingilterra fil-Kastell ta’ Kuenringerburg (issa baqa’ biss il-fdalijiet tiegħu) fuq ir-raħal ta’ Dürnstein minħabba li insulta lid-Duka ta’ Babenberg, Leopoldu V billi wera nuqqas ta’ rispett lejn il-bandiera Awstrijaka (kien tefagħha ġo fossa tad-dranaġġ). Anki jekk kien qed jivvjaġġa fl-Awstrija (kien qed jirritorna mill-Artijiet Imqaddsa) pjuttost b’mod ittravestit (kien ħalla daqna twila biex ma jintagħrafx), xorta waħda ġie identifikat f’berġa f’, li issa huwa subborg ta’ Vjenna. Fl-aħħar inħeles wara li ħallas rahan għali ta’ 35,000 kg ta’ fidda. Skont il-leġġenda, il-libertà tar-re ġiet iffaċilitata bis-saħħa tal-isforzi tal-assistent Franċiż tiegħu . Jingħad li dan ir-rahan tal-fidda ntuża biex tinbena l-belt ta’ .
Bejn l-1150 u l-1839, l-erba’ rħula ta’ San Mikiel, , u iffunzjonaw b’mod indipendenti. Madankollu, huma ffurmaw entità waħda bħala Wachau jew Tal Wachau biss fl-1972. Wachau kellu wkoll għadd ta’ invażjonijiet. L- Ungeriżi invadew fis-seklu 15 u okkupa u fl-1477. L-attivitajiet tar-Riformisti tal-Knisja wkoll kellhom impatt bejn l-1530 u l-1620, u l-Protestanti fl-aħħar mill-aħħar ġew imrażżna mis-Superjur tal-patrijiet tal-Abbazija ta’ Göttweig bejn l-1612 u l-1631; ħdax-il abbazija Benedittina Awstrijaka kienu taw l-appoġġ sħiħ tagħhom f’din ir-rebħa. Dan kellu impatt kbir fuq il-kultura reliġjuża tal-wied b’ħafna knejjes, kappelli u monumenti oħra li nbnew fil-wied.
Stabbilita f’Wachau u tittratta l-politika ta’ dan iż-żmien, il-poeżija epika Ġermaniża Nibelungenlied inkitbet għall-ħabta tas-sena 1200. Frammenti ta’ din l-epika ġew skoperti fil-librerija monastika ta’ , u għadhom jintwerew hemmhekk ukoll.
Madankollu, seħħew bidliet sostanzjali fil-pajsaġġ matul il-perjodu Medjevali mis-seklu 9 bl-istabbiliment tal-monasteri tal-Bavarja u ta’ Salzburg. Matul dan il-proċess ta’ żvilupp, il-ħtiġijiet ekonomiċi kienu jeħtieġu l-ħolqien ta’ għelieqi mtarrġin tad-dwieli għall-manifattura u għall-kummerċ tal-inbid. Fis-seklu 17, iż-żona bil-vinji kienet tvarja ħafna skont il-klima kif ukoll il-kummerċ tal-inbid tagħha. Il-vitikultura fuq l-inżul u t-tlajja’ tal-għoljiet kienet ipprattikata mis-seklu 18 iżda kienu meħtieġa aġġustamenti fil-qisien tal-art għall-vitikultura u għall-mergħa, u għall-vitikultura u għall-ortikultura (għat-tkabbir tal-frott) sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet ekonomiċi fir-reġjun. Flimkien ma’ dan, il-kampanja bdiet tiżviluppa wkoll u dan affettwa mill-qrib il-prattiki agrikoli fir-reġjun.
L-istorja tal-iżvilupp tal-irħula fil-wied tmur lura għas-sekli 11 u 12. Dan l-iżvilupp, li kien ta’ natura omoġenja b’binjiet tal-injam mibnija għall-abitazzjonijiet f’toroq irregolari, għadu viżibbli anke llum il-ġurnata. Madankollu, il-ġebla bħala materjal tal-kostruzzjoni ġiet introdotta fis-sekli 15 u 16 biex tissostitwixxi l-istrutturi l-qodma tal-injam mir-raħħala u mill-aristokratiċi. Mill-1950, bdew jitfaċċaw il-kumplessi residenzjali fil-periferija ta’ fuq tal-wied.
Karatteristika notevoli tal-wied hija t-tqassim tar-raba’ u tal-binjiet tal-produtturi tal-inbid. Dawn huma wkoll ta’ żmien is-sekli 11 u 12 u wħud ġew ikkreditati wkoll għas-sekli 16-17. Bażikament jinsabu f’“forma tawwalija ta’ U jew ta’ L” b’żewġ settijiet paralleli ta’ binjiet. L-arkitettura Barokka hija karatteristika dominanti b’toroq bi statwi fin-niċeċ, pitturi mal-ħitan u xogħol bis-sgraffito, jew fdalijiet tagħhom.
Storja moderna
Mill-1700 ’il quddiem (meqjus mal-perjodu modern) saru bosta xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni. Dawn kienu jinkludu l-Abbazija ta’ Melk mibnija mill-ġdid fl-1702, ir-restawr tal-Abbazija tal-Kanoniċi f’ bejn l-1715 u l-1733 u xogħlijiet kbar ta’ rikostruzzjoni tal-Abbazija ta’ Göttweig li bdew fl-1719. Madankollu, fl-aħħar tas-sekli 18 u 19, kien hemm tnaqqis fl-importanza ta’ Wachau bħala riżultat tal-għeluq tal-monasteri taħt il-ħakma sekulari tal-Bavarjani. Madankollu, bosta avvenimenti biddlu s-sitwazzjoni, u mill-1904, il-komunitajiet lokali kollha ta’ bejn Krems u Melk ingħaqdu flimkien biex jiżguraw l-iżvilupp ekonomiku ta’ Wachau, billi integraw kemm setgħu l-wirt storiku mal-modernità. L-iżvilupp tat-turiżmu u tal-għelieqi bid-dwieli protetti mil-Liġijiet tal-Gvern saru sinonimi ma’ Wachau, tant li l-wied ingħata l-laqam ta’ “Wachau tad-Deheb”.
Madankollu, fil-perjodu modern, il-binjiet tas-seklu 18 ġew integrati fit-tqassim tal-irħula, u jintużaw għall-promozzjoni tal-kummerċ u tal-artiġjanat. L-atmosfera tas-sekli 15 u 16 tista’ tiġi apprezzata fit-“taverni jew fil-bereġ tal-irħula, fl-istazzjonijiet u fl-istalel għaż-żamma taż-żwiemel, fid-djar tal-operaturi tad-dgħajjes u tal-ħlas tal-miżati għall-użu tax-xmara, kif ukoll fl-imtieħen, fil-fabbriki, jew fl-imħażen tal-melħ". Il-wied u l-irħula għadhom jippreservaw għadd ta’ kastelli ta’ valur storiku.
Sit ta’ Wirt Dinji u Natura 2000
Il-wied ta’ Wachau tniżżel fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO bħala l-“Pajsaġġ Kulturali ta’ Wachau” f’Diċembru 2000.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.
Anke qabel ir-rikonoxximent mill-UNESCO, fil-5 ta’ Settembru 1994, iż-żona ta’ Wachau ġiet uffiċjalment imdaħħla fl-ambitu tan-“Natura 2000”, li huwa network ta’ siti Ewropej tal- Unjoni Ewropea fejn jiġi żgurat li l-iżvilupp fiż-żoni magħżula tas-siti jsegwi r-regoli u r-regolamenti stipulati kollha. Iż-żona magħżula fiha 5,000 monument storiku, għalkemm ħafna minnhom huma proprjetà privata. Barra minn hekk, l-Uffiċċju Federali tal-Monumenti Storiċi (iżommu wkoll lista sħiħa tal-monumenti storiċi kollha fl-Awstrija) u l-Landeskonservatorat für Niederösterreich huma responsabbli għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ kulturali storiku ta’ Wachau.
Ġeografija
Il-wied tad-Danubju fl-Awstrija bejn l-irħula ta’ Melk u ta’ Krems fl-Awstrija t’Isfel jissejjaħ Wachau. Din il-medda tal-wied tinkludi l-għoljiet u l-foresti biswitu msejħa Dunkelsteiner Waldbiswit u l-Waldviertel tan-Nofsinhar. Ix-xmara Danubju tnixxi mill-Grigal u mit-Tramuntana minn Melk għal Dürnstein minn lilwa li minnha mbagħad tnixxi lejn ix-Xlokk, u wara lejn il-Lvant mir-raħal ta’ Krems. F’Wachau, ir-raħal ta’ jinsab fuq ix-xatt tal-Punent tad-Danubju u r-raħal ta’ Melk jinsab fuq ix-xatt tal-Lvant tagħha. Irħula oħra importanti fil-wied huma Dürnstein, Weißenkirchen in der Wachau u Emmersdorf an der Donau, li għandhom bosta binjiet antiki li jmorru lura għal nofs is-seklu 6. Il-linja ferrovjarja li nbniet fl-1909 bejn Krems u Emmersdorf hija meravilja topografika. Insedjamenti notevoli oħra fil-wied ta’ Wachau jinkludu Aggsbach, Bachamsdorf, Bergern im Dunkelsteinerwald, Furth bei Göttweig, Joching, Maria Laach am Jauerling, Mautern an der Donau, Mühldorf, Oberamsdorf, Oberloiben, Rossatz-Arnsdorf, Ruhrsdorf, Schwallenbach, Schönbühel-Aggsbach, Unterloiben u Willendorf.
Ix-xmara Danubju għandha network tajjeb li jikkonsisti minn sistema tan-navigazzjoni interna. Wieħed jista’ jżur is-siti storiċi tal-wied ta’ Wachau bid-dgħajjes li jaħdmu bl-istim; l-aqwa staġun għal żjara huwa bejn Mejju u Settembru. Is-servizzi tal-Autobahn huma disponibbli wkoll minn Vjenna. In-network tat-toroq żviluppat tajjeb ħafna bejn Melk u Krems u jsegwi l-kontorn tal-wied. Madankollu, ma hemm l-ebda pontijiet minn naħa għall-oħra tax-xmara Danubju f’dan ir-reġjun, u l-laneċ huma l-uniku mod biex taqsam ix-xmara.
Referenzi
- ^ "Wachau Wine Region". Wine-Searcher (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-17.
- ^ "Getting there". Wachau Nibelungengau Kremstal (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-17.
- ^ a b ċ d e f ġ g għ ""Wachau (Austria) No 970" (PDF). Unesco.org. pp. 22–26" (PDF).
- ^ "Wachau-Nibelungengau-Kremstal". Wachau Nibelungengau Kremstal (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-17.
- ^ a b ċ d e f ġ Centre, UNESCO World Heritage. "Wachau Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-17.
- ^ "Report of the 24th session, 27 November - 2 December 2000". whc.unesco.org. Miġbur 2021-05-17.
- ^ Haywood, Anthony; Walker, Kerry (2008). Austria. Lonely Planet. pp. 165–174. ISBN 1-74104-670-X.
- ^ Bousfield, Jonathan; Humphreys, Rob (2001). The rough guide to Austria. Rough Guides. Rough Guides. pp. 174 of 172–176. ISBN 1-85828-709-X.
- ^ Wachau (Austria) No 970, p. 23.
- ^ a b Bedford, Neal; Gemma Pitcher (2005). Austria. Lonely Planet. pp. 130–131, 134. ISBN 1-74059-484-3.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Wachau, X'inhi Wachau? Xi tfisser Wachau?
Wachau ippronunzjata bil Ġermaniz vaˈxaʊ huwa wied Awstrijaku b pajsaġġ pittoresk iffurmat mix xmara Il wied huwa wieħed mid destinazzjonijiet turistiċi l iktar prominenti tal Awstrija t Isfel li tinsab f nofs triq bejn l irħula ta u u jattira wkoll lill esperti tal inbejjed ta kwalita għolja u lil dawk li jħobbu qatra nbid tajba Il wied ta Wachau huwa twil 36 kilometru u diġa kien insedjat fi zminijiet preistoriċi X aktarx li wieħed mill iktar postijiet magħrufa fi ħdan Wachau huwa l attrazzjoni turistika ta fejn ir Re tal Ingilterra kien inzamm priġunier mid Duka tal Awstrija u ta Steiermark L eleganza arkitettonika tal monasteri antiki ta Wachau l Abbazija ta Melk u l Abbazija ta Gottweig il kastelli u l fdalijiet flimkien mal arkitettura urbana tal irħula u tal villaġġi tiegħu kif ukoll il kultivazzjoni tad dwieli bħala prodott agrikolu importanti huma l karatteristiċi dominanti tal wied Veduta ta Wachau mill għoli Wachau tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO bħala l Pajsaġġ Kulturali ta Wachau f Diċembru 2000 għall istorja arkitettonika u agrikola tiegħu StorjaZmien il qedem Il Kastell ta Schallaburg Saħansitra qabel li l perjodu Neolitiku ġab miegħu bidliet fl ambjent naturali tal wied ġew identifikati fdalijiet Paleolitiċi fil wied fl għamla ta figurini f u f Willendorf li jingħad li huma antiki bejn 32 000 sena u 26 000 sena rispettivament u dan jixhed l okkupazzjoni umana fil wied minn dak iz zmien Ġie dedott li Krems u Melk kienu insedjamenti stabbiliti sew fil perjodu Neolitiku bikri bejn l 4500 Q K u l 1800 Q K L istorja antika tal wied ta Wachau fil perjodu Neolitiku bdiet bid deforestazzjoni min nies għall kultivazzjoni u għall insedjamenti veduta tal knisja parrokjali mill pjazza tas suq għall knisja parrokkjali Fil 15 Q K ir renju Ċeltiku ta sar parti mill Imperu Ruman Minn dak iz zmien il konfini tal Imperu kienu tul id Danubju anke f Wachau u l fortifikazzjonijiet tal fruntieri tal Imperu Ruman inbnew tul ix xtut tan Nofsinhar tiegħu speċjalment Castrum Favianis li attwalment huwa magħruf bħala fit tarf nett tan naħa t isfel tal wied u xi burgi jiġifieri fortizzi zgħar qishom torrijiet tal għassa fiz zona tal muniċipalita ta Il fdalijiet tagħhom għadhom vizibbli llum il ġurnata l iktar f Il ħakma Rumana fuq ix xtut tan Nofsinhar tad Danubju ġiet fi tmiemha meta r Re ordna l evakwazzjoni tal popolazzjoni li kienet titkellem bil Latin fl 488 W K L isem wachu ġie rreġistrat bħala locus Wahowa fit 853 W K u l isem Krems ġie rreġistrat bħala Urbs Chremisa fid 995 W K li jfisser li Krems huwa l eqdem raħal tal Awstrija Il b bħala l ewwel re tagħhom irrenjaw f Wachau mid 976 W K Fis seklu 11 feġġ id Dukat Awstrijaku ta Babenberg taħt ezattament fl 1156 li għadda f idejn il familja tal kavallieri ta Wachau il familja Kuenring u wara għaddiet f idejn il familja Babenberg Iktar il quddiem fl 1430 id Duka ir Re kiseb il poter Bejn l 1150 u l 1839 l erba rħula ta San Mikiel u iffunzjonaw b mod indipendenti Madankollu huma ffurmaw entita waħda bħala Wachau jew Tal Wachau fl 1972 Parti interessanti mill istorja tas seklu 12 hija l priġunerija tar Re Rikkardu I tal Ingilterra fil Kastell ta Kuenringerburg issa baqa biss il fdalijiet tiegħu fuq ir raħal ta Durnstein minħabba li insulta lid Duka ta Babenberg Leopoldu V billi wera nuqqas ta rispett lejn il bandiera Awstrijaka kien tefagħha ġo fossa tad dranaġġ Anki jekk kien qed jivvjaġġa fl Awstrija kien qed jirritorna mill Artijiet Imqaddsa pjuttost b mod ittravestit kien ħalla daqna twila biex ma jintagħrafx xorta waħda ġie identifikat f berġa f li issa huwa subborg ta Vjenna Fl aħħar inħeles wara li ħallas rahan għali ta 35 000 kg ta fidda Skont il leġġenda il liberta tar re ġiet iffaċilitata bis saħħa tal isforzi tal assistent Franċiz tiegħu Jingħad li dan ir rahan tal fidda ntuza biex tinbena l belt ta Burgruine Aggstein Bejn l 1150 u l 1839 l erba rħula ta San Mikiel u iffunzjonaw b mod indipendenti Madankollu huma ffurmaw entita waħda bħala Wachau jew Tal Wachau biss fl 1972 Wachau kellu wkoll għadd ta invazjonijiet L Ungerizi invadew fis seklu 15 u okkupa u fl 1477 L attivitajiet tar Riformisti tal Knisja wkoll kellhom impatt bejn l 1530 u l 1620 u l Protestanti fl aħħar mill aħħar ġew imrazzna mis Superjur tal patrijiet tal Abbazija ta Gottweig bejn l 1612 u l 1631 ħdax il abbazija Benedittina Awstrijaka kienu taw l appoġġ sħiħ tagħhom f din ir rebħa Dan kellu impatt kbir fuq il kultura reliġjuza tal wied b ħafna knejjes kappelli u monumenti oħra li nbnew fil wied Stabbilita f Wachau u tittratta l politika ta dan iz zmien il poezija epika Ġermaniza Nibelungenlied inkitbet għall ħabta tas sena 1200 Frammenti ta din l epika ġew skoperti fil librerija monastika ta u għadhom jintwerew hemmhekk ukoll Veduta tal Abbazija ta Gottweig minn Stein Madankollu seħħew bidliet sostanzjali fil pajsaġġ matul il perjodu Medjevali mis seklu 9 bl istabbiliment tal monasteri tal Bavarja u ta Salzburg Matul dan il proċess ta zvilupp il ħtiġijiet ekonomiċi kienu jeħtieġu l ħolqien ta għelieqi mtarrġin tad dwieli għall manifattura u għall kummerċ tal inbid Fis seklu 17 iz zona bil vinji kienet tvarja ħafna skont il klima kif ukoll il kummerċ tal inbid tagħha Il vitikultura fuq l inzul u t tlajja tal għoljiet kienet ipprattikata mis seklu 18 izda kienu meħtieġa aġġustamenti fil qisien tal art għall vitikultura u għall mergħa u għall vitikultura u għall ortikultura għat tkabbir tal frott sabiex jissodisfaw il kundizzjonijiet ekonomiċi fir reġjun Flimkien ma dan il kampanja bdiet tizviluppa wkoll u dan affettwa mill qrib il prattiki agrikoli fir reġjun It torri tal kampnar ta Durnstein L istorja tal izvilupp tal irħula fil wied tmur lura għas sekli 11 u 12 Dan l izvilupp li kien ta natura omoġenja b binjiet tal injam mibnija għall abitazzjonijiet f toroq irregolari għadu vizibbli anke llum il ġurnata Madankollu il ġebla bħala materjal tal kostruzzjoni ġiet introdotta fis sekli 15 u 16 biex tissostitwixxi l istrutturi l qodma tal injam mir raħħala u mill aristokratiċi Mill 1950 bdew jitfaċċaw il kumplessi residenzjali fil periferija ta fuq tal wied Karatteristika notevoli tal wied hija t tqassim tar raba u tal binjiet tal produtturi tal inbid Dawn huma wkoll ta zmien is sekli 11 u 12 u wħud ġew ikkreditati wkoll għas sekli 16 17 Bazikament jinsabu f forma tawwalija ta U jew ta L b zewġ settijiet paralleli ta binjiet L arkitettura Barokka hija karatteristika dominanti b toroq bi statwi fin niċeċ pitturi mal ħitan u xogħol bis sgraffito jew fdalijiet tagħhom Storja moderna L għelieqi mtarrġin bid dwieli fir reġjun ta Wachau Mill 1700 il quddiem meqjus mal perjodu modern saru bosta xogħlijiet ta rinnovazzjoni Dawn kienu jinkludu l Abbazija ta Melk mibnija mill ġdid fl 1702 ir restawr tal Abbazija tal Kanoniċi f bejn l 1715 u l 1733 u xogħlijiet kbar ta rikostruzzjoni tal Abbazija ta Gottweig li bdew fl 1719 Madankollu fl aħħar tas sekli 18 u 19 kien hemm tnaqqis fl importanza ta Wachau bħala rizultat tal għeluq tal monasteri taħt il ħakma sekulari tal Bavarjani Madankollu bosta avvenimenti biddlu s sitwazzjoni u mill 1904 il komunitajiet lokali kollha ta bejn Krems u Melk ingħaqdu flimkien biex jizguraw l izvilupp ekonomiku ta Wachau billi integraw kemm setgħu l wirt storiku mal modernita L izvilupp tat turizmu u tal għelieqi bid dwieli protetti mil Liġijiet tal Gvern saru sinonimi ma Wachau tant li l wied ingħata l laqam ta Wachau tad Deheb Madankollu fil perjodu modern il binjiet tas seklu 18 ġew integrati fit tqassim tal irħula u jintuzaw għall promozzjoni tal kummerċ u tal artiġjanat L atmosfera tas sekli 15 u 16 tista tiġi apprezzata fit taverni jew fil bereġ tal irħula fl istazzjonijiet u fl istalel għaz zamma taz zwiemel fid djar tal operaturi tad dgħajjes u tal ħlas tal mizati għall uzu tax xmara kif ukoll fl imtieħen fil fabbriki jew fl imħazen tal melħ Il wied u l irħula għadhom jippreservaw għadd ta kastelli ta valur storiku Il wied ta Wachau ħdejn Durnstein Unterloiben fuq ix xellug u Oberloiben fuq il lemin Sit ta Wirt Dinji u Natura 2000L Abbazija ta Melk Il wied ta Wachau tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO bħala l Pajsaġġ Kulturali ta Wachau f Diċembru 2000 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Anke qabel ir rikonoxximent mill UNESCO fil 5 ta Settembru 1994 iz zona ta Wachau ġiet uffiċjalment imdaħħla fl ambitu tan Natura 2000 li huwa network ta siti Ewropej tal Unjoni Ewropea fejn jiġi zgurat li l izvilupp fiz zoni magħzula tas siti jsegwi r regoli u r regolamenti stipulati kollha Iz zona magħzula fiha 5 000 monument storiku għalkemm ħafna minnhom huma proprjeta privata Barra minn hekk l Uffiċċju Federali tal Monumenti Storiċi izommu wkoll lista sħiħa tal monumenti storiċi kollha fl Awstrija u l Landeskonservatorat fur Niederosterreich huma responsabbli għall konservazzjoni tal pajsaġġ kulturali storiku ta Wachau ĠeografijaMappa tal Pajsaġġ Kulturali ta Wachau Il wied tad Danubju fl Awstrija bejn l irħula ta Melk u ta Krems fl Awstrija t Isfel jissejjaħ Wachau Din il medda tal wied tinkludi l għoljiet u l foresti biswitu msejħa Dunkelsteiner Waldbiswit u l Waldviertel tan Nofsinhar Ix xmara Danubju tnixxi mill Grigal u mit Tramuntana minn Melk għal Durnstein minn lilwa li minnha mbagħad tnixxi lejn ix Xlokk u wara lejn il Lvant mir raħal ta Krems F Wachau ir raħal ta jinsab fuq ix xatt tal Punent tad Danubju u r raħal ta Melk jinsab fuq ix xatt tal Lvant tagħha Irħula oħra importanti fil wied huma Durnstein Weissenkirchen in der Wachau u Emmersdorf an der Donau li għandhom bosta binjiet antiki li jmorru lura għal nofs is seklu 6 Il linja ferrovjarja li nbniet fl 1909 bejn Krems u Emmersdorf hija meravilja topografika Insedjamenti notevoli oħra fil wied ta Wachau jinkludu Aggsbach Bachamsdorf Bergern im Dunkelsteinerwald Furth bei Gottweig Joching Maria Laach am Jauerling Mautern an der Donau Muhldorf Oberamsdorf Oberloiben Rossatz Arnsdorf Ruhrsdorf Schwallenbach Schonbuhel Aggsbach Unterloiben u Willendorf Ix xmara Danubju għandha network tajjeb li jikkonsisti minn sistema tan navigazzjoni interna Wieħed jista jzur is siti storiċi tal wied ta Wachau bid dgħajjes li jaħdmu bl istim l aqwa staġun għal zjara huwa bejn Mejju u Settembru Is servizzi tal Autobahn huma disponibbli wkoll minn Vjenna In network tat toroq zviluppat tajjeb ħafna bejn Melk u Krems u jsegwi l kontorn tal wied Madankollu ma hemm l ebda pontijiet minn naħa għall oħra tax xmara Danubju f dan ir reġjun u l laneċ huma l uniku mod biex taqsam ix xmara Id Danubju fil wied ta Wachau Durnstein fuq ix xellug nett tax xmara u Krems fuq il lemin Referenzi Wachau Wine Region Wine Searcher bl Ingliz Miġbur 2021 05 17 Getting there Wachau Nibelungengau Kremstal bl Ingliz Miġbur 2021 05 17 a b ċ d e f ġ g għ Wachau Austria No 970 PDF Unesco org pp 22 26 PDF Wachau Nibelungengau Kremstal Wachau Nibelungengau Kremstal bl Ingliz Miġbur 2021 05 17 a b ċ d e f ġ Centre UNESCO World Heritage Wachau Cultural Landscape UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 05 17 Report of the 24th session 27 November 2 December 2000 whc unesco org Miġbur 2021 05 17 Haywood Anthony Walker Kerry 2008 Austria Lonely Planet pp 165 174 ISBN 1 74104 670 X Bousfield Jonathan Humphreys Rob 2001 The rough guide to Austria Rough Guides Rough Guides pp 174 of 172 176 ISBN 1 85828 709 X Wachau Austria No 970 p 23 a b Bedford Neal Gemma Pitcher 2005 Austria Lonely Planet pp 130 131 134 ISBN 1 74059 484 3