Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Cheirolophus crassifolius jew Widnet il Baħar magħrufa ukoll bħala Maltese Rock Centaury jew Malta knapweed hija speċi t

Widnet il Baħar

  • Paġna Ewlenija
  • Widnet il Baħar
Widnet il Baħar
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az


Cheirolophus crassifolius jew Widnet il-Baħar (magħrufa ukoll bħala Maltese Rock Centaury jew Malta knapweed), hija speċi ta' pjanta għal Malta mill-familja . Il-Widnet il-Baħar saret u għadha l-pjanta nazzjonali ta' Malta mill-1971. L-ambjent naturali tagħha huwa fil-wiċċ u fix-xquq tal-, kif ukoll fil- li jkunu magħmulin mill-franka. Din il-pjanta hija mhedda bit-telf tal-ambjent naturali ikkawżat mill-bniedem. Kif ukoll minn pjanti aljeni invazivi li jistabilixxu ruħhom fuq l-irdum u jikkompetu ma' din l-ispeċi għall-istess riżorsi.

Cheirolophus crassifolius
Stat ta' konservazzjoni

F'Periklu Kritiku ta' Estinzjoni  ()
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuPlantae
OrdniAsterales
FamiljaAsteraceae
TribùCynareae (mul)
ĠeneruCheirolophus (mul)
speċi Cheirolophus crassifolius
Susanna,

Din il-pjanta perenni tagħmel fjuri ta' lewn vjola bejn Mejju u Lulju, il-fjuri jifformaw fuq zkuk ħodor, fjura waħda fuq kull zokk li huwa ta' tul ta' bejn 50 u 60 ċentimetru. Dawn iz-zkuk flimkien jifformaw arbuxxell b'weraq lixxi, sukkulenti, ovali u tawwalin f'forma ta' kuċċarina. Iż-żerriegħa jkollha struttura bħall- ġwienaħ li jgħinu sabiex iż-żerriegħa ittir mar-riħ 'il bogħod mill-pjanta omm fejn tistabilixxi ruħha ġo qasma fil-blat fuq l-irdum f'post ieħor. Il-weraq sukkulenti ta' din l-ispeċi huma mekkaniżmu ta' ħażna tal-ilma matul iż-żmien tan-nixfa fl-ambjent aridu tal-irdum.

Il-varjeta' serratifolia hija rari ħafna bis-snien max-xifer tal-weraq u kienet deskritta li tinstab biss fuq l-irdumijiet t'Għawdex. Din il-varjeta' kienet deskritta għall-ewwel darba minn Fiori u Paoletti fl-1907. Filwaqt li l-botanist Malti John Borg kiteb fl-1927, li pjanti b'weraq normali tal-Widnet il-Baħar kienu jipproduċu weraq bis-snien fit-truf taz-zkuk bħal tal-varjeta' serratifolia. Għalkemm din il-varjeta' ma nstabitx meta sar l-istudju fl-1994.

Cheirolophus crassifolius kienet deskritta għall-ewwel darba mill-naturalist Malti Stefano Zerafa, madwar is-sena 1827, bħala l-unika speċi fil-ġeneru monotipiku Centaurea u ingħatat l-isem ta' Centaurea spathulatha. Dan l-isem ġie mbiddel għal Centaurea crassifolia fl-1828. Imbagħad kienet trasferita fil-ġeneru Palaeocyanus u ingħatat l-isem ta' Paleocyanus crassifolius fl-1975 mill-botanist Josef Dostál. Madankollu, fis-sena 1999, din il-pjanta ġiet trasferita għal ġeneru Cheirolophus, fid-dawl ta' studji ġenetiċi li saru f'dik is-sena u l-isem inbidel mill-botanist Alfonso Susanna għal Cheirolophus crassifolius. Għalkemm għad hemm dibattitu dwar f'liema ġeneru minn Palaeocyanus u Cheirolophus l-aktar jirrifletti l-filoġenija ta' din l-ispeċi minħabba li hija pjanta Paleoendemika. Din l-ispeċi hija regolarment ikkultivata f'Malta, minħabba li tikber biss fil-Gżejjer Maltin u l-popolazzjonijiet ta' din il-pjanta huma mhedda bl-estinzjoni. Fil-fatt, Cheirolophus crassifolius hija kkunsidrata bħala serjament mhedda fil-Lista l-Ħamra tal-IUCN u hija imnizzla f'Appendiċi I ta' Flora protetta strettament tal-Konvenzjoni Bern u Anness II u IV tad-Direttiva 92/43/EEC tal-prijorita` tal-ispeċi. Kif ukoll fil-ġżejjer Maltin, hija strettament protetta nkluż l-inħawi fejn din il-pjanta tinstab fis-selvaġġ minħabba l-importanza nazzjonali tagħha.

L-isem "Cheirolophus" ifisser nofs tond bil-latin, simili għall-forma tad-daħla tal-id li kienet tirreferi għaliha l-kelma oriġinali bil-latin, u għal forma tat-truf tal-bract li hija karatterristika ta' bosta speċi f'dan il-ġeneru. Filwaqt li "crassifolius" tfisser weraq ħoxnin bil-Latin. L-isem bil-Malti Widnet il-Baħar ġej mill-kelma "widna" li huwa isem li jingħata għall-weraq ta' pjanti oħrajn komuni li jintużaw bħala għalf. Filwaqt li l-kelma "baħar" tirreferi għall-ambjent naturali tal-pjanta li tikber fit-truf tal-irdum li jagħtu għall-baħar.

Il-popolazzjnoijiet u l-individwi ta' C. crassifolius huma skarsi, iżda mifruxin u komuni fis-selvaġġ fuq l-irdumijiet tal-Punent u fix-Xlokk ta’ Malta. Filwaqt li huma rari fl-irdumijiet tan-nofsinhar ta’ Għawdex. F'dawn l-aħħar snin, il-Widnet il-Baħar (C. crassifolius) saret frekwenti bħala speċi kkultivata fir-roundabouts u fil-ġonna pubbliċi.

Bħala firxa globali, C. crassifolius tikber biss fil-gżejjer Maltin u speċi relatati jinstabu f'pajjiżi Mediterranji, fosthom Spanja, l-Portugal u Franza fin-naħa tan-nofsinhar tal-Ewropa u I-Alġerija u l-Marokk fit-tramuntana tal-Afrika. Kif ukoll fil-gzejjer Kanarji.

Referenzi

  1. ^ a b Mifsud, S. (2022). Cheirolophus crassifolius - maħluq f'Lulju 2006. MaltaWildPlants.com. Data ta' Aċċess 2023-08-16
  2. ^ a b ċ d Casha, A. (2018). Flora of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Alex Casha. ISBN 9780244605889.
  3. ^ a b ċ d Lanfranco, E.; Bonett, G. (2018). Nature Guide Series Wild Flowers of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Print It, Paola, Malta: BDL Publishing. ISBN 978-99957-46-59-9.
  4. ^ a b ċ d e "BioSnippett Issue 22 Maltese Rock Centaury" (PDF). era.org.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-20.
  5. ^ a b ċ Mifsud, S. (2013) Distribution of some rare or endemic chasmophytic and rupestral species growing along the coastal cliffs of the Maltese Islands, Webbia, 68:1, 35-50, DOI: 10.1080/00837792.2013.807451
  6. ^ a b ċ Stevens, D. & Lanfranco, E. 2006. Cheirolophus crassifolius. The IUCN Red List of Threatened Species 2006: e.T61621A12524967. doi: https://dx.doi.org/10.2305/IUCN.UK.2006.RLTS.T61621A12524967.en. Data ta' Aċċess 2023-08-18
  7. ^ a b Garnatje, T.; Garcia, S.; Canela, M. Á. (2007-03-01). "Genome size variation from a phylogenetic perspective in the genus Cheirolophus Cass. (Asteraceae): biogeographic implications". Plant Systematics and Evolution (bl-Ingliż). 264 (1): 117–134.
  8. ^ a b Zammit, F. (2012) "Investigating the compatibility between Natura 2000 site protection and geomorphological landscapes". Masters Theses, 2010-2019. 374. URL:https://commons.lib.jmu.edu/master201019/374
  9. ^ a b ċ Zammit MaempeI, G. (1999). "Malta's National Plant, Palaeocyanus crassifolius (Bertoloni) Dostal (Asteraceae) and some arthropod visitors". The Central Mediterranean Naturalist (bl-Ingliż). The Central Mediterranean Naturalist. 3 (1): 35–42 – via OAR@UM.Manutenzjoni CS1: data u sena (link)
  10. ^ a b Borg, J. (1927). Descriptive Flora of the Maltese Islands: Including the Ferns and Flowering Plants (bl-Ingliż). U.S. Government Printing Office.
  11. ^ a b Susanna, A., Garnatje, T., & Garcia-Jacas, N. (1999). Molecular phylogeny of Cheirolophus (Asteraceae: Cardueae—Centaureinae) based on ITS sequences of nuclear ribosomal DNA. Plant Systematics and Evolution, 214(1/4), 147-160.
  12. ^ "Cheirolophus crassifolius | International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2023-08-18.
  13. ^ "IUCN Top 50 - Cheirolophus crassifolius". top50.iucn-mpsg.org. Miġbur 2024-09-12.
  14. ^ a b Quattrocchi, U. (2017). CRC world dictionary of plant names: common names, scientific names, eponyms, synonyms, and etymology. Routledge. ISBN 9780849326752
  15. ^ "Maltese rock centaury". Times of Malta (bl-Ingliż). 2015-06-11. Miġbur 2023-08-18.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 01 Lul, 2025 / 15:57

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Widnet il Baħar, X'inhi Widnet il Baħar? Xi tfisser Widnet il Baħar?

Cheirolophus crassifolius jew Widnet il Baħar magħrufa ukoll bħala Maltese Rock Centaury jew Malta knapweed hija speċi ta pjanta għal Malta mill familja Il Widnet il Baħar saret u għadha l pjanta nazzjonali ta Malta mill 1971 L ambjent naturali tagħha huwa fil wiċċ u fix xquq tal kif ukoll fil li jkunu magħmulin mill franka Din il pjanta hija mhedda bit telf tal ambjent naturali ikkawzat mill bniedem Kif ukoll minn pjanti aljeni invazivi li jistabilixxu ruħhom fuq l irdum u jikkompetu ma din l ispeċi għall istess rizorsi Cheirolophus crassifoliusStat ta konservazzjoniF Periklu Kritiku ta Estinzjoni Klassifikazzjoni xjentifikaRenjuPlantaeOrdniAsteralesFamiljaAsteraceaeTribuCynareae mul ĠeneruCheirolophus mul speċiCheirolophus crassifolius Susanna Din il pjanta perenni tagħmel fjuri ta lewn vjola bejn Mejju u Lulju il fjuri jifformaw fuq zkuk ħodor fjura waħda fuq kull zokk li huwa ta tul ta bejn 50 u 60 ċentimetru Dawn iz zkuk flimkien jifformaw arbuxxell b weraq lixxi sukkulenti ovali u tawwalin f forma ta kuċċarina Iz zerriegħa jkollha struttura bħall ġwienaħ li jgħinu sabiex iz zerriegħa ittir mar riħ il bogħod mill pjanta omm fejn tistabilixxi ruħha ġo qasma fil blat fuq l irdum f post ieħor Il weraq sukkulenti ta din l ispeċi huma mekkanizmu ta ħazna tal ilma matul iz zmien tan nixfa fl ambjent aridu tal irdum Il varjeta serratifolia hija rari ħafna bis snien max xifer tal weraq u kienet deskritta li tinstab biss fuq l irdumijiet t Għawdex Din il varjeta kienet deskritta għall ewwel darba minn Fiori u Paoletti fl 1907 Filwaqt li l botanist Malti John Borg kiteb fl 1927 li pjanti b weraq normali tal Widnet il Baħar kienu jipproduċu weraq bis snien fit truf taz zkuk bħal tal varjeta serratifolia Għalkemm din il varjeta ma nstabitx meta sar l istudju fl 1994 Fjura taċ Cheirolophus crassifolius Cheirolophus crassifolius kienet deskritta għall ewwel darba mill naturalist Malti Stefano Zerafa madwar is sena 1827 bħala l unika speċi fil ġeneru monotipiku Centaurea u ingħatat l isem ta Centaurea spathulatha Dan l isem ġie mbiddel għal Centaurea crassifolia fl 1828 Imbagħad kienet trasferita fil ġeneru Palaeocyanus u ingħatat l isem ta Paleocyanus crassifolius fl 1975 mill botanist Josef Dostal Madankollu fis sena 1999 din il pjanta ġiet trasferita għal ġeneru Cheirolophus fid dawl ta studji ġenetiċi li saru f dik is sena u l isem inbidel mill botanist Alfonso Susanna għal Cheirolophus crassifolius Għalkemm għad hemm dibattitu dwar f liema ġeneru minn Palaeocyanus u Cheirolophus l aktar jirrifletti l filoġenija ta din l ispeċi minħabba li hija pjanta Paleoendemika Din l ispeċi hija regolarment ikkultivata f Malta minħabba li tikber biss fil Gzejjer Maltin u l popolazzjonijiet ta din il pjanta huma mhedda bl estinzjoni Fil fatt Cheirolophus crassifolius hija kkunsidrata bħala serjament mhedda fil Lista l Ħamra tal IUCN u hija imnizzla f Appendiċi I ta Flora protetta strettament tal Konvenzjoni Bern u Anness II u IV tad Direttiva 92 43 EEC tal prijorita tal ispeċi Kif ukoll fil ġzejjer Maltin hija strettament protetta nkluz l inħawi fejn din il pjanta tinstab fis selvaġġ minħabba l importanza nazzjonali tagħha L isem Cheirolophus ifisser nofs tond bil latin simili għall forma tad daħla tal id li kienet tirreferi għaliha l kelma oriġinali bil latin u għal forma tat truf tal bract li hija karatterristika ta bosta speċi f dan il ġeneru Filwaqt li crassifolius tfisser weraq ħoxnin bil Latin L isem bil Malti Widnet il Baħar ġej mill kelma widna li huwa isem li jingħata għall weraq ta pjanti oħrajn komuni li jintuzaw bħala għalf Filwaqt li l kelma baħar tirreferi għall ambjent naturali tal pjanta li tikber fit truf tal irdum li jagħtu għall baħar Il popolazzjnoijiet u l individwi ta C crassifolius huma skarsi izda mifruxin u komuni fis selvaġġ fuq l irdumijiet tal Punent u fix Xlokk ta Malta Filwaqt li huma rari fl irdumijiet tan nofsinhar ta Għawdex F dawn l aħħar snin il Widnet il Baħar C crassifolius saret frekwenti bħala speċi kkultivata fir roundabouts u fil ġonna pubbliċi Bħala firxa globali C crassifolius tikber biss fil gzejjer Maltin u speċi relatati jinstabu f pajjizi Mediterranji fosthom Spanja l Portugal u Franza fin naħa tan nofsinhar tal Ewropa u I Alġerija u l Marokk fit tramuntana tal Afrika Kif ukoll fil gzejjer Kanarji Referenzi a b Mifsud S 2022 Cheirolophus crassifolius maħluq f Lulju 2006 MaltaWildPlants com Data ta Aċċess 2023 08 16 a b ċ d Casha A 2018 Flora of the Maltese Islands bl Ingliz Alex Casha ISBN 9780244605889 a b ċ d Lanfranco E Bonett G 2018 Nature Guide Series Wild Flowers of the Maltese Islands bl Ingliz Print It Paola Malta BDL Publishing ISBN 978 99957 46 59 9 a b ċ d e BioSnippett Issue 22 Maltese Rock Centaury PDF era org mt bl Ingliz Miġbur 2023 08 20 a b ċ Mifsud S 2013 Distribution of some rare or endemic chasmophytic and rupestral species growing along the coastal cliffs of the Maltese Islands Webbia 68 1 35 50 DOI 10 1080 00837792 2013 807451 a b ċ Stevens D amp Lanfranco E 2006 Cheirolophus crassifolius The IUCN Red List of Threatened Species 2006 e T61621A12524967 doi https dx doi org 10 2305 IUCN UK 2006 RLTS T61621A12524967 en Data ta Aċċess 2023 08 18 a b Garnatje T Garcia S Canela M A 2007 03 01 Genome size variation from a phylogenetic perspective in the genus Cheirolophus Cass Asteraceae biogeographic implications Plant Systematics and Evolution bl Ingliz 264 1 117 134 a b Zammit F 2012 Investigating the compatibility between Natura 2000 site protection and geomorphological landscapes Masters Theses 2010 2019 374 URL https commons lib jmu edu master201019 374 a b ċ Zammit MaempeI G 1999 Malta s National Plant Palaeocyanus crassifolius Bertoloni Dostal Asteraceae and some arthropod visitors The Central Mediterranean Naturalist bl Ingliz The Central Mediterranean Naturalist 3 1 35 42 via OAR UM Manutenzjoni CS1 data u sena link a b Borg J 1927 Descriptive Flora of the Maltese Islands Including the Ferns and Flowering Plants bl Ingliz U S Government Printing Office a b Susanna A Garnatje T amp Garcia Jacas N 1999 Molecular phylogeny of Cheirolophus Asteraceae Cardueae Centaureinae based on ITS sequences of nuclear ribosomal DNA Plant Systematics and Evolution 214 1 4 147 160 Cheirolophus crassifolius International Plant Names Index www ipni org Miġbur 2023 08 18 IUCN Top 50 Cheirolophus crassifolius top50 iucn mpsg org Miġbur 2024 09 12 a b Quattrocchi U 2017 CRC world dictionary of plant names common names scientific names eponyms synonyms and etymology Routledge ISBN 9780849326752 Maltese rock centaury Times of Malta bl Ingliz 2015 06 11 Miġbur 2023 08 18

L-aħħar artikli
  • Lulju 01, 2025

    Beyoncé

  • Ġunju 15, 2025

    Betlem

  • Ġunju 16, 2025

    Bażilika tat-Twelid tal-Madonna, ix-Xagħra

  • Ġunju 12, 2025

    Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta

  • Ġunju 27, 2025

    Bażilika ta' Sant' Elena

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq