Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Iċ Chadwick Lakes huma għadajjar artifiċjali tal ilma ħelu li nħolqu biex jinġabar l ilma ġieri hekk kif dan jinżel f Wi

Wied il Qlejgħa

  • Paġna Ewlenija
  • Wied il Qlejgħa
Wied il Qlejgħa
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Iċ-Chadwick Lakes huma għadajjar artifiċjali tal-ilma ħelu li nħolqu biex jinġabar l-ilma ġieri hekk kif dan jinżel f'Wied il-Qlejgħa lil hinn mir-Rabat, f'Malta. Dan l-ilqugħ hu magħmul minn diversi digi li nbnew wara li Osbert Chadwick (ċ. 1884) kien ġie Malta biex jistudja r-riżorsi tal-ilma tal- ġżejjer Maltin u għamel rapport dwarhom. L-ilma jibqa' nieżel mal-wied skont kemm tkun għamlet xita matul l-istaġun xitwi. Dan jibqa' sejjer fi triqtu lejn il-Mosta u Wied il-Għasel. Dan il-wied meta jfur bl-ilma jservi lill-bdiewa li għandhom l-għelieqi fil-madwar sabiex issaqqu l-għelieqi tagħhom. Fl-għaddajjar artifiċjali jgħixu bosta insetti u annimali żgħar.

Oriġini tal-isem

L-isem Wied il-Qlejgħa jissemma għall-ewwel darba f’dokument notarili dwar l-għelieqi tal-post fl-1488. Il-kelma "qlejgħa" ġejja mill-kelma "qalgħa" li tfisser fortizza. Għalhekk qlejgħa tfisser fortizza żgħira. L-isem inġliż "Chadwick lakes" ġej mill-kunjom ta’ Sir Osbert Chadwick, inġinier li kien imqabbad biex jiddisinja l-akbar sistema ta’ ilquħ tal-ilma fil-widien f’Malta.

Ġeoloġija u Morfoloġija tal-wied

Il-Wied ta’ Liemu u Wied il-Qlejgħa flimkien mal-Fiddien jifformaw l-post magħruf bħala iċ-Chadwick lakes bl-Ingliż u Wied il-Qlejgħa bil-Malti. Wied il-Qlejgħa jinstab fil-punent tal-Imtarfa f’90-120m pied mill-livell tal-baħar. Sorsi tal-ilma tal-wied huma l-ilma tax-xita li jinżel fil-wied min-naħat tal-madwar u n-nixxigħat mis-saffi tat-tafal fil-blat li  jibqgħu jnixxu l-ilma ġol-wied sa Ġunju qabel ma dawn jinxfu għalkollox. Il-qiegħ tal-wied jikkonsisti f’ħamrija tat-tafal, li jdewwem l-ilma milli joskula malajr minn wiċċ il-ħamrija għal ġos-saffi ta’ taħt. L-ilma jgħaddi f’Wied il-Qlejgħa minn żewġ partijiet; nixxigħat li jgħaddu mit-tafal u jinstabu eżatti taħt il-ħamrija u l-ilma li jinżel minn ġol-għelieqi tal-viċinanzi man-naħat tal-wied.

Wied il-Qlejgħa huwa wied b’sistemi tal-ilquħ tal-ilma tax-xita li jżomm l-ilma għal tul twil taż-żmien matul is-sena sabiex jintuża għall-agrikoltura u għall-irrigazzjoni tal-għelieqi. L-ilma jiġi kemm minn dak maħzun bħala ilma tax-xita kif ukoll minn nixxighat tal-ilma ta’ widien oħrajn fosthom il-Wied tal-Isperanza u Wied il-Għasel u  tal-Fiddien li jwasslu l-ilma sa dan il-wied.

L-akbar ħażniet tal-ilma jibdew mill-fiddien li wara jghaddu miċ-Chadwick lakes. L-ilma li jgħaddi minn Wied il-Qlejgħa (Chadwick lakes)  jibqa’ sejjer sas-Salini fejn jinżel għal ġol-baħar. L-ilma jibqa’ fil-wied sa Ġunju, għalkemm il-wied jinxef għal kollox matul is-sajf hekk kif jidħol l-istaġun tan-nixfa sew sakemm  jerġa’ jintela lura bl-ilma fil-ħarifa.

Storja

L-abbundanza tal-ilma ħelu f’dan il-wied kien ilu magħruf minn żmien il-qedem. Fejn kanen magħmulin mit-tafal u kanali tal-ġebel minn żmien ir-Rumani u l-Għarab instabu waqt it-tħaffir tal-akwadott ta’ Wignacourt u l-bini tal-ilqugħ taċ-Chadwick lakes fiż-żmien l-Ingiżi.

Fiż-żmien il-Kavallieri ta' San Gwann

Wied il-Qlejgħa kien intgħażel bħala s-sors ta’ ilma ħelu għall-belt Valletta sabiex jitwassal mill-akwadott ta’  Wignacourt li kien propost biex jinbena. Dan kien intgħażel minħabba l-ammont kbir ta’ nixxigħat li għandu dan il-wied. L-akwadott kien jikkonsisti f’sistemi ta’ kanali tal-ġebel taħt l-art li kienu jwasslu sal-belt Valletta. L-akwadott kien propost mill-Ġran Mastru Martino Garzes (1595-1601) u kien twettaq mill-Gran Mastru Alof de Wignacourt (1601-1622). Din is-sistema ta’ kanali kienu għadhom jintużaw saż-żmien sebgħin tas-seklu għoxrin meta fihom tqegħdu kanen tal-ħadid sabiex l-ilma jgħaddi minnhom minflok dirett fl-akwadott biex ikun evitat ir-riskju tal-kontaminazzjoni tal-ilma. Is-sistema sħiħa tal-akwadott ta’ Wignacourt kienu inbnew f’żewġ partijiet; parti minnhom f’wied il-Qlejgħa taħt is-superviżjoni ta’ Fr Natale Tomasucci, qassis Ġizwita minn Messina u t-tieni fażi, li kienet tinkorpora il-bqija tal-pajsaġġ sal-belt Valletta, kienet inbniet u iddisinjata taħt is-superviżjoni ta’ Bontadino de` Bontadini li kien inġinier minn Bologna.

Fiż-żmien l-Ingliżi

L-inġinier Sir Osbert Chadwick fl-1883 (1844-1913) kien imqabbad sabiex jibni sistema ta’ ilquħ tal-ilma biex l-ilma f’dan il-wied jinżamm għal żmien twil u jintuża fi żminijiet tan-nixfa, speċjalment għall-irrigazzjoni tal-għelieqi u għall-użu tal-ilma domestiku fid-djar. Is-Sur Chadwick fl-1884 kien iddikjara li l-ġebel tal-wied huwa poruż u għalhekk l-ilma ma jistax jinħażen għal tul ta’ żmien. Imma jekk jinstabu saffi tat-tafal, l-ilma  jinżel iżjed bil-mod għal ġos-saffi tal-ħamrija ta’ taħt. Għalhekk ippropona li jinbnew ħitan żgħar matul il-qiegħ tal-wied fejn kienet tinstab ħamrija taflija biex iżommu l-ilma fil-wied u jintużaw bħala ġibjuni. Chadwick kien ippropona ukoll li jekk dawn jirnexxu, jinbnew ħitan aktar għoljin fuq l-oriġinali biex jaħżnu aktar ilma, dejjem skont id-domanda tal-ilma li jkun hemm bżonn għall-popolazzjoni tal-Ġżejjer Maltin.

Il-pjan originali tas-Sur Osbert Chadwick ma kienx twettaq għalkollox minħabba problemi li instabu f'dan il-wied, fosthom il-ġbir tal-ħamrija fid-digi wara kull maltempata, li kellhom jitnaddfu regolarment kull 4-5 snin u r-rata mgħaġġla tal-ilma li joskula fil-ħamrija minħabba li l-ġebel tal-wied huwa poruż. Kif ukoll il-problemi li l-ilma qiegħad ġab miegħu fis-sajf, kien wassal għall-epidemija ta’ malarja f’dawk in-naħat. Għalhekk Chadwick lakes sar ġibjun għall-ħażna tal-ilma tax-xita matul ix-xitwa biss u l-bqija tal-ilma jitħalla jmur għall-baħar. L-ewwel ġibjuni, digi u lqugħ għall-ilma kienu nbnew fl-1884 fuq pedament tal-franka b’ħamrija tat-tafal bħala esperiment sabiex l-ilma jinġarr għad-digi f’qiegħ il-wied bla ma jinxtorob u jintilef fil-ħamrija. Id-digi kienu jaħżnu l-ilma f’wied il-Qlejgħa li jkun gej minn Wied Għemieri u Wied il-Lemu. L-ewwel ħitan li nbnew kienu 14 il-pied għoljin u kienu jaħżnu 2,250,000 gallun ilma li huwa l-ekwivalenti ta’ 10,228,706 litru ilma. Fl-1916, il-Gvernatur ta’ Malta qabbad lill-Kurunell J. C. Robertson u lis-Sur Carmel Rizzo biex jistudjaw is-sistema tal-ilma f’dan il-wied aktar fil-fond u jirranġaw is-sistema oriġinali ta' digi li kienu nbnew fl-1884. Dawn kienu ttranġaw bejn il-1927-1928. Filwaqt li fl-1937-1938 inbnew aktar ħitan għoljin u lqugħ għall-ilma li kienu għoljin 40 pied u jżommu 40,000,000 gallun ilma. Sabiex il-wied jaħzen aktar ilma minħabba iz-żieda fil-popolazzjoni f’Malta. Il-ħitan li nbew kienu jaħżnu 2,750,000 galluni tal-ilma aktar. Għalkemm mhux daqs kemm kien ippjanat oriġinarjament minħabba li l-ġeoloġija u l-klima tal-wied ma kienux jippermettu li jinħażen l-ilma għal tul twil ta’ żmien.

Ilum il-ġurnata

Wied il-Qlejgħa kien iddikkjarat bħala żona ta’ konservazzjoni ta’ importanza nazzjonali (Special Area of Conservation (SAC)). Wied il-Qlejgħa ġie irriġenerat fl-2020 u issa immaniġġjat minn aġenżiji u għaqdiet ambjentali. Ta' kull sena, Wied il-Qlejgħa sar popolari mal-familji Maltin għall-mixjiet fil-kampanja matul ix-Xitwa u r-Rebbiegha.

Fawna u Flora

Wied il-Qlejgħa huwa rikk fil-biodiversita’. Dan minħabba li ikkomparat ma widien oħrajn fil-ġżejjer Maltin, Wied il-Qlejgħa jaħzen aktar ilma fil-fond għal tul akbar ta’ żmien permezz tad-digi u lquħ tal-ilma li nbnew. Kif ukoll hemm abbundanza kbira ta’ biodiversita’ permezz tal-ambjenti differenti li joffri dan il-wied. Għalhekk jservi ta’ rifuġju għal diversi speċi rari tal-ilma ħelu. Fosthom insetti bħal Mazzarell Sultan (Anax imperator) u s-Sultan Sewdieni (Anax parthenope). Kif ukoll diversi speċi  ta’ nemel bħal Hypoponera eduardi, Pheidole pallidula u Aphaenogaster splendida. Fl-ilma tad-digi jinstabu ukoll orġaniżmi mikoscopiċi tal-ilma ħelu bħal Daphnia, Cyclops, Culex, Chironomus u Asellus aquaticus fost oħrajn. Filwaqt li fuq l-art jinstabu speċi ta’ ħanfus bħal Trissemus olivieri u friefet, bħal Farfett tal-fejġel Papilio machaon subsp. Melitensis. Fl-istess ħin, l-wied huwa l-ambjent ideali għal diversi speċi ta’ pjanti u siġar tal-ilma fosthom il-Buda (Typha domingensis), il-Biżbula tal-ilma (Alisma plantago-aquatica) u s-siġar tal-Luq (Populus alba) li jikbru matul il-wied. Kif ukoll iz-Żafżafa l-kbira (Salix alba), iż-Żafżafa ż-żgħira (Salix pedicellata) u s-siġra tal-Fraxxnu (Fraxinus angustifolia). Hemm ukoll abbundanża ta’ siġar tal-frott mill-agrikoltura fosthom il-Lewż (Prunus amygdalus), ir-Rummien (Punica granatum) u s-siġra tat-Tin (Ficus carica). Il-wied huwa abbundanti f’pjanti annwali tal-fjuri bħal Fidloqqom (Borago officinalis) u s-Suffejra tar-raba (Calendula arvensis). Wied il-Qlejgħa  jżomm ukoll popolazzjoni kbira taż-żring Discoglossus pictus f’Malta. Madanakollu, matul iż-żminijiet kien hemm ħafna modifiki mill-bniedem f’Wied il-Qlejgħa minħabba li huwa wied aċċessibbli ħafna, bħat-tħawwil ta’ siġar aljeni bħall-Akaċja (Acacia saligna) u l-Ewkaliptus (Eucalyptus spp.). Filwaqt li fl-2016, f’dan il-wied instab speċi ta’ gamblu tal-ilma ħelu invasiv li ġie introdott mill-bniedem; Procambarus clarkii, fejn dan jiekol il-marżepp taż-żringijiet u larva tal-insetti tal-ilma, bil-konsegwenza li qed tonqos il-bijodiversita tal-annimali tal-ilma ħelu f’dan il-wied.

Postijiet ta' interess

Fit-tarf ta’ wied il-Qlejgħa tinstab struttura imsejħa il-Fiddien Box li  nbniet fil-bidu tas-seklu Għoxrin. Din kienet inbniet mill-gvernatur il-Ġeneral Sir Leslie Rundle, li kien il-gvernatur ta’ Malta bejn l- 1909-1915 u l-proġett kien tmexxa mis-supretendent tas-servizzi pubbliċi Lorenzo Gatt (1857-1938). L-użu tagħha kien għat-trattament tal-ilma li kien jinġabar mill-wied u jintbagħat għall-belt Valletta. Il-Fiddien Box mibnija biex tifforma parti mis-sistema tal-akwadott ta’ Wignacourt fejn l-ilma kien jmur lejn il-belt Valletta u n-naħat tal-madwar li kellhom l-akbar densita’ ta’ nies f’Malta dak iż-żmien.

Referenzi

  1. ^ a b ċ d e f ġ g Report on the water supplies of Malta, 1912 / by Professor T. Zammit and Major A.H. Morris. [S.l. : s.n., n.d.]. 13 p.
  2. ^ a b ċ d e f ġ g għ h Zammit, Lucia M. (1971). A study of the macrofauna of Chadwick Lakes, Malta (masterThesis) (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  3. ^ a b ċ d e f ġ g għ "The Valley – Chadwick Lakes" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  4. ^ miklem (2018-10-18). "L-Art u l-Baħar". Il-Miklem (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  5. ^ a b Sammut, Marthese (1987) (1987). Aspects of the population ecology of the painted frog, discoglossus pictus in the Maltese Islands (bachelorThesis) (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  6. ^ a b Chadwick, O. (1887). Report for Utilising the water flow of Fiddien and Kleigha valley. Gov. Printing Office, Malta
  7. ^ a b ċ d e Vassallo, Alvin (2018-02-11). "Families flock to Chadwick Lakes after the rains" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  8. ^ Bulmer, B. F. & Stormonth, K. (1960). The Rainfall of Malta. London, H.M.S.O., 20p
  9. ^ a b ċ Chadwick, O. (1884). Report on the Water Supply of Malta. Gov. Printing Office X, 52p.
  10. ^ a b ċ d Morris, T.O. (1950). . The Water Supply Resources of Malta. Gov. of Malta. 1952 XIV, 125 p.
  11. ^ Robertson, J. C. (1918). Report on the possibility of increasing the freshwater supply and utilising the sewage for crop irrigation in Malta. Gov. Printing Press. 1919, 32p
  12. ^ Zammit, Sir T. (1931). The Water Supply of the Maltese Islands. Gov. Printing Office, 54p
  13. ^ "Chadwick Lakes restoration project 'bearing fruit". www.independent.com.mt (bl-Ingliż). 2021-05-27. Miġbur 2023-09-11.
  14. ^ Azzopardi, Neil (2021-01-27). "An agreement between the Government and Nature Trust Malta for better management of Chadwick Lakes" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
  15. ^ "Nature Trust to manage Chadwick Lakes". Times of Malta (bl-Ingliż). 2021-01-27. Miġbur 2023-09-11.
  16. ^ a b Sciberras, Arnold (2008). "A contribution to the knowledge of Odonata in the Maltese Islands (Central Mediterranean)". The Central Mediterranean Naturalist (bl-Ingliż).
  17. ^ Mifsud, Stephen. "Wild Plants of Malta and Gozo - Anax imperator (Blue Emperor)". maltawildplants.com. Miġbur 2023-09-12.
  18. ^ Mifsud, Stephen. "Wild Plants of Malta and Gozo - Anax parthenope (Lesser Emperor Dragonfly)". maltawildplants.com. Miġbur 2023-09-12.
  19. ^ Schembri, S. P. (1981). A revision of the myrmecofauna of the Maltese Islands (Hymenoptera, Formicidae). antbase.org.
  20. ^ Sabella, G. & Mifsud, D. (2016). The Pselaphinae (Coleoptera, Staphylinidae) of the Maltese Archipelago. Bulletin of the Entomological Society of Malta, Vol. 8, p. 7-34 . URL:https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/12423
  21. ^ Mifsud, Stephen. "Wild Plants of Malta and Gozo - Papilio machaon melitensis (Maltese Swallowtail)". maltawildplants.com. Miġbur 2023-09-12.
  22. ^ a b ċ d "Biodiversity – Chadwick Lakes" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  23. ^ a b Cilia, Ryan (2016). An investigation of the vulnerability of the Maltese painted frog, 'Discoglossus pictus pictus' populations (bachelorThesis) (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  24. ^ Sammut, M. & Schembri, P. (1991). Observations on the natural history of the painted frog Discoglossus pictus pictus (Amphibia: Anura: Discoglossidae) in the Maltese Islands (Central Mediterranean).. Animalia. 18. 71-87.URL: https://www.researchgate.net/publication/259739725_Observations_on_the_natural_history_of_the_painted_frog_Discoglossus_pictus_pictus_Amphibia_Anura_Discoglossidae_in_the_Maltese_Islands_Central_Mediterranean
  25. ^ Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Acacia saligna (Blue-leaved Acacia) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". www.maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  26. ^ Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Eucalyptus gomphocephala (Tuart Tree) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". www.maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-12.
  27. ^ Vella, Noel; Vella, Adriana; Mi̇fsud, Clare Marie (2017-06-20). "First Scientific Records of the Invasive Red Swamp Crayfish, Procambarus clarkii (Girard, 1852) (Crustacea: Cambaridae) in Malta, a Threat to Fragile Freshwater Habitats". Natural and Engineering Sciences (bl-Ingliż). 2 (2): 58–66.
  28. ^ a b "Places of interest – Chadwick Lakes" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-11.
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 17 Ġun, 2025 / 13:57

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Wied il Qlejgħa, X'inhi Wied il Qlejgħa? Xi tfisser Wied il Qlejgħa?

Iċ Chadwick Lakes huma għadajjar artifiċjali tal ilma ħelu li nħolqu biex jinġabar l ilma ġieri hekk kif dan jinzel f Wied il Qlejgħa lil hinn mir Rabat f Malta Dan l ilqugħ hu magħmul minn diversi digi li nbnew wara li Osbert Chadwick ċ 1884 kien ġie Malta biex jistudja r rizorsi tal ilma tal ġzejjer Maltin u għamel rapport dwarhom L ilma jibqa niezel mal wied skont kemm tkun għamlet xita matul l istaġun xitwi Dan jibqa sejjer fi triqtu lejn il Mosta u Wied il Għasel Dan il wied meta jfur bl ilma jservi lill bdiewa li għandhom l għelieqi fil madwar sabiex issaqqu l għelieqi tagħhom Fl għaddajjar artifiċjali jgħixu bosta insetti u annimali zgħar Iċ Chadwick LakesOriġini tal isemL isem Wied il Qlejgħa jissemma għall ewwel darba f dokument notarili dwar l għelieqi tal post fl 1488 Il kelma qlejgħa ġejja mill kelma qalgħa li tfisser fortizza Għalhekk qlejgħa tfisser fortizza zgħira L isem inġliz Chadwick lakes ġej mill kunjom ta Sir Osbert Chadwick inġinier li kien imqabbad biex jiddisinja l akbar sistema ta ilquħ tal ilma fil widien f Malta Ġeoloġija u Morfoloġija tal wiedIl Wied ta Liemu u Wied il Qlejgħa flimkien mal Fiddien jifformaw l post magħruf bħala iċ Chadwick lakes bl Ingliz u Wied il Qlejgħa bil Malti Wied il Qlejgħa jinstab fil punent tal Imtarfa f 90 120m pied mill livell tal baħar Sorsi tal ilma tal wied huma l ilma tax xita li jinzel fil wied min naħat tal madwar u n nixxigħat mis saffi tat tafal fil blat li jibqgħu jnixxu l ilma ġol wied sa Ġunju qabel ma dawn jinxfu għalkollox Il qiegħ tal wied jikkonsisti f ħamrija tat tafal li jdewwem l ilma milli joskula malajr minn wiċċ il ħamrija għal ġos saffi ta taħt L ilma jgħaddi f Wied il Qlejgħa minn zewġ partijiet nixxigħat li jgħaddu mit tafal u jinstabu ezatti taħt il ħamrija u l ilma li jinzel minn ġol għelieqi tal viċinanzi man naħat tal wied Wied il Qlejgħa huwa wied b sistemi tal ilquħ tal ilma tax xita li jzomm l ilma għal tul twil taz zmien matul is sena sabiex jintuza għall agrikoltura u għall irrigazzjoni tal għelieqi L ilma jiġi kemm minn dak maħzun bħala ilma tax xita kif ukoll minn nixxighat tal ilma ta widien oħrajn fosthom il Wied tal Isperanza u Wied il Għasel u tal Fiddien li jwasslu l ilma sa dan il wied L akbar ħazniet tal ilma jibdew mill fiddien li wara jghaddu miċ Chadwick lakes L ilma li jgħaddi minn Wied il Qlejgħa Chadwick lakes jibqa sejjer sas Salini fejn jinzel għal ġol baħar L ilma jibqa fil wied sa Ġunju għalkemm il wied jinxef għal kollox matul is sajf hekk kif jidħol l istaġun tan nixfa sew sakemm jerġa jintela lura bl ilma fil ħarifa StorjaL abbundanza tal ilma ħelu f dan il wied kien ilu magħruf minn zmien il qedem Fejn kanen magħmulin mit tafal u kanali tal ġebel minn zmien ir Rumani u l Għarab instabu waqt it tħaffir tal akwadott ta Wignacourt u l bini tal ilqugħ taċ Chadwick lakes fiz zmien l Ingizi Fiz zmien il Kavallieri ta San Gwann Wied il Qlejgħa kien intgħazel bħala s sors ta ilma ħelu għall belt Valletta sabiex jitwassal mill akwadott ta Wignacourt li kien propost biex jinbena Dan kien intgħazel minħabba l ammont kbir ta nixxigħat li għandu dan il wied L akwadott kien jikkonsisti f sistemi ta kanali tal ġebel taħt l art li kienu jwasslu sal belt Valletta L akwadott kien propost mill Ġran Mastru Martino Garzes 1595 1601 u kien twettaq mill Gran Mastru Alof de Wignacourt 1601 1622 Din is sistema ta kanali kienu għadhom jintuzaw saz zmien sebgħin tas seklu għoxrin meta fihom tqegħdu kanen tal ħadid sabiex l ilma jgħaddi minnhom minflok dirett fl akwadott biex ikun evitat ir riskju tal kontaminazzjoni tal ilma Is sistema sħiħa tal akwadott ta Wignacourt kienu inbnew f zewġ partijiet parti minnhom f wied il Qlejgħa taħt is supervizjoni ta Fr Natale Tomasucci qassis Ġizwita minn Messina u t tieni fazi li kienet tinkorpora il bqija tal pajsaġġ sal belt Valletta kienet inbniet u iddisinjata taħt is supervizjoni ta Bontadino de Bontadini li kien inġinier minn Bologna Fiz zmien l Inglizi L inġinier Sir Osbert Chadwick fl 1883 1844 1913 kien imqabbad sabiex jibni sistema ta ilquħ tal ilma biex l ilma f dan il wied jinzamm għal zmien twil u jintuza fi zminijiet tan nixfa speċjalment għall irrigazzjoni tal għelieqi u għall uzu tal ilma domestiku fid djar Is Sur Chadwick fl 1884 kien iddikjara li l ġebel tal wied huwa poruz u għalhekk l ilma ma jistax jinħazen għal tul ta zmien Imma jekk jinstabu saffi tat tafal l ilma jinzel izjed bil mod għal ġos saffi tal ħamrija ta taħt Għalhekk ippropona li jinbnew ħitan zgħar matul il qiegħ tal wied fejn kienet tinstab ħamrija taflija biex izommu l ilma fil wied u jintuzaw bħala ġibjuni Chadwick kien ippropona ukoll li jekk dawn jirnexxu jinbnew ħitan aktar għoljin fuq l oriġinali biex jaħznu aktar ilma dejjem skont id domanda tal ilma li jkun hemm bzonn għall popolazzjoni tal Ġzejjer Maltin Il pjan originali tas Sur Osbert Chadwick ma kienx twettaq għalkollox minħabba problemi li instabu f dan il wied fosthom il ġbir tal ħamrija fid digi wara kull maltempata li kellhom jitnaddfu regolarment kull 4 5 snin u r rata mgħaġġla tal ilma li joskula fil ħamrija minħabba li l ġebel tal wied huwa poruz Kif ukoll il problemi li l ilma qiegħad ġab miegħu fis sajf kien wassal għall epidemija ta malarja f dawk in naħat Għalhekk Chadwick lakes sar ġibjun għall ħazna tal ilma tax xita matul ix xitwa biss u l bqija tal ilma jitħalla jmur għall baħar L ewwel ġibjuni digi u lqugħ għall ilma kienu nbnew fl 1884 fuq pedament tal franka b ħamrija tat tafal bħala esperiment sabiex l ilma jinġarr għad digi f qiegħ il wied bla ma jinxtorob u jintilef fil ħamrija Id digi kienu jaħznu l ilma f wied il Qlejgħa li jkun gej minn Wied Għemieri u Wied il Lemu L ewwel ħitan li nbnew kienu 14 il pied għoljin u kienu jaħznu 2 250 000 gallun ilma li huwa l ekwivalenti ta 10 228 706 litru ilma Fl 1916 il Gvernatur ta Malta qabbad lill Kurunell J C Robertson u lis Sur Carmel Rizzo biex jistudjaw is sistema tal ilma f dan il wied aktar fil fond u jirranġaw is sistema oriġinali ta digi li kienu nbnew fl 1884 Dawn kienu ttranġaw bejn il 1927 1928 Filwaqt li fl 1937 1938 inbnew aktar ħitan għoljin u lqugħ għall ilma li kienu għoljin 40 pied u jzommu 40 000 000 gallun ilma Sabiex il wied jaħzen aktar ilma minħabba iz zieda fil popolazzjoni f Malta Il ħitan li nbew kienu jaħznu 2 750 000 galluni tal ilma aktar Għalkemm mhux daqs kemm kien ippjanat oriġinarjament minħabba li l ġeoloġija u l klima tal wied ma kienux jippermettu li jinħazen l ilma għal tul twil ta zmien Ilum il ġurnata Wied il Qlejgħa kien iddikkjarat bħala zona ta konservazzjoni ta importanza nazzjonali Special Area of Conservation SAC Wied il Qlejgħa ġie irriġenerat fl 2020 u issa immaniġġjat minn aġenziji u għaqdiet ambjentali Ta kull sena Wied il Qlejgħa sar popolari mal familji Maltin għall mixjiet fil kampanja matul ix Xitwa u r Rebbiegha Fawna u FloraWied il Qlejgħa huwa rikk fil biodiversita Dan minħabba li ikkomparat ma widien oħrajn fil ġzejjer Maltin Wied il Qlejgħa jaħzen aktar ilma fil fond għal tul akbar ta zmien permezz tad digi u lquħ tal ilma li nbnew Kif ukoll hemm abbundanza kbira ta biodiversita permezz tal ambjenti differenti li joffri dan il wied Għalhekk jservi ta rifuġju għal diversi speċi rari tal ilma ħelu Fosthom insetti bħal Mazzarell Sultan Anax imperator u s Sultan Sewdieni Anax parthenope Kif ukoll diversi speċi ta nemel bħal Hypoponera eduardi Pheidole pallidula u Aphaenogaster splendida Fl ilma tad digi jinstabu ukoll orġanizmi mikoscopiċi tal ilma ħelu bħal Daphnia Cyclops Culex Chironomus u Asellus aquaticus fost oħrajn Filwaqt li fuq l art jinstabu speċi ta ħanfus bħal Trissemus olivieri u friefet bħal Farfett tal fejġel Papilio machaon subsp Melitensis Fl istess ħin l wied huwa l ambjent ideali għal diversi speċi ta pjanti u siġar tal ilma fosthom il Buda Typha domingensis il Bizbula tal ilma Alisma plantago aquatica u s siġar tal Luq Populus alba li jikbru matul il wied Kif ukoll iz Zafzafa l kbira Salix alba iz Zafzafa z zgħira Salix pedicellata u s siġra tal Fraxxnu Fraxinus angustifolia Hemm ukoll abbundanza ta siġar tal frott mill agrikoltura fosthom il Lewz Prunus amygdalus ir Rummien Punica granatum u s siġra tat Tin Ficus carica Il wied huwa abbundanti f pjanti annwali tal fjuri bħal Fidloqqom Borago officinalis u s Suffejra tar raba Calendula arvensis Wied il Qlejgħa jzomm ukoll popolazzjoni kbira taz zring Discoglossus pictus f Malta Madanakollu matul iz zminijiet kien hemm ħafna modifiki mill bniedem f Wied il Qlejgħa minħabba li huwa wied aċċessibbli ħafna bħat tħawwil ta siġar aljeni bħall Akaċja Acacia saligna u l Ewkaliptus Eucalyptus spp Filwaqt li fl 2016 f dan il wied instab speċi ta gamblu tal ilma ħelu invasiv li ġie introdott mill bniedem Procambarus clarkii fejn dan jiekol il marzepp taz zringijiet u larva tal insetti tal ilma bil konsegwenza li qed tonqos il bijodiversita tal annimali tal ilma ħelu f dan il wied Postijiet ta interessFit tarf ta wied il Qlejgħa tinstab struttura imsejħa il Fiddien Box li nbniet fil bidu tas seklu Għoxrin Din kienet inbniet mill gvernatur il Ġeneral Sir Leslie Rundle li kien il gvernatur ta Malta bejn l 1909 1915 u l proġett kien tmexxa mis supretendent tas servizzi pubbliċi Lorenzo Gatt 1857 1938 L uzu tagħha kien għat trattament tal ilma li kien jinġabar mill wied u jintbagħat għall belt Valletta Il Fiddien Box mibnija biex tifforma parti mis sistema tal akwadott ta Wignacourt fejn l ilma kien jmur lejn il belt Valletta u n naħat tal madwar li kellhom l akbar densita ta nies f Malta dak iz zmien Referenzi a b ċ d e f ġ g Report on the water supplies of Malta 1912 by Professor T Zammit and Major A H Morris S l s n n d 13 p a b ċ d e f ġ g għ h Zammit Lucia M 1971 A study of the macrofauna of Chadwick Lakes Malta masterThesis bl Ingliz Miġbur 2023 09 11 a b ċ d e f ġ g għ The Valley Chadwick Lakes bl Ingliz Miġbur 2023 09 11 miklem 2018 10 18 L Art u l Baħar Il Miklem bl Ingliz Miġbur 2023 09 11 a b Sammut Marthese 1987 1987 Aspects of the population ecology of the painted frog discoglossus pictus in the Maltese Islands bachelorThesis bl Ingliz Miġbur 2023 09 11 a b Chadwick O 1887 Report for Utilising the water flow of Fiddien and Kleigha valley Gov Printing Office Malta a b ċ d e Vassallo Alvin 2018 02 11 Families flock to Chadwick Lakes after the rains bl Ingliz Miġbur 2023 09 11 Bulmer B F amp Stormonth K 1960 The Rainfall of Malta London H M S O 20p a b ċ Chadwick O 1884 Report on the Water Supply of Malta Gov Printing Office X 52p a b ċ d Morris T O 1950 The Water Supply Resources of Malta Gov of Malta 1952 XIV 125 p Robertson J C 1918 Report on the possibility of increasing the freshwater supply and utilising the sewage for crop irrigation in Malta Gov Printing Press 1919 32p Zammit Sir T 1931 The Water Supply of the Maltese Islands Gov Printing Office 54p Chadwick Lakes restoration project bearing fruit www independent com mt bl Ingliz 2021 05 27 Miġbur 2023 09 11 Azzopardi Neil 2021 01 27 An agreement between the Government and Nature Trust Malta for better management of Chadwick Lakes bl Ingliz Miġbur 2023 09 11 Nature Trust to manage Chadwick Lakes Times of Malta bl Ingliz 2021 01 27 Miġbur 2023 09 11 a b Sciberras Arnold 2008 A contribution to the knowledge of Odonata in the Maltese Islands Central Mediterranean The Central Mediterranean Naturalist bl Ingliz Mifsud Stephen Wild Plants of Malta and Gozo Anax imperator Blue Emperor maltawildplants com Miġbur 2023 09 12 Mifsud Stephen Wild Plants of Malta and Gozo Anax parthenope Lesser Emperor Dragonfly maltawildplants com Miġbur 2023 09 12 Schembri S P 1981 A revision of the myrmecofauna of the Maltese Islands Hymenoptera Formicidae antbase org Sabella G amp Mifsud D 2016 The Pselaphinae Coleoptera Staphylinidae of the Maltese Archipelago Bulletin of the Entomological Society of Malta Vol 8 p 7 34 URL https www um edu mt library oar handle 123456789 12423 Mifsud Stephen Wild Plants of Malta and Gozo Papilio machaon melitensis Maltese Swallowtail maltawildplants com Miġbur 2023 09 12 a b ċ d Biodiversity Chadwick Lakes bl Ingliz Miġbur 2023 09 12 a b Cilia Ryan 2016 An investigation of the vulnerability of the Maltese painted frog Discoglossus pictus pictus populations bachelorThesis bl Ingliz Miġbur 2023 09 12 Sammut M amp Schembri P 1991 Observations on the natural history of the painted frog Discoglossus pictus pictus Amphibia Anura Discoglossidae in the Maltese Islands Central Mediterranean Animalia 18 71 87 URL https www researchgate net publication 259739725 Observations on the natural history of the painted frog Discoglossus pictus pictus Amphibia Anura Discoglossidae in the Maltese Islands Central Mediterranean Mifsud Stephen 2002 08 23 Acacia saligna Blue leaved Acacia MaltaWildPlants com the online Flora of the Maltese Islands www maltawildplants com bl Ingliz Miġbur 2023 09 12 Mifsud Stephen 2002 08 23 Eucalyptus gomphocephala Tuart Tree MaltaWildPlants com the online Flora of the Maltese Islands www maltawildplants com bl Ingliz Miġbur 2023 09 12 Vella Noel Vella Adriana Mi fsud Clare Marie 2017 06 20 First Scientific Records of the Invasive Red Swamp Crayfish Procambarus clarkii Girard 1852 Crustacea Cambaridae in Malta a Threat to Fragile Freshwater Habitats Natural and Engineering Sciences bl Ingliz 2 2 58 66 a b Places of interest Chadwick Lakes bl Ingliz Miġbur 2023 09 11 Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Wied il Qlejgħa Chadwick Lakes

L-aħħar artikli
  • Ġunju 15, 2025

    Iljunfant

  • Ġunju 15, 2025

    Iljun

  • Ġunju 13, 2025

    Ilijade

  • Ġunju 15, 2025

    Ile-de-France

  • Ġunju 09, 2025

    Ilarju ta' Poitiers

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq