Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Wied tal Fondoq il Kbir bl Ingliż Great Rift Valley huwa parti minn sistema ta ktajjen muntanjużi intrakontinentali l

Wied tal Fondoq il Kbir

  • Paġna Ewlenija
  • Wied tal Fondoq il Kbir
Wied tal Fondoq il Kbir
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Wied tal-Fondoq il-Kbir (bl-Ingliż: Great Rift Valley) huwa parti minn sistema ta' ktajjen muntanjużi intrakontinentali li tgħaddi mill-Kenja mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. Huwa parti mill-Fondoq ta' Gregory, il-fergħa tal-Lvant tal-Fondoq tal-Lvant tal-Afrika, li jibda fit-Tanzanija lejn in-Nofsinhar u jibqa' sejjer lejn it-Tramuntana fl-Etjopja. Ifforma fuq l-hekk imsejħa "Koppla tal-Kenja", art olzata ġeografika li nħolqot mill-interazzjonijiet ta' tliet plakek tettoniċi ewlenin: il-plakek tal-Arabja, tan-Nubja u tas-Somalja. Fl-imgħoddi, kien jitqies bħala parti mill-"Wied tal-Fondoq il-Kbir" minn Madagascar sas-Sirja. Il-biċċa l-kbira tal-wied jagħmel parti mill-eks Provinċja tal-Wied tal-Fondoq.

Fil-wied hemm l-Għoljiet ta' Cherangani u katina ta' vulkani, uħud minnhom li għadhom attivi. Il-klima hija waħda miti, bit-temperaturi li normalment ikunu taħt it-28 °C (82 °F). Il-biċċa l-kbira tax-xita tinżel bejn Marzu u Ġunju u bejn Ottubru u Novembru. L-Għoljiet ta' Tugen lejn il-Punent tal-Lag ta' Baringo fihom fossili ppreservati fil-flussi tal-lava ta' bejn 14 u 4 miljun sena ilu. Il-fdalijiet ta' bosta ominidi, l-antenati tal-bnedmin, instabu hawnhekk.

F'Marzu 2018, konsentura ġganteska fid-Dinja, fonda 50 pied u wiesgħa 65 pied, iffurmat fl-art fil-Punent tal-belt kapitali . Huwa maħsub li ma għandhiex oriġini tettonika.

Karatteristiċi

Il-wied huwa kkonfinat minn promontorji fil-Lvant u fil-Punent. L-art hija miksura mill-vulkani, uħud li għadhom attivi, u minn sensiela ta' lagi. Parti mis-sottoswoli tal-ħamrija huma magħrufa bħala Andisols, tip ta' ħamrija għammiela bis-saħħa tal-attività vulkanika relattivament reċenti.

Il-Lag ta' Turkana jokkupa t-tarf tat-Tramuntana tal-Wied tal-Fondoq il-Kbir fil-Kenja. Hemm ukoll għadd ta' vulkani fil-Lag ta' Turkana stess. Il-Wied ta' Suguta, jew l-Artijiet Imtajna ta' Suguta, huwa parti arida tal-Wied tal-Fondoq il-Kbir lejn in-Nofsinhar tal-Lag ta' Turkana. Il-vulkan b'għamla ta' tarka, Emuruangogolak, jikkonfina mal-wied fin-Nofsinhar ta' Suguta, u iktar fin-Nofsinhar mill-art tal-wied ifeġġu l-Muntanji ta' Silali u ta' Paka. Il-Muntanja ta' Paka hija vulkan b'għamla ta' tarka, b'attività ġeotermali mifruxa. Fin-Nofsinhar ta' Paka hemm il-Muntanja ta' Korosi, il-Lag ta' Baringo u l-Lag ta' Bogoria. Menengai huwa vulkan enormi b'għamla ta' tarka li jinsab fl-art tal-fondoq b'kaldera li ffurmat madwar 8,000 sena ilu. Taħtu hemm il-Lag ta' Nakuru lejn in-Nofsinhar. Dan ir-reġjun jinkludi wkoll il-Lag ta' Elementaita, il-Muntanja ta' Kipipiri u l-Lag ta' Naivasha.

Il-Park Nazzjonali tad-Daħla tal-Infern jinsab fin-Nofsinhar tal-Lag ta' Naivasha. Fil-bidu tal-ewwel deċennju tas-seklu 20, żbroffa l-vulkan Longonot, u l-irmied għadu jista' jinħass madwar id-Daħla tal-Infern. Longonot huwa stratovulkan rieqed fix-Xlokk tal-Lag ta' Naivasha. Suswa huwa vulkan b'għamla ta' tarka li jinsab bejn Narok u Nairobi. Il-fluss tal-lava mill-iżjed żbroffar reċenti għadu ma nkesiex bil-veġetazzjoni, u jaf lanqas għandu iktar minn mitt sena. Il-Lag ta' Magadi huwa l-iktar lag fin-Nofsinhar tal-Wied tal-Fondoq il-Kbir fil-Kenja, għalkemm it-tarf tat-Tramuntana tal-Lag ta' Natron fit-Tanzanija jibqa' dieħel fil-Kenja.

Il-Promontorju ta' Elgeyo jifforma parti mill-ħajt tal-Punent. Il-Wied ta' Kerio jinsab bejn l-Għoljiet ta' Tugen u l-Promontorju ta' Elgeyo f'elevazzjoni ta' 1,000 metru (3,300 pied). Fl-inħawi tal-Wied ta' Kerio hemm depożiti kbar ta' fluworit. Iktar fin-Nofsinhar hemm il-Promontorju ta' Mau li huwa rdum naturali wieqaf għoli madwar 1,000 metru (3,300 pied), tul it-tarf tal-Punent tal-Wied tal-Fondoq il-Kbir madwar il-Lag ta' Naivasha. Iktar fin-Nofsinhar hemm il-Promontorju ta' Nguruman li huwa twil madwar 50 kilometru u huwa orjentat mit-Tramuntana għall-Punent. It-tarf tat-Tramuntana tiegħu huwa madwar 120 kilometru (75 mil) fil-Lbiċ ta' Nairobi, filwaqt li t-tarf tan-Nofsinhar tiegħu tinsab qrib il-fruntiera mat-Tanzanija, fir-rokna tal-Majjistral tal-Lag ta' Natron. Il-Katina Muntanjuża ta' Aberdare tifforma parti mix-xifer tal-Lvant tal-Wied tal-Fondoq il-Kbir fit-Tramuntana ta' Nairobi. Il-Muntanja ta' Satima tinsab fit-tarf tat-Tramuntana tal-Katina Muntanjuża ta' Aberdare u hija l-ogħla punt tagħha, u l-Muntanja ta' Kinangop fit-tarf tan-Nofsinhar hija t-tieni l-ogħla punt. Il-muntanji jiffurmaw promontorju bejn dawn iż-żewġ qċaċet. L-Għoljiet ta' Ngong huma qċaċet f'promontorju fil-Lvant tal-Wied tal-Fondoq il-Kbir, fil-Lbiċ ta' Nairobi.

Sit ta' Wirt Dinji

Is-Sistema tal-Lagi tal-Kenja fil-Wied tal-Fondoq il-Kbir ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".

Lagi

Fil-Kenja hemm 64 (9.50 %) lag mil-lagi kollha fi ħdan il-kontinent Afrikan. Tmienja minnhom huma l-lagi prinċipali fil-Wied tal-Fondoq il-Kbir tal-Kenja. Mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, dawn il-lagi huma l-Lag ta' Turkana, il-Lag ta' Logipi, il-Lag ta' Baringo, il-Lag ta' Bogoria, il-Lag ta' Nakuru, il-Lag ta' Elmenteita, il-Lag ta' Naivasha, u l-Lag ta' Magadi. Minn dawk it-tmien lagi, il-Lagi ta' Baringo u ta' Naivasha biss huma tal-ilma ħelu.

Il-Lag ta' Turkana, fit-tarf tat-Tramuntana tal-fondoq, huwa twil 250 kilometru (160 mil), wiesa' bejn 15-il kilometru (9.3 mili) u 30 kilometru (19-il mil) u fond massimu ta' 125 metru (410 piedi). Il-biċċa l-kbira tal-lagi l-oħra huma baxxi u bi ftit drenaġġ, għaldaqstant saru alkaliniċi. Għandhom ilmijiet b'rikkezza ta' algi blu-ħodor, li jitimgħu lil-larvi tal-insetti, lill-krustaċji ż-żgħar u lill-fjamingi ż-żgħar. Il-larvi u l-krustaċji huma ikel għall-ħut u għall-fjamingi l-kbar. Instab li l-qatgħat enormi ta' dawn l-għasafar iħallu effett fuq is-sedimenti tax-xtut tal-lag. Minħabba l-għadd kbir tagħhom, jaffettwaw il-livelli ta' depożiti f'ċerti żoni tal-lag, filwaqt li l-postijiet fejn jieklu jiġu ossiġenati bl-azzjoni tal-munqar tagħhom huma u jfittxu għall-ikel fit-tajn. Il-munzelli tal-bejtiet tagħhom jistgħu jiġu ppreservati wkoll u ssolidifikati skont il-bidliet fil-livelli tal-ilma tal-lag. Dawn jiffurmaw irregolaritajiet fit-topografija tax-xtut tal-lag.

It-trona, mineral evaporattiv li jintuża għall-produzzjoni tal-karbonat tas-sodju, ilha tiġi estratta mil-Lag ta' Magadi għal kważi 100 sena. Tipproduċi madwar 250,000 tunnellata metrika fis-sena. Minerali prezzjużi oħra bħar-rubini u ż-żaffiri roża nstabu u ġew estratti mill-inħawi ta' madwar il-Lag ta' Baringo. Fl-2004 ġew estratti iktar minn 2 kilogrammi ta' korondum.

Is-sistema tal-lagi tal-Kenja hija magħmula minn tliet lagi alkaliniċi baxxi u mill-artijiet ta' madwarhom: il-Lag ta' Bogoria b'10,700 ettaru (26,000 akru), il-Lag ta' Nakuru b'18,800 ettaru (46,000 akru) u l-Lag ta' Elementaita b'2,534 ettaru (6,260 akru). Din is-sistema fiha waħda mill-iżjed popolazzjonijiet b'diversità ta' għasafar fid-dinja, u fiha jgħammru tlettax-il speċi ta' għasafar mhedda globalment. Il-lagi huma sit importanti għall-pellikani bojod il-kbar li jbejtu u jitnisslu hemmhekk, u huma l-iżjed sit importanti fid-dinja għall-fjamingi ż-żgħar li jieqfu jieklu hemmhekk. Fis-sistema ta' lagi jgħixu wkoll popolazzjonijiet importanti globalment tal-blonġun sekond, tal-paletta Afrikana, tax-xifa, tal-blonġun żgħir, taċ-ċikonja tal-munqar isfar, tal-fras servjent, tal-gawwi ta' rasu griża u taċ-ċirlewwa tal-munqar bħal tal-gawwi.

Is-sistema ta' lagi tal-Kenja hija post ewlieni tul il-Mogħdija tal-Passa bejn il-Punent tal-Asja u l-Lvant tal-Afrika, rotta li jgħaddu minnha ammont kbar ta' għasafar fil-passa annwali tagħhom mill-postijiet tat-tnissil fit-Tramuntana għall-postijiet tal-mistrieħ fix-xitwa fl-Afrika. L-artijiet madwar il-lagi jinkludu popolazzjoni kbar ta' rinoċeronti suwed, ġiraffi ta' Rothschild, kudu kbar, iljuni, cheetahs u klieb selvaġġi. Is-sistema ta' lagi tal-Kenja hija mdawra mill-promontorju wieqaf tal-Wied tal-Fondoq il-Kbir, li jipprovdi sfond spettakolari.

Lagi oħra huma l-Lag ta' Chew Bahir fil-Grigal. Dan il-lag jinsab fil-biċċa l-kbira tiegħu fl-Etjopja iżda jestendi fil-Kenja matul l-istaġun tax-xita. Lag żgħir ieħor huwa l-Lag ta' Kamnarok.

Gallerija

Referenzi

  1. ^ Chorowicz, Jean (2005). "The East African Rift System". Journal of African Earth Sciences. 43 (1–3): 379–410.
  2. ^ Corti, Giacomo (Frar 2012). "Evolution and characteristics of continental rifting: Analog modeling-inspired view and comparison with examples from the East African Rift System". Tectonophysics. 522: 1–33.
  3. ^ Firestone, Matthew (2009). Kenya. Lonely Planet. ISBN 978-1-74104-773-8. p. 151.
  4. ^ Firestone, Matthew (2009). Kenya. Lonely Planet. ISBN 978-1-74104-773-8. p. 23.
  5. ^ Reid, Chip (2018-04-03). "A giant crack in Kenya opens up, but what's causing it? - CBS News". www.cbsnews.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-03.
  6. ^ Hicks, Stephen (2018). "Africa is slowly splitting in two – but this 'crack' in Kenya has little to do with it" (bl-Ingliż).
  7. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Kenya Lake System in the Great Rift Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-03.
  8. ^ Singh, Ashbindu (2006). Africa's Lakes: Atlas of Our Changing Environment. United Nations Environment Programme. ISBN 92-807-2694-3. p. 2.
  9. ^ Britton, J. Roberts; Harper, D. M. (Awwissu 2006). "Length–weight relationships of fish species in the freshwater rift valley lakes of Kenya". Journal of Applied Ichthyology. 22 (4): 334–336. p. 334.
  10. ^ Anadón, P.; Cabrera, Ll; Kelts, K. R. (1991). Lacustrine facies analysis. John Wiley & Sons. ISBN 978-0-632-03149-8. p. 6.
  11. ^ Scott, Jennifer J.; Robin W. Renaut; R. Bernhart Owen (15 November 2012). "Impacts of flamingos on saline lake margin and shallow lacustrine sediments in the Kenya Rift Valley". Sedimentary Geology. 277: 32–51.
  12. ^ Warren, John K. (2006). Evaporites: Sediments, Resources and Hydrocarbons. New York: Springer Berlin Heidelberg. p. 861. ISBN 978-3-540-26011-0.
  13. ^ Blauwet, Dudley; B. M. L. (2005). "New ruby and pink sapphire deposit in the Lake Baringo area, Kenya". Gems & Gemology. 41 (2): 177–178.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 08 Lul, 2025 / 02:15

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Wied tal Fondoq il Kbir, X'inhi Wied tal Fondoq il Kbir? Xi tfisser Wied tal Fondoq il Kbir?

Il Wied tal Fondoq il Kbir bl Ingliz Great Rift Valley huwa parti minn sistema ta ktajjen muntanjuzi intrakontinentali li tgħaddi mill Kenja mit Tramuntana għan Nofsinhar Huwa parti mill Fondoq ta Gregory il fergħa tal Lvant tal Fondoq tal Lvant tal Afrika li jibda fit Tanzanija lejn in Nofsinhar u jibqa sejjer lejn it Tramuntana fl Etjopja Ifforma fuq l hekk imsejħa Koppla tal Kenja art olzata ġeografika li nħolqot mill interazzjonijiet ta tliet plakek tettoniċi ewlenin il plakek tal Arabja tan Nubja u tas Somalja Fl imgħoddi kien jitqies bħala parti mill Wied tal Fondoq il Kbir minn Madagascar sas Sirja Il biċċa l kbira tal wied jagħmel parti mill eks Provinċja tal Wied tal Fondoq Bosta fjamingi fil Lag ta Bogoria Il Muntanja ta Longonot Fil wied hemm l Għoljiet ta Cherangani u katina ta vulkani uħud minnhom li għadhom attivi Il klima hija waħda miti bit temperaturi li normalment ikunu taħt it 28 C 82 F Il biċċa l kbira tax xita tinzel bejn Marzu u Ġunju u bejn Ottubru u Novembru L Għoljiet ta Tugen lejn il Punent tal Lag ta Baringo fihom fossili ppreservati fil flussi tal lava ta bejn 14 u 4 miljun sena ilu Il fdalijiet ta bosta ominidi l antenati tal bnedmin instabu hawnhekk F Marzu 2018 konsentura ġganteska fid Dinja fonda 50 pied u wiesgħa 65 pied iffurmat fl art fil Punent tal belt kapitali Huwa maħsub li ma għandhiex oriġini tettonika KaratteristiċiVeduta tal Uganda mill villaġġ ta Cherubei il Kenja Il wied huwa kkonfinat minn promontorji fil Lvant u fil Punent L art hija miksura mill vulkani uħud li għadhom attivi u minn sensiela ta lagi Parti mis sottoswoli tal ħamrija huma magħrufa bħala Andisols tip ta ħamrija għammiela bis saħħa tal attivita vulkanika relattivament reċenti Il Lag ta Turkana jokkupa t tarf tat Tramuntana tal Wied tal Fondoq il Kbir fil Kenja Hemm ukoll għadd ta vulkani fil Lag ta Turkana stess Il Wied ta Suguta jew l Artijiet Imtajna ta Suguta huwa parti arida tal Wied tal Fondoq il Kbir lejn in Nofsinhar tal Lag ta Turkana Il vulkan b għamla ta tarka Emuruangogolak jikkonfina mal wied fin Nofsinhar ta Suguta u iktar fin Nofsinhar mill art tal wied ifeġġu l Muntanji ta Silali u ta Paka Il Muntanja ta Paka hija vulkan b għamla ta tarka b attivita ġeotermali mifruxa Fin Nofsinhar ta Paka hemm il Muntanja ta Korosi il Lag ta Baringo u l Lag ta Bogoria Menengai huwa vulkan enormi b għamla ta tarka li jinsab fl art tal fondoq b kaldera li ffurmat madwar 8 000 sena ilu Taħtu hemm il Lag ta Nakuru lejn in Nofsinhar Dan ir reġjun jinkludi wkoll il Lag ta Elementaita il Muntanja ta Kipipiri u l Lag ta Naivasha Il vulkani u l lagi prinċipali fil Wied tal Fondoq Il Park Nazzjonali tad Daħla tal Infern jinsab fin Nofsinhar tal Lag ta Naivasha Fil bidu tal ewwel deċennju tas seklu 20 zbroffa l vulkan Longonot u l irmied għadu jista jinħass madwar id Daħla tal Infern Longonot huwa stratovulkan rieqed fix Xlokk tal Lag ta Naivasha Suswa huwa vulkan b għamla ta tarka li jinsab bejn Narok u Nairobi Il fluss tal lava mill izjed zbroffar reċenti għadu ma nkesiex bil veġetazzjoni u jaf lanqas għandu iktar minn mitt sena Il Lag ta Magadi huwa l iktar lag fin Nofsinhar tal Wied tal Fondoq il Kbir fil Kenja għalkemm it tarf tat Tramuntana tal Lag ta Natron fit Tanzanija jibqa dieħel fil Kenja Il Promontorju ta Elgeyo jifforma parti mill ħajt tal Punent Il Wied ta Kerio jinsab bejn l Għoljiet ta Tugen u l Promontorju ta Elgeyo f elevazzjoni ta 1 000 metru 3 300 pied Fl inħawi tal Wied ta Kerio hemm depoziti kbar ta fluworit Iktar fin Nofsinhar hemm il Promontorju ta Mau li huwa rdum naturali wieqaf għoli madwar 1 000 metru 3 300 pied tul it tarf tal Punent tal Wied tal Fondoq il Kbir madwar il Lag ta Naivasha Iktar fin Nofsinhar hemm il Promontorju ta Nguruman li huwa twil madwar 50 kilometru u huwa orjentat mit Tramuntana għall Punent It tarf tat Tramuntana tiegħu huwa madwar 120 kilometru 75 mil fil Lbiċ ta Nairobi filwaqt li t tarf tan Nofsinhar tiegħu tinsab qrib il fruntiera mat Tanzanija fir rokna tal Majjistral tal Lag ta Natron Il Katina Muntanjuza ta Aberdare tifforma parti mix xifer tal Lvant tal Wied tal Fondoq il Kbir fit Tramuntana ta Nairobi Il Muntanja ta Satima tinsab fit tarf tat Tramuntana tal Katina Muntanjuza ta Aberdare u hija l ogħla punt tagħha u l Muntanja ta Kinangop fit tarf tan Nofsinhar hija t tieni l ogħla punt Il muntanji jiffurmaw promontorju bejn dawn iz zewġ qċaċet L Għoljiet ta Ngong huma qċaċet f promontorju fil Lvant tal Wied tal Fondoq il Kbir fil Lbiċ ta Nairobi Sit ta Wirt DinjiIs Sistema tal Lagi tal Kenja fil Wied tal Fondoq il Kbir ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2011 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju vii Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal għaġeb jew fejn hemm zoni ta ġmiel naturali u ta importanza estetika eċċezzjonali il kriterju ix Ezempju straordinarju li jirrapprezenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl evoluzzjoni u fl izvilupp ta ekosistemi u ta komunitajiet ta pjanti u ta annimali terrestri tal ilma ħelu kostali u tal baħar u l kriterju x Post fejn hemm l iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall konservazzjoni fil post tad diversita bijoloġika inkluz fejn hemm speċijiet mhedda ta valur universali straordinarju mill perspettiva tax xjenza jew tal konservazzjoni LagiImmaġni satellitari tal Wied tal Fondoq tal Lvant tal Afrika il Kenja Fil Kenja hemm 64 9 50 lag mil lagi kollha fi ħdan il kontinent Afrikan Tmienja minnhom huma l lagi prinċipali fil Wied tal Fondoq il Kbir tal Kenja Mit Tramuntana għan Nofsinhar dawn il lagi huma l Lag ta Turkana il Lag ta Logipi il Lag ta Baringo il Lag ta Bogoria il Lag ta Nakuru il Lag ta Elmenteita il Lag ta Naivasha u l Lag ta Magadi Minn dawk it tmien lagi il Lagi ta Baringo u ta Naivasha biss huma tal ilma ħelu Il Lag ta Turkana fit tarf tat Tramuntana tal fondoq huwa twil 250 kilometru 160 mil wiesa bejn 15 il kilometru 9 3 mili u 30 kilometru 19 il mil u fond massimu ta 125 metru 410 piedi Il biċċa l kbira tal lagi l oħra huma baxxi u bi ftit drenaġġ għaldaqstant saru alkaliniċi Għandhom ilmijiet b rikkezza ta algi blu ħodor li jitimgħu lil larvi tal insetti lill krustaċji z zgħar u lill fjamingi z zgħar Il larvi u l krustaċji huma ikel għall ħut u għall fjamingi l kbar Instab li l qatgħat enormi ta dawn l għasafar iħallu effett fuq is sedimenti tax xtut tal lag Minħabba l għadd kbir tagħhom jaffettwaw il livelli ta depoziti f ċerti zoni tal lag filwaqt li l postijiet fejn jieklu jiġu ossiġenati bl azzjoni tal munqar tagħhom huma u jfittxu għall ikel fit tajn Il munzelli tal bejtiet tagħhom jistgħu jiġu ppreservati wkoll u ssolidifikati skont il bidliet fil livelli tal ilma tal lag Dawn jiffurmaw irregolaritajiet fit topografija tax xtut tal lag Tfal tal poplu Luhya f Endebess il Kenja It trona mineral evaporattiv li jintuza għall produzzjoni tal karbonat tas sodju ilha tiġi estratta mil Lag ta Magadi għal kwazi 100 sena Tipproduċi madwar 250 000 tunnellata metrika fis sena Minerali prezzjuzi oħra bħar rubini u z zaffiri roza nstabu u ġew estratti mill inħawi ta madwar il Lag ta Baringo Fl 2004 ġew estratti iktar minn 2 kilogrammi ta korondum Is sistema tal lagi tal Kenja hija magħmula minn tliet lagi alkaliniċi baxxi u mill artijiet ta madwarhom il Lag ta Bogoria b 10 700 ettaru 26 000 akru il Lag ta Nakuru b 18 800 ettaru 46 000 akru u l Lag ta Elementaita b 2 534 ettaru 6 260 akru Din is sistema fiha waħda mill izjed popolazzjonijiet b diversita ta għasafar fid dinja u fiha jgħammru tlettax il speċi ta għasafar mhedda globalment Il lagi huma sit importanti għall pellikani bojod il kbar li jbejtu u jitnisslu hemmhekk u huma l izjed sit importanti fid dinja għall fjamingi z zgħar li jieqfu jieklu hemmhekk Fis sistema ta lagi jgħixu wkoll popolazzjonijiet importanti globalment tal blonġun sekond tal paletta Afrikana tax xifa tal blonġun zgħir taċ ċikonja tal munqar isfar tal fras servjent tal gawwi ta rasu griza u taċ ċirlewwa tal munqar bħal tal gawwi Is sistema ta lagi tal Kenja hija post ewlieni tul il Mogħdija tal Passa bejn il Punent tal Asja u l Lvant tal Afrika rotta li jgħaddu minnha ammont kbar ta għasafar fil passa annwali tagħhom mill postijiet tat tnissil fit Tramuntana għall postijiet tal mistrieħ fix xitwa fl Afrika L artijiet madwar il lagi jinkludu popolazzjoni kbar ta rinoċeronti suwed ġiraffi ta Rothschild kudu kbar iljuni cheetahs u klieb selvaġġi Is sistema ta lagi tal Kenja hija mdawra mill promontorju wieqaf tal Wied tal Fondoq il Kbir li jipprovdi sfond spettakolari Lagi oħra huma l Lag ta Chew Bahir fil Grigal Dan il lag jinsab fil biċċa l kbira tiegħu fl Etjopja izda jestendi fil Kenja matul l istaġun tax xita Lag zgħir ieħor huwa l Lag ta Kamnarok GallerijaReferenzi Chorowicz Jean 2005 The East African Rift System Journal of African Earth Sciences 43 1 3 379 410 Corti Giacomo Frar 2012 Evolution and characteristics of continental rifting Analog modeling inspired view and comparison with examples from the East African Rift System Tectonophysics 522 1 33 Firestone Matthew 2009 Kenya Lonely Planet ISBN 978 1 74104 773 8 p 151 Firestone Matthew 2009 Kenya Lonely Planet ISBN 978 1 74104 773 8 p 23 Reid Chip 2018 04 03 A giant crack in Kenya opens up but what s causing it CBS News www cbsnews com bl Ingliz Miġbur 2024 03 03 Hicks Stephen 2018 Africa is slowly splitting in two but this crack in Kenya has little to do with it bl Ingliz a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Kenya Lake System in the Great Rift Valley UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 03 03 Singh Ashbindu 2006 Africa s Lakes Atlas of Our Changing Environment United Nations Environment Programme ISBN 92 807 2694 3 p 2 Britton J Roberts Harper D M Awwissu 2006 Length weight relationships of fish species in the freshwater rift valley lakes of Kenya Journal of Applied Ichthyology 22 4 334 336 p 334 Anadon P Cabrera Ll Kelts K R 1991 Lacustrine facies analysis John Wiley amp Sons ISBN 978 0 632 03149 8 p 6 Scott Jennifer J Robin W Renaut R Bernhart Owen 15 November 2012 Impacts of flamingos on saline lake margin and shallow lacustrine sediments in the Kenya Rift Valley Sedimentary Geology 277 32 51 Warren John K 2006 Evaporites Sediments Resources and Hydrocarbons New York Springer Berlin Heidelberg p 861 ISBN 978 3 540 26011 0 Blauwet Dudley B M L 2005 New ruby and pink sapphire deposit in the Lake Baringo area Kenya Gems amp Gemology 41 2 177 178

L-aħħar artikli
  • Lulju 08, 2025

    Manwel Mifsud

  • Lulju 08, 2025

    Monodelphis osgoodi

  • Lulju 08, 2025

    Opossum nanu mistur ta' Chacoan

  • Lulju 08, 2025

    Opossum ġurdien sufi żgħir

  • Lulju 08, 2025

    Ochotona thomasi

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq