Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Lingwa Awżiljari Internazzjonali magħrufa ukoll bħala Lingwa Awżiljari fil qosor IAL hija lingwa maħluqa għall komunikaz

Lingwa Awżiljari Internazzjonali

  • Paġna Ewlenija
  • Lingwa Awżiljari Internazzjonali
Lingwa Awżiljari Internazzjonali
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Lingwa Awżiljari Internazzjonali magħrufa ukoll bħala Lingwa Awżiljari (fil-qosor IAL), hija lingwa maħluqa għall-komunikazzjoni bejn nies ta' nazzjonijiet differenti li m'għandhomx l-istess lingwa, biex tiġi mitkelma bħala t-tieni lingwa ta' għajnuna komunikattiva internazzjonali. Għalkemm idea antika ħafna, l-IAL tqieset għall l-ewwel darba fuq bażi teoretika serja mil-Lingwisti Edward Sapir u fil-bidu tas seklu li għadda. B'mod speċjali, il-ħsibijiet ta' Sapir għadhom siewja sa llum. L-argumenti tal- ikomplu jsaħħu dawn il-ħsibijiet. Dan l-artiklu jagħmel emfasi fuq ir-rwol tal- konxja fil-lingwa. Fl-istess waqt irid jingħadd li, minħabba il-kumplessità tal-Lingwa, il-lingwisti saru joqgħodu ħafna aktar attenti li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet daqshekk ġenerali. Fil-fatt ħafna kliem użat hawn huwa problematiku, per eżempju, għadd mhemmx definizjoni ċara fuq x'inhi "sempliċità" u "loġika" fil-lingwa (ara Evalwazzjoni).

L-ewwel parti ta' dan L-artiklu jittratta l-bażi teoretika. It-tieni parti (għad irid jitlesta), jagħti lista ta' lingwi artifiċjali li sostnu statut ta' IAL.

Bażi teoretika

Relattivita' lingwistika - il-lingwa u il-ħsieb

Skond Sapir, il-lingwa hija il-kapaċità mentali li tordna u tistruttura, l-ammont kbir ta' esperjenzi li ngħaddu minhom kif ukoll il-kapaċità li ssawwar il-kunċetti u tagħtihom forma konkreta f'tifsir. Fil-qosor: il-lingwa hija l-kapaċità mentali li tagħmel possibbli il-ħsieb. Din l-idea għandha il-bidu tagħha fil-filosofija ta' Wilhelm von Humboldt: Il-Lingwa hija l-organu li jsawwar il-ħsieb (f'Salus 1969:190). Fil-fatt, l-idea għandha similaritajiet kbar mal-prinċipji tar-relattività lingwistika, li jsostnu relazzjoni intima bejn il-kategoriji lingwistiċi u l-ħsieb fuq il-livell ta' kull lingwa (Drechsel 1988:233). Individwi jaħsbu fl-istrutturi, jiġifieri, fil-grammatika tal-lingwa tagħhom. Din ir-relazzjoni bejn il-lingwa u l-ħsieb dwar il-fatt li il-kategoriji imposti mil-lingwa jikkanlizzaw u jistrutturaw il-ħsieb hi magħrufa bħala l-.

Dgħjufijiet fil-lingwi naturali

Meta Sapir studja bir-reqqa l-grammatika ta' diversi lingwi, wasal għall konklużżjoni li kull grammatika għandha ċerti nuqqasijiet fl-istruttura. Konsekwentament in-nuqqasijiet f'kull-lingwa jistgħu jikkawżaw dgħjufijiet fil-ħsieb. Minkejja dan, huwa xorta jsostni li kull lingwa fiha innifisha hija suffiċjenti (cf. Il-forma-magħquda ta' kull lingwa naturali) u ż-żewġ argumenti m'humiex f'kuntradizzjoni.


Ċertu nuqqas ta' loġika narawħ f'dan l'eżempju: bl-Ingliż, li tgħid it rains huwa grammatikament korrett, madanakollu il-grammatika Ingliża titlob li ikun hemm suġġett overt f'kull sentenza. Dana jikkawża ċerti kontradizzjonijiet:

Fil-fatt is-suġġett it m'għandu l-ebda tifsira in konnessjoni mal-verb, peress li it mhiex qed taqdi l-iskop regolari li tindika oġġett, fenomnu jew persuna. Is-suġġett it f'din is-sentenza jikkostitwixxi irregolarità, għaliex kull sentenza bl-Ingliż tista tinbidel f'mistoqsija billi tpoġġi interrogattiv who jew what flok is-suġġett. Madanakollu b'rains u snows, dana mhux possibbli -- rains mingħajr ebda suġġett, ma taqdix il-ħtiġijiet kollha grammatikali ta' l-Ingliż għaliex, kif għedna, kull sentenza fl-Ingliż teħtieġ suġġett. Għalekk, l-it li tissostitwixxi is-suġġett (EN = dummy subject) hija restrizzjoni ta' regola grammatika.

Konsekwenzi għal-lingwa u il-ħsieb

B'mod indirett sitwazzjonijiet bħall dawn jistgħu jimponu fuq il-ħsieb ta' l-individwu. Nuqqas ta' loġika jista' jwassal għall-ħsieb inqas ċar.

L-ewwel pass biex wieħed jevita li dgħjufija fil-grammatika tiġi trasferita għall-ħsieb hi li wieħed jakkwista sens ta' inkongruwenzi fil-lingwa li-wieħed juża.

Li persuna, li tuża lingwa bħala l-istrument tal-ħsieb, teżamina l-istess lingwa hu paradoss fih innfisu: kif jista strument jeżamina lilu innifsu? Sapir jissuġġerixxi li wieħed jeżamina l-istrutturi ta' lingwi naturali oħra b'loġika u grammatika diversa biex isir aktar konxju ta' l-istrutturi tal-lingwa tiegħu. Jissuġġerixxi wkoll li wieħed iqabbel il-linġwa tiegħu ma' lingwi oħrajn (anki artifiċjali) u sistemi li josservaw loġika assoluta. Dawn is-sistemi għandhom ikunu loġiċi fil-kunċetti, is-simboli u l-kombinazzjoni tas-simboli li jużaw.

Minbarra li jkun mezz konvenjenti biex wieħed jagħraf difetti strumentali fil-lingwa fuq bażi ta' dan l-istudju, wieħed ikun ukoll f'pożizzjoni li jsawwar lingwa internazzjonali awżiljari li taqdi numru ta' skopijiet.

Sapir hu kontra l-idea li waħda mil-lingwi naturali popolari, bħal ma hu l-Ingliż jew il-Franċiz tieħu post ta' l-IAL peress li dawn ma jissodisfawx il-ħtiġijiet li jenħtieġ taqdi l-IAL.

Kwalitajiet ta' Lingwa Awżiljari

Edward Sapir jissokta isemmi ħames kwalitajiet ta' IAL:

  1. semplicità
  2. regolarità
  3. loġika
  4. rikkezza
  5. krejattività

Min ikun qiegħed jitgħallem il-lingwa jeħtieġ li jkun kapaċi juża l-istruttura ta' l-espressjoni li diġa akkwista bħala u jibni espressjonijiet ġodda. Jekk, ngħidu aħna, wieħed ġa tgħallem minn espressjoni partikolari li il-passat sempliċi ta' verb fl-Ingliż jinħadem billi jżid is-suffiss / -ed / hu għandu jkun kapaċi jaħdem il-passat sempliċi tal-verbi l-oħra billi jżid / -ed /. L-idea ta' krejattività testendi għal setturi oħra u timplika illi meta wieħed jitkellem, irid ikun kapaċi, a bażi ta' strutturi l-aktar sempliċi, regolari u loġiċi, li ġa akkwista, joħloq kliem jew għaqda ta' kliem ġdid skond il-ħtieġa.

Skopijiet ta' Lingwa Awżiljari

Minbarra l-vantaġġi prattiċi li-toħloq IAL - biżżejjed wieħed isemmi tnejn: vantaġġi ekonomiċi u l-vantaġġ ta' l-ebda telf ta' Informazzjoni fit-traduzzjoni - Sapir isemmi wkoll xi vantaġġi psikoloġiċi. Li tuża lingwa li tinħass li hi magħmula mil-bnedmin, tnissel sens ta' kontroll fuq il-lingwa, flok il-jasar ta' l-istrutturi u l-irqaqat. Hu jkompli jgħid li-wieħed ikollu inqas inibizzjonijiet meta juża lingwa internazzjonli "artifiċjali", peress li b'hekk jista jserraħ moħħu li m'hux ser joffendi 'l xi ħadd billi jmur kontra l-etiquette ta' l-ilsien ta' xi wieħed mis-semmiegħa.

Din l-osservazzjoni tista' tinstema' daqxejn skabruża, fl-istess ħin meta wieħed jinnota kemm jimbarazzaw rwieħom migranti ta' ċertà età meta ma jirnexxilhomx jaddataw għal kulturi ġodda bl-iżvantaġġi soċjali li jinqalgħu, l-argument isir tassew relevanti.

Lingwa perfettament loġika, mibnija fuq bażi ta' reflessjoni konxja, u mifruxa sewwa ma l-erbagħt irjieħ tkun aktar strument fin u adekwat minn kull-lingwa naturali bi strutturi inkongruenti. Lingwa bi struttura aktar loġika twassal għal ħsieb aktar loġiku. Il-prodott (il-ħsieb), jikber skond kemm tippermetti il-lingwa (sapir 1921:15).

Il-ħolqien ta' IAL jenħtieġ li jkun bażat fuq grammatika ta' lingwi naturali, billi jislet il-partijiet li jagħmlu sens u jwarrab dawk difettużi. F'dan is-sens, Lingwa awżiljari mibnija bil-għaqal hija rikostruzzjoni ta' strutturi ġa eżistenti f'Lingwi naturali. Rikostruzzjon bħal din tippresupponi li wieħed ikun imħarreġ tajjeb fil-grammatika tal-Lingwi naturali. U għalhekk nikkonkludu illi li wieħed ikun imħarreġ fl-istrutturi grammatikali tgħin lill-moħħ jirfinħom. U peress li d-dinja li ngħixu fiha hi soġġetta għall-grammatika, wieħed jista' jkompli jargumenta u jgħid li it-tagħlim tal-prinċipji grammatikali li jħaddnu u jsawwru ir-realtajiet soġġettivi kollha, iġiegħlu l-moħħ ikompli jtejjibhom dejjem aktar. Din hi opinjoni tipikament :

Il-kostruttiviżmu radikali jsostni, ... li l-operazzjonijiet li bihom aħna naslu biex insawwru d-dinja li nesperjenzaw, fil-parti kbira jintlaħqu - u aktar minn hekk, li aħna ngħarfu l-mekkaniżmu tagħhom forsi wkoll iwassal biex intejbuhom (Glasersfeld, p17).

Il-forma-magħquda ta' kull lingwa naturali

Il-motivazzjoni ta' Sapir nibtet minn xewqa ġenwina li jkun hemm ftehmin bejn il-popli. Mill-istudju profond li għamel Sapir dwar id-diversi sar jaf tajjeb ir-rikkezza tal-lingwi ż-żgħar. Minn dan l-istudju, sar ferm konvint, li wieħed ma jistagħx jgħid li lingwa hija superjuri għal oħra. Sapir jargumenta, li jekk lingwa tipprovdi mezzi li bihom tkun kapaċi tesprimi kwalunkwe kunċett, allura, "[...] li wieħed jgħid, li lingwa hi aktar grammatikali jew li għandha forma-magħquda aktar minn oħrajn hu assoluttamant bla sens." (Sapir 1949:9).

Fil-ġabra ta' l-artikli tiegħu ippublikata fl-1949, Sapir jargumenta, illi b'lingwa mitkellma min-nies ta' kultura primittiva wieħed għandu mezz jesprimi teżi astratta filosofika, ġaladarba l-istrutturi ta' dawk il-Lingwi kapaċi jesprimu ideat ta' struttura komplessa - anki jekk il-vokabularju tal-lingwa ikun insuffiċjenti. Li ħsibijiet ta' dan it-tip għadhom qatt ma ġew espressi f'dawn il-kulturi hu sempliċiment għaliex għadhom mhumhiex avvanzati biżżejjed biex jinterressaw rwieħhom fuq livell astratt u filosofiku.(Sapir 1949:FINDPAGE). Fi-kliem ieħor "il-forma-magħquda" ta' kull lingwa tfisser "aktar min ħaġa oħra li it-tħaddim tagħha hu bla limitu"(Harris 1951:296).

Kull lingwa għandha il-prinċipji grammatikali tagħha li jiddettaw x'informazzjoni trid tingħata f'sentenza u x'inhu permess li wieħed iħalli barra. Fil-Ġermaniż u l-Ingliż, ngħidu aħna, in-numru hu obligatorju, fil-waqt li l- ma jeħtieġx informazzjoni bħal din - madankollhu il-Kwaikutl hu formalment mgħadud peress li joffri lil minn jitkellmu xi possibilità biex jesprimi in-numru tan-nom. jargumenta fuq linji simili: Naturalment l-eskimiż jista' jesprimi jekk raġel hux marid issa [...] imma l-forma grammatikali tas-sentenza tiegħu ma teħtieġx li jagħti relazzjoni ta' temp (Boas 1969:38).

Evalwazzjoni

Dawn l-ideat, illum, daqs qabel, għadhom avantgardisti u fl-istess ħin diskutibbli ħafna. Huwa fatt aċċettat illi komunitajiet li ma jitkellmux waħda mil-lingwi ekonomikament importanti qegħdin fi żvantaġġ. Huwa fatt ukoll li l-biċċa l-kbira tal-Ewropej għad mgħandhomx meżż kif jikkomunikaw direttament mal-biċċa l-kbira tal-Asjatiċi u l-Għarab. Dan ifisser telf kbir ta' tagħrif dwar veduta differenti tad-dinja.

Sal-ġurnata ta' llum qħad m'hemmx implementazzjoni ta' IAL fil-veru sens tal-kelma - m'hux faċli li wieħed jimplementa il-ħtigijiet li semmejna aktar 'il fuq. Il-ħtigijiet infishom huma diskutibbli għall-aħħar. Mis-sittinijiet 'l hawn il-lingwisti bdew joqgħodu lura milli jagħmlu dikjarażżjonijiet fuq is-"semplicità" u il-"loġika" fil-lingwa. L-istess japplika għal dikjarazzjonijiet bħal, ngħidu aħna, il-mod kif il-lingwa tħares lejn id-dinja huwwa soġġett għall-grammatika. Wieħed sempliċiment jaċċetta l-possibbiltà, iżda m'hemm l-ebda ċertezza assoluta fuq dan.

Wieħed ma jridx jinsa punt ieħor; sistema mibnija b'mod ideali llum mhux bilfors ser tibqa valida maż-żmien (time stability of language systems) - jekk nikkunsidraw dak kollhu li nafu fuq it-Tibdil fil-Lingwa, maż-żmien anke sistema ideali "taddatta" u "tiddeforma" bħal kull lingwa oħra.

Madanakollu insibu nies li kibru fl-lingwa kostruwita, bħal ngħidu aħna l-Esperanto jew f'lingwi rikostruwiti, bħal ma hu l-.

Punt diskuttibli ieħor forsi hu wkoll il-fatt li visti (views) u tradizzjonijiet huma mħaddna fil-lingwa stess u jiġu mgħoddija minnħa. Konsekwentamet jekk nadottaw IAL dawna jintilfu. Madankollu ir-riċerka fl-istorja turina li ħafna "tradizzjonijiet" ġew kostrutti konxjament b'għanijiet politiċi u ekonomiċi.

Wieħed jista jargumenta li triq realistika għal IAL tista' tintleħaq bir-riċerka tal- u it-.

Provi Prattiċi

L-ewwel prova prattika ta' IAL li kienet mifruxa sew ġiet żviluppata min-negozjanti Anżejatiċi

Noti

  1. ^ Il-kwotazzjoni oriġinali hija: language is the formative organ of thought
  2. ^ Il-kwotazzjoni oriġinali hija: The product (thought) grows with the instrument.
  3. ^ Il-kwotazzjoni oriġinali hija: Der radikale Konstruktivismus behauptet, daß wir die Operationen, mit denen wir unsere Erlebenswelt zusammenstellen, weitgehend erschließen können, und daß uns dann die Bewußtheit des Operierens helfen kann, es anders und vielleicht besser zu machen.
  4. ^ Il-kwotazzjoni oriġinali hija: [...] there is no meaning whatsoever in the statement sometimes made, that one language is more grammatical, or form-bound, than another
  5. ^ Il-kwotazzjoni oriġinali hija: [these cultures have] not advanced to the point, where it is of interest for them to form abstractions of a philosophic order
  6. ^ Il-kwotazzjoni oriġinali hija:"completeness" of a language is "more exactly its constructivity without limit"
  7. ^ Il-kwotazzjoni oriġinali hija: The Eskimo can, of course, express whether the man is sick at the present time but the grammatical form of his sentences does not require the expression of the tense relation
  8. ^ Eric Hobsbawm, Ranger T., The Invention of Tradition, CUP, Cambridge, 1983. ISBN 0-521-43773-3

Referenzi

  • Darnell, Regna. 1990. Edward Sapir: Linguist, antropologist, humanist. Berkeley/Los Angeles. ISBN 0-520-06678-2.
  • Drechsel, Emanuel J. 1988. Wilhelm von Humboldt and Edward Sapir: analogies and homologies in their linguistic thoughts. In Honor of Mary Haas: From the Haas Festival Conference on Native American Linguistics, William Shipley, Mary Rosamond Haas, Mary Haas, Walter de Gruyter, 1988. ISBN 3-11-011165-9, ISBN 0-89925-281-8.
  • Erickson, Jon, Marion Gymnich and Ansgar Nünning. 1997. Wilhelm von Humboldt, Edward Sapir and the Constructivist framework. Historiographia Linguistica. 24. 285-306.
  • Glasersfeld, Ernst von. 1984. An Introduction to radical constructivism. The invented reality: How do we know what we believe we know? Contributions to Constructivism, ed. By Paul Watzlawick, 17-40. New York. ISBN 0-393-01731-1.
  • Harris, Zellig S. 1951b. Review of Sapir 1949.
  • Nünning, Ansgar. Selbsttätigkeit und Verstehen. Grundzüge des Denkens Wilhelm von Humboldts und ihre Gemeinsamkeiten mit dem Radikalen Konstruktivismus. Delfin X (September 1988): 38-49.
  • Sapir Edward, 1921. Language: An introduction to the study of Speech. New York. ISBN 0-15-648233-9.
  • Sapir Edward, 1949. Selected Writings in Language Culture and Personality, ed. By David G. Mandelbaum and epilogue by Dell H. Hymes. Berkely/Los Angeles, 1985. ISBN 0-520-05594-2.

Ħoloq esterni

  • The Function of an International Auxiliary Language - Artiklu miktub mill- Edward Sapir, li jiddiskuti il prinċipji, in-neċċesita u il-prospetti ta' Lingwa Internazzjonali.
  • Sapir Edward, 1921. Language: An introduction to the study of Speech. New York - Aqra il-ktieb online

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 15 Ġun, 2025 / 19:19

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Lingwa Awżiljari Internazzjonali, X'inhi Lingwa Awżiljari Internazzjonali? Xi tfisser Lingwa Awżiljari Internazzjonali?

Lingwa Awziljari Internazzjonali magħrufa ukoll bħala Lingwa Awziljari fil qosor IAL hija lingwa maħluqa għall komunikazzjoni bejn nies ta nazzjonijiet differenti li m għandhomx l istess lingwa biex tiġi mitkelma bħala t tieni lingwa ta għajnuna komunikattiva internazzjonali Għalkemm idea antika ħafna l IAL tqieset għall l ewwel darba fuq bazi teoretika serja mil Lingwisti Edward Sapir u fil bidu tas seklu li għadda B mod speċjali il ħsibijiet ta Sapir għadhom siewja sa llum L argumenti tal ikomplu jsaħħu dawn il ħsibijiet Dan l artiklu jagħmel emfasi fuq ir rwol tal konxja fil lingwa Fl istess waqt irid jingħadd li minħabba il kumplessita tal Lingwa il lingwisti saru joqgħodu ħafna aktar attenti li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet daqshekk ġenerali Fil fatt ħafna kliem uzat hawn huwa problematiku per ezempju għadd mhemmx definizjoni ċara fuq x inhi sempliċita u loġika fil lingwa ara Evalwazzjoni L ewwel parti ta dan L artiklu jittratta l bazi teoretika It tieni parti għad irid jitlesta jagħti lista ta lingwi artifiċjali li sostnu statut ta IAL Bazi teoretikaRelattivita lingwistika il lingwa u il ħsieb Skond Sapir il lingwa hija il kapaċita mentali li tordna u tistruttura l ammont kbir ta esperjenzi li ngħaddu minhom kif ukoll il kapaċita li ssawwar il kunċetti u tagħtihom forma konkreta f tifsir Fil qosor il lingwa hija l kapaċita mentali li tagħmel possibbli il ħsieb Din l idea għandha il bidu tagħha fil filosofija ta Wilhelm von Humboldt Il Lingwa hija l organu li jsawwar il ħsieb f Salus 1969 190 Fil fatt l idea għandha similaritajiet kbar mal prinċipji tar relattivita lingwistika li jsostnu relazzjoni intima bejn il kategoriji lingwistiċi u l ħsieb fuq il livell ta kull lingwa Drechsel 1988 233 Individwi jaħsbu fl istrutturi jiġifieri fil grammatika tal lingwa tagħhom Din ir relazzjoni bejn il lingwa u l ħsieb dwar il fatt li il kategoriji imposti mil lingwa jikkanlizzaw u jistrutturaw il ħsieb hi magħrufa bħala l Dgħjufijiet fil lingwi naturali Meta Sapir studja bir reqqa l grammatika ta diversi lingwi wasal għall konkluzzjoni li kull grammatika għandha ċerti nuqqasijiet fl istruttura Konsekwentament in nuqqasijiet f kull lingwa jistgħu jikkawzaw dgħjufijiet fil ħsieb Minkejja dan huwa xorta jsostni li kull lingwa fiha innifisha hija suffiċjenti cf Il forma magħquda ta kull lingwa naturali u z zewġ argumenti m humiex f kuntradizzjoni Ċertu nuqqas ta loġika narawħ f dan l ezempju bl Ingliz li tgħid it rains huwa grammatikament korrett madanakollu il grammatika Ingliza titlob li ikun hemm suġġett overt f kull sentenza Dana jikkawza ċerti kontradizzjonijiet Fil fatt is suġġett it m għandu l ebda tifsira in konnessjoni mal verb peress li it mhiex qed taqdi l iskop regolari li tindika oġġett fenomnu jew persuna Is suġġett it f din is sentenza jikkostitwixxi irregolarita għaliex kull sentenza bl Ingliz tista tinbidel f mistoqsija billi tpoġġi interrogattiv who jew what flok is suġġett Madanakollu b rains u snows dana mhux possibbli rains mingħajr ebda suġġett ma taqdix il ħtiġijiet kollha grammatikali ta l Ingliz għaliex kif għedna kull sentenza fl Ingliz teħtieġ suġġett Għalekk l it li tissostitwixxi is suġġett EN dummy subject hija restrizzjoni ta regola grammatika Konsekwenzi għal lingwa u il ħsieb B mod indirett sitwazzjonijiet bħall dawn jistgħu jimponu fuq il ħsieb ta l individwu Nuqqas ta loġika jista jwassal għall ħsieb inqas ċar L ewwel pass biex wieħed jevita li dgħjufija fil grammatika tiġi trasferita għall ħsieb hi li wieħed jakkwista sens ta inkongruwenzi fil lingwa li wieħed juza Li persuna li tuza lingwa bħala l istrument tal ħsieb tezamina l istess lingwa hu paradoss fih innfisu kif jista strument jezamina lilu innifsu Sapir jissuġġerixxi li wieħed jezamina l istrutturi ta lingwi naturali oħra b loġika u grammatika diversa biex isir aktar konxju ta l istrutturi tal lingwa tiegħu Jissuġġerixxi wkoll li wieħed iqabbel il linġwa tiegħu ma lingwi oħrajn anki artifiċjali u sistemi li josservaw loġika assoluta Dawn is sistemi għandhom ikunu loġiċi fil kunċetti is simboli u l kombinazzjoni tas simboli li juzaw Minbarra li jkun mezz konvenjenti biex wieħed jagħraf difetti strumentali fil lingwa fuq bazi ta dan l istudju wieħed ikun ukoll f pozizzjoni li jsawwar lingwa internazzjonali awziljari li taqdi numru ta skopijiet Sapir hu kontra l idea li waħda mil lingwi naturali popolari bħal ma hu l Ingliz jew il Franċiz tieħu post ta l IAL peress li dawn ma jissodisfawx il ħtiġijiet li jenħtieġ taqdi l IAL Kwalitajiet ta Lingwa Awziljari Edward Sapir jissokta isemmi ħames kwalitajiet ta IAL semplicita regolarita loġika rikkezza krejattivita Min ikun qiegħed jitgħallem il lingwa jeħtieġ li jkun kapaċi juza l istruttura ta l espressjoni li diġa akkwista bħala u jibni espressjonijiet ġodda Jekk ngħidu aħna wieħed ġa tgħallem minn espressjoni partikolari li il passat sempliċi ta verb fl Ingliz jinħadem billi jzid is suffiss ed hu għandu jkun kapaċi jaħdem il passat sempliċi tal verbi l oħra billi jzid ed L idea ta krejattivita testendi għal setturi oħra u timplika illi meta wieħed jitkellem irid ikun kapaċi a bazi ta strutturi l aktar sempliċi regolari u loġiċi li ġa akkwista joħloq kliem jew għaqda ta kliem ġdid skond il ħtieġa Skopijiet ta Lingwa Awziljari Minbarra l vantaġġi prattiċi li toħloq IAL bizzejjed wieħed isemmi tnejn vantaġġi ekonomiċi u l vantaġġ ta l ebda telf ta Informazzjoni fit traduzzjoni Sapir isemmi wkoll xi vantaġġi psikoloġiċi Li tuza lingwa li tinħass li hi magħmula mil bnedmin tnissel sens ta kontroll fuq il lingwa flok il jasar ta l istrutturi u l irqaqat Hu jkompli jgħid li wieħed ikollu inqas inibizzjonijiet meta juza lingwa internazzjonli artifiċjali peress li b hekk jista jserraħ moħħu li m hux ser joffendi l xi ħadd billi jmur kontra l etiquette ta l ilsien ta xi wieħed mis semmiegħa Din l osservazzjoni tista tinstema daqxejn skabruza fl istess ħin meta wieħed jinnota kemm jimbarazzaw rwieħom migranti ta ċerta eta meta ma jirnexxilhomx jaddataw għal kulturi ġodda bl izvantaġġi soċjali li jinqalgħu l argument isir tassew relevanti Lingwa perfettament loġika mibnija fuq bazi ta reflessjoni konxja u mifruxa sewwa ma l erbagħt irjieħ tkun aktar strument fin u adekwat minn kull lingwa naturali bi strutturi inkongruenti Lingwa bi struttura aktar loġika twassal għal ħsieb aktar loġiku Il prodott il ħsieb jikber skond kemm tippermetti il lingwa sapir 1921 15 Il ħolqien ta IAL jenħtieġ li jkun bazat fuq grammatika ta lingwi naturali billi jislet il partijiet li jagħmlu sens u jwarrab dawk difettuzi F dan is sens Lingwa awziljari mibnija bil għaqal hija rikostruzzjoni ta strutturi ġa ezistenti f Lingwi naturali Rikostruzzjon bħal din tippresupponi li wieħed ikun imħarreġ tajjeb fil grammatika tal Lingwi naturali U għalhekk nikkonkludu illi li wieħed ikun imħarreġ fl istrutturi grammatikali tgħin lill moħħ jirfinħom U peress li d dinja li ngħixu fiha hi soġġetta għall grammatika wieħed jista jkompli jargumenta u jgħid li it tagħlim tal prinċipji grammatikali li jħaddnu u jsawwru ir realtajiet soġġettivi kollha iġiegħlu l moħħ ikompli jtejjibhom dejjem aktar Din hi opinjoni tipikament Il kostruttivizmu radikali jsostni li l operazzjonijiet li bihom aħna naslu biex insawwru d dinja li nesperjenzaw fil parti kbira jintlaħqu u aktar minn hekk li aħna ngħarfu l mekkanizmu tagħhom forsi wkoll iwassal biex intejbuhom Glasersfeld p17 Il forma magħquda ta kull lingwa naturali Il motivazzjoni ta Sapir nibtet minn xewqa ġenwina li jkun hemm ftehmin bejn il popli Mill istudju profond li għamel Sapir dwar id diversi sar jaf tajjeb ir rikkezza tal lingwi z zgħar Minn dan l istudju sar ferm konvint li wieħed ma jistagħx jgħid li lingwa hija superjuri għal oħra Sapir jargumenta li jekk lingwa tipprovdi mezzi li bihom tkun kapaċi tesprimi kwalunkwe kunċett allura li wieħed jgħid li lingwa hi aktar grammatikali jew li għandha forma magħquda aktar minn oħrajn hu assoluttamant bla sens Sapir 1949 9 Fil ġabra ta l artikli tiegħu ippublikata fl 1949 Sapir jargumenta illi b lingwa mitkellma min nies ta kultura primittiva wieħed għandu mezz jesprimi tezi astratta filosofika ġaladarba l istrutturi ta dawk il Lingwi kapaċi jesprimu ideat ta struttura komplessa anki jekk il vokabularju tal lingwa ikun insuffiċjenti Li ħsibijiet ta dan it tip għadhom qatt ma ġew espressi f dawn il kulturi hu sempliċiment għaliex għadhom mhumhiex avvanzati bizzejjed biex jinterressaw rwieħhom fuq livell astratt u filosofiku Sapir 1949 FINDPAGE Fi kliem ieħor il forma magħquda ta kull lingwa tfisser aktar min ħaġa oħra li it tħaddim tagħha hu bla limitu Harris 1951 296 Kull lingwa għandha il prinċipji grammatikali tagħha li jiddettaw x informazzjoni trid tingħata f sentenza u x inhu permess li wieħed iħalli barra Fil Ġermaniz u l Ingliz ngħidu aħna in numru hu obligatorju fil waqt li l ma jeħtieġx informazzjoni bħal din madankollhu il Kwaikutl hu formalment mgħadud peress li joffri lil minn jitkellmu xi possibilita biex jesprimi in numru tan nom jargumenta fuq linji simili Naturalment l eskimiz jista jesprimi jekk raġel hux marid issa imma l forma grammatikali tas sentenza tiegħu ma teħtieġx li jagħti relazzjoni ta temp Boas 1969 38 Evalwazzjoni Dawn l ideat illum daqs qabel għadhom avantgardisti u fl istess ħin diskutibbli ħafna Huwa fatt aċċettat illi komunitajiet li ma jitkellmux waħda mil lingwi ekonomikament importanti qegħdin fi zvantaġġ Huwa fatt ukoll li l biċċa l kbira tal Ewropej għad mgħandhomx mezz kif jikkomunikaw direttament mal biċċa l kbira tal Asjatiċi u l Għarab Dan ifisser telf kbir ta tagħrif dwar veduta differenti tad dinja Sal ġurnata ta llum qħad m hemmx implementazzjoni ta IAL fil veru sens tal kelma m hux faċli li wieħed jimplementa il ħtigijiet li semmejna aktar il fuq Il ħtigijiet infishom huma diskutibbli għall aħħar Mis sittinijiet l hawn il lingwisti bdew joqgħodu lura milli jagħmlu dikjarazzjonijiet fuq is semplicita u il loġika fil lingwa L istess japplika għal dikjarazzjonijiet bħal ngħidu aħna il mod kif il lingwa tħares lejn id dinja huwwa soġġett għall grammatika Wieħed sempliċiment jaċċetta l possibbilta izda m hemm l ebda ċertezza assoluta fuq dan Wieħed ma jridx jinsa punt ieħor sistema mibnija b mod ideali llum mhux bilfors ser tibqa valida maz zmien time stability of language systems jekk nikkunsidraw dak kollhu li nafu fuq it Tibdil fil Lingwa maz zmien anke sistema ideali taddatta u tiddeforma bħal kull lingwa oħra Madanakollu insibu nies li kibru fl lingwa kostruwita bħal ngħidu aħna l Esperanto jew f lingwi rikostruwiti bħal ma hu l Punt diskuttibli ieħor forsi hu wkoll il fatt li visti views u tradizzjonijiet huma mħaddna fil lingwa stess u jiġu mgħoddija minnħa Konsekwentamet jekk nadottaw IAL dawna jintilfu Madankollu ir riċerka fl istorja turina li ħafna tradizzjonijiet ġew kostrutti konxjament b għanijiet politiċi u ekonomiċi Wieħed jista jargumenta li triq realistika għal IAL tista tintleħaq bir riċerka tal u it Provi PrattiċiL ewwel prova prattika ta IAL li kienet mifruxa sew ġiet zviluppata min negozjanti AnzejatiċiNoti Il kwotazzjoni oriġinali hija language is the formative organ of thought Il kwotazzjoni oriġinali hija The product thought grows with the instrument Il kwotazzjoni oriġinali hija Der radikale Konstruktivismus behauptet dass wir die Operationen mit denen wir unsere Erlebenswelt zusammenstellen weitgehend erschliessen konnen und dass uns dann die Bewusstheit des Operierens helfen kann es anders und vielleicht besser zu machen Il kwotazzjoni oriġinali hija there is no meaning whatsoever in the statement sometimes made that one language is more grammatical or form bound than another Il kwotazzjoni oriġinali hija these cultures have not advanced to the point where it is of interest for them to form abstractions of a philosophic order Il kwotazzjoni oriġinali hija completeness of a language is more exactly its constructivity without limit Il kwotazzjoni oriġinali hija The Eskimo can of course express whether the man is sick at the present time but the grammatical form of his sentences does not require the expression of the tense relation Eric Hobsbawm Ranger T The Invention of Tradition CUP Cambridge 1983 ISBN 0 521 43773 3ReferenziDarnell Regna 1990 Edward Sapir Linguist antropologist humanist Berkeley Los Angeles ISBN 0 520 06678 2 Drechsel Emanuel J 1988 Wilhelm von Humboldt and Edward Sapir analogies and homologies in their linguistic thoughts In Honor of Mary Haas From the Haas Festival Conference on Native American Linguistics William Shipley Mary Rosamond Haas Mary Haas Walter de Gruyter 1988 ISBN 3 11 011165 9 ISBN 0 89925 281 8 Erickson Jon Marion Gymnich and Ansgar Nunning 1997 Wilhelm von Humboldt Edward Sapir and the Constructivist framework Historiographia Linguistica 24 285 306 Glasersfeld Ernst von 1984 An Introduction to radical constructivism The invented reality How do we know what we believe we know Contributions to Constructivism ed By Paul Watzlawick 17 40 New York ISBN 0 393 01731 1 Harris Zellig S 1951b Review of Sapir 1949 Nunning Ansgar Selbsttatigkeit und Verstehen Grundzuge des Denkens Wilhelm von Humboldts und ihre Gemeinsamkeiten mit dem Radikalen Konstruktivismus Delfin X September 1988 38 49 Sapir Edward 1921 Language An introduction to the study of Speech New York ISBN 0 15 648233 9 Sapir Edward 1949 Selected Writings in Language Culture and Personality ed By David G Mandelbaum and epilogue by Dell H Hymes Berkely Los Angeles 1985 ISBN 0 520 05594 2 Ħoloq esterniThe Function of an International Auxiliary Language Artiklu miktub mill Edward Sapir li jiddiskuti il prinċipji in neċċesita u il prospetti ta Lingwa Internazzjonali Sapir Edward 1921 Language An introduction to the study of Speech New York Aqra il ktieb online

L-aħħar artikli
  • Ġunju 14, 2025

    Għenba tax-xewk

  • Ġunju 14, 2025

    Għaxaq

  • Ġunju 10, 2025

    Għawdex (stat indipendenti)

  • Ġunju 13, 2025

    Għawdex

  • Ġunju 14, 2025

    Għasfur

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq