Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il lingwa Ġermaniża jew sempliċement il Ġermaniż bil Ġermaniż Deutsch dɔʏtʃ hija lingwa Ġermanika tal Punent li tiġi mit

Lingwa Ġermaniża

  • Paġna Ewlenija
  • Lingwa Ġermaniża
Lingwa Ġermaniża
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-lingwa Ġermaniża, jew sempliċement il-Ġermaniż (bil-Ġermaniż: Deutsch [dɔʏtʃ]), hija lingwa Ġermanika tal-Punent li tiġi mitkellma l-iktar fl-Ewropa Ċentrali. Tiġi mitkellma l-iktar u hija lingwa uffiċjali jew kouffiċjali fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fl-Iżvizzera, fil-Liechtenstein u fil-provinċja Taljana ta' Trentino Alto Adige. Hija wkoll lingwa kouffiċjali tal-Lussemburgu u tal-Belġju, u hija lingwa nazzjonali rikonoxxuta fin-Namibja. 'Il barra mill-Ġermanja, il-lingwa tiġi mitkellma minn komunitajiet Ġermaniżi fi Franza (Bas-Rhin), fir-Repubblika Ċeka (it-Tramuntana tal-Boemja), fil-Polonja (Silesja ta' Fuq), fis-Slovakkja (ir-reġjun ta' Bratislava) u fl-Ungerija ().

Il-Ġermaniż huwa simili l-iktar għal lingwi oħra fi ħdan il-fergħa tal-lingwi Ġermaniċi tal-Punent, fosthom l-, l-, l-Ingliż, il-lingwi Frisjani, il-Ġermaniż t'Isfel, il-, l-Iskoċċiż u l-. Huwa simili wkoll bħala vokabularju għal xi lingwi fil-fergħa tal-lingwi Ġermaniċi tat-Tramuntana, fosthom id-, in- u l-. Il-Ġermaniż huwa t-tieni l-iktar lingwa Ġermanika mitkellma wara l-Ingliż, li huwa wkoll lingwa Ġermanika tal-Punent.

Il-lingwa Ġermaniża hija waħda mil-lingwi ewlenin fid-dinja. Hija l-iżjed lingwa nattiva mitkellma fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-Ġermaniż jiġi mgħallem b'mod mifrux bħala lingwa barranija, speċjalment fl-Ewropa kontinentali, fejn hija t-tielet l-iktar lingwa barranija mgħallma (wara l-Ingliż u l-Franċiż), u fl-Istati Uniti. Il-lingwa kienet influwenti fl-oqsma tal-filosofija, tat-teoloġija, tax-xjenza u tat-teknoloġija. Hija t-tieni l-iktar lingwi li jintużaw fix-xjenza u hija fost l-iktar lingwi li jintużaw fis-siti web. Il-pajjiżi fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż huma kklassifikati l-ħames f'termini ta' pubblikazzjoni annwali ta' kotba ġodda, b'għaxra fil-mija tal-kotba kollha (inkluż il-kotba elettroniċi) fid-dinja li jiġu ppubblikati bil-Ġermaniż.

Il-lingwa Ġermaniża hija lingwa inflessa, b'erba' każijiet għan-nomi, għall-pronomi u għall-aġġettivi (in-nominattiv, l-akkużattiv, il-ġenittiv u d-dativ); bi tliet ġeneri (il-maskil, il-femminil u n-newtru); u għadd doppju (is-singular u l-plural). Għandha verbi b'saħħithom jew regolari u dgħajfin jew irregolari. Il-maġġoranza tal-vokabularju tal-lingwa oriġina mill-fergħa Ġermanika antika tal-familja tal-lingwi Indo-Ewropej, filwaqt li sehem iżgħar oriġina mil-Latin u mill-Grieg, flimkien ma' ftit kliem ieħor li ġie misluf mill-Franċiż u mill-Ingliż Modern.

Il-Ġermaniż huwa lingwa pluriċentrika; it-tliet varjanti standardizzati huma l-Ġermaniż, l-Awstrijakk u l-Ġermaniż Għoli Standard Żvizzeru. Huwa notevoli wkoll għall-firxa wiesgħa ta' djaletti tiegħu, b'bosta varjetajiet li jeżistu fl-Ewropa u f'partijiet oħra tad-dinja. Uħud minn dawn il-varjetajiet mhux standard saru rikonoxxuti u protetti mill-gvernijiet reġjonali jew nazzjonali.

Mill-2004, kull sena saru jiġu organizzati laqgħat tal-pajjiżi fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż, fejn jieħdu sehem sitt parteċipanti: il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Liechtenstein, il-Lussemburgu u l-Iżvizzera.

Klassifikazzjoni

Il-Ġermaniż huwa lingwa Indo-Ewropea u jagħmel parti mill-grupp Ġermaniku tal-Punent tal-lingwi Ġermaniċi. Il-lingwi Ġermaniċi tradizzjonalment jinqasmu fi tliet fergħat: il-lingwi Ġermaniċi tat-Tramuntana, il-lingwi Ġermaniċi tal-Lvant, u l-lingwi Ġermaniċi tal-Punent. L-ewwel waħda minn dawn il-fergħat għadha teżisti bis-saħħa ta' lingwi moderni bħad-Daniż, l-Iżvediż, in-Norveġiż, il-Faroiż u l-Iżlandiż, li kollha huma dixxendenti tan-Norveġiż Antik. Il-lingwi Ġermaniċi tal-Lvant issa huma estinti, u l-Gotiku huwa l-unika lingwa f'din il-fergħa li għadha teżisti f'testi bil-miktub. Madankollu, il-lingwi Ġermaniċi tal-Punent ġew maqsuma b'mod estensiv f'diversi djaletti u issa huma rrappreżentati f'lingwi moderni bħall-Ingliż, il-Ġermaniż, l-Olandiż, il-Yiddish, l-Afrikaans u oħrajn. Fi ħdan il-continuum djalettali tal-lingwi Ġermaniċi tal-Punent, il-linji ta' u ta' (li jkopru -Benrath u -Uerdingen, rispettivament) jintużaw biex issir distinzjoni bejn id-djaletti Ġermaniċi li kienu affettwati mill-bidla tal-konsonanti tal-Ġermaniż Għoli (fin-Nofsinhar ta' Benrath) u dawk li ma kinux affettwati (fit-Tramuntana ta' Uerdingen). Id-diversi djaletti reġjonali mitkellma fin-Nofsinhar ta' dawn il-linji huma raggruppati bħala djaletti tal-Ġermaniż Għoli, filwaqt li d-diversi djaletti reġjonali mitkellma fit-Tramuntana huma raggruppati bħala djaletti tal-Ġermaniż t'Isfel/tas-Sassonja t'Isfel u tal-Frankonja t'Isfel. Bħala membri tal-familja tal-lingwi Ġermaniċi tal-Punent, il-Ġermaniż Għoli, il-Ġermaniż t'Isfel u l-Frankonjan t'Isfel ġew proposti biex jiġu distinti iktar storikament bħala l-Irminoniku, l-Ingvaeoniku u l-Istvaeoniku, rispettivament. Din il-klassifikazzjoni tindika d-dixxendenza storika tagħhom minn djaletti mitkellma mill-Irminoni (magħrufa wkoll bħala l-grupp ta' Elbe), l-Ingvaeoni (jew il-grupp Ġermaniku tal-) u l-Istvaeoni (jew il-grupp ta' Weser u r-Renu).

Il-Ġermaniż standard huwa bbażat fuq kombinament ta' djaletti ta' Turinġja u s-Sassonja ta' Fuq u tal-Frankonja ta' Fuq, li huma djaletti tal-Ġermanja Ċentrali u tat-Tramuntana li jagħmlu parti mill-grupp ta' djaletti tal-Ġermaniż Għoli. Għaldaqstant il-Ġermaniż huwa marbut mill-qrib mal-lingwi l-oħra li huma bbażati fuq djaletti tal-Ġermaniż Għoli, fosthom il-Lussemburgiż (ibbażat fuq djaletti tal-Frankonja Ċentrali) u Yiddish. Marbuta mill-qrib ukoll mal-Ġermaniż Standard insibu d-djaletti tal-Ġermaniż tat-Tramuntana li huma mitkellma fil-pajjiżi tan-Nofsinhar fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż, bħall-Ġermaniż Żvizzeru (id-djaletti Alemanniċi) u diversi djaletti Ġermaniċi mitkellma fir-reġjun Franċiż tal-Grand Est, bħall-Alsazjan (b'mod prinċipali d-djaletti Alemanniċi, iżda wkoll id-djaletti tal-Frankonja Ċentrali u ta' Fuq).

Wara dawn id-djaletti tal-Ġermaniż Għoli, il-Ġermaniż standard huwa inqas marbut mill-qrib mal-lingwi bbażati fuq id-djaletti tal-Frankonja t'Isfel (eż. l-Olandiż u l-Afrikaans) u d-djaletti tal-Ġermanja t'Isfel jew tas-Sassonja t'Isfel (mitkellma fit-Tramuntana tal-Ġermanja u fin-Nofsinhar tad-Danimarka), li l-ebda wieħed minnhom ma' esperjenza l-bidla tal-konsonanti li seħħet fil-Ġermaniż Għoli. Kif ġie nnutat, l-ewwel ta' dawn it-tipi ta' djaletti huwa l-Istvaeoniku u l-aħħar huwa l-Ingvaeoniku, billi d-djaletti kollha tal-Ġermaniż Għoli huma Irminoniċi; id-differenzi bejn dawn il-lingwi u l-Ġermaniż standard għalhekk huma konsiderevoli. Il-lingwi Frisjani — il-Frisjan tat-Tramuntana (mitkellem f'Nordfriesland), il-Frisjan ta' Saterland (mitkellem f'Saterland) u l-Frisjan tal-Punent (mitkellem f'Friesland) — għandhom rabta wkoll mal-Ġermaniż, l-istess bħal-lingwi Angliċi tal-Ingliż u l-Iskoċċiż. Dawn id-djaletti Anglo-Frisjani ma esperjenzawx il-bidla tal-konsonanti li seħħet fil-Ġermaniż Għoli.

Fonoloġija

Konsonanti

B'madwar 22 sa 26 fonema, is-sistema tal-konsonanti tal-Ġermaniż għandha għadd medju ta' konsonanti meta mqabbel ma' lingwi oħra. Waħda mill-iżjed konsonanti notevoli hija l-affrikattiva mhux tas-soltu /pf/.

Labbjali Dentali Alveolari Postalveolari Palatali Velari Glottali
Nasali m n ŋ
Plosivi Fortis p t k (ʔ)
Lenis b d ɡ
Affrikattivi Fortis pf ts tʃ
Lenis (dʒ)
Frikattivi Fortis f s ʃ ç (x) h
Lenis v z (ʒ) j
Likwidi l r

Vokali

Ta' quddiem Ċentrali Ta' wara
mhux ittondjati ittondjati
qosra twal qosra twal qosra twal qosra twal
Magħluqa ɪ iː ʏ yː ʊ uː
Magħluqa-medji eː øː ə oː
Miftuħa-medji ɛ ɛː œ ɐ ɔ
Miftuħa a aː

Bi ħmistax-il fonema vokalika monoftongali f'sillabi b'enfasi, is-sistema tal-vokali tal-Ġermaniż hija pjuttost kbira. Il-vokali /ə/ u /ɐ/ (li jokkorru f'sillabi mhux b'enfasi biss) ma jitqisux bħala fonemi vokaliċi mill-istudjużi kollha. Id-dittongi /aɪ, aʊ, ɔʏ/ ukoll spiss jiġu elenkati bħala fonemi vokaliċi.

Letteratura

Il-lingwa Ġermaniża tintuża fil- u tmur lura għal żmien il-Medju Evu. L-iżjed kittieba notevoli ta' dak iż-żmien kienu u . In-Nibelungenlied, b'awtur mhux magħruf, hija wkoll biċċa xogħol importanti ta' dik l-epoka. Il-ħrejjef miġbura u ppubblikati minn u Wilhelm Grimm fis-seklu 19 saru famużi mad-dinja kollha.

Ir-riformista u t-teologu Martin Luteru, li ttraduċa l-Bibbja bil-Ġermaniż Għoli, huwa akkreditat li stabbilixxa l-bażi għal-lingwa tal-Ġermaniż Għoli Standard modern. Fost l-iżjed poeti u awturi magħrufa li kitbu bil-Ġermaniż hemm Lessing, Goethe, Schiller, Kleist, Hoffmann, Brecht, Heine u Kafka. Erbatax-il persuna li jitkellmu bil-Ġermaniż rebħu l-Premju Nobel għal-Letteratura: Theodor Mommsen, Rudolf Christoph Eucken, Paul von Heyse, Gerhart Hauptmann, Carl Spitteler, Thomas Mann, Nelly Sachs, Hermann Hesse, Heinrich Böll, Elias Canetti, Günter Grass, Elfriede Jelinek, Herta Müller u Peter Handke, u b'hekk il-lingwa Ġermaniża hija t-tieni l-iktar lingwa ppremjata (flimkien mal-Franċiż) wara l-Ingliż.

Johann Wolfgang von Goethe(1749–1832) (1759–1805) L-

(1785–1863)

(1875–1955) (1877–1962)

Referenzi

  1. ^ "Ewrobarometru Speċjali Nru 386: L-Ewropej u l-lingwi tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-01-06. Miġbur 2023-03-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ Land, Lëtzebuerger (2016-09-02). "Beim Deutschen Bund in Eupen". Lëtzebuerger Land (bil-Ġermaniż). Miġbur 2023-03-05.
  3. ^ Robinson, Orrin W. (1992). Old English and its closest relatives : a survey of the earliest Germanic languages. Stanford, Calif.: Stanford University Press. ISBN 978-0-8047-2221-6. p. 16.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 07 Ġun, 2025 / 11:10

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Lingwa Ġermaniża, X'inhi Lingwa Ġermaniża? Xi tfisser Lingwa Ġermaniża?

Il lingwa Ġermaniza jew sempliċement il Ġermaniz bil Ġermaniz Deutsch dɔʏtʃ hija lingwa Ġermanika tal Punent li tiġi mitkellma l iktar fl Ewropa Ċentrali Tiġi mitkellma l iktar u hija lingwa uffiċjali jew kouffiċjali fil Ġermanja fl Awstrija fl Izvizzera fil Liechtenstein u fil provinċja Taljana ta Trentino Alto Adige Hija wkoll lingwa kouffiċjali tal Lussemburgu u tal Belġju u hija lingwa nazzjonali rikonoxxuta fin Namibja Il barra mill Ġermanja il lingwa tiġi mitkellma minn komunitajiet Ġermanizi fi Franza Bas Rhin fir Repubblika Ċeka it Tramuntana tal Boemja fil Polonja Silesja ta Fuq fis Slovakkja ir reġjun ta Bratislava u fl Ungerija Mappa tal pajjizi li jieħdu sehem f laqgħat tal pajjizi fejn jiġi mitkellem il Ġermaniz Il Ġermaniz huwa simili l iktar għal lingwi oħra fi ħdan il fergħa tal lingwi Ġermaniċi tal Punent fosthom l l l Ingliz il lingwi Frisjani il Ġermaniz t Isfel il l Iskoċċiz u l Huwa simili wkoll bħala vokabularju għal xi lingwi fil fergħa tal lingwi Ġermaniċi tat Tramuntana fosthom id in u l Il Ġermaniz huwa t tieni l iktar lingwa Ġermanika mitkellma wara l Ingliz li huwa wkoll lingwa Ġermanika tal Punent Il lingwa Ġermaniza hija waħda mil lingwi ewlenin fid dinja Hija l izjed lingwa nattiva mitkellma fi ħdan l Unjoni Ewropea Il Ġermaniz jiġi mgħallem b mod mifrux bħala lingwa barranija speċjalment fl Ewropa kontinentali fejn hija t tielet l iktar lingwa barranija mgħallma wara l Ingliz u l Franċiz u fl Istati Uniti Il lingwa kienet influwenti fl oqsma tal filosofija tat teoloġija tax xjenza u tat teknoloġija Hija t tieni l iktar lingwi li jintuzaw fix xjenza u hija fost l iktar lingwi li jintuzaw fis siti web Il pajjizi fejn jiġi mitkellem il Ġermaniz huma kklassifikati l ħames f termini ta pubblikazzjoni annwali ta kotba ġodda b għaxra fil mija tal kotba kollha inkluz il kotba elettroniċi fid dinja li jiġu ppubblikati bil Ġermaniz Il lingwa Ġermaniza hija lingwa inflessa b erba kazijiet għan nomi għall pronomi u għall aġġettivi in nominattiv l akkuzattiv il ġenittiv u d dativ bi tliet ġeneri il maskil il femminil u n newtru u għadd doppju is singular u l plural Għandha verbi b saħħithom jew regolari u dgħajfin jew irregolari Il maġġoranza tal vokabularju tal lingwa oriġina mill fergħa Ġermanika antika tal familja tal lingwi Indo Ewropej filwaqt li sehem izgħar oriġina mil Latin u mill Grieg flimkien ma ftit kliem ieħor li ġie misluf mill Franċiz u mill Ingliz Modern Il Ġermaniz huwa lingwa pluriċentrika it tliet varjanti standardizzati huma l Ġermaniz l Awstrijakk u l Ġermaniz Għoli Standard Zvizzeru Huwa notevoli wkoll għall firxa wiesgħa ta djaletti tiegħu b bosta varjetajiet li jezistu fl Ewropa u f partijiet oħra tad dinja Uħud minn dawn il varjetajiet mhux standard saru rikonoxxuti u protetti mill gvernijiet reġjonali jew nazzjonali Mill 2004 kull sena saru jiġu organizzati laqgħat tal pajjizi fejn jiġi mitkellem il Ġermaniz fejn jieħdu sehem sitt parteċipanti il Ġermanja l Awstrija il Belġju il Liechtenstein il Lussemburgu u l Izvizzera KlassifikazzjoniIl Ġermaniz huwa lingwa Indo Ewropea u jagħmel parti mill grupp Ġermaniku tal Punent tal lingwi Ġermaniċi Il lingwi Ġermaniċi tradizzjonalment jinqasmu fi tliet fergħat il lingwi Ġermaniċi tat Tramuntana il lingwi Ġermaniċi tal Lvant u l lingwi Ġermaniċi tal Punent L ewwel waħda minn dawn il fergħat għadha tezisti bis saħħa ta lingwi moderni bħad Daniz l Izvediz in Norveġiz il Faroiz u l Izlandiz li kollha huma dixxendenti tan Norveġiz Antik Il lingwi Ġermaniċi tal Lvant issa huma estinti u l Gotiku huwa l unika lingwa f din il fergħa li għadha tezisti f testi bil miktub Madankollu il lingwi Ġermaniċi tal Punent ġew maqsuma b mod estensiv f diversi djaletti u issa huma rrapprezentati f lingwi moderni bħall Ingliz il Ġermaniz l Olandiz il Yiddish l Afrikaans u oħrajn Fi ħdan il continuum djalettali tal lingwi Ġermaniċi tal Punent il linji ta u ta li jkopru Benrath u Uerdingen rispettivament jintuzaw biex issir distinzjoni bejn id djaletti Ġermaniċi li kienu affettwati mill bidla tal konsonanti tal Ġermaniz Għoli fin Nofsinhar ta Benrath u dawk li ma kinux affettwati fit Tramuntana ta Uerdingen Id diversi djaletti reġjonali mitkellma fin Nofsinhar ta dawn il linji huma raggruppati bħala djaletti tal Ġermaniz Għoli filwaqt li d diversi djaletti reġjonali mitkellma fit Tramuntana huma raggruppati bħala djaletti tal Ġermaniz t Isfel tas Sassonja t Isfel u tal Frankonja t Isfel Bħala membri tal familja tal lingwi Ġermaniċi tal Punent il Ġermaniz Għoli il Ġermaniz t Isfel u l Frankonjan t Isfel ġew proposti biex jiġu distinti iktar storikament bħala l Irminoniku l Ingvaeoniku u l Istvaeoniku rispettivament Din il klassifikazzjoni tindika d dixxendenza storika tagħhom minn djaletti mitkellma mill Irminoni magħrufa wkoll bħala l grupp ta Elbe l Ingvaeoni jew il grupp Ġermaniku tal u l Istvaeoni jew il grupp ta Weser u r Renu Il Ġermaniz standard huwa bbazat fuq kombinament ta djaletti ta Turinġja u s Sassonja ta Fuq u tal Frankonja ta Fuq li huma djaletti tal Ġermanja Ċentrali u tat Tramuntana li jagħmlu parti mill grupp ta djaletti tal Ġermaniz Għoli Għaldaqstant il Ġermaniz huwa marbut mill qrib mal lingwi l oħra li huma bbazati fuq djaletti tal Ġermaniz Għoli fosthom il Lussemburgiz ibbazat fuq djaletti tal Frankonja Ċentrali u Yiddish Marbuta mill qrib ukoll mal Ġermaniz Standard insibu d djaletti tal Ġermaniz tat Tramuntana li huma mitkellma fil pajjizi tan Nofsinhar fejn jiġi mitkellem il Ġermaniz bħall Ġermaniz Zvizzeru id djaletti Alemanniċi u diversi djaletti Ġermaniċi mitkellma fir reġjun Franċiz tal Grand Est bħall Alsazjan b mod prinċipali d djaletti Alemanniċi izda wkoll id djaletti tal Frankonja Ċentrali u ta Fuq Wara dawn id djaletti tal Ġermaniz Għoli il Ġermaniz standard huwa inqas marbut mill qrib mal lingwi bbazati fuq id djaletti tal Frankonja t Isfel ez l Olandiz u l Afrikaans u d djaletti tal Ġermanja t Isfel jew tas Sassonja t Isfel mitkellma fit Tramuntana tal Ġermanja u fin Nofsinhar tad Danimarka li l ebda wieħed minnhom ma esperjenza l bidla tal konsonanti li seħħet fil Ġermaniz Għoli Kif ġie nnutat l ewwel ta dawn it tipi ta djaletti huwa l Istvaeoniku u l aħħar huwa l Ingvaeoniku billi d djaletti kollha tal Ġermaniz Għoli huma Irminoniċi id differenzi bejn dawn il lingwi u l Ġermaniz standard għalhekk huma konsiderevoli Il lingwi Frisjani il Frisjan tat Tramuntana mitkellem f Nordfriesland il Frisjan ta Saterland mitkellem f Saterland u l Frisjan tal Punent mitkellem f Friesland għandhom rabta wkoll mal Ġermaniz l istess bħal lingwi Angliċi tal Ingliz u l Iskoċċiz Dawn id djaletti Anglo Frisjani ma esperjenzawx il bidla tal konsonanti li seħħet fil Ġermaniz Għoli FonoloġijaKonsonanti B madwar 22 sa 26 fonema is sistema tal konsonanti tal Ġermaniz għandha għadd medju ta konsonanti meta mqabbel ma lingwi oħra Waħda mill izjed konsonanti notevoli hija l affrikattiva mhux tas soltu pf Labbjali Dentali Alveolari Postalveolari Palatali Velari Glottali Nasali m n ŋ Plosivi Fortis p t k ʔ Lenis b d ɡ Affrikattivi Fortis pf ts tʃ Lenis dʒ Frikattivi Fortis f s ʃ c x h Lenis v z ʒ j Likwidi l r Vokali Ta quddiem Ċentrali Ta wara mhux ittondjati ittondjati qosra twal qosra twal qosra twal qosra twal Magħluqa ɪ iː ʏ yː ʊ uː Magħluqa medji eː oː e oː Miftuħa medji ɛ ɛː œ ɐ ɔ Miftuħa a aː Bi ħmistax il fonema vokalika monoftongali f sillabi b enfasi is sistema tal vokali tal Ġermaniz hija pjuttost kbira Il vokali e u ɐ li jokkorru f sillabi mhux b enfasi biss ma jitqisux bħala fonemi vokaliċi mill istudjuzi kollha Id dittongi aɪ aʊ ɔʏ ukoll spiss jiġu elenkati bħala fonemi vokaliċi LetteraturaIl lingwa Ġermaniza tintuza fil u tmur lura għal zmien il Medju Evu L izjed kittieba notevoli ta dak iz zmien kienu u In Nibelungenlied b awtur mhux magħruf hija wkoll biċċa xogħol importanti ta dik l epoka Il ħrejjef miġbura u ppubblikati minn u Wilhelm Grimm fis seklu 19 saru famuzi mad dinja kollha Ir riformista u t teologu Martin Luteru li ttraduċa l Bibbja bil Ġermaniz Għoli huwa akkreditat li stabbilixxa l bazi għal lingwa tal Ġermaniz Għoli Standard modern Fost l izjed poeti u awturi magħrufa li kitbu bil Ġermaniz hemm Lessing Goethe Schiller Kleist Hoffmann Brecht Heine u Kafka Erbatax il persuna li jitkellmu bil Ġermaniz rebħu l Premju Nobel għal Letteratura Theodor Mommsen Rudolf Christoph Eucken Paul von Heyse Gerhart Hauptmann Carl Spitteler Thomas Mann Nelly Sachs Hermann Hesse Heinrich Boll Elias Canetti Gunter Grass Elfriede Jelinek Herta Muller u Peter Handke u b hekk il lingwa Ġermaniza hija t tieni l iktar lingwa ppremjata flimkien mal Franċiz wara l Ingliz Johann Wolfgang von Goethe 1749 1832 1759 1805 L 1785 1863 1875 1955 1877 1962 Referenzi Ewrobarometru Speċjali Nru 386 L Ewropej u l lingwi tagħhom Il Kummissjoni Ewropea PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2016 01 06 Miġbur 2023 03 05 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Land Letzebuerger 2016 09 02 Beim Deutschen Bund in Eupen Letzebuerger Land bil Ġermaniz Miġbur 2023 03 05 Robinson Orrin W 1992 Old English and its closest relatives a survey of the earliest Germanic languages Stanford Calif Stanford University Press ISBN 978 0 8047 2221 6 p 16

L-aħħar artikli
  • Ġunju 06, 2025

    Montevideo

  • Ġunju 06, 2025

    Mohamed bin Zayed Al Nahyan

  • Ġunju 06, 2025

    Lista ta' pajjiżi skont l-erja

  • Ġunju 06, 2025

    Lista ta' pajjiżi skont il-popolazzjoni

  • Ġunju 07, 2025

    Lista ta' pajjiżi skont id-densità ta' popolazzjoni

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq