Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Quito pronunzja bl Ispanjol ˈkito bil Quechua Kitu formalment San Francisco de Quito hija l belt kapitali tal Ekwador b

Quito

  • Paġna Ewlenija
  • Quito
Quito
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Quito (pronunzja bl-Ispanjol: [ˈkito]; bil-Quechua: Kitu), formalment San Francisco de Quito, hija l-belt kapitali tal-Ekwador, b'popolazzjoni stmata li tlaħħaq it-2.8 miljun ruħ fiż-żona urbana tagħha. Hija wkoll il-belt kapitali tal-provinċja ta' Pichincha. Quito tinsab f'wied max-xaqlibiet tal-Lvant ta' Pichincha, stratovulkan attiv fil-katina muntanjuża tal-, f'elevazzjoni ta' 2,850 metru (9,350 pied); b'hekk hija t-tieni l-ogħla belt kapitali fid-dinja.

Quito
 Ekwador
Amministrazzjoni
Stat sovranEkwador
Province of EcuadorPichincha
Canton of EcuadorDistrett Metropolitan ta' Quito
Kap tal-Gvern (en)
Isem uffiċjali San Francisco de Quito
Kodiċi postali EC170150
Ġeografija
Koordinati 0°13′12″S 78°30′45″W / 0.22°S 78.5125°W / -0.22; -78.5125Koordinati: 0°13′12″S 78°30′45″W / 0.22°S 78.5125°W / -0.22; -78.5125
Quito
Quito (Ecuador)
Superfiċjenti 372.39 kilometru kwadru
Għoli 2,850 m
Demografija
Popolazzjoni 1,763,275 abitanti (2022)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni Il-ĦamisambUTCIl-Ħamis
Kodiċi tat-telefon 2
Żona tal-Ħin
bliet ġemellati Krakovja, Toronto, Buenos Aires, Madrid (en) , , Cali, , , , Taipei
quito.gob.ec

Quito hija ċ-ċentru politiku u kulturali tal-Ekwador peress li l-istituzzjonijiet governattivi, amministrattivi u kulturali ewlenin jinsabu kollha fi ħdan il-belt. Il-maġġoranza tal-kumpaniji transnazzjonali bi preżenza fl-Ekwador għandhom is-sede tagħhom fil-belt. Hija wkoll wieħed miż-żewġ ċentri industrijali ewlenin tal-pajjiż — il-belt portwali ta' hija t-tieni ċentru.

Id-data tal-ewwel insedjament mhix magħrufa, iżda l-evidenza arkeoloġika tissuġġerixxi li ġiet insedjata għall-ewwel darba minn popolazzjonijiet sedentarji bejn l-4400 u l-1600 Q.K. Fl-aħħar tas-seklu 15, l-Imperatur tal- Huayna Capac rebaħ kontra l-abitanti oriġinali tar-reġjun, il-poplu Quitu, inkorpora lil Quito fl-Imperu Inka, u ddeżinjaha bħala l-belt kapitali tar-reġjun tat-Tramuntana tal-Imperu Inka. Il-konkwista Spanjola tal-belt fl-1534 hija l-iktar data kkwotata spiss bħala d-data tal-istabbiliment uffiċjali tal-belt, u b'hekk Quito hija l-eqdem belt kapitali fl-Amerka t'Isfel.

Iċ-ċentru storiku ta' Quito huwa fost l-ikbar u l-iktar ippreservati tajjeb fl-Amerki. Fl-1978, Quito u Krakovja kienu l-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Quito hija l-iktar belt kapitali qrib l-, u l-limiti tat-Tramuntana tal-belt iwasslu sa madwar kilometru (0.62 mili) fin-Nofsinhar tal-linja tal-ekwatur.

Fl-2008 il-belt ġiet iddeżinjata bħala l-kwartieri ġenerali tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerka t'Isfel.

Storja

Perjodu Pre-Kolumbjan

L-eqdem traċċi ta' preżenza umana f'Quito ġew skavati mill-arkeologu Amerikan fl-1960, fix-xaqlibiet tal-vulkan Ilaló, li jinsab bejn il-widien tal-Lvant ta' Los Chillos u ta' Tumbaco. Poplu ta' ġemmiegħa u kaċċaturi ħallew warajhom għodod tal-ossidjana, li jmorru lura għat-8,000 Q.K. Dan is-sit arkeoloġiku, imsejjaħ EI Inga, ġie rreferut lil Robert Bell minn . Meta kien impjegat bħala ġeologu fl-Ekwador, Graffham kompla jrawwem l-interess dilettantesk tiegħu fl-arkeoloġija. Huwa ġabar l-artefatti tal-wiċċ fis-sit fl-1956. L-iskoperta ta' ponot qishom ta' vleġeġ, b'mod partikolari eżemplari mnaqqxa, qanqlulu l-interess, u hu wettaq diversi żjarat fis-sit biex jiġbor il-materjali tal-wiċċ. L-interess preċedenti ta' Graffham fil-fdalijiet Paleo-Indjani, u l-esperjenza tiegħu fil-materjali umani bikrin f'Kansas u f'Nebraska fil-Pjanuri Ċentrali tal-Istati Uniti, wassluh biex jemmen li s-sit kien skoperta importanti.

It-tieni fdalijiet importanti ta' insedjament uman instabu fil-viċinat attwali ta' Cotocollao (1500 Q.K.), fil-Majjistral ta' Quito. Il-villaġġ preistoriku kien ikopri erja ta' iktar minn 26 ettaru li kienet tiġi irrigata minn bosta qaliet. Qrib id-djar rettangolari tal-qedem, instabu fdalijiet funebri b'offerti tal-fuħħar u tal-ġebel. Il-poplu Cotocollao kien iwettaq l-estrazzjoni u l-esportazzjoni tal-ossidjana lejn ir-reġjun kostali.

Il-patrijiet u l-istoriċi kolonjali bikrin kitbu dwar il-poplu Quitu u r-Renju ta' Quito. Fir-rakkonti tagħhom qalu li poplu ieħor, magħruf bħala l-poplu Cara jew Schyris, ġie mill-kosta u ħa l-kontroll tar-reġjun sat-890 W.K. Dan il-poplu rrenja l-hekk imsejjaħ renju tal-Cara-Quitu sa meta l-Inka ħadu t-territorju f'idejhom fis-seklu 15. Id-dixxendenti tal-Quitu baqgħu jgħixu fil-belt saħansitra wara l-konkwista Spanjola.

Iżda sas-seklu 20, xi storiċi prominenti li bdew studji iktar akkademiċi, iddubitaw ir-rakkonti dwar ir-renju tal-Cara-Quitu. Ma tantx kienet instabet wisq evidenza arkeoloġika ta' xi monumenti jew artefatti ta' dak ir-renju. Għaldaqstant bdew jaħsbu li kien rakkont pre-Ispaniku leġġendarju tal-artijiet għoljin.

Fil-bidu tas-seklu 21, instabu sejbiet spettakolari ġodda ta' oqbra fondi 20 metru fil-kwartier ta' La Florida f'Quito. Dawn imorru lura għat-800 W.K. u jipprovdu evidenza tal-kwalità kbira tal-artiġjanat fost il-poplu Quitu, kif ukoll tan-natura elaborata u kumplessa tar-riti funebri tiegħu. Fl-2010 il-Mużew tas-Sit Arkeoloġiku ta' La Florida fetaħ sabiex jippreserva l-artefatti mill-oqbra u jispjega din il-kultura kumplessa.

Perjodu kolonjali

Ir-reżistenza tal-Inka indiġeni għall-kolonizzazzjoni Spanjola baqgħet għaddejja fl-1534. Il-konkwistatur stabbilixxa l-belt ta' Santiago de Quito (illum il-ġurnata f'Colta, qrib Riobamba) fil-15 ta' Awwissu 1534, li mbagħad saret San Francisco de Quito fit-28 Awwissu 1534. Iktar 'il quddiem il-belt ġiet stabbilita mill-ġdid fil-pożizzjoni attwali tagħha fis-6 ta' Diċembru 1534 minn 204 insedjaturi mmexxija minn , li ħataf il-mexxej , u effettivament temm kull reżistenza organizzata. Rumiñahui ġie ġustizzjat fl-10 ta' Jannar 1535.

Fit-28 ta' Marzu 1541, Quito ġiet iddikjarata bħala belt, u fit-23 ta' Frar 1556 ingħatat it-titlu ta' Muy Noble y Muy Leal Ciudad de San Francisco de Quito ("il-Belt Nobbli u Leali Ħafna ta' San Francisco de Quito"), li kienu l-punt tat-tluq tal-fażi suċċessiva tal-iżvilupp urban. Fl-1563 Quito saret is-sede ta' distrett amministrattiv jew Real Audiencia ta' Spanja. Ġiet ikklassifikata bħala parti mill-Viċirenju tal-Perù sal-1717, u mbagħad id-distrett sar parti mill-Viċirenju l-ġdid ta' Nueva Granada. Taħt iż-żewġ Viċirenji, id-distrett ġie amministrat minn Quito.

L-Ispanjoli stabbilew il-Kattoliċiżmu Ruman f'Quito. L-ewwel knisja (El Belén) inbniet qabel l-istabbiliment uffiċjali tal-belt. F'Jannar 1535 inbena l-Kunvent ta' San Franġisk, l-ewwel minn madwar 20 kunvent u knisja li nbnew matul il-perjodu kolonjali. L-Ispanjoli kkonvertew il-popolazzjoni indiġena għall-Kristjaneżmu u użawhom għax-xogħol tal-kostruzzjoni.

Fl-1743, wara kważi 210 snin ta' kolonizzazzjoni Spanjola, Quito kienet belt ta' madwar 10,000 abitant. Quito għal perjodu qasir ipproklamat l-indipendenza de facto tagħha minn Spanja bejn l-1765 u l-1766 matul ir-Rewwixta ta' Quito. Fl-10 ta' Awwissu 1809, reġa' nbeda moviment f'Quito biex tintrebaħ l-indipendenza minn Spanja. Dakinhar ġie żvelat pjan ta' gvern, li ħatar lil bħala President u lil figuri prominenti oħra favur l-indipendenza f'karigi oħra tal-gvern.

Dan il-moviment inizjali ġarrab telfa fit-2 ta' Awwissu 1810, meta t-truppi kolonjali waslu minn Lima, il-Perù, u qatlu lill-mexxejja tar-rewwixta u lil madwar 200 insedjaturi oħra. Sensiela ta' kunflitti laħqu l-qofol tagħhom fl-24 ta' Mejju 1822, meta , taħt il-kmand ta' , mexxa t-truppi fil-Battalja ta' Pichincha, fuq ix-xaqlibiet tal-vulkan. Ir-rebħa tagħhom stabbiliet l-indipendenza ta' Quito u tal-inħawi tal-madwar.

Ekwador Repubblikan

Fl-1833, membri tas-Soċjetà tal-Abitanti Ħielsa ta' Quito nqatlu mill-gvern wara li kkonfoffaw kontrih. Fis-6 ta' Marzu 1845 bdiet ir-Rivoluzzjoni ta' Marzu. Fl-1875, il-President tal-pajjiż nqatel f'Quito. Sentejn wara, fl-1877, l-Arċisqof nqatel bil-velenu waqt li kien qed jiċċelebra quddiesa f'Quito.

Fl-1882 reġa' kien hemm irvellijiet kontra r-reġim tad-dittatur . Madankollu, dawn ma temmewx il-vjolenza li tfaċċat mal-pajjiż kollu. Fid-9 ta' Lulju 1883, il-kmandant liberali pparteċipa fil-Battalja ta' Guayaquil, u wara iktar kunflitti sar il-President tal-Ekwador fl-4 ta' Settembru 1895. Wara li temm it-tieni mandat tiegħu fl-1911, huwa mar jgħix fl-Ewropa. Huwa reġa' lura l-Ekwador fl-1912 u pprova jerġa' jikseb il-poter iżda ma rnexxilux; ġie arrestat fit-28 ta' Jannar 1912 u ntefa' l-ħabs, u mbagħad ħebbew għalih f'attakk fil-ħabs. Ġismu ġie mkaxkar mit-toroq ta' Quito sa park tal-belt, fejn ingħata n-nar.

Fl-1932 faqqgħet il-Gwerra tal-Erbat Ijiem. Din kienet gwerra ċivili li faqqgħet wara l-elezzjoni ta' u wara li ħareġ li kellu passaport Peruvjan. Fit-12 ta' Frar 1949 xandira realistika tar-rumanz ta' H. G. Wells, Il-Gwerra tad-Dinjiet, wasslet għal paniku sħiħ fil-belt u għall-imwiet ta' iktar minn għoxrin ruħ li mietu fin-nirien li tqabbdu fil-belt.

Seklu 21

Fl-2011 il-popolazzjoni tal-belt laħqet iż-2,239,191 ruħ. Mill-2002 sar tiġdid taċ-ċentru storiku tal-belt. L-ajruport antik, li nbena wara l-mili ta' laguna bir-radam, ingħalaq għat-traffiku tal-ajru fid-19 ta' Frar 2013. Iż-żona ġiet żviluppata mill-ġdid bħala l-"Parque Bicentenario" (Park Biċentenarju). L-Ajruport Internazzjonali l-ġdid ta' Mariscal Sucre, li jinsab tliet kwarti miċ-ċentru ta' Quito, infetaħ għat-traffiku tal-ajru fl-20 ta' Frar 2013.

Matul l-2003 u l-2004 inbnew il-linji tal-Metrobus (Ecovia), li jaqsmu minn naħa għall-oħra tal-belt mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. Ħafna toroq prinċipali u sekondarji ġew estiża u mkabbra, inbnew passaġġi differenti, u t-toroq ġew strutturati mill-ġdid ġeometrikament sabiex jittejjeb il-fluss tat-traffiku u bdiet tinbena sistema ta' subway.

Sit ta' Wirt Dinji

Iċ-Ċentru Storiku ta' Quito ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1978.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Nies notevoli

  • (twieled fl-1902, f'Quito – miet fl-1978, f'Quito), poeta;
  • (twieled fl-1906, f'Quito – miet fl-1978, f'Quito), rumanzier;
  • (twieled fl-1972, f'Quito); reġista;
  • (twieled fl-1919, f'Quito – miet fl-1999, f', l-Istati Uniti), pittur;
  • (twieled fl-1 ta' Mejju 1986, f'Quito – miet fid-29 ta' Lulju 2013, f'Doha, il-Qatar); plejer tal-futbol professjonali;
  • (twieldet fl-1618, f'Quito – mietet fl-1645, f'Quito), qaddisa Kattolika;
  • (twieled fil-21 ta' Frar 1747 – miet f'Diċembru 1795), xjenzat;
  • (twieled fis-7 ta' Lulju 1983), politiku u attivist tal-komunità ta' Chicago;
  • (1889-1959); vjolinċellista;
  • (twieldet fis-27 ta' Diċembru 1797, f'Quito, mietet fit-23 ta' Novembru 1856, f'Paita, il-Perù), rivoluzzjonarja;
  • (twieled fid-9 ta' Awwissu 1999, f'Quito), sewwieq tal-Formula 2;
  • (1842–1914), qabla u professur.

Ġemellaġġ

Quito hija ġemellata ma':

  • Bogotá, il-Kolombja;
  • , Spanja;
  • Doha, il-Qatar;
  • , iċ-Ċina;
  • , il-Brażil;
  • Krakovja, il-Polonja;
  • Lima, il-Perù;
  • , l-Istati Uniti;
  • Madrid, Spanja;
  • , in-Nikaragwa;
  • Medellín, il-Kolombja;
  • Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku;
  • , il-Bolivja;
  • , it-Tajwan.

Referenzi

  1. ^ "GUAGUA PICHINCHA - Instituto Geofísico - EPN". www.igepn.edu.ec (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-04-06.
  2. ^ "Tame EP - Airline of Ecuador". www.tame.com.ec. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-02-04. Miġbur 2023-04-06.
  3. ^ Redacción (2019-11-16). "Encuentran indicios de los primeros habitantes de Quito, Ecuador" (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-06. Miġbur 2023-04-06.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Quito". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-06.
  5. ^ "Resources". css.ethz.ch (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-06.
  6. ^ "Robert E. Bell Archaeological Investigation at the Site of EI Inga, Ecuador" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-07.
  7. ^ "eClass ΕΚΠΑ | Σύνδεση χρήστη". eclass.uoa.gr. Miġbur 2023-04-07.
  8. ^ Drake, Angela (2017-08-30). "An Insider's Guide to the Ancient Quitu of Ecuador". Culture Trip (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-07.
  9. ^ Bruquetas, Rocío; Medina, Dolores (2015). "Vista de la entrada en la ciudad de Quito de las tropas españolas en 1809. Conservación y restauración". Anales del Museo de América (bl-Ispanjol) (23): 129–142. ISSN 1133-8741.
  10. ^ Brown, Robert J. (2004). Manipulating the Ether. McFarland. pp. 251–252. ISBN 0-7864-2066-9.
  11. ^ "Episode 200: We Interrupt This Program (11.4.2022)". Miġbur 2023-04-07.
  12. ^ Telégrafo, El (2012-02-15). "Cabildos de Quito y Bogotá aumentan la cooperación". El Telégrafo (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-04-07.
  13. ^ "Quito y Cádiz firman Hermanamiento y estrechan lazos de cooperación" (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-04-07.
  14. ^ "Quito y Doha firman acuerdo de hermanamiento" (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-04-07.
  15. ^ "Sister Cities". www.eguangzhou.gov.cn. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-15. Miġbur 2023-04-07.
  16. ^ "Cooperação Internacional". Prefeitura de Guarulhos (bil-Portugiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-07. Miġbur 2023-04-07.
  17. ^ "Współpraca międzynardodowa z miastami zagranicznymi- Biuletyn Informacji Publicznej Miasta Krakowa - BIP MK". www.bip.krakow.pl. Miġbur 2023-04-07.
  18. ^ "Municipalidad Metropolitana de Lima" (bl-Ispanjol). 2014-01-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-05. Miġbur 2023-04-07.
  19. ^ "Sister Cities of Louisville". World Affairs Council (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-07. Miġbur 2023-04-07.
  20. ^ "Acción Internacional y Ciudadanía Global - Agreements with cities - Ayuntamiento de Madrid". www.madrid.es (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-06-10. Miġbur 2023-04-07.
  21. ^ ":::Bolsa de Noticias::: ***Managua, Nicaragua***". www.bolsadenoticias.com.ni. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-07. Miġbur 2023-04-07.
  22. ^ "Medellín is Puerto Morelos' first twin city" (bl-Ingliż). 2019-08-06. Miġbur 2023-04-07.
  23. ^ "CIUDAD DE MÉXICO". portales.sre.gob.mx. Miġbur 2023-04-07.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 19:41

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Quito, X'inhi Quito? Xi tfisser Quito?

Quito pronunzja bl Ispanjol ˈkito bil Quechua Kitu formalment San Francisco de Quito hija l belt kapitali tal Ekwador b popolazzjoni stmata li tlaħħaq it 2 8 miljun ruħ fiz zona urbana tagħha Hija wkoll il belt kapitali tal provinċja ta Pichincha Quito tinsab f wied max xaqlibiet tal Lvant ta Pichincha stratovulkan attiv fil katina muntanjuza tal f elevazzjoni ta 2 850 metru 9 350 pied b hekk hija t tieni l ogħla belt kapitali fid dinja Quito EkwadorAmministrazzjoniStat sovranEkwadorProvince of EcuadorPichinchaCanton of EcuadorDistrett Metropolitan ta QuitoKap tal Gvern en Isem uffiċjali San Francisco de QuitoKodiċi postali EC170150ĠeografijaKoordinati 0 13 12 S 78 30 45 W 0 22 S 78 5125 W 0 22 78 5125 Koordinati 0 13 12 S 78 30 45 W 0 22 S 78 5125 W 0 22 78 5125QuitoQuito Ecuador Superfiċjenti 372 39 kilometru kwadruGħoli 2 850 mDemografijaPopolazzjoni 1 763 275 abitanti 2022 Informazzjoni oħraFondazzjoni Il ĦamisambUTCIl ĦamisKodiċi tat telefon 2Zona tal Ħinbliet ġemellati Krakovja Toronto Buenos Aires Madrid en Cali Taipeiquito gob ec Quito hija ċ ċentru politiku u kulturali tal Ekwador peress li l istituzzjonijiet governattivi amministrattivi u kulturali ewlenin jinsabu kollha fi ħdan il belt Il maġġoranza tal kumpaniji transnazzjonali bi prezenza fl Ekwador għandhom is sede tagħhom fil belt Hija wkoll wieħed miz zewġ ċentri industrijali ewlenin tal pajjiz il belt portwali ta hija t tieni ċentru Id data tal ewwel insedjament mhix magħrufa izda l evidenza arkeoloġika tissuġġerixxi li ġiet insedjata għall ewwel darba minn popolazzjonijiet sedentarji bejn l 4400 u l 1600 Q K Fl aħħar tas seklu 15 l Imperatur tal Huayna Capac rebaħ kontra l abitanti oriġinali tar reġjun il poplu Quitu inkorpora lil Quito fl Imperu Inka u ddezinjaha bħala l belt kapitali tar reġjun tat Tramuntana tal Imperu Inka Il konkwista Spanjola tal belt fl 1534 hija l iktar data kkwotata spiss bħala d data tal istabbiliment uffiċjali tal belt u b hekk Quito hija l eqdem belt kapitali fl Amerka t Isfel Iċ ċentru storiku ta Quito huwa fost l ikbar u l iktar ippreservati tajjeb fl Amerki Fl 1978 Quito u Krakovja kienu l ewwel Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Quito hija l iktar belt kapitali qrib l u l limiti tat Tramuntana tal belt iwasslu sa madwar kilometru 0 62 mili fin Nofsinhar tal linja tal ekwatur Fl 2008 il belt ġiet iddezinjata bħala l kwartieri ġenerali tal Unjoni tan Nazzjonijiet tal Amerka t Isfel StorjaPerjodu Pre Kolumbjan L eqdem traċċi ta prezenza umana f Quito ġew skavati mill arkeologu Amerikan fl 1960 fix xaqlibiet tal vulkan Ilalo li jinsab bejn il widien tal Lvant ta Los Chillos u ta Tumbaco Poplu ta ġemmiegħa u kaċċaturi ħallew warajhom għodod tal ossidjana li jmorru lura għat 8 000 Q K Dan is sit arkeoloġiku imsejjaħ EI Inga ġie rreferut lil Robert Bell minn Meta kien impjegat bħala ġeologu fl Ekwador Graffham kompla jrawwem l interess dilettantesk tiegħu fl arkeoloġija Huwa ġabar l artefatti tal wiċċ fis sit fl 1956 L iskoperta ta ponot qishom ta vleġeġ b mod partikolari ezemplari mnaqqxa qanqlulu l interess u hu wettaq diversi zjarat fis sit biex jiġbor il materjali tal wiċċ L interess preċedenti ta Graffham fil fdalijiet Paleo Indjani u l esperjenza tiegħu fil materjali umani bikrin f Kansas u f Nebraska fil Pjanuri Ċentrali tal Istati Uniti wassluh biex jemmen li s sit kien skoperta importanti It tieni fdalijiet importanti ta insedjament uman instabu fil viċinat attwali ta Cotocollao 1500 Q K fil Majjistral ta Quito Il villaġġ preistoriku kien ikopri erja ta iktar minn 26 ettaru li kienet tiġi irrigata minn bosta qaliet Qrib id djar rettangolari tal qedem instabu fdalijiet funebri b offerti tal fuħħar u tal ġebel Il poplu Cotocollao kien iwettaq l estrazzjoni u l esportazzjoni tal ossidjana lejn ir reġjun kostali Il patrijiet u l istoriċi kolonjali bikrin kitbu dwar il poplu Quitu u r Renju ta Quito Fir rakkonti tagħhom qalu li poplu ieħor magħruf bħala l poplu Cara jew Schyris ġie mill kosta u ħa l kontroll tar reġjun sat 890 W K Dan il poplu rrenja l hekk imsejjaħ renju tal Cara Quitu sa meta l Inka ħadu t territorju f idejhom fis seklu 15 Id dixxendenti tal Quitu baqgħu jgħixu fil belt saħansitra wara l konkwista Spanjola Izda sas seklu 20 xi storiċi prominenti li bdew studji iktar akkademiċi iddubitaw ir rakkonti dwar ir renju tal Cara Quitu Ma tantx kienet instabet wisq evidenza arkeoloġika ta xi monumenti jew artefatti ta dak ir renju Għaldaqstant bdew jaħsbu li kien rakkont pre Ispaniku leġġendarju tal artijiet għoljin Fil bidu tas seklu 21 instabu sejbiet spettakolari ġodda ta oqbra fondi 20 metru fil kwartier ta La Florida f Quito Dawn imorru lura għat 800 W K u jipprovdu evidenza tal kwalita kbira tal artiġjanat fost il poplu Quitu kif ukoll tan natura elaborata u kumplessa tar riti funebri tiegħu Fl 2010 il Muzew tas Sit Arkeoloġiku ta La Florida fetaħ sabiex jippreserva l artefatti mill oqbra u jispjega din il kultura kumplessa Perjodu kolonjali Pittura ta nofs is seklu 18 li turi veduta tal belt mill bogħod Ir rezistenza tal Inka indiġeni għall kolonizzazzjoni Spanjola baqgħet għaddejja fl 1534 Il konkwistatur stabbilixxa l belt ta Santiago de Quito illum il ġurnata f Colta qrib Riobamba fil 15 ta Awwissu 1534 li mbagħad saret San Francisco de Quito fit 28 Awwissu 1534 Iktar il quddiem il belt ġiet stabbilita mill ġdid fil pozizzjoni attwali tagħha fis 6 ta Diċembru 1534 minn 204 insedjaturi mmexxija minn li ħataf il mexxej u effettivament temm kull rezistenza organizzata Ruminahui ġie ġustizzjat fl 10 ta Jannar 1535 Fit 28 ta Marzu 1541 Quito ġiet iddikjarata bħala belt u fit 23 ta Frar 1556 ingħatat it titlu ta Muy Noble y Muy Leal Ciudad de San Francisco de Quito il Belt Nobbli u Leali Ħafna ta San Francisco de Quito li kienu l punt tat tluq tal fazi suċċessiva tal izvilupp urban Fl 1563 Quito saret is sede ta distrett amministrattiv jew Real Audiencia ta Spanja Ġiet ikklassifikata bħala parti mill Viċirenju tal Peru sal 1717 u mbagħad id distrett sar parti mill Viċirenju l ġdid ta Nueva Granada Taħt iz zewġ Viċirenji id distrett ġie amministrat minn Quito L Ispanjoli stabbilew il Kattoliċizmu Ruman f Quito L ewwel knisja El Belen inbniet qabel l istabbiliment uffiċjali tal belt F Jannar 1535 inbena l Kunvent ta San Franġisk l ewwel minn madwar 20 kunvent u knisja li nbnew matul il perjodu kolonjali L Ispanjoli kkonvertew il popolazzjoni indiġena għall Kristjanezmu u uzawhom għax xogħol tal kostruzzjoni Mappa tal belt ta Quito tal 1805 magħmula minn Juan Pio Montufar it Tieni Markiz ta Selva Alegre u l President tal Junta Soberana de Quito tal 1809 Fl 1743 wara kwazi 210 snin ta kolonizzazzjoni Spanjola Quito kienet belt ta madwar 10 000 abitant Quito għal perjodu qasir ipproklamat l indipendenza de facto tagħha minn Spanja bejn l 1765 u l 1766 matul ir Rewwixta ta Quito Fl 10 ta Awwissu 1809 reġa nbeda moviment f Quito biex tintrebaħ l indipendenza minn Spanja Dakinhar ġie zvelat pjan ta gvern li ħatar lil bħala President u lil figuri prominenti oħra favur l indipendenza f karigi oħra tal gvern Dan il moviment inizjali ġarrab telfa fit 2 ta Awwissu 1810 meta t truppi kolonjali waslu minn Lima il Peru u qatlu lill mexxejja tar rewwixta u lil madwar 200 insedjaturi oħra Sensiela ta kunflitti laħqu l qofol tagħhom fl 24 ta Mejju 1822 meta taħt il kmand ta mexxa t truppi fil Battalja ta Pichincha fuq ix xaqlibiet tal vulkan Ir rebħa tagħhom stabbiliet l indipendenza ta Quito u tal inħawi tal madwar Ekwador Repubblikan Id daħla tat truppi Spanjoli fil belt ta Quito mibgħuta mill Viċire tal Peru fl 1809 pittura tal 1809 ta Francisco Javier Cortes Museo de America Madrid Fl 1833 membri tas Soċjeta tal Abitanti Ħielsa ta Quito nqatlu mill gvern wara li kkonfoffaw kontrih Fis 6 ta Marzu 1845 bdiet ir Rivoluzzjoni ta Marzu Fl 1875 il President tal pajjiz nqatel f Quito Sentejn wara fl 1877 l Arċisqof nqatel bil velenu waqt li kien qed jiċċelebra quddiesa f Quito Fl 1882 reġa kien hemm irvellijiet kontra r reġim tad dittatur Madankollu dawn ma temmewx il vjolenza li tfaċċat mal pajjiz kollu Fid 9 ta Lulju 1883 il kmandant liberali pparteċipa fil Battalja ta Guayaquil u wara iktar kunflitti sar il President tal Ekwador fl 4 ta Settembru 1895 Wara li temm it tieni mandat tiegħu fl 1911 huwa mar jgħix fl Ewropa Huwa reġa lura l Ekwador fl 1912 u pprova jerġa jikseb il poter izda ma rnexxilux ġie arrestat fit 28 ta Jannar 1912 u ntefa l ħabs u mbagħad ħebbew għalih f attakk fil ħabs Ġismu ġie mkaxkar mit toroq ta Quito sa park tal belt fejn ingħata n nar Fl 1932 faqqgħet il Gwerra tal Erbat Ijiem Din kienet gwerra ċivili li faqqgħet wara l elezzjoni ta u wara li ħareġ li kellu passaport Peruvjan Fit 12 ta Frar 1949 xandira realistika tar rumanz ta H G Wells Il Gwerra tad Dinjiet wasslet għal paniku sħiħ fil belt u għall imwiet ta iktar minn għoxrin ruħ li mietu fin nirien li tqabbdu fil belt Seklu 21 Pittura ta nofs is seklu 19 ta Quito ta Rafael Salas Fl 2011 il popolazzjoni tal belt laħqet iz 2 239 191 ruħ Mill 2002 sar tiġdid taċ ċentru storiku tal belt L ajruport antik li nbena wara l mili ta laguna bir radam ingħalaq għat traffiku tal ajru fid 19 ta Frar 2013 Iz zona ġiet zviluppata mill ġdid bħala l Parque Bicentenario Park Biċentenarju L Ajruport Internazzjonali l ġdid ta Mariscal Sucre li jinsab tliet kwarti miċ ċentru ta Quito infetaħ għat traffiku tal ajru fl 20 ta Frar 2013 Matul l 2003 u l 2004 inbnew il linji tal Metrobus Ecovia li jaqsmu minn naħa għall oħra tal belt mit Tramuntana għan Nofsinhar Ħafna toroq prinċipali u sekondarji ġew estiza u mkabbra inbnew passaġġi differenti u t toroq ġew strutturati mill ġdid ġeometrikament sabiex jittejjeb il fluss tat traffiku u bdiet tinbena sistema ta subway Sit ta Wirt DinjiIċ Ċentru Storiku ta Quito ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1978 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Nies notevoli twieled fl 1902 f Quito miet fl 1978 f Quito poeta twieled fl 1906 f Quito miet fl 1978 f Quito rumanzier twieled fl 1972 f Quito reġista twieled fl 1919 f Quito miet fl 1999 f l Istati Uniti pittur twieled fl 1 ta Mejju 1986 f Quito miet fid 29 ta Lulju 2013 f Doha il Qatar plejer tal futbol professjonali twieldet fl 1618 f Quito mietet fl 1645 f Quito qaddisa Kattolika twieled fil 21 ta Frar 1747 miet f Diċembru 1795 xjenzat twieled fis 7 ta Lulju 1983 politiku u attivist tal komunita ta Chicago 1889 1959 vjolinċellista twieldet fis 27 ta Diċembru 1797 f Quito mietet fit 23 ta Novembru 1856 f Paita il Peru rivoluzzjonarja twieled fid 9 ta Awwissu 1999 f Quito sewwieq tal Formula 2 1842 1914 qabla u professur ĠemellaġġQuito hija ġemellata ma Bogota il Kolombja Spanja Doha il Qatar iċ Ċina il Brazil Krakovja il Polonja Lima il Peru l Istati Uniti Madrid Spanja in Nikaragwa Medellin il Kolombja Il Belt tal Messiku il Messiku il Bolivja it Tajwan Referenzi GUAGUA PICHINCHA Instituto Geofisico EPN www igepn edu ec bl Ispanjol Miġbur 2023 04 06 Tame EP Airline of Ecuador www tame com ec Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 02 04 Miġbur 2023 04 06 Redaccion 2019 11 16 Encuentran indicios de los primeros habitantes de Quito Ecuador bl Ispanjol Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 04 06 Miġbur 2023 04 06 a b ċ Centre UNESCO World Heritage City of Quito UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 04 06 Resources css ethz ch bl Ingliz Miġbur 2023 04 06 Robert E Bell Archaeological Investigation at the Site of EI Inga Ecuador bl Ingliz Miġbur 2023 04 07 eClass EKPA Syndesh xrhsth eclass uoa gr Miġbur 2023 04 07 Drake Angela 2017 08 30 An Insider s Guide to the Ancient Quitu of Ecuador Culture Trip bl Ingliz Miġbur 2023 04 07 Bruquetas Rocio Medina Dolores 2015 Vista de la entrada en la ciudad de Quito de las tropas espanolas en 1809 Conservacion y restauracion Anales del Museo de America bl Ispanjol 23 129 142 ISSN 1133 8741 Brown Robert J 2004 Manipulating the Ether McFarland pp 251 252 ISBN 0 7864 2066 9 Episode 200 We Interrupt This Program 11 4 2022 Miġbur 2023 04 07 Telegrafo El 2012 02 15 Cabildos de Quito y Bogota aumentan la cooperacion El Telegrafo bl Ispanjol Miġbur 2023 04 07 Quito y Cadiz firman Hermanamiento y estrechan lazos de cooperacion bl Ispanjol Miġbur 2023 04 07 Quito y Doha firman acuerdo de hermanamiento bl Ispanjol Miġbur 2023 04 07 Sister Cities www eguangzhou gov cn Arkivjat minn l oriġinal fl 2020 11 15 Miġbur 2023 04 07 Cooperacao Internacional Prefeitura de Guarulhos bil Portugiz Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 04 07 Miġbur 2023 04 07 Wspolpraca miedzynardodowa z miastami zagranicznymi Biuletyn Informacji Publicznej Miasta Krakowa BIP MK www bip krakow pl Miġbur 2023 04 07 Municipalidad Metropolitana de Lima bl Ispanjol 2014 01 02 Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 04 05 Miġbur 2023 04 07 Sister Cities of Louisville World Affairs Council bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 04 07 Miġbur 2023 04 07 Accion Internacional y Ciudadania Global Agreements with cities Ayuntamiento de Madrid www madrid es bl Ispanjol Arkivjat minn l oriġinal fl 2020 06 10 Miġbur 2023 04 07 Bolsa de Noticias Managua Nicaragua www bolsadenoticias com ni Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 04 07 Miġbur 2023 04 07 Medellin is Puerto Morelos first twin city bl Ingliz 2019 08 06 Miġbur 2023 04 07 CIUDAD DE MEXICO portales sre gob mx Miġbur 2023 04 07

L-aħħar artikli
  • Ġunju 09, 2025

    Il-Port il-Kbir

  • Ġunju 15, 2025

    Il-Marsa

  • Ġunju 15, 2025

    Ikħal

  • Ġunju 14, 2025

    Igor Stravinsky

  • Ġunju 14, 2025

    Idroġenu

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq