Il Katidral ta Chartres magħruf ukoll bħala l Katidral tal Madonna ta Chartres bil Franċiż Cathédrale Notre Dame de Char
Katidral ta' Chartres

Il-Katidral ta' Chartres, magħruf ukoll bħala l-Katidral tal-Madonna ta' Chartres (bil-Franċiż: Cathédrale Notre-Dame de Chartres), huwa knisja Kattolika Rumana f', Franza, madwar 80 km (50 mil) fil-Lbiċ ta' Pariġi, u huwa s-sede tal-Isqof ta' Chartres. Mibni fil-biċċa l-kbira bejn l-1194 u l-1220, jinsab fis-sit fejn kien hemm mill-inqas ħames katidral li okkupaw l-istess sit minn meta d-Djoċesi ta' Chartres ġiet iffurmata bħala sede episkopali fis-seklu 4. Il-katidral huwa mibni bi stil Gotiku Għoli u bi stil .
Il-katidral tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 għaliex tqies bħala "l-ogħla punt tal-arti Gotika Franċiża" u "kapulavur".
Il-katidral huwa ppreservat u rrestawrat sew: il-biċċa l-kbira tat-twieqi bil-ħġieġ ikkulurit oriġinali għadhom intatti, filwaqt li l-arkitettura sarulha biss ftit bidliet mill-bidu tas-seklu 13 'l hawn. Minn barra, il-binja hija ddominata minn dniefel (bl-Ingliż: flying buttresses) tqal li permezz tagħhom l-arkitetti setgħu jżidu d-daqs tat-twieqi b'mod sinifikanti, filwaqt li n-naħa tal-Punent hija ddominata minn żewġ spiri differenti – waħda ta' 105 metri (349 pied) b'għamla ta' piramida sempliċi li tlestiet għall-ħabta tal-1160 u oħra Gotika Aħħarija ta' 113-il metru (377 pied) tal-bidu tas-seklu 16 fuq torri iktar antik. Huma notevoli wkoll it-tliet faċċati kbar, kull waħda mżejna b'mijiet ta' figuri skolpiti b'temi u bi ġrajjiet teoloġiċi ewlenin.
Mill-inqas mis-seklu 12, il-katidral kien destinazzjoni importanti għall-vjaġġaturi. Għadu hekk sa llum il-ġurnata, u jattira għadd kbir ta' pellegrini Kristjani; ħafna minnhom jiġu biex iqimu r-relikwa famuża tiegħu, is-Sancta Camisa, li jingħad li kienet il-velu milbus mill-Madonna fit-twelid ta' Kristu; kif ukoll għadd kbir ta' turisti lajċi li jiġu biex jammiraw l-arkitettura u l-mertu storiku tal-katidral.
Il-Madonna Sewda meqjuma fil-katidral ġiet inkurunata b'mod pontifiċju mill- fil-31 ta' Mejju 1855.
Storja
Katidrali iktar bikrin
Kien hemm mill-inqas ħames katidrali iktar bikrin fl-istess sit tal-katidral attwali, wieħed jissostitwixxi lill-ieħor ta' qablu li jkun inqered b'xi gwerra jew bin-nirien. L-ewwel knisja tmur lura saħansitra għas-seklu 4 u kienet tinsab fil-bażi ta' ħajt Gallo-Ruman; din ingħatat in-nar fis-743 fuq ordni tad-Duka ta' . It-tieni knisja fis-sit ingħatat in-nar minn pirati Daniżi fit-858. Din imbagħad ġiet rikostruwita u mkabbra mill-Isqof Gislebert, iżda nqerdet ukoll min-nirien fl-1020. Il-fdalijiet ta' din il-knisja, issa magħrufa bħala l-Kappella ta' Saint Lubin, għadhom preżenti taħt l-apsida tal-katidral attwali. Ħadet isimiha minn Lubinus, l-Isqof ta' Chartres ta' nofs is-seklu 6. Tinsab iktar fil-baxx mill-kumplament tal-kripta u jaf kienet is-santwarju ta' xi qaddis lokali, qabel ma l-knisja ġiet iddedikata mill-ġdid lill-Madonna.
Fid-962 il-knisja ġarrbet ħsarat minħabba nar ieħor u ġiet rikostruwita għal darb'oħra. Nar ikbar ħa fis-7 ta' Settembru 1020, u mbagħad l-Isqof Fulbert (isqof mill-1006 sal-1028) iddeċieda li jibni katidral ġdid. Huwa appella għall-għajnuna mill-familji rjali tal-Ewropa, u rċieva donazzjonijiet ġenerużi għar-rikostruzzjoni, inkluż rigal minn Kanut il-Kbir, ir-Re tan-Norveġja, tad-Danimarka u tal-biċċa l-kbira tal-Ingilterra. Il-katidral il-ġdid inbena fuq u fl-inħawi tal-fdalijiet tal-knisja tas-seklu 9. Kien jikkonsisti minn ambulatorju madwar il-kappella bikrija, imdawwar bi tliet kappelli kbar b'saqaf Rumanesk bil-volta b'għamla ta' bittija u b'soqfa bil-volti bil-gavdi, li għadhom jeżistu. Fuq din l-istruttura huwa bena l-knisja ta' fuq, twila 108 metri u wiesgħa 34 metru. Ir-rikostruzzjoni kompliet f'fażijiet matul is-seklu ta' wara, u laħqet il-qofol tagħha fl-1145 f'wirja ta' entużjażmu pubbliku mlaqqam il-"Kult tal-Karrettuni" – wieħed minn diversi avvenimenti li ġew irreġistrati f'dak iż-żmien. Intqal li matul dan iż-żmien ta' devozzjoni reliġjuża, folla ta' iktar minn elf penitent ġibdu l-karrettuni mimlija provvisti tal-kostruzzjoni bħal ġebel, injam, qmuħ, eċċ. lejn is-sit.
Fl-1134, nar ieħor fir-raħal wassal għal ħsarat fil-faċċata u fil-kampnar tal-katidral. Il-kostruzzjoni diġà kienet bdiet fit-torri tat-Tramuntana f'nofs is-snin 20 tas-seklu 12, u t-torri kien ġie msaqqaf bi spira tal-injam għall-ħabta tal-1142. Is-sit tat-torri tan-Nofsinhar kien okkupat mill-Hotel Dieu li ġarrab ħsarat min-nirien. It-tħaffir għal dak it-torri beda minnufih. Matul il-kostruzzjoni, l-iskulturi għall-Portal Irjali (il-biċċa l-kbira skolpiti qabel) ġew integrati mal-ħitan tat-torri tan-Nofsinhar. L-għamla kwadra tat-torri ġiet mibdula għal ottagonu għall-ispira eżatt wara t-Tieni Kruċjata. It-torri tlesta għall-ħabta tal-1165 u kienet tlaħħaq għoli ta' 105 metri (345 pied), wieħed mill-ogħla fl-Ewropa. Kien hemm narthex bejn it-torrijiet u kappella ddedikata lil San Mikiel. Traċċi tal-volti u tax-xaftijiet li kienu jirfduhom għadhom viżibbli fiż-żewġ niċeċ tal-Punent. Il-ħġieġ ikkulurit fit-tliet twieqi ppuntati fuq il-portali jmur lura għal qabel l-1145. Il-Portal Irjali fil-faċċata tal-Punent, bejn it-torrijiet, li huwa d-daħla primarja tal-katidral, x'aktarx li tlesta xi sena wara l-1140.
Nirien u rikostruzzjoni (1194-1260)
Fl-10 ta' Ġunju 1194 billejl, nar kbir ieħor qered il-katidral. Baqgħu jeżistu biss il-kripta, it-torrijiet u l-faċċata l-ġdida. Il-katidral diġà kien magħruf mal-Ewropa kollha bħala destinazzjoni għall-pellegrinaġġi, minħabba r-relikwi tal-Madonna ta' ġo fih. Legat tal-Papa inzerta kien qiegħed f'Chartres meta kien hemm in-nirien, u xerred l-aħbar. Inġabru fondi minn patruni rjali u nobbli mill-Ewropa kollha, kif ukoll donazzjonijiet żgħar mill-popolin. Ir-rikostruzzjoni bdiet kważi mill-ewwel. Xi partijiet tal-binja baqgħu jeżistu, inkluż iż-żewġ torrijiet u l-Portal Irjali fuq in-naħa tal-Punent, u dawn ġew inkorporati fil-katidral il-ġdid.
In-navata, il-korsiji u l-livelli l-baxxi tat-transett tal-katidral il-ġdid x'aktarx li tlestew l-ewwel, imbagħad il-kor u l-kappelli tal-apsida; u fl-aħħar il-partijiet ta' fuq tat-transett. Sal-1220 is-saqaf kien tlesta. Il-partijiet maġġuri tal-katidral il-ġdid, bil-ħġieġ ikkulurit u l-iskulturi, fil-biċċa l-kbira kienu lesti għalkollox fi żmien ħamsa u għoxrin sena biss, li kienet kostruzzjoni tassew rapida għal dak iż-żmien. Il-katidral ġie kkonsagrat mill-ġdid b'mod formali f'Ottubru 1260, fil-preżenza tar-Re , u l-istemma tiegħu ġiet impittra fuq id-daħla li twassal għall-apsida.
Modifiki li saru iktar tard (is-sekli 13-18) u l-Inkurunazzjoni ta' Enriku IV ta' Franza
Wara dan iż-żmien saru relattivament ftit tibdiliet. Ġew proposti seba' spiri addizzjonali fil-pjanti oriġinali, iżda dawn qatt ma nbnew. Fl-1326, kappella ġdida ta' żewġ sulari, iddedikata lil San Piatus ta' u bir-relikwi tiegħu, ġiet miżjuda mal-apsida. L-aċċess għas-sular ta' fuq ta' din il-kappella kien permezz ta' taraġ li jagħti għall-ambulatorju. Il-kappella normalment tkun magħluqa għall-viżitaturi, għalkemm okkażjonalment tospita xi wirjiet temporanji. Kappella oħra nfetħet fl-1417 minn Lwiġi, il-Konti ta' Vendôme, li kien inqabad mill-Ingliżi fil-Battalja ta' Agincourt u li ġġieled spalla ma' spalla ma' fl-assedju ta' . Tinsab fil-ħames niċċa tal-korsija tan-Nofsinhar u hija ddedikata lill-Madonna. L-istil Gotiku Aħħari elaborat ħafna tagħha toħloq kuntrast mal-kappelli iktar bikrin.
Fl-1506, is-sajjetti qerdu l-ispira tat-Tramuntana, li reġgħet inbniet bl-istil Gotiku Aħħari mill-1507 sal-1513 mill-arkitett . Wara li lesta l-ispira, huwa beda jibni ħajt diviżorju ġdid fuq ġewwa tal-katidral li kien jissepara l-ispazju tal-kor ċerimonjali min-navata fejn kien joqogħdu bilqiegħda l-fidili.
Fis-27 ta' Frar 1594, ir-Re ġie inkurunat fil-Katidral ta' Chartres, minflok fil-Katidral ta' Reims kif kien isir tradizzjonalment, peress li kemm Pariġi kif ukoll Reims dak iż-żmien kienu okkupati mil-Lega Kattolika. Iċ-ċerimonja saret fil-kor tal-knisja, u mbagħad ir-Re u l-Isqof telgħu mal-ħajt diviżorju biex ikunu jistgħu jarawhom in-nies preżenti fin-navata. Wara ċ-ċerimonja u quddiesa, marru lejn ir-residenza tal-isqof ħdejn il-katidral għal bankett.
Fl-1753, saru iktar modifiki fuq ġewwa tal-katidral biex jiġi adattat għall-prattiki teoloġiċi l-ġodda. Il-pilastri tal-ġebel ġew miksija bl-istukko, u t-tapizzeriji fuq wara tas-sedji ġew sostitwiti b'riljievi tal-irħam. Il-ħajt diviżorju li kien jissepara l-kor liturġiku min-navata tneħħa u nbnew is-sedji attwali minfloku. Fl-istess żmien, xi ħġieġ ikkulurit fil-klerestorju tneħħa u ġie sostitwit bi ħġieġ grisaille, u b'hekk żdied ferm id-dawl fuq l-artal maġġuri fiċ-ċentru tal-knisja.
Rivoluzzjoni Franċiża u seklu 19
Fil-bidu tar-Rivoluzzjoni Franċiża kien hemm attakk fuq il-katidral li beda jeqred l-iskulturi mal-portal tat-Tramuntana, iżda twaqqaf minn folla kbira ta' ċittadini ta' Chartres. Il-Kumitat Rivoluzzjonarju lokali ddeċieda li jeqred il-katidral permezz ta' splussivi u staqsa lil arkitett lokali biex isib l-aqwa post fejn kellhom jitpoġġew l-isplussivi. Huwa salva l-binja billi indika li l-ammont kbir ta' radam mit-tiġrif tal-binja tant kien jibblokka t-toroq li kienu jdumu s-snin biex ineħħuh. Il-katidral, bħall-Katidral tal-Madonna ta' Pariġi u katidrali maġġuri oħra, sar proprjetà tal-istat Franċiż u ċ-ċerimonji ta' qima ġo fih twaqqfu sa żmien Napuljun, iżda ma ġarrabx iktar ħsarat.
Fl-1836, minħabba t-traskuraġni tal-ħaddiema, qabad nar li qered is-saqaf tal-injam miksi biċ-ċomb u ż-żewġ kampnari, iżda l-istruttura tal-binja u l-ħġieġ ikkulurit baqgħu intatti. Is-saqaf l-antik ġie ssostitwit minn saqaf miksi bir-ram fuq qafas tal-ħadid. Dak iż-żmien, il-qafas fuq it-transett kien l-ikbar wieħed fl-Ewropa.
Tieni Gwerra Dinjija
Fi Franza, it-Tieni Gwerra Dinjija kienet battalja bejn l-Alleati u l-Ġermaniżi. F'Lulju 1944, il-Brittaniċi u l-Kanadiżi sabu ruħhom imrażżna lejn in-Nofsinhar ta' . L-Amerikani u l-ħames diviżjonijiet tagħhom ippjanaw rotta alternattiva lejn il-Ġermaniżi. Filwaqt li xi Amerikani marru lejn il-Punent u n-Nofsinhar, oħrajn sabu ruħhom maqbuda f'attakk fil-Lvant ta' Caen li wassalhom wara t-trunċiera tal-front tal-forzi Ġermaniżi. Hitler ordna lill-Kummissarju Ġermaniż Kluge biex javvanza lejn il-Punent biex iwaqqaf lill-Amerikani. Dan fl-aħħar mill-aħħar wassal biex l-Alleati jidħlu f'Chartres f'nofs Awwissu 1944.
Fis-16 ta' Awwissu 1944, il-katidral ġie salvat mill-qerda bis-saħħa tal-kurunell Amerikan (1901-1944), li mar kontra l-ordni li ngħata biex jimmira l-attakk tiegħu lejn il-katidral. L-Amerikani kienu jemmnu li l-ispiri u l-kampnari kienu qed jintużaw bħala postijiet ta' osservazzjoni għall-artillerija Ġermaniża.
Griffith, akkumpanjat minn suldat voluntier, minflok iddeċieda li jmur u jivverifika jekk il-Ġermaniżi kinux tassew qed jużaw il-katidral b'dak il-mod. Griffith sab li l-katidral kien vojt, u b'hekk ordna li l-qniepen tal-katidral jindaqqu bħala sinjal għall-Amerikani biex ma jisparawx. Malli sema' l-qniepen, il-kmand Amerikan neħħa l-ordni ta' sparar. Il-Kurunell Griffith miet fil-ġlied dakinhar stess fir-raħal ta' , qrib Chartres. Wara mewtu ngħata l-Croix de Guerre avec Palme (Salib tal-Gwerra bil-Palm 1939-1945), il-Légion d'Honneur (Leġjun tal-Unur) u l-Ordre National du Mérite (Ordni Nazzjonali tal-Mertu) tal-gvern Franċiż kif ukoll is-Salib tas-Servizz Distint tal-gvern Amerikan.
Restawr fl-2009
Fl-2009, id-diviżjoni tal-Monuments Historiques tal-Ministeru Franċiż għall-Kultura beda programm ta' xogħlijiet fuq il-katidral li sewa $18.5-il miljun, bit-tindif fuq ġewwa u fuq barra tal-katidral, il-protezzjoni tal-ħġieġ ikkulurit b'kisja protettiva, u t-tindif u t-tibjid fuq ġewwa b'kulur bajdani b'dettalji ta' trompe-l'œil taparsi rħam u ndurar, kif x'aktarx kienet id-dehra tal-katidral minn ġewwa fis-seklu 13. Dan kien ħoloq kontroversja sħiħa.
Liturġija
Il-katidral huwa s-sede tal-Isqof ta' Chartres tad-Djoċesi ta' Chartres. Id-djoċesi hija parti mill-provinċja ekkleżjastika ta' .
Kull filgħaxija mill-avvenimenti tal-11 ta' Settembru 2001, jiġu kantati vespri mill-Komunità ta' Chemin Neuf.
Kronoloġija
- 743 - L-ewwel darba li l-Katidral ta' Chartres issemma f'test.
- Għall-ħabta tat-876 - ta relikwa sagra importanti lill-katidral, il-velu tal-Madonna, u b'hekk il-katidral sar destinazzjoni importanti għall-pellegrinaġġi.
- 1020 - In-nirien jaħkmu lill-katidral. L-Isqof Fulbert jibda r-rikostruzzjoni.
- 1030 - Katidral ġdid iddedikat lill-Isqof Thierry, is-suċċessur ta' Fulbert.
- 1134 - Il-kostruzzjoni tal-portal irjali.
- 1170 - It-tlestija tat-torri tal-kampnar tan-Nofsinhar.
- 1194 – In-nirien jeqerdu l-biċċa l-kbira tal-belt u parti kbira mill-katidral, iżda l-kripta u l-faċċata l-ġdida jibqgħu intatti. Il-ġbir tal-fondi u r-rikostruzzjoni jibdew minnufih.
- 1221 - Jitlestew il-volti l-ġodda. Il-kleru jieħu s-sjieda tal-kor il-ġdid.
- 1210-1250 - Installazzjoni maġġuri ta' twieqi bil-ħġieġ ikkulurit fil-kor u fin-navata.
- 1260 - Il-konsagrazzjoni tal-katidral il-ġdid fil-preżenza ta' Lwiġi IX (San Lwiġi). Inbena saqaf fuq ix-chevet, it-transett u n-navata.
- 1270-1280 - It-tlestija tas-sagristija.
- 1324-1353 - Il-kostruzzjoni tal-Kappella ta' San Piatus.
- 1417 - It-tlestija tal-Kappella tal-Annunzjata.
- 1507-1513 - It-torri tat-Tramuntana jġarrab ħsarat min-nirien u jinbena mill-ġdid bi stil Gotiku Aħħari.
- 1513 - Jibda x-xogħol fuq it-torri tal-kor minn .
- 1520- Il-loġġa tat-torri tal-arloġġ tibda tinbena fuq in-naħa tat-Tramuntana.
- 1594 - Peress li l-Katidral ta' Reims kien okkupat mil-Lega Kattolika, l-Inkurunazzjoni ta' Enriku IV ta' Franza ssir fil-Katidral ta' Chartres.
- 1789 - Wara r-Rivoluzzjoni Franċiża, il-proprjetà tal-knisja nħatfet u l-qima Kattolika ġiet ipprojbita.
- 1792- It-teżor tal-katidral ġie kkonfiskat mill-gvern rivoluzzjonarju.
- 1802 - Il-knisja reġgħet bdiet tintuża b'mod esklużiv bħala Knisja Kattolika.
- 1805 - Jibda r-restawr tal-knisja.
- 1836 - In-nirien jeqirdu x-xorok tas-saqaf u s-saqaf inġenerali. Dawn jiġu sostitwiti bi struttura tal-metall u b'saqaf tar-ram.
- 1840 - Il-katidral ġie kklassifikat bħala monument storiku nazzjonali.
- 1857 - It-tlestija ta' Notre-Dame-du-Pilier.
- 1908 - Il-katidral jingħata status ta' bażilika.
- 1979 - Il-katidral tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
- 1992 - Jiġi installat artal maġġuri ġdid fil-kor mill-iskultur Franċiż-Georgjan Goudji.
- 1994 - Il-katidral jiċċelebra t-800 anniversarju mill-ewwel rikostruzzjoni.
- 2009 - Kampanja ġdid ta' restawr, inkluż it-tindif u t-tibjid tal-ħitan bil-kuluri ċari u bl-atmosfera oriġinali.
Deskrizzjoni
Statistika
- Tul: 130 metru (430 pied)
- Wisa': 32 metru (105 pied) / 46 metru (151 pied)
- Navata: għolja 37 metru (121 pied); wiesgħa 16.4-il metru (54 pied)
- Erja: 10,875 metru kwadru (117,060 pied kwadru)
- Għoli tat-torri tal-Lbiċ: 105 metri (344 pied)
- Għoli tat-torri tal-Majjistral: 113-il metru (371 pied)
- 176 tieqa bil-ħġieġ ikkulurit
- Kor: 200 statwa f'41 xena
Pjanta u elevazzjoni – dniefel
- Pjanta tal-Katidral ta' Chartres (1856) ta' (1814-1879)
- L-elevazzjoni tan-navata bit-twieqi tal-klerestorju.
- Id-dniefel li jirfdu l-ħitan ta' fuq u jagħmlu kontrobilanċ għall-forza 'l barra eżerċitata mill-piż tas-saqaf bil-volti, u li jippermettu l-użu ta' ħitan irqaq u spazju ikbar għat-twieqi.
- Veduta tad-dniefel mill-għoli.
- Il-volti tas-saqaf, ikkollegati b'qafas tal-ġebel mal-pilastri ta' taħt, flimkien mad-dniefel ta' barra.
Il-pjanta, bħal f'katidrali Gotiċi oħra, għandha għamla ta' salib u ġiet iddeterminata mill-għamla u mid-daqs tal-fdalijiet tal-pedamenti tal-katidral Rumanesk tas-seklu 11 li jinsabu taħtu. Narthex b'żewġ niċeċ fin-naħa tal-Punent tiftaħ f'navata b'seba' niċeċ li twassal sat-transett ewlieni, u minnu transetti wesgħin jestendu fi tliet niċeċ fuq kull naħa fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar. Fil-Lvant tat-transett ewlieni hemm erba' niċeċ rettangolari magħluqa b'apsida semiċirkolari. Maġenb in-navata u t-transetti hemm korsiji uniċi, li jitwessgħu f'ambulatorju b'żewġ korsiji madwar il-kor u l-apsida. Mill-ambulatorju joħorġu tliet kappelli semiċirkolari fondi (fuq il-kappelli fondi tal-kripta tal-Isqof Fulbert tas-seklu 11).
Filwaqt li l-pjanta tal-katidral kienet tradizzjonali, l-elevazzjoni tiegħu kienet tispikka iktar u kienet iktar oriġinali, bis-saħħa tal-użu tad-dniefel biex jirfdu l-ħitan ta' fuq. Dan kien l-ewwel użu magħruf tagħhom f'katidral Gotiku. Dawn il-kolonni tqal tal-ġebel ġew ikkollegati mal-ħitan permezz ta' ħnejjiet doppji tal-ġebel, u msaħħa permezz ta' kolonni, bħall-imgħażel ta' rota. Kull waħda minn dawn il-kolonni hija magħmula minn blokka waħda tal-ġebel. Il-ħnejjiet jagħfsu mal-ħitan, u joħolqu kontrobilanċ fil-konfront tal-forza 'l barra mill-volti fuq ġewwa tal-katidral. Dawn il-volti kienu innovattivi wkoll, peress li kellhom erba' kompartimenti biss, għad-differenza tal-volti b'sitt kompartimenti tal-knejjes Gotiċi iktar bikrin. Kienu eħfef u setgħu jaqsmu distanza ikbar. Peress li d-dniefel kienu sperimentali, l-arkitett bi prudenza żieda dniefel addizzjonali moħbija taħt is-soqfa tal-korsiji.
L-elevazzjonijiet tal-katidrali Gotiċi iktar bikrin normalment kellhom erba' livelli biex ikollhom solidità; arkata ta' kolonni kbar tul il-pjanta, li tappoġġa gallerija jew tribuna wiesgħa bil-ħnejjiet, taħt triforju b'arkata idjaq; imbagħad, taħt is-saqaf, mal-ħitan ogħla u irqaq, jew il-klerestorju, kien hemm it-twieqi. Bis-saħħa tad-dniefel, l-arkitetti tal-Katidral ta' Chartres setgħu jeliminaw il-gallerija għalkollox, jagħmlu t-triforju dejjaq ħafna, u jkollhom ħafna iktar spazju għat-twieqi ta' fuq. Il-Katidral ta' Chartres ma kienx l-ewwel katidral fejn intużat din l-innovazzjoni, iżda fih intużat b'mod ferm iktar konsistenti u effettiv. Din it-tip ta' pjanta bid-dniefel ġiet adottata mill-katidrali maġġuri tas-seklu 13, b'mod partikolari l-Katidral ta' Amiens u l-Katidral ta' Reims.
Innovazzjoni arkitettonika oħra fil-Katidral ta' Chartres kienet id-disinn tal-pilastri prinċipali enormi li jirfdu l-piż tas-saqaf permezz tal-kompartimenti rqaq tal-ġebel tal-volti ta' fuq. Il-piż tas-saqaf jinġarr mill-kompartimenti rqaq tal-ġebel tal-volti 'l barra lejn il-ħitan, fejn jiġi kontrobbilanċjat mid-dniefel, u 'l isfel, l-ewwel mill-kolonni kkollegati flimkien mill-kompartimenti tal-volta, imbagħad mill-pilastri tondi u ottagonali magħmula minn erba' nofs kolonni magħqudin flimkien. Dan id-disinn tal-pilastri, magħruf bħala pilier cantonné, kien b'saħħtu, sempliċi u eleganti, u kien jippermetti l-użu ta' twieqi kbar bil-ħġieġ ikkulurit fil-klerestorju.
Għalkemm l-iskulturi mal-portali tal-Katidral ta' Chartres ġeneralment huma ta' standard għoli, id-diversi elementi mnaqqxa fuq ġewwa, bħall-kapitelli u tiżjin ieħor, għandhom lavur pjuttost batut (meta mqabbel pereżempju ma' dawk tal-Katidrali ta' Reims jew ta' Soissons) – ir-raġuni hija sempliċementi li l-portali ġew imnaqqxa bl-ifjen ġebla tal-ġir ta' Pariġi, filwaqt li l-kapitelli fuq ġewwa ġew imnaqqxa mill-ġebla lokali ta' Berchères, li hija iebsa biex tinħadem u tista' tkun dgħajfa.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Katidral ta' Chartres ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979 u fl-2009 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Referenzi
- ^ "Cathédrale de Chartres - Site officiel". Cathédrale de Chartres (bil-Franċiż). Miġbur 2022-09-06.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Chartres Cathedral". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-06.
- ^ "Chartres". Tours de la cathédrale de Chartres (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-06.
- ^ "Memoire". www2.culture.gouv.fr.
- ^ a b Jan van der Meulen, Notre-Dame de Chartres: Die vorromanische Ostanlage, Berlin, 1975.
- ^ a b ċ d e Houvet, Étienne. Chartres Guide of the Cathedral (2019), pp. 12-13.
- ^ Honour, H. u Fleming, J. The Visual Arts: A History, 7th ed., Saddle River, New Jersey: Pearson Prentice Hall, 2005.
- ^ Philippe Debaud, ' 'Les Maitres Tailleurs de Pierre de la Cathédrale de Chartres, leurs marques identitaires dans les chantiers du XIIème siècle' ', mhux ippubblikat, 2021.
- ^ John James, La construction du narthex de la cathédrale de Chartres, Bulletin de la Société Archéologique d’Eure-et-Loir, lxxxvii 2006, 3–20. In Search of the unknown in medieval architecture, 2007, Pindar Press, Londra.
- ^ Favier, Jean. The World of Chartres. New York: Henry N. Abrams, 1990. p. 160. ISBN 978-0-8109-1796-5.
- ^ Prache u Jouanneaux (2000), p. 94
- ^ Footitt, Hilary. (1988). France: 1943-1945. Homes & Meier. ISBN 0841911754.
- ^ "A Short History of the Cathédrale Notre-Dame de Chartres, France". francetravelplanner.com. Miġbur 2022-09-07.
- ^ "Welborn Griffith - Recipient -". valor.militarytimes.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-07. Miġbur 2022-09-07.
- ^ Prache u Jouanneaux, Chartres - la Cathédrale Notre Dame, (2000), Centre des Monuments Nationaux, Éditions du Patrimoine, p. 94.
- ^ Lours, Dictionnaire des Cathédrales (2018), p. 131.
- ^ "Let there be light? Chartres Cathedral caught in clean-up row". The Independent (bl-Ingliż). 2015-10-23. Miġbur 2022-09-07.
- ^ a b ċ d Houvet (2019) p. 20.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Katidral ta' Chartres, X'inhi Katidral ta' Chartres? Xi tfisser Katidral ta' Chartres?
Il Katidral ta Chartres magħruf ukoll bħala l Katidral tal Madonna ta Chartres bil Franċiz Cathedrale Notre Dame de Chartres huwa knisja Kattolika Rumana f Franza madwar 80 km 50 mil fil Lbiċ ta Pariġi u huwa s sede tal Isqof ta Chartres Mibni fil biċċa l kbira bejn l 1194 u l 1220 jinsab fis sit fejn kien hemm mill inqas ħames katidral li okkupaw l istess sit minn meta d Djoċesi ta Chartres ġiet iffurmata bħala sede episkopali fis seklu 4 Il katidral huwa mibni bi stil Gotiku Għoli u bi stil Il Katidral ta Chartres mill ġenb Il katidral tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 għaliex tqies bħala l ogħla punt tal arti Gotika Franċiza u kapulavur Il katidral huwa ppreservat u rrestawrat sew il biċċa l kbira tat twieqi bil ħġieġ ikkulurit oriġinali għadhom intatti filwaqt li l arkitettura sarulha biss ftit bidliet mill bidu tas seklu 13 l hawn Minn barra il binja hija ddominata minn dniefel bl Ingliz flying buttresses tqal li permezz tagħhom l arkitetti setgħu jzidu d daqs tat twieqi b mod sinifikanti filwaqt li n naħa tal Punent hija ddominata minn zewġ spiri differenti waħda ta 105 metri 349 pied b għamla ta piramida sempliċi li tlestiet għall ħabta tal 1160 u oħra Gotika Aħħarija ta 113 il metru 377 pied tal bidu tas seklu 16 fuq torri iktar antik Huma notevoli wkoll it tliet faċċati kbar kull waħda mzejna b mijiet ta figuri skolpiti b temi u bi ġrajjiet teoloġiċi ewlenin Mill inqas mis seklu 12 il katidral kien destinazzjoni importanti għall vjaġġaturi Għadu hekk sa llum il ġurnata u jattira għadd kbir ta pellegrini Kristjani ħafna minnhom jiġu biex iqimu r relikwa famuza tiegħu is Sancta Camisa li jingħad li kienet il velu milbus mill Madonna fit twelid ta Kristu kif ukoll għadd kbir ta turisti lajċi li jiġu biex jammiraw l arkitettura u l mertu storiku tal katidral Il Madonna Sewda meqjuma fil katidral ġiet inkurunata b mod pontifiċju mill fil 31 ta Mejju 1855 StorjaIl faċċata ewlenija tal katidral Katidrali iktar bikrin Kien hemm mill inqas ħames katidrali iktar bikrin fl istess sit tal katidral attwali wieħed jissostitwixxi lill ieħor ta qablu li jkun inqered b xi gwerra jew bin nirien L ewwel knisja tmur lura saħansitra għas seklu 4 u kienet tinsab fil bazi ta ħajt Gallo Ruman din ingħatat in nar fis 743 fuq ordni tad Duka ta It tieni knisja fis sit ingħatat in nar minn pirati Danizi fit 858 Din imbagħad ġiet rikostruwita u mkabbra mill Isqof Gislebert izda nqerdet ukoll min nirien fl 1020 Il fdalijiet ta din il knisja issa magħrufa bħala l Kappella ta Saint Lubin għadhom prezenti taħt l apsida tal katidral attwali Ħadet isimiha minn Lubinus l Isqof ta Chartres ta nofs is seklu 6 Tinsab iktar fil baxx mill kumplament tal kripta u jaf kienet is santwarju ta xi qaddis lokali qabel ma l knisja ġiet iddedikata mill ġdid lill Madonna Fid 962 il knisja ġarrbet ħsarat minħabba nar ieħor u ġiet rikostruwita għal darb oħra Nar ikbar ħa fis 7 ta Settembru 1020 u mbagħad l Isqof Fulbert isqof mill 1006 sal 1028 iddeċieda li jibni katidral ġdid Huwa appella għall għajnuna mill familji rjali tal Ewropa u rċieva donazzjonijiet ġeneruzi għar rikostruzzjoni inkluz rigal minn Kanut il Kbir ir Re tan Norveġja tad Danimarka u tal biċċa l kbira tal Ingilterra Il katidral il ġdid inbena fuq u fl inħawi tal fdalijiet tal knisja tas seklu 9 Kien jikkonsisti minn ambulatorju madwar il kappella bikrija imdawwar bi tliet kappelli kbar b saqaf Rumanesk bil volta b għamla ta bittija u b soqfa bil volti bil gavdi li għadhom jezistu Fuq din l istruttura huwa bena l knisja ta fuq twila 108 metri u wiesgħa 34 metru Ir rikostruzzjoni kompliet f fazijiet matul is seklu ta wara u laħqet il qofol tagħha fl 1145 f wirja ta entuzjazmu pubbliku mlaqqam il Kult tal Karrettuni wieħed minn diversi avvenimenti li ġew irreġistrati f dak iz zmien Intqal li matul dan iz zmien ta devozzjoni reliġjuza folla ta iktar minn elf penitent ġibdu l karrettuni mimlija provvisti tal kostruzzjoni bħal ġebel injam qmuħ eċċ lejn is sit Fl 1134 nar ieħor fir raħal wassal għal ħsarat fil faċċata u fil kampnar tal katidral Il kostruzzjoni diġa kienet bdiet fit torri tat Tramuntana f nofs is snin 20 tas seklu 12 u t torri kien ġie msaqqaf bi spira tal injam għall ħabta tal 1142 Is sit tat torri tan Nofsinhar kien okkupat mill Hotel Dieu li ġarrab ħsarat min nirien It tħaffir għal dak it torri beda minnufih Matul il kostruzzjoni l iskulturi għall Portal Irjali il biċċa l kbira skolpiti qabel ġew integrati mal ħitan tat torri tan Nofsinhar L għamla kwadra tat torri ġiet mibdula għal ottagonu għall ispira ezatt wara t Tieni Kruċjata It torri tlesta għall ħabta tal 1165 u kienet tlaħħaq għoli ta 105 metri 345 pied wieħed mill ogħla fl Ewropa Kien hemm narthex bejn it torrijiet u kappella ddedikata lil San Mikiel Traċċi tal volti u tax xaftijiet li kienu jirfduhom għadhom vizibbli fiz zewġ niċeċ tal Punent Il ħġieġ ikkulurit fit tliet twieqi ppuntati fuq il portali jmur lura għal qabel l 1145 Il Portal Irjali fil faċċata tal Punent bejn it torrijiet li huwa d daħla primarja tal katidral x aktarx li tlesta xi sena wara l 1140 Nirien u rikostruzzjoni 1194 1260 Pittura tan nirien tal 1836 li ħakmu l Katidral ta Chartres ta 1837 Fl 10 ta Ġunju 1194 billejl nar kbir ieħor qered il katidral Baqgħu jezistu biss il kripta it torrijiet u l faċċata l ġdida Il katidral diġa kien magħruf mal Ewropa kollha bħala destinazzjoni għall pellegrinaġġi minħabba r relikwi tal Madonna ta ġo fih Legat tal Papa inzerta kien qiegħed f Chartres meta kien hemm in nirien u xerred l aħbar Inġabru fondi minn patruni rjali u nobbli mill Ewropa kollha kif ukoll donazzjonijiet zgħar mill popolin Ir rikostruzzjoni bdiet kwazi mill ewwel Xi partijiet tal binja baqgħu jezistu inkluz iz zewġ torrijiet u l Portal Irjali fuq in naħa tal Punent u dawn ġew inkorporati fil katidral il ġdid In navata il korsiji u l livelli l baxxi tat transett tal katidral il ġdid x aktarx li tlestew l ewwel imbagħad il kor u l kappelli tal apsida u fl aħħar il partijiet ta fuq tat transett Sal 1220 is saqaf kien tlesta Il partijiet maġġuri tal katidral il ġdid bil ħġieġ ikkulurit u l iskulturi fil biċċa l kbira kienu lesti għalkollox fi zmien ħamsa u għoxrin sena biss li kienet kostruzzjoni tassew rapida għal dak iz zmien Il katidral ġie kkonsagrat mill ġdid b mod formali f Ottubru 1260 fil prezenza tar Re u l istemma tiegħu ġiet impittra fuq id daħla li twassal għall apsida Modifiki li saru iktar tard is sekli 13 18 u l Inkurunazzjoni ta Enriku IV ta Franza L Inkurunazzjoni ta fil katidral fis 27 ta Frar 1594 Wara dan iz zmien saru relattivament ftit tibdiliet Ġew proposti seba spiri addizzjonali fil pjanti oriġinali izda dawn qatt ma nbnew Fl 1326 kappella ġdida ta zewġ sulari iddedikata lil San Piatus ta u bir relikwi tiegħu ġiet mizjuda mal apsida L aċċess għas sular ta fuq ta din il kappella kien permezz ta taraġ li jagħti għall ambulatorju Il kappella normalment tkun magħluqa għall vizitaturi għalkemm okkazjonalment tospita xi wirjiet temporanji Kappella oħra nfetħet fl 1417 minn Lwiġi il Konti ta Vendome li kien inqabad mill Inglizi fil Battalja ta Agincourt u li ġġieled spalla ma spalla ma fl assedju ta Tinsab fil ħames niċċa tal korsija tan Nofsinhar u hija ddedikata lill Madonna L istil Gotiku Aħħari elaborat ħafna tagħha toħloq kuntrast mal kappelli iktar bikrin Fl 1506 is sajjetti qerdu l ispira tat Tramuntana li reġgħet inbniet bl istil Gotiku Aħħari mill 1507 sal 1513 mill arkitett Wara li lesta l ispira huwa beda jibni ħajt divizorju ġdid fuq ġewwa tal katidral li kien jissepara l ispazju tal kor ċerimonjali min navata fejn kien joqogħdu bilqiegħda l fidili Fis 27 ta Frar 1594 ir Re ġie inkurunat fil Katidral ta Chartres minflok fil Katidral ta Reims kif kien isir tradizzjonalment peress li kemm Pariġi kif ukoll Reims dak iz zmien kienu okkupati mil Lega Kattolika Iċ ċerimonja saret fil kor tal knisja u mbagħad ir Re u l Isqof telgħu mal ħajt divizorju biex ikunu jistgħu jarawhom in nies prezenti fin navata Wara ċ ċerimonja u quddiesa marru lejn ir residenza tal isqof ħdejn il katidral għal bankett Fl 1753 saru iktar modifiki fuq ġewwa tal katidral biex jiġi adattat għall prattiki teoloġiċi l ġodda Il pilastri tal ġebel ġew miksija bl istukko u t tapizzeriji fuq wara tas sedji ġew sostitwiti b riljievi tal irħam Il ħajt divizorju li kien jissepara l kor liturġiku min navata tneħħa u nbnew is sedji attwali minfloku Fl istess zmien xi ħġieġ ikkulurit fil klerestorju tneħħa u ġie sostitwit bi ħġieġ grisaille u b hekk zdied ferm id dawl fuq l artal maġġuri fiċ ċentru tal knisja Rivoluzzjoni Franċiza u seklu 19 L ispazju intern tas saqaf tal katidral magħruf bħala charpente de fer li nbena għall ħabta tal 1840 Fil bidu tar Rivoluzzjoni Franċiza kien hemm attakk fuq il katidral li beda jeqred l iskulturi mal portal tat Tramuntana izda twaqqaf minn folla kbira ta ċittadini ta Chartres Il Kumitat Rivoluzzjonarju lokali ddeċieda li jeqred il katidral permezz ta splussivi u staqsa lil arkitett lokali biex isib l aqwa post fejn kellhom jitpoġġew l isplussivi Huwa salva l binja billi indika li l ammont kbir ta radam mit tiġrif tal binja tant kien jibblokka t toroq li kienu jdumu s snin biex ineħħuh Il katidral bħall Katidral tal Madonna ta Pariġi u katidrali maġġuri oħra sar proprjeta tal istat Franċiz u ċ ċerimonji ta qima ġo fih twaqqfu sa zmien Napuljun izda ma ġarrabx iktar ħsarat Fl 1836 minħabba t traskuraġni tal ħaddiema qabad nar li qered is saqaf tal injam miksi biċ ċomb u z zewġ kampnari izda l istruttura tal binja u l ħġieġ ikkulurit baqgħu intatti Is saqaf l antik ġie ssostitwit minn saqaf miksi bir ram fuq qafas tal ħadid Dak iz zmien il qafas fuq it transett kien l ikbar wieħed fl Ewropa Tieni Gwerra Dinjija Fi Franza it Tieni Gwerra Dinjija kienet battalja bejn l Alleati u l Ġermanizi F Lulju 1944 il Brittaniċi u l Kanadizi sabu ruħhom imrazzna lejn in Nofsinhar ta L Amerikani u l ħames divizjonijiet tagħhom ippjanaw rotta alternattiva lejn il Ġermanizi Filwaqt li xi Amerikani marru lejn il Punent u n Nofsinhar oħrajn sabu ruħhom maqbuda f attakk fil Lvant ta Caen li wassalhom wara t trunċiera tal front tal forzi Ġermanizi Hitler ordna lill Kummissarju Ġermaniz Kluge biex javvanza lejn il Punent biex iwaqqaf lill Amerikani Dan fl aħħar mill aħħar wassal biex l Alleati jidħlu f Chartres f nofs Awwissu 1944 Fis 16 ta Awwissu 1944 il katidral ġie salvat mill qerda bis saħħa tal kurunell Amerikan 1901 1944 li mar kontra l ordni li ngħata biex jimmira l attakk tiegħu lejn il katidral L Amerikani kienu jemmnu li l ispiri u l kampnari kienu qed jintuzaw bħala postijiet ta osservazzjoni għall artillerija Ġermaniza Griffith akkumpanjat minn suldat voluntier minflok iddeċieda li jmur u jivverifika jekk il Ġermanizi kinux tassew qed juzaw il katidral b dak il mod Griffith sab li l katidral kien vojt u b hekk ordna li l qniepen tal katidral jindaqqu bħala sinjal għall Amerikani biex ma jisparawx Malli sema l qniepen il kmand Amerikan neħħa l ordni ta sparar Il Kurunell Griffith miet fil ġlied dakinhar stess fir raħal ta qrib Chartres Wara mewtu ngħata l Croix de Guerre avec Palme Salib tal Gwerra bil Palm 1939 1945 il Legion d Honneur Leġjun tal Unur u l Ordre National du Merite Ordni Nazzjonali tal Mertu tal gvern Franċiz kif ukoll is Salib tas Servizz Distint tal gvern Amerikan Restawr fl 2009 Fl 2009 id divizjoni tal Monuments Historiques tal Ministeru Franċiz għall Kultura beda programm ta xogħlijiet fuq il katidral li sewa 18 5 il miljun bit tindif fuq ġewwa u fuq barra tal katidral il protezzjoni tal ħġieġ ikkulurit b kisja protettiva u t tindif u t tibjid fuq ġewwa b kulur bajdani b dettalji ta trompe l œil taparsi rħam u ndurar kif x aktarx kienet id dehra tal katidral minn ġewwa fis seklu 13 Dan kien ħoloq kontroversja sħiħa Liturġija Il katidral huwa s sede tal Isqof ta Chartres tad Djoċesi ta Chartres Id djoċesi hija parti mill provinċja ekklezjastika ta Kull filgħaxija mill avvenimenti tal 11 ta Settembru 2001 jiġu kantati vespri mill Komunita ta Chemin Neuf Kronoloġija743 L ewwel darba li l Katidral ta Chartres issemma f test Għall ħabta tat 876 ta relikwa sagra importanti lill katidral il velu tal Madonna u b hekk il katidral sar destinazzjoni importanti għall pellegrinaġġi 1020 In nirien jaħkmu lill katidral L Isqof Fulbert jibda r rikostruzzjoni 1030 Katidral ġdid iddedikat lill Isqof Thierry is suċċessur ta Fulbert 1134 Il kostruzzjoni tal portal irjali 1170 It tlestija tat torri tal kampnar tan Nofsinhar 1194 In nirien jeqerdu l biċċa l kbira tal belt u parti kbira mill katidral izda l kripta u l faċċata l ġdida jibqgħu intatti Il ġbir tal fondi u r rikostruzzjoni jibdew minnufih 1221 Jitlestew il volti l ġodda Il kleru jieħu s sjieda tal kor il ġdid 1210 1250 Installazzjoni maġġuri ta twieqi bil ħġieġ ikkulurit fil kor u fin navata 1260 Il konsagrazzjoni tal katidral il ġdid fil prezenza ta Lwiġi IX San Lwiġi Inbena saqaf fuq ix chevet it transett u n navata 1270 1280 It tlestija tas sagristija 1324 1353 Il kostruzzjoni tal Kappella ta San Piatus 1417 It tlestija tal Kappella tal Annunzjata 1507 1513 It torri tat Tramuntana jġarrab ħsarat min nirien u jinbena mill ġdid bi stil Gotiku Aħħari 1513 Jibda x xogħol fuq it torri tal kor minn 1520 Il loġġa tat torri tal arloġġ tibda tinbena fuq in naħa tat Tramuntana 1594 Peress li l Katidral ta Reims kien okkupat mil Lega Kattolika l Inkurunazzjoni ta Enriku IV ta Franza ssir fil Katidral ta Chartres 1789 Wara r Rivoluzzjoni Franċiza il proprjeta tal knisja nħatfet u l qima Kattolika ġiet ipprojbita 1792 It tezor tal katidral ġie kkonfiskat mill gvern rivoluzzjonarju 1802 Il knisja reġgħet bdiet tintuza b mod eskluziv bħala Knisja Kattolika 1805 Jibda r restawr tal knisja 1836 In nirien jeqirdu x xorok tas saqaf u s saqaf inġenerali Dawn jiġu sostitwiti bi struttura tal metall u b saqaf tar ram 1840 Il katidral ġie kklassifikat bħala monument storiku nazzjonali 1857 It tlestija ta Notre Dame du Pilier 1908 Il katidral jingħata status ta bazilika 1979 Il katidral tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO 1992 Jiġi installat artal maġġuri ġdid fil kor mill iskultur Franċiz Georgjan Goudji 1994 Il katidral jiċċelebra t 800 anniversarju mill ewwel rikostruzzjoni 2009 Kampanja ġdid ta restawr inkluz it tindif u t tibjid tal ħitan bil kuluri ċari u bl atmosfera oriġinali DeskrizzjoniStatistika Tul 130 metru 430 pied Wisa 32 metru 105 pied 46 metru 151 pied Navata għolja 37 metru 121 pied wiesgħa 16 4 il metru 54 pied Erja 10 875 metru kwadru 117 060 pied kwadru Għoli tat torri tal Lbiċ 105 metri 344 pied Għoli tat torri tal Majjistral 113 il metru 371 pied 176 tieqa bil ħġieġ ikkulurit Kor 200 statwa f 41 xena Pjanta u elevazzjoni dniefel Pjanta tal Katidral ta Chartres 1856 ta 1814 1879 L elevazzjoni tan navata bit twieqi tal klerestorju Id dniefel li jirfdu l ħitan ta fuq u jagħmlu kontrobilanċ għall forza l barra ezerċitata mill piz tas saqaf bil volti u li jippermettu l uzu ta ħitan irqaq u spazju ikbar għat twieqi Veduta tad dniefel mill għoli Il volti tas saqaf ikkollegati b qafas tal ġebel mal pilastri ta taħt flimkien mad dniefel ta barra Il pjanta bħal f katidrali Gotiċi oħra għandha għamla ta salib u ġiet iddeterminata mill għamla u mid daqs tal fdalijiet tal pedamenti tal katidral Rumanesk tas seklu 11 li jinsabu taħtu Narthex b zewġ niċeċ fin naħa tal Punent tiftaħ f navata b seba niċeċ li twassal sat transett ewlieni u minnu transetti wesgħin jestendu fi tliet niċeċ fuq kull naħa fit Tramuntana u fin Nofsinhar Fil Lvant tat transett ewlieni hemm erba niċeċ rettangolari magħluqa b apsida semiċirkolari Maġenb in navata u t transetti hemm korsiji uniċi li jitwessgħu f ambulatorju b zewġ korsiji madwar il kor u l apsida Mill ambulatorju joħorġu tliet kappelli semiċirkolari fondi fuq il kappelli fondi tal kripta tal Isqof Fulbert tas seklu 11 Filwaqt li l pjanta tal katidral kienet tradizzjonali l elevazzjoni tiegħu kienet tispikka iktar u kienet iktar oriġinali bis saħħa tal uzu tad dniefel biex jirfdu l ħitan ta fuq Dan kien l ewwel uzu magħruf tagħhom f katidral Gotiku Dawn il kolonni tqal tal ġebel ġew ikkollegati mal ħitan permezz ta ħnejjiet doppji tal ġebel u msaħħa permezz ta kolonni bħall imgħazel ta rota Kull waħda minn dawn il kolonni hija magħmula minn blokka waħda tal ġebel Il ħnejjiet jagħfsu mal ħitan u joħolqu kontrobilanċ fil konfront tal forza l barra mill volti fuq ġewwa tal katidral Dawn il volti kienu innovattivi wkoll peress li kellhom erba kompartimenti biss għad differenza tal volti b sitt kompartimenti tal knejjes Gotiċi iktar bikrin Kienu eħfef u setgħu jaqsmu distanza ikbar Peress li d dniefel kienu sperimentali l arkitett bi prudenza zieda dniefel addizzjonali moħbija taħt is soqfa tal korsiji L elevazzjonijiet tal katidrali Gotiċi iktar bikrin normalment kellhom erba livelli biex ikollhom solidita arkata ta kolonni kbar tul il pjanta li tappoġġa gallerija jew tribuna wiesgħa bil ħnejjiet taħt triforju b arkata idjaq imbagħad taħt is saqaf mal ħitan ogħla u irqaq jew il klerestorju kien hemm it twieqi Bis saħħa tad dniefel l arkitetti tal Katidral ta Chartres setgħu jeliminaw il gallerija għalkollox jagħmlu t triforju dejjaq ħafna u jkollhom ħafna iktar spazju għat twieqi ta fuq Il Katidral ta Chartres ma kienx l ewwel katidral fejn intuzat din l innovazzjoni izda fih intuzat b mod ferm iktar konsistenti u effettiv Din it tip ta pjanta bid dniefel ġiet adottata mill katidrali maġġuri tas seklu 13 b mod partikolari l Katidral ta Amiens u l Katidral ta Reims Innovazzjoni arkitettonika oħra fil Katidral ta Chartres kienet id disinn tal pilastri prinċipali enormi li jirfdu l piz tas saqaf permezz tal kompartimenti rqaq tal ġebel tal volti ta fuq Il piz tas saqaf jinġarr mill kompartimenti rqaq tal ġebel tal volti l barra lejn il ħitan fejn jiġi kontrobbilanċjat mid dniefel u l isfel l ewwel mill kolonni kkollegati flimkien mill kompartimenti tal volta imbagħad mill pilastri tondi u ottagonali magħmula minn erba nofs kolonni magħqudin flimkien Dan id disinn tal pilastri magħruf bħala pilier cantonne kien b saħħtu sempliċi u eleganti u kien jippermetti l uzu ta twieqi kbar bil ħġieġ ikkulurit fil klerestorju Għalkemm l iskulturi mal portali tal Katidral ta Chartres ġeneralment huma ta standard għoli id diversi elementi mnaqqxa fuq ġewwa bħall kapitelli u tizjin ieħor għandhom lavur pjuttost batut meta mqabbel perezempju ma dawk tal Katidrali ta Reims jew ta Soissons ir raġuni hija sempliċementi li l portali ġew imnaqqxa bl ifjen ġebla tal ġir ta Pariġi filwaqt li l kapitelli fuq ġewwa ġew imnaqqxa mill ġebla lokali ta Bercheres li hija iebsa biex tinħadem u tista tkun dgħajfa Sit ta Wirt DinjiIl Katidral ta Chartres ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 u fl 2009 saret modifika minuri fiz zona ta lqugħ tas sit Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Referenzi Cathedrale de Chartres Site officiel Cathedrale de Chartres bil Franċiz Miġbur 2022 09 06 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Chartres Cathedral UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 09 06 Chartres Tours de la cathedrale de Chartres bl Ingliz Miġbur 2022 09 06 Memoire www2 culture gouv fr a b Jan van der Meulen Notre Dame de Chartres Die vorromanische Ostanlage Berlin 1975 a b ċ d e Houvet Etienne Chartres Guide of the Cathedral 2019 pp 12 13 Honour H u Fleming J The Visual Arts A History 7th ed Saddle River New Jersey Pearson Prentice Hall 2005 Philippe Debaud Les Maitres Tailleurs de Pierre de la Cathedrale de Chartres leurs marques identitaires dans les chantiers du XIIeme siecle mhux ippubblikat 2021 John James La construction du narthex de la cathedrale de Chartres Bulletin de la Societe Archeologique d Eure et Loir lxxxvii 2006 3 20 In Search of the unknown in medieval architecture 2007 Pindar Press Londra Favier Jean The World of Chartres New York Henry N Abrams 1990 p 160 ISBN 978 0 8109 1796 5 Prache u Jouanneaux 2000 p 94 Footitt Hilary 1988 France 1943 1945 Homes amp Meier ISBN 0841911754 A Short History of the Cathedrale Notre Dame de Chartres France francetravelplanner com Miġbur 2022 09 07 Welborn Griffith Recipient valor militarytimes com bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 09 07 Miġbur 2022 09 07 Prache u Jouanneaux Chartres la Cathedrale Notre Dame 2000 Centre des Monuments Nationaux Editions du Patrimoine p 94 Lours Dictionnaire des Cathedrales 2018 p 131 Let there be light Chartres Cathedral caught in clean up row The Independent bl Ingliz 2015 10 23 Miġbur 2022 09 07 a b ċ d Houvet 2019 p 20