Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Park Nazzjonali ta Serengeti huwa park nazzjonali kbir fit Tramuntana tat Tanzanija estiż fuq erja ta 14 763 km2 5 70

Park Nazzjonali ta' Serengeti

  • Paġna Ewlenija
  • Park Nazzjonali ta' Serengeti
Park Nazzjonali ta' Serengeti
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Park Nazzjonali ta' Serengeti huwa park nazzjonali kbir fit-Tramuntana tat-Tanzanija estiż fuq erja ta' 14,763 km2 (5,700 mil kwadru). Jinsab fil-Lvant tar-Reġjun ta' Mara u fil-Grigal tar-Reġjun ta' Simiyu, u fih iktar minn 1,500,000 ettaru (3,700,000 akru) ta' savanna mhux mittiefsa. Il-park nazzjonali ġie stabbilit fl-1940.

Il-Park Nazzjonali ta' Serengeti huwa magħruf sew għall-ikbar migrazzjoni annwali tal-annimali fid-dinja ta' iktar minn 1.5 miljun nju blu u 250,000 żebra, flimkien ma' merħliet iżgħar ta' gazzelli ta' Thomson u ta' eland. Il-park nazzjonali jospita wkoll l-ikbar popolazzjoni ta' iljuni fl-Afrika. Huwa mhedded mid-deforestazzjoni, mit-tkabbir tal-popolazzjoni tal-bniedem u mill-biedja.

Etimoloġija

L-isem "Serengeti" oriġina mill-kelma siringet li tintuża mill-poplu Maasai biex jirreferu għall-inħawi, li tfisser "il-post fejn l-art tibqa' sejra għal dejjem".

Storja

Fl-1930, erja ta' 2,286 kilometru kwadru (883 mil kwadru) ġiet iddeżinjata bħala riżerva naturali fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-pjanuri ta' Serengeti. Fis-snin 30 tas-seklu 20, il-gvern ta' Tanganyika stabbilixxa sistema ta' parks nazzjonali konformi mal-Konvenzjoni dwar il-Preservazzjoni tal-Fawna u tal-Flora fl-Istat Naturali Tagħhom. Ir-riżerva saret park nazzjonali fl-1940. Ingħatat protezzjoni stretta fl-1948 meta ġie stabbilit il-Bord tal-Fiduċjarji tal-Park Nazzjonali ta' Serengeti biex jamministra l-park nazzjonali. Il-gvern irrestrinġa ċ-ċaqliq tal-poplu Maasai residenti, u l-konfini tal-park ġew finalizzati fl-1951. Fl-1959, erja ta' 8,300 km2 (3,200 mil kwadru) ġiet maqtugħa għaliha fil-parti tal-Lvant tal-park nazzjonali u ġiet stabbilita mill-ġdid bħala ż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro bil-ħsieb li jiġu akkomodati l-interessi tal-użu tal-art tradizzjonali tal-poplu Maasai f'żona tal-art b'diversi użi. Fl-1981, il-Park Nazzjonali ta' Serengeti kien ikopri 12,950 km2 (5,000 mil kwadru), li kien inqas minn nofs il-pjanuri ta' Serengeti.

Il-Park Nazzjonali ta' Serengeti sar famuż wara li u ibnu ipproduċew ktieb u dokumentarju bit-titlu Serengeti Shall Not Die fl-1959.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Park Nazzjonali ta' Serengeti ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".

Natura selvaġġa

Il-Park Nazzjonali ta' Serengeti ilu jifforma Unità ta' Konservazzjoni tal-Iljuni mill-2005 flimkien mar-Riżerva Nazzjonali tal-Maasai Mara. Iktar minn 3,000 iljun jgħixu f'din l-ekosistema. Id-densità tal-popolazzjoni tal-leopard Afrikan hija stmata li tlaħħaq il-5.41 individwi kull 100 km2 (39 mil kwadru) fl-istaġun tan-nixfa.

Il-merħliet ta' iljunfanti Afrikani rkupraw minn rekord ta' popolazzjoni baxxa fis-snin 80 tas-seklu 20 ikkawżat mill-insib, u sal-2014 kien hemm iktar minn 5,000 individwu. Il-popolazzjoni tal-buflu Afrikan battiet bejn l-1976 u l-1996 minħabba l-insib, iżda żdiedet għal 28,524 individwu sal-2008. Il-popolazzjoni ta' rinoċeronti suwed kienet naqset għal madwar 10 individwi fis-snin 80 tas-seklu 20 minħabba l-insib, u attwalment fil-park jgħixu inqas minn 70 individwu. Ir-rinoċeronti jgħammru l-iktar fil-ħaxix u fl-arbuxxelli tat-tip Indigofera, Acacia u Crotalaria.

Mammiferi karnivori oħra jinkludu ċ-cheetah, madwar 3,500 jena tat-tikek, ix-xakall ta' dahru iswed, il-lupu Afrikan, il-baġer wikkiel l-għasel, il-jena tal-istrixxi, il-karakal, is-serval, il-mangus tal-istrixxi, u żewġ speċijiet ta' lontri. Il-kelb selvaġġ Afrikan ġie rritornat fiż-żona fl-2012 wara li kien għeb fl-1991. Mammiferi oħra jinkludu l-ippopotamu, il-ħanżir selvaġġ Afrikan, l-aardvark, l-aardwolf, il-qattus selvaġġ Afrikan, iż-żibett Afrikan, il-genet, iz-zorilla, il-ballottra tal-istrixxi Afrikana, il-volpi bil-widnejn ta' pippistrell, il-pangolin tal-art, il-porkuspin tat-toppu, tliet speċijiet ta' hyraxes u l-liebru tal-Kap. Il-primati bħall-babwini sofor u ħadranija, u x-xadina Chlorocebus pygerythrus u l-guereza jgħixu wkoll fil-foresti tax-xmara Grumeti.

Fost ir-rettili hemm il-kukkudrill tan-, il-fekruna tal-art leopard, it-terrapin, l-agama, il-varan tan-Nil, il-kamaleonte ta' Jackson, il-pitun Afrikan, il-mamba iswed, il-kobra ta' għonqu iswed, u l-lifgħa neffieħa.

Fil-park nazzjonali hemm iktar minn 500 speċi ta' għasafar, fosthom in-nagħma tal-Maasai, l-ajkla Sagittarius serpentarius, il-pitarra ta' kori, il-farawna tal-elmu, il-ħaġla sidirha griż, il-venewwa s-sewda, il-ħamiema tal-kullar Afrikan, in-nissieġ tal-bufli tal-munqar aħmar, il-buċeru tal-art tan-Nofsinhar, l-għarnuq tat-toppu, il-velleran, l-agrett tal-bhejjem, ir-russett iswed, il-papra tal-munqar imħatteb, iċ-ċikonja tal-munqar sarġ, iċ-ċikonja bajda, ir-russett ġgantesk, iċ-ċikonja marabou, iċ-ċikonja tal-munqar isfar, il-gurlin tat-tikek, il-fjamingu minuri, iċ-ċikonja ras ta' baliena, iċ-ċikonja ta' Abdim, il-ħamerkop, il-venewwa ta' hadada, l-ajkla Afrikana wikkiela tal-ħut, il-pellikan ta' dahru roża, il-buċeru tal-munqar aħmar tat-Tanzanija, l-ajkla marzjali, il-wiżża tal-Eġittu, l-amorin, il-wiżża armata, in-naqqar tal-gniedes, u bosta speċijiet ta' avultuni.

Il-Migrazzjoni l-Kbira

Il-Migrazzjoni l-Kbira hija l-itwal migrazzjoni fuq l-art fid-dinja. Ir-rotta sħiħa tal-migrazzjoni hija twila madwar 800 kilometru (500 mil). Fin-Nofsinhar ta' din ir-rotta tal-migrazzjoni hemm iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro fejn jitwieldu madwar miljun nju bejn Jannar u Marzu. Sa Marzu, fil-bidu tal-istaġun tan-nixfa, bejn wieħed u ieħor 1.5 miljun nju u 250,000 żebra jibdew il-migrazzjoni lejn it-Tramuntana fid-direzzjoni ta' Maasai Mara fil-Kenja. L-eland, iż-żebri tal-pjanura u l-gazzelli ta' Thomson jingħaqdu man-nju. F'April u f'Mejju, il-merħliet tal-migrazzjoni jgħaddu mill-Kuritur tal-Punent. Sabiex jaslu Maasai Mara, il-merħliet iridu jaqsmu x-xmajjar Grumeti u Mara, fejn jgħixu madwar 3,000 kukkudrill li jkunu għassa għalihom. Għal kull nju maqbud mill-kukkudrill, jgħerqu 50. Meta jintemm l-istaġun tan-nixfa fl-aħħar ta' Ottubru, il-merħliet tal-migrazzjoni jibdew jerġgħu lura lejn in-Nofsinhar. Madwar 250,000 nju u 30,000 żebra tal-pjanura jmutu kull sena minħabba li jgħerqu, jittieklu mill-predaturi, jgħejjew, jimirdu jew imutu bl-għatx.

Ġeoloġija

Il-kumpless ġeoloġiku tal-park jikkonsisti minn ħaġar aħdar tas-Sistema ta' Archaen Nyanzi (2.81-2.63 Ga ilu), plutoni tal-granit u tal-gness ta' Archaean (2.72-2.56 Ga ilu), li ġew olzati 180 Ma ilu) li jiffurmaw koppies u għoljiet tawwalin, il-Medda Neoproterożojka tal-Mozambique li tikkonsisti mill-kwarzit u mill-granit, u l-Grupp Neoproterożojku ta' Ikorongo, li jikkonsisti mill-ġebel ramli, mix-xist u mid-depożiti tas-sedimenti li jiffurmaw l-irdumijiet lineari. Il-parti tax-Xlokk tal-park fiha blat vulkaniku Neoġen u rmied vulkaniku Oloċen ta' Oldoinyo Lengai. Ix-xmajjar Grumeti, Mara, Mbalageti u Orangi jnixxu lejn il-Punent fil-Lag ta' Victoria, filwaqt li x-xmara Oldupai tnixxi lejn il-Lvant fl-Imraġ ta' Olbalbal.

Fil-parti tal-Lvant tal-park hemm il-bwar vulkaniċi tal-ħaxix ta' Serengeti li huma Żona Ekoloġika Tropikali tal-Bwar tal-Ħaxix. Il-bwar tal-ħaxix jikbru fuq depożiti ta' rmied vulkaniku mill-Vulkan ta' Kerimasi, li żbroffa 150,000 sena ilu, kif ukoll mill-iżbroffar vulkaniku ta' Ol Doinyo Lengai, li ħolqu saffi ta' tufa tal-ġir u ħamrija kalċitika iebsa (vertisol) mill-erożjoni rapida tal-lava tan-natrokarbonatit prodotta mill-vulkani.

Ġeografija

Il-park ikopri erja ta' 14,750 km2 (5,700 mil kwadru) ta' pjanuri tal-ħaxix, savanna, foresti max-xmajjar u boskijiet. Il-park jinsab fil-Majjistral tat-Tanzanija, ikkonfinat fit-Tramuntana mill-fruntiera mal-Kenja, fejn ikompli fir-Riżerva Nazzjonali ta' Maasai Mara. Lejn ix-Xlokk tal-park hemm iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro, lejn il-Lbiċ hemm ir-Riżerva Naturali ta' Maswa, lejn il-Punent hemm ir-Riżervi Naturali ta' Ikorongo u ta' Grumeti, u lejn il-Grigal u l-Lvant hemm iż-Żona ta' Kontroll Naturali ta' Loliondo.

Il-pajsaġġ tal-pjanura ta' Serengeti jvarja ferm, mis-savanna għall-boskijiet fl-għoljiet għall-bwar tal-ħaxix fi spazji miftuħa. Id-diversità ġeografika tar-reġjun hija dovuta għall-kundizzjonijiet tat-temp estremi li fnew iż-żona, b'mod partikolari l-kombinament qawwi tas-sħana u r-riħ. Il-ħabitats differenti fir-reġjun jaf oriġinaw minn sensiela ta' vulkani, li l-attività tagħhom sawret il-karatteristiċi ġeografiċi bażiċi tal-pjanura billi żdiedu l-muntanji u l-krateri fil-pajsaġġ.

Ix-xmara Mara, li tnixxi qalb ir-Riżerva Nazzjonali ta' Maasai Mara mill-artijiet għoljin tal-Kenja sal-Lag ta' Victoria, hija l-unika xmara bi fluss permanenti fl-ekosistema ta' Serengeti.

Il-park huwa maqsum fi tliet reġjuni:

  • Il-Pjanuri ta' Serengeti: l-iżjed karatteristika magħrufa ta' Serengeti huma l-bwar tal-ħaxix kważi bla siġar fin-Nofsinhar. Fihom hemm kopjes, formazzjonijiet tal-granit li jservu bħala postijiet ta' osservazzjoni għall-predaturi. Il-Bwar tal-Ħaxix Vulkaniċi huma komunità ta' pjanti edafiċi li jikbru fuq ħamrija li rriżultat mill-irmied vulkaniku mill-vulkani fil-qrib.
  • Il-Kuritur tal-Punent: il-karatteristika ġeografika prinċipali hi ż-żewġ xmajjar, Grumeti u Mbalageti. Hemm gruppi kbar ta' foresti max-xmajjar u xi ktajjen muntanjużi żgħar. Il-Migrazzjoni l-Kbira tgħaddi minn dan il-kuritur minn Mejju sa Lulju. Il-kuritur huwa estiż sal-Lag ta' Victoria. Iż-żona hija iktar ċatta mill-partijiet tat-Tramuntana tal-park u huwa iktar miksi sew bil-pjanti mill-pjanuri tan-Nofsinhar.
  • It-Tramuntana ta' Serengeti: il-pajsaġġ huwa ddominat minn boskijiet fi spazju miftuħ, b'mod predominanti f'Commiphora u fl-għoljiet Seronera fin-Nofsinhar sax-xmara Mara mal-fruntiera mal-Kenja. Din iż-żona hija remota u relattivament inaċċessibbli.

L-abitazzjoni umana hija pprojbita fil-park għajr għall-persunal tal-Awtorità tal-Parks Nazzjonali tat-Tanzanija, ir-riċerkaturi u l-persunal tad-diversi lukandi lussużi, kampeġġi u lukandi normali. L-insedjament prinċipali huwa dak ta' Seronera bil-mitjar primarju tiegħu.

Amministrazzjoni u protezzjoni

Il-park tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO skont il-kategorija (ii) tas-sistema ta' protezzjoni żviluppata mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, u b'hekk għandu jiġi ġestit b'tali mod li jħares il-proċessi ekoloġiċi jew tal-ekosistema.

Il-korp amministrattiv tal-parks kollha fit-Tanzanija huwa l-Awtorità tal-Parks Nazzjonali tat-Tanzanija. kien wieħed mill-ewwel għassiesa tan-natura selvaġġa tal-park u huwa akkreditat li ġab l-insib taħt kontroll.

Theddidiet

Id-deforestazzjoni fir-reġjun tal-Foresta ta' Mau bidlet l-idroloġija tax-xmara Mara. Hemm speċijiet invażivi ta' pjanti bħall-ħaxix ta' Siam, il-bajtar, l-arċmisa u l-ġirasol Messikan. Studju li sar fl-1996 stima li l-popolazzjoni umana tan-naħa tal-Punent tal-park qed tikber b'4 % kull sena. L-użu tal-bhejjem qed jikber ukoll u dan żied l-ammont ta' art li saret tintuża għall-biedja u għat-trobbija tal-annimali. Studju taċ-Ċentru Dinji għall-Monitoraġġ tal-Konservazzjoni fl-2001 stima li bejn wieħed u ieħor jinqatlu 200,000 annimal fis-sena minħabba l-insib.

Referenzi

  1. ^ "Black rhino dies aged 43 in Tanzania's Serengeti National Park-Xinhua". english.news.cn. Miġbur 2024-01-08.
  2. ^ Sinclair, Anthony Ronald Entrican (1995). Serengeti II: Dynamics, Management, and Conservation of an Ecosystem. University of Chicago Press. p. 15.
  3. ^ "Serengeti National Park - Tanzania - Kalama Safaris" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-08.
  4. ^ "Serengeti National Park travel information - Tanzania". serengeti.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-08.
  5. ^ Neumann, R.P. (1995). "Ways of seeing Africa: colonial recasting of African society and landscape in Serengeti National Park". Ecumene. 2 (2): 149–169.
  6. ^ Wanitzek, U. & Sippel, H. (1998). "Land rights in conservation areas in Tanzania". GeoJournal. 46 (2): 113–128.
  7. ^ Makacha, S.; Msingwa, M.J. & Frame, G.W. (1982). "Threats to the Serengeti herds". Oryx. 16 (5): 437–444.
  8. ^ Boes, T. (2013). "Political animals: Serengeti Shall Not Die and the cultural heritage of mankind". German Studies Review. 36 (1): 41–59.
  9. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Serengeti National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-08.
  10. ^ IUCN Cat Specialist Group (2006). Conservation Strategy for the Lion Panthera leo in Eastern and Southern Africa. Pretoria, South Africa: IUCN.
  11. ^ Mésochina, P.; Mbangwa, O.; Chardonnet, P.; Mosha, R.; Mtui, B.; Drouet, N. & Kissui, B. (2010). Conservation status of the lion (Panthera leo Linnaeus, 1758) in Tanzania (Report). Pariġi: SCI Foundation, MNRT-WD, TAWISA & IGF Foundation.
  12. ^ Allen, M.L.; Wang, S.; Olson, L.O.; Li, Q. & Krofel, M. (2020). "Counting cats for conservation: seasonal estimates of leopard density and drivers of distribution in the Serengeti". Biodiversity and Conservation. 29 (13): 3591–3608.
  13. ^ Mduma, H.; Musyoki, C.; Maliti Kyale, D.; Nindi, S.; Hamza, K.; Ndetei, R.; Machoke, M.; Kimutai, D.; Muteti, D.; Maloba, M.; Bakari, S. & Kohi, E. (2014). Aerial Total Count of Elephants and Buffaloes in the Serengeti-Mara Ecosystem (Report). Nairobi, Kenya: WWF-World Wide Fund For Nature.
  14. ^ Metzger, K.L.; Sinclair, A.R.E.; Hilborn, R.; Hopcraft, J.G.C. & Mduma, S.A. (2010). "Evaluating the protection of wildlife in parks: the case of African buffalo in Serengeti". Biodiversity and Conservation. 19 (12): 3431–3444.
  15. ^ "How black rhinos and local communities help each other in Namibia". Mongabay Environmental News (bl-Ingliż). 2015-01-07. Miġbur 2024-01-08.
  16. ^ Anderson, T.M.; Ngoti, P.M.; Nzunda, M.L.; Griffith, D.M.; Speed, J.D.; Fossøy, F.; Røskaft, E. & Graae, B.J. (2020). "The burning question: does fire affect habitat selection and forage preference of the black rhinoceros Diceros bicornis in East African savannahs?". Oryx. 54 (2): 234–243.
  17. ^ "Why did Serengeti's wild dogs disappear? Study challenges controversial hypothesis". Mongabay Environmental News (bl-Ingliż). 2019-03-01. Miġbur 2024-01-08.
  18. ^ Kennedy, A. S.; Kennedy, V. (2014). Animals of the Serengeti, and Ngorongoro Conservation Area. Princeton, New Jersey. ISBN 978-1-4008-5138-6.
  19. ^ "Bird Checklist for Serengeti National Park". www.exoticbirding.com. Miġbur 2024-01-08.
  20. ^ Medina, N. (2019). Where Is the Serengeti?. WhoHQ. New York: Penguin Random House. ISBN 9781524792565.
  21. ^ Scoon, Roger (2018). Geology of National Parks of Central/ Southern Kenya and Northern Tanzania: Geotourism of the Gregory Rift Valley, Active Volcanism and Regional Plateaus. Springer. pp. 69–79. ISBN 9783319737843.
  22. ^ "Global Volcanism Program | Ol Doinyo Lengai". Smithsonian Institution | Global Volcanism Program (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-08.
  23. ^ "Hawaiian Volcano Observatory". volcanoes.usgs.gov. Miġbur 2024-01-08.
  24. ^ Kindt, R., Lillesø, J.-P. B., van Breugel, P., Bingham, M., Sebsebe Demissew, Dudley, C., Friis, I., Gachathi, F., Kalema, J., Mbago, F., Minani, V., Moshi, H. N., Mulumba, J., Namaganda, M., Ndangalasi, H.J., Ruffo, C.K., Jamnadass, R. and Graudal, L. 2011. Potential natural vegetation of eastern Africa. Volume 5: Description and tree species composition for other potential natural vegetation types. Forest & Landscape Working Paper 65-2011.
  25. ^ "Protected Planet | Serengeti National Park". Protected Planet. Miġbur 2024-01-08.
  26. ^ "Geology of Serengeti National Park - Tanzania". serengeti.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-08.
  27. ^ "Seronera Airport (SEU) @ OurAirports". ourairports.com. Miġbur 2024-01-08.
  28. ^ "Protected areas and land use | IUCN". www.iucn.org (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-08.
  29. ^ "Serengeti-Nationalpark". Zoologische Gesellschaft Frankfurt (bil-Ġermaniż). 2020-06-20. Miġbur 2024-01-08.
  30. ^ "A New Threat in the Serengeti to the World's Greatest Animal Migration | TakePart". web.archive.org. 2021-01-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-01-27. Miġbur 2024-01-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  31. ^ "Conservation – Grumeti Fund" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-08.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 07 Lul, 2025 / 13:26

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Park Nazzjonali ta' Serengeti, X'inhi Park Nazzjonali ta' Serengeti? Xi tfisser Park Nazzjonali ta' Serengeti?

Il Park Nazzjonali ta Serengeti huwa park nazzjonali kbir fit Tramuntana tat Tanzanija estiz fuq erja ta 14 763 km2 5 700 mil kwadru Jinsab fil Lvant tar Reġjun ta Mara u fil Grigal tar Reġjun ta Simiyu u fih iktar minn 1 500 000 ettaru 3 700 000 akru ta savanna mhux mittiefsa Il park nazzjonali ġie stabbilit fl 1940 Il pajsaġġ tal Park Nazzjonali ta Serengeti Il Park Nazzjonali ta Serengeti huwa magħruf sew għall ikbar migrazzjoni annwali tal annimali fid dinja ta iktar minn 1 5 miljun nju blu u 250 000 zebra flimkien ma merħliet izgħar ta gazzelli ta Thomson u ta eland Il park nazzjonali jospita wkoll l ikbar popolazzjoni ta iljuni fl Afrika Huwa mhedded mid deforestazzjoni mit tkabbir tal popolazzjoni tal bniedem u mill biedja EtimoloġijaL isem Serengeti oriġina mill kelma siringet li tintuza mill poplu Maasai biex jirreferu għall inħawi li tfisser il post fejn l art tibqa sejra għal dejjem StorjaFl 1930 erja ta 2 286 kilometru kwadru 883 mil kwadru ġiet iddezinjata bħala rizerva naturali fin Nofsinhar u fil Lvant tal pjanuri ta Serengeti Fis snin 30 tas seklu 20 il gvern ta Tanganyika stabbilixxa sistema ta parks nazzjonali konformi mal Konvenzjoni dwar il Preservazzjoni tal Fawna u tal Flora fl Istat Naturali Tagħhom Ir rizerva saret park nazzjonali fl 1940 Ingħatat protezzjoni stretta fl 1948 meta ġie stabbilit il Bord tal Fiduċjarji tal Park Nazzjonali ta Serengeti biex jamministra l park nazzjonali Il gvern irrestrinġa ċ ċaqliq tal poplu Maasai residenti u l konfini tal park ġew finalizzati fl 1951 Fl 1959 erja ta 8 300 km2 3 200 mil kwadru ġiet maqtugħa għaliha fil parti tal Lvant tal park nazzjonali u ġiet stabbilita mill ġdid bħala z Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro bil ħsieb li jiġu akkomodati l interessi tal uzu tal art tradizzjonali tal poplu Maasai f zona tal art b diversi uzi Fl 1981 il Park Nazzjonali ta Serengeti kien ikopri 12 950 km2 5 000 mil kwadru li kien inqas minn nofs il pjanuri ta Serengeti Il Park Nazzjonali ta Serengeti sar famuz wara li u ibnu ipproduċew ktieb u dokumentarju bit titlu Serengeti Shall Not Die fl 1959 Sit ta Wirt DinjiIl Park Nazzjonali ta Serengeti ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1981 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju vii Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal għaġeb jew fejn hemm zoni ta ġmiel naturali u ta importanza estetika eċċezzjonali u l kriterju x Post fejn hemm l iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall konservazzjoni fil post tad diversita bijoloġika inkluz fejn hemm speċijiet mhedda ta valur universali straordinarju mill perspettiva tax xjenza jew tal konservazzjoni Natura selvaġġaIn nju fil Kuritur tal Punent Il Park Nazzjonali ta Serengeti ilu jifforma Unita ta Konservazzjoni tal Iljuni mill 2005 flimkien mar Rizerva Nazzjonali tal Maasai Mara Iktar minn 3 000 iljun jgħixu f din l ekosistema Id densita tal popolazzjoni tal leopard Afrikan hija stmata li tlaħħaq il 5 41 individwi kull 100 km2 39 mil kwadru fl istaġun tan nixfa Il merħliet ta iljunfanti Afrikani rkupraw minn rekord ta popolazzjoni baxxa fis snin 80 tas seklu 20 ikkawzat mill insib u sal 2014 kien hemm iktar minn 5 000 individwu Il popolazzjoni tal buflu Afrikan battiet bejn l 1976 u l 1996 minħabba l insib izda zdiedet għal 28 524 individwu sal 2008 Il popolazzjoni ta rinoċeronti suwed kienet naqset għal madwar 10 individwi fis snin 80 tas seklu 20 minħabba l insib u attwalment fil park jgħixu inqas minn 70 individwu Ir rinoċeronti jgħammru l iktar fil ħaxix u fl arbuxxelli tat tip Indigofera Acacia u Crotalaria Mammiferi karnivori oħra jinkludu ċ cheetah madwar 3 500 jena tat tikek ix xakall ta dahru iswed il lupu Afrikan il baġer wikkiel l għasel il jena tal istrixxi il karakal is serval il mangus tal istrixxi u zewġ speċijiet ta lontri Il kelb selvaġġ Afrikan ġie rritornat fiz zona fl 2012 wara li kien għeb fl 1991 Mammiferi oħra jinkludu l ippopotamu il ħanzir selvaġġ Afrikan l aardvark l aardwolf il qattus selvaġġ Afrikan iz zibett Afrikan il genet iz zorilla il ballottra tal istrixxi Afrikana il volpi bil widnejn ta pippistrell il pangolin tal art il porkuspin tat toppu tliet speċijiet ta hyraxes u l liebru tal Kap Il primati bħall babwini sofor u ħadranija u x xadina Chlorocebus pygerythrus u l guereza jgħixu wkoll fil foresti tax xmara Grumeti Fost ir rettili hemm il kukkudrill tan il fekruna tal art leopard it terrapin l agama il varan tan Nil il kamaleonte ta Jackson il pitun Afrikan il mamba iswed il kobra ta għonqu iswed u l lifgħa neffieħa Fil park nazzjonali hemm iktar minn 500 speċi ta għasafar fosthom in nagħma tal Maasai l ajkla Sagittarius serpentarius il pitarra ta kori il farawna tal elmu il ħaġla sidirha griz il venewwa s sewda il ħamiema tal kullar Afrikan in nissieġ tal bufli tal munqar aħmar il buċeru tal art tan Nofsinhar l għarnuq tat toppu il velleran l agrett tal bhejjem ir russett iswed il papra tal munqar imħatteb iċ ċikonja tal munqar sarġ iċ ċikonja bajda ir russett ġgantesk iċ ċikonja marabou iċ ċikonja tal munqar isfar il gurlin tat tikek il fjamingu minuri iċ ċikonja ras ta baliena iċ ċikonja ta Abdim il ħamerkop il venewwa ta hadada l ajkla Afrikana wikkiela tal ħut il pellikan ta dahru roza il buċeru tal munqar aħmar tat Tanzanija l ajkla marzjali il wizza tal Eġittu l amorin il wizza armata in naqqar tal gniedes u bosta speċijiet ta avultuni Il Migrazzjoni l Kbira Il Migrazzjoni l Kbira hija l itwal migrazzjoni fuq l art fid dinja Ir rotta sħiħa tal migrazzjoni hija twila madwar 800 kilometru 500 mil Fin Nofsinhar ta din ir rotta tal migrazzjoni hemm iz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro fejn jitwieldu madwar miljun nju bejn Jannar u Marzu Sa Marzu fil bidu tal istaġun tan nixfa bejn wieħed u ieħor 1 5 miljun nju u 250 000 zebra jibdew il migrazzjoni lejn it Tramuntana fid direzzjoni ta Maasai Mara fil Kenja L eland iz zebri tal pjanura u l gazzelli ta Thomson jingħaqdu man nju F April u f Mejju il merħliet tal migrazzjoni jgħaddu mill Kuritur tal Punent Sabiex jaslu Maasai Mara il merħliet iridu jaqsmu x xmajjar Grumeti u Mara fejn jgħixu madwar 3 000 kukkudrill li jkunu għassa għalihom Għal kull nju maqbud mill kukkudrill jgħerqu 50 Meta jintemm l istaġun tan nixfa fl aħħar ta Ottubru il merħliet tal migrazzjoni jibdew jerġgħu lura lejn in Nofsinhar Madwar 250 000 nju u 30 000 zebra tal pjanura jmutu kull sena minħabba li jgħerqu jittieklu mill predaturi jgħejjew jimirdu jew imutu bl għatx ĠeoloġijaIl lava tal karbonatit fil vulkan ta Ol Doinyo Lengai Il kumpless ġeoloġiku tal park jikkonsisti minn ħaġar aħdar tas Sistema ta Archaen Nyanzi 2 81 2 63 Ga ilu plutoni tal granit u tal gness ta Archaean 2 72 2 56 Ga ilu li ġew olzati 180 Ma ilu li jiffurmaw koppies u għoljiet tawwalin il Medda Neoproterozojka tal Mozambique li tikkonsisti mill kwarzit u mill granit u l Grupp Neoproterozojku ta Ikorongo li jikkonsisti mill ġebel ramli mix xist u mid depoziti tas sedimenti li jiffurmaw l irdumijiet lineari Il parti tax Xlokk tal park fiha blat vulkaniku Neoġen u rmied vulkaniku Oloċen ta Oldoinyo Lengai Ix xmajjar Grumeti Mara Mbalageti u Orangi jnixxu lejn il Punent fil Lag ta Victoria filwaqt li x xmara Oldupai tnixxi lejn il Lvant fl Imraġ ta Olbalbal Fil parti tal Lvant tal park hemm il bwar vulkaniċi tal ħaxix ta Serengeti li huma Zona Ekoloġika Tropikali tal Bwar tal Ħaxix Il bwar tal ħaxix jikbru fuq depoziti ta rmied vulkaniku mill Vulkan ta Kerimasi li zbroffa 150 000 sena ilu kif ukoll mill izbroffar vulkaniku ta Ol Doinyo Lengai li ħolqu saffi ta tufa tal ġir u ħamrija kalċitika iebsa vertisol mill erozjoni rapida tal lava tan natrokarbonatit prodotta mill vulkani ĠeografijaIl pjanura tal Park Nazzjonali ta Serengeti Il park ikopri erja ta 14 750 km2 5 700 mil kwadru ta pjanuri tal ħaxix savanna foresti max xmajjar u boskijiet Il park jinsab fil Majjistral tat Tanzanija ikkonfinat fit Tramuntana mill fruntiera mal Kenja fejn ikompli fir Rizerva Nazzjonali ta Maasai Mara Lejn ix Xlokk tal park hemm iz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro lejn il Lbiċ hemm ir Rizerva Naturali ta Maswa lejn il Punent hemm ir Rizervi Naturali ta Ikorongo u ta Grumeti u lejn il Grigal u l Lvant hemm iz Zona ta Kontroll Naturali ta Loliondo Il pajsaġġ tal pjanura ta Serengeti jvarja ferm mis savanna għall boskijiet fl għoljiet għall bwar tal ħaxix fi spazji miftuħa Id diversita ġeografika tar reġjun hija dovuta għall kundizzjonijiet tat temp estremi li fnew iz zona b mod partikolari l kombinament qawwi tas sħana u r riħ Il ħabitats differenti fir reġjun jaf oriġinaw minn sensiela ta vulkani li l attivita tagħhom sawret il karatteristiċi ġeografiċi baziċi tal pjanura billi zdiedu l muntanji u l krateri fil pajsaġġ Ix xmara Mara li tnixxi qalb ir Rizerva Nazzjonali ta Maasai Mara mill artijiet għoljin tal Kenja sal Lag ta Victoria hija l unika xmara bi fluss permanenti fl ekosistema ta Serengeti Il park huwa maqsum fi tliet reġjuni Il Pjanuri ta Serengeti l izjed karatteristika magħrufa ta Serengeti huma l bwar tal ħaxix kwazi bla siġar fin Nofsinhar Fihom hemm kopjes formazzjonijiet tal granit li jservu bħala postijiet ta osservazzjoni għall predaturi Il Bwar tal Ħaxix Vulkaniċi huma komunita ta pjanti edafiċi li jikbru fuq ħamrija li rrizultat mill irmied vulkaniku mill vulkani fil qrib Il Kuritur tal Punent il karatteristika ġeografika prinċipali hi z zewġ xmajjar Grumeti u Mbalageti Hemm gruppi kbar ta foresti max xmajjar u xi ktajjen muntanjuzi zgħar Il Migrazzjoni l Kbira tgħaddi minn dan il kuritur minn Mejju sa Lulju Il kuritur huwa estiz sal Lag ta Victoria Iz zona hija iktar ċatta mill partijiet tat Tramuntana tal park u huwa iktar miksi sew bil pjanti mill pjanuri tan Nofsinhar It Tramuntana ta Serengeti il pajsaġġ huwa ddominat minn boskijiet fi spazju miftuħ b mod predominanti f Commiphora u fl għoljiet Seronera fin Nofsinhar sax xmara Mara mal fruntiera mal Kenja Din iz zona hija remota u relattivament inaċċessibbli L abitazzjoni umana hija pprojbita fil park għajr għall persunal tal Awtorita tal Parks Nazzjonali tat Tanzanija ir riċerkaturi u l persunal tad diversi lukandi lussuzi kampeġġi u lukandi normali L insedjament prinċipali huwa dak ta Seronera bil mitjar primarju tiegħu Amministrazzjoni u protezzjoniIl ħaxix ta Siam speċi invaziva li ġiet introdotta fil park Il park tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO skont il kategorija ii tas sistema ta protezzjoni zviluppata mill Unjoni Internazzjonali għall Konservazzjoni tan Natura u b hekk għandu jiġi ġestit b tali mod li jħares il proċessi ekoloġiċi jew tal ekosistema Il korp amministrattiv tal parks kollha fit Tanzanija huwa l Awtorita tal Parks Nazzjonali tat Tanzanija kien wieħed mill ewwel għassiesa tan natura selvaġġa tal park u huwa akkreditat li ġab l insib taħt kontroll TheddidietId deforestazzjoni fir reġjun tal Foresta ta Mau bidlet l idroloġija tax xmara Mara Hemm speċijiet invazivi ta pjanti bħall ħaxix ta Siam il bajtar l arċmisa u l ġirasol Messikan Studju li sar fl 1996 stima li l popolazzjoni umana tan naħa tal Punent tal park qed tikber b 4 kull sena L uzu tal bhejjem qed jikber ukoll u dan zied l ammont ta art li saret tintuza għall biedja u għat trobbija tal annimali Studju taċ Ċentru Dinji għall Monitoraġġ tal Konservazzjoni fl 2001 stima li bejn wieħed u ieħor jinqatlu 200 000 annimal fis sena minħabba l insib Referenzi Black rhino dies aged 43 in Tanzania s Serengeti National Park Xinhua english news cn Miġbur 2024 01 08 Sinclair Anthony Ronald Entrican 1995 Serengeti II Dynamics Management and Conservation of an Ecosystem University of Chicago Press p 15 Serengeti National Park Tanzania Kalama Safaris bl Ingliz Miġbur 2024 01 08 Serengeti National Park travel information Tanzania serengeti com bl Ingliz Miġbur 2024 01 08 Neumann R P 1995 Ways of seeing Africa colonial recasting of African society and landscape in Serengeti National Park Ecumene 2 2 149 169 Wanitzek U amp Sippel H 1998 Land rights in conservation areas in Tanzania GeoJournal 46 2 113 128 Makacha S Msingwa M J amp Frame G W 1982 Threats to the Serengeti herds Oryx 16 5 437 444 Boes T 2013 Political animals Serengeti Shall Not Die and the cultural heritage of mankind German Studies Review 36 1 41 59 a b Centre UNESCO World Heritage Serengeti National Park UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 08 IUCN Cat Specialist Group 2006 Conservation Strategy for the Lion Panthera leo in Eastern and Southern Africa Pretoria South Africa IUCN Mesochina P Mbangwa O Chardonnet P Mosha R Mtui B Drouet N amp Kissui B 2010 Conservation status of the lion Panthera leo Linnaeus 1758 in Tanzania Report Pariġi SCI Foundation MNRT WD TAWISA amp IGF Foundation Allen M L Wang S Olson L O Li Q amp Krofel M 2020 Counting cats for conservation seasonal estimates of leopard density and drivers of distribution in the Serengeti Biodiversity and Conservation 29 13 3591 3608 Mduma H Musyoki C Maliti Kyale D Nindi S Hamza K Ndetei R Machoke M Kimutai D Muteti D Maloba M Bakari S amp Kohi E 2014 Aerial Total Count of Elephants and Buffaloes in the Serengeti Mara Ecosystem Report Nairobi Kenya WWF World Wide Fund For Nature Metzger K L Sinclair A R E Hilborn R Hopcraft J G C amp Mduma S A 2010 Evaluating the protection of wildlife in parks the case of African buffalo in Serengeti Biodiversity and Conservation 19 12 3431 3444 How black rhinos and local communities help each other in Namibia Mongabay Environmental News bl Ingliz 2015 01 07 Miġbur 2024 01 08 Anderson T M Ngoti P M Nzunda M L Griffith D M Speed J D Fossoy F Roskaft E amp Graae B J 2020 The burning question does fire affect habitat selection and forage preference of the black rhinoceros Diceros bicornis in East African savannahs Oryx 54 2 234 243 Why did Serengeti s wild dogs disappear Study challenges controversial hypothesis Mongabay Environmental News bl Ingliz 2019 03 01 Miġbur 2024 01 08 Kennedy A S Kennedy V 2014 Animals of the Serengeti and Ngorongoro Conservation Area Princeton New Jersey ISBN 978 1 4008 5138 6 Bird Checklist for Serengeti National Park www exoticbirding com Miġbur 2024 01 08 Medina N 2019 Where Is the Serengeti WhoHQ New York Penguin Random House ISBN 9781524792565 Scoon Roger 2018 Geology of National Parks of Central Southern Kenya and Northern Tanzania Geotourism of the Gregory Rift Valley Active Volcanism and Regional Plateaus Springer pp 69 79 ISBN 9783319737843 Global Volcanism Program Ol Doinyo Lengai Smithsonian Institution Global Volcanism Program bl Ingliz Miġbur 2024 01 08 Hawaiian Volcano Observatory volcanoes usgs gov Miġbur 2024 01 08 Kindt R Lilleso J P B van Breugel P Bingham M Sebsebe Demissew Dudley C Friis I Gachathi F Kalema J Mbago F Minani V Moshi H N Mulumba J Namaganda M Ndangalasi H J Ruffo C K Jamnadass R and Graudal L 2011 Potential natural vegetation of eastern Africa Volume 5 Description and tree species composition for other potential natural vegetation types Forest amp Landscape Working Paper 65 2011 Protected Planet Serengeti National Park Protected Planet Miġbur 2024 01 08 Geology of Serengeti National Park Tanzania serengeti com bl Ingliz Miġbur 2024 01 08 Seronera Airport SEU OurAirports ourairports com Miġbur 2024 01 08 Protected areas and land use IUCN www iucn org bl Ingliz Miġbur 2024 01 08 Serengeti Nationalpark Zoologische Gesellschaft Frankfurt bil Ġermaniz 2020 06 20 Miġbur 2024 01 08 A New Threat in the Serengeti to the World s Greatest Animal Migration TakePart web archive org 2021 01 27 Arkivjat mill oriġinal fl 2021 01 27 Miġbur 2024 01 08 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Conservation Grumeti Fund bl Ingliz Miġbur 2024 01 08

L-aħħar artikli
  • Lulju 17, 2025

    Katarina Vitale

  • Lulju 11, 2025

    Konso

  • Lulju 17, 2025

    Kok

  • Lulju 10, 2025

    Knisja Parrokkjali tat-Twelid tal-Verġni Marija, Mellieħa

  • Lulju 15, 2025

    Knisja Arċipretali San Gwann Battista

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq