Il Multilingwiżmu min naħa waħda jfisser il ħila ta persuna li titkellem aktar minn lingwa waħda Min naħa l oħra dan it
Bilingwiżmu

Il-Multilingwiżmu min-naħa waħda jfisser il-ħila ta' persuna li titkellem aktar minn lingwa waħda. Min-naħa l-oħra, dan it-terminu jfisser il-validità jew l-użu mifrux ta' għadd ta' lingwi f'soċjetà, stat jew reġun lingwistiku.
It-terminu
Il-multilingwiżmu jista' jfisser:
- Il-ħila ta' persuna li titkellem aktar minn lingwa waħda (multilingwiżmu).
- Il-validità jew l-użu mifrux ta' għadd ta' lingwi f'soċjetà, żona tal-lingwa jew pajjiż (poliglossija).
- L-użu ta' għadd ta' lingwi sabiex jagħmlu l-informazzjoni aċċessibbli għall-akbar numru possibbli ta' individwi ta' diversi lingwi, bħal fuq sinjali, tabelli, tikketti tal-prodotti, fil-manwali kif ukoll fuq is-siti tal-web jew programmi tal-kompjuter.
It-termini mhumiex dejjem distinti minn xulxin b'mod ċar fl-użu ta' kuljum, però f'dixxiplini xjentifiċi huma definiti preċiżament u bħala reċiprokament esklussivi. Persuna li taf titkellem b'diversi lingwi, tissejjaħ .
Tipi ta' akkwist
- Akkwist simultanju iseħħ meta, pereżempju, it-tfal jitgħallmu għad ta' lingwi b'mod naturali simultanjament.
- Akkwisti suċċessivi jfisser li l-lingwi differenti il-persuna titgħallimhom fi żminijiet differenti.
- Akkwist naturali jfisser li lingwa l-persuna titgħallimha mingħajr istruzzjoni formali.
- Akkwist ikkontrollat ifisser li l-persuna titgħallem il-lingwa permezz ta' lezzjonijiet apposta.
- Akkwist ibbilanċjat ifisser li l-għadd ta' lingwi huma kkontrollati bl-istess mod.
- Akkwist asimmetriku ifisser li lingwa tiddomina oħra.
Tipi ta' multilingwiżmu
Il-multilingwiżmu individwali
Il-multilingwiżmu individwali jirriferi għal meta persuna tuża diversi lingwi regolarment fil-ħajja ta' kuljum. Il-persuna tkun tista' taqleb minn lingwa għal oħra, jekk ikollha bżonn pereżempju biex titħaddet ma' ta' madwarha. Jiġifieri l-persuna tkun tista' tikkomunika b'għadd ta' lingwi fil-ħajja ta' kuljum, peress li tkun ħakmet kull lingwa perfettament. Il- multilingwiżmu ta' persuna tista' tirriżulta minn proċessi differenti ta' tagħlim u tiddependi minn ħafna fatturi esterni u interni, bħall-età, il-post, it-tip, u ċ-ċirkostanzi li fihom tinsab il-persuna, kif ukoll il-motivazzjoni tal-persuna li qiegħda titgħallem.
Kif il-persuna tikseb dawn il-lingwi jista' jvarja ħafna. Tista' titgħallem il-lingwi fl-istess ħin bħal meta ż-żewġ ġenituri jitkellmu lingwi differenti jew wara xulxin bħal meta t-tifel jew tifla jitgħallmu l-ewwel il-lingwa nattiva tagħhom u wara jitgħallmu lingwa oħra l-iskola. L-akkwist jista' jsir bla gwida pereżempju fil-kuntest ta' komunikazzjoni ta' kuljum jew jista' jkun ikkontrollat, pereżempju permezz ta' lezzjonijiet . Wieħed jista' wkoll jiddistingwi bejn multilingwiżmu simmetriku u asimmetriku. Fl-ewwel każ wieħed ikun tal-istess livell fil-lingwi li jitkellem waqt li fil-każ ta' asimmetrija wieħed ikollu ħakma ta' lingwa (jew xi lingi) iżjed minn tal-oħrajn.
Il-multilingwiżmu individwali għandha ħafna kawżi; pereżempju, l-għixien fiż-żoni tal-fruntiera tal-lingwi f'reġjuni lingwistikament imħallta, l-għixien flimkien u ż-żwieġ ma' sieħeb jew sieħba li titkellem lingwa barranija, aċċess għall-Edukazzjoni Għolja, sħubija f'reliġjon, eċċ (Yilmaz, 2004).
Multilingwiżmu territorjali
Il-multilingwiżmu territorjali jirriferi għall-preżenza simultanja ta' għadd ta' lingwi f'territorju wieħed.
Multilingwiżmu soċjetali
Il-Multilingwiżmu soċjetali jirreferi għal meta jkun hemm interpenetrazzjoni tal-komunitajiet tal-lingwa. F'dan il-każ individwi jagħmlu użu minn aktar minn lingwa waħda fil-ħajja ta' kuljum. Dan jiġri, pereżempju meta l-fruntieri tar-reġjuni lingwistiċi ma jkunux riġidi.
Multilingwiżmu istituzzjonali
Jkun hemm multilingwiżmu istituzzjonali meta istituzzjoni jkollha għadd ta' lingwi uffiċjali. Fl-Iżvizzera, pereżempju, is-servizzi pubbliċi nazzjonali u kantonali jiġu pprovduti f'għadd ta' lingwi differenti u t-tiketti fuq l-ikel huma miktuba bi tliet lingwi.
Diglossja
L-użu tal-lingwa hu mifrux fuq diversi oqsma, pereżempju wieħed jista' jitkellem fuq ix-xogħol b'mod differenti minn mal-familja u ħbieb, fuq ix-xogħol b'xi lingwa standard u d-dar b'djalett tal-istess lingwa. Din tissejjaħ diglossja. Dan it-terminu jintuża wkoll anki jekk iż-żewġ lingwi ma jkollomhomx l-istess bażi, bħal meta immigrant juża l-lingwa nattiva tiegħu spiss.
Kawżi
Hemm diversi kawżi għal multilingwiżmu. Fil-parti l-kbira dawn huma ta' natura politika u storika.
Il-kolonizzazzjoni
Waħda mill-kawżi l-iktar importanti hi l-espansjoni ta' pajjiż bil-kolonizzazzjoni. "F'konkwista territorjali il-pajjiż rebbieħ iġġib miegħu il-lingwa tiegħu fil-pajjiż mirbuħ u jdaħħalha hemm bil-forza." ( Roos, 2005, p.5). Dan pereżempju ġara fil-konkwisti kolonjali Brittaniċi u Franċiżi fl-Afrika. Għalkemm issa li-pajjiżi konkwisti m'għadhomx kolonji aktar, madankollu l-Ingliż u l-Franċiż huma stabbiliti u saru il-lingwi uffiċjali ta' dawk il-pajjiżi. "Għandu jingħad ukoll li l-qsim arbitrarju tal-Afrika mill-potenzi kolonjali kkontribwixxa għall-fatt li l-istati issa hemm fihom għadd ta' gruppi lingwistiċi peress li l-fruntieri statali ma jaqblux mal-konfini tribali fl-intern ta;-istat. Għalhekk, waqt li qabel l-invażjoni kolonjali, kull tribù kellu l-pajjiż u l-lingwa tiegħu, issa l-gruppi lingwistiċi differenti huma mifruxa mad-diversi t-territorji u dan joħloq multilingwiżmu mhux biss bil-kuntatt bejn l-Ingliż u l-Franċiż u l-lingwi indiġeni iżda wkoll bil-kuntatt bejn il-lingwi indiġeni stess." (Roos, 2005, p.5).
Il-migrazzjoni
Kawża oħra tal-multilingwiżmu hi l-migrazzjoni, nies li jemigraw lejn pajjiż fejn jingħaqdu ma' minoranza lingwistika. Sabiex jiġu integrati f'dan il-pajjiż, spiss jeħtieġ li l-immigranti jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż li tkun barranija għalihom.
Unifikazzjoni politika tat-territorju
It-tielet kawża tal-ħolqien tal-multilingwiżmu hi l-unifikazzjoni politika ta' territorju. Sikwit grupp etniku jistabillixi lingwa waħda bħala l-lingwa tal-istat biex isaħaħ l-unifikazzjoni tiegħu. Eżempju ta' din is-sitwazzjoni nistgħu narawh fiċ-Ċina. Hemmhekk il-Mandarin hu lingwa statali u universali, madankollu, fiċ-Ċina jeżistu ħafna lingwi oħra.
L-Ewropizzazzjoni u l-globalizzazzjoni
Barra minn dawn, l-Ewropizzazzjoni u l-globalizzazzjoni tal-politika u l-ekonomija għandha rwol importanti fl-iżvilupp tal-multilingwiżmu. Qiegħed jidher iżjed u iżjed li l-ħila li wieħed ikun jaf jitkellem b'għadd ta' lingwi, hi ħtieġa bażika fl-edukazzjoni vokazzjonali moderna. "L-abbiltà multilingwi min-naħa taċ-ċittadini tal-pajjiżi Ewropej hi meħtieġa mill-proċessi ta' integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea." (Albayrak, 2007, p.7). Dan għandu impatt kbir fuq l-iskejjel, li għandhom l-inkarigu li jħejju t-tfal għall-futur.
Fil-kuntest tal-globalizzazzjoni, il-multilingwiżmu u l-poliglossija qed isiru dejjem aktar kunċetti importanti biex nifhmu ħafna bidliet soċjali:
- Il-pressjoni tal-migrazzjoni globali tippromwovi d-diglossja u poliglossja.
- Għall-migranti li jgħixu f'żona ta' lingwa barranija, il-bilingwiżmu u l-multilingwiżmu huwa importanti għall-aħħar għalihom.
- Il-kompetenza bilingwi u multilingwi qed isir dejjem aktar meħtieġa għal ħafna impjiegi.
- Fin-negozju, fix-xjenza u fit-teknoloġija sikwit jinħolqu "kodiċi" u gergi ġodda minn elementi tal-Ingliż biż-żieda ta' elementi minn lingwi oħra. Dawk li jitkellmu bosta lingwi billi jkunu jafu l- "kodiċi" u l-"gergi" ta' netwerks globali jiksbu benefiċċji informattivi u ekonomiċi. Id-diversità tal-lingwi fis-soċjetajiet eteroġeni hija produttiva kemm ekonomikament kif ukoll mill-aspett kulturali. Għalhekk, il-multilingwiżmu huwa sinjal ta' normalità (ara l-pubblikazzjonijiet ta' SFB Multilingualism, Università ta' Amburgu).
- L-Unjoni Ewropea qed tippromwovi l-multilingwiżmu permezz ta' struttura strateġika ġdida taħt il-kompitu tad-Dipartiment tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni.
Il-qlib tal-kodiċi lingwistiku
B'reazzjoni għall-globalizzazzjoni jista' jagħmel sens li ninkuraġġixxu t-tagħlim ta' għadd ta' lingwi kmieni fit-tfulija u li ninvestigaw fenomeni speċifiċi bħall-qlib tal-kodiċi lingwistiku. Il-qlib tal-kodiċi hu "l-bidla bejn lingwi differenti minn kelliema bilingwi u/jew multilingwi skont il-ħtiġijiet tas-sitwazzjoni tal-komunikazzjoni" (Bußmann 1990 u Földes 2005, S. 210 ff. "Kode-Umschaltung"). Waqt li qabel dan il-fenomenu kien meqjus minn kulħadd bħala xi ħaġa ħażina, illum xi wħud iqisuh bħala l-ħila tal-kelliema multilingi li jadattaw għal diversi modi ta' kommunikazzjoni bil-kliem (Ara Chilla, Rothweilweiler u Babur).
Multilingwiżmu naturali u mill-iskola
Il-multilingwiżmu jista' jinkiseb b'żewġ modi differenti: B'mod mhux ikkontrollat (jew naturali) jew ikkontrollat (permezz tat-tagħlim formali).
- Il-multilingwiżmu mhux ikkontrollat jinkiseb mingħajr ma' wieħed jaħseb u impliċitament il-proċess iseħħ f'ambjent naturali. Il-lingwa l-ġdia tinkiseb permezz tal-kuntatti soċjali ta' kuljum pereżempju fil-logħob mal-ħbieb.
- Fil-multilingwiżmu kkontrollat, il-lingwa l-ġdida tiġi mgħallma konxjament u espliċitament, ut-tagħlim isir fi ħdan xi istituzzjoni bħal iskola (Ribeaud).
Madankollu id-distinzjoni bejn il-ksib ikkontrollat u mhux mhijiex dejjem ċara. Iż-żewġ għażliet huma spiss marbutin flimkien u dan jiddependi mill-pajjiż. Per eżempju, jekk il-klassijiet jinżammu f'pajjiż fejn jitkellmu bil-lingwa X dawk li qegħdin jitgħallmu l-lingwa X ħa jkollhom kuntatt f'ambjent naturali ma' min jitkellem il-lingwa X bħala lingwa nattiva. Il-ksib tal-lingwa jseħħ ukoll b'mod mhux ikkontrollat permezz tas-smigħ u t-taħdit. Dan japplika wkoll għat-tfal migranti. Per eżempju, dawn jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż ospitanti fl-iskola (b'mod ikkontrollat), u fit-taħlit ma' sħabhom (mod mhux ikkontrollat).
Ribeaud tispjega li l-ewwel ksib tal-lingwa hu bla kontroll. It-trabi sa meta jkollhom tliet snin jitgħallmu mill-ġenituri, ħuthom u l-familja, jixorbu l-lingwa qishom sponża. It-tfal jitgħallmu indirettament, bħal meta jisimgħu il-ġenituri jitkellmu mingħajr ma jkunu qegħdin jindirizzawhom.
Niddistingwu żewġ possibilitajiet fil-kisba naturali ta' għadd ta' lingwi. Jekk it-tfal jiksbu t-tieni lingwa fl-istess ħin mal-ewwel lingwa, din ngħidulha akkwist bilingwu tal-ewwel lingwi (sal-età ta' tliet snin). Min-naħa l-oħra t-tfal jistgħu jiksbu lingwa meta jkunu ikbar jew adulti (Riehl 2004).
Il-kisba ta' żewġ lingwi nattivi jew iżjed fl-istess ħin ġeneralment tiġri f'dawn l-ambjenti (Romaine 1995).
- Il-lingwa tal-familja tkun L) u l-lingwa ambjentali tkun L2 (kindergarten, dinja ta' barra);
- Il-familja tkun lingwistikament imħallta (il-missier jitkellem L1, l-omm titkellem L2), u fl-ambjent jitkellmu L1 jew L2;
- Il-familja tkun lingwistikament imħallta (il-missier jitkellem L1, l-omm titkellem L2), u fl-ambjent jitkellmu lingwa differenti L3.
Riehl jispjega l-prinċipju ta' "persuna waħda, lingwa waħda" fil-familji ta' lingwi mħallta. Hawn kull ġenitur ikellem it-tfal bil-lingwa nattiva tiegħu u hekk il-lingwa tkun marbuta ma' persuna speċifika. It-tfal jiddistingwu bejn il-lingwa tal-missier u l-lingwa tal-omm fil-bini tal-lessiku multilingwi. Dan isir diffiċli jekk wieħed mis-sħab ikun jaf lingwa waħda biss, u għalhekk jitħalla barra mill-konverżazzjoni mas-sieħeb l-ieħor. Meta jintuża dan il-prinċipju ta' "persuna waħda, lingwa waħda", it-tfal jitgħallmu kmieni ħafna jitkellmu b'lingwi differenti. Għat-tfal immigranti li fil-familja jitkellmu lingwa waħda u jitrabbew f'ambjent differenti, importanti ħafna li l-ġenituri jitkellmu l-lingwa tagħhom u ma jħalltux il-lingwi.
Fil-każ tal-akkwist mhux ikkontrollat (naturali) tat-tieni lingwa, it-tfal għandhom żewġ modi biex jitgħallmu l-lingwa ġdida. Min-naħa waħda t-tfal jistgħu jiksbu t-tieni lingwa meta jkunu żgħar fl-istess ħin mal-ewwel lingwa. Din isejħulha "kisba bilingwali tal-ewwel lingwi" (sal-età ta' tliet snin). Min-naħa l-oħra, il-lingwa tista' tinkiseb fi stadju aktar tard, minn tfal ikbar minn tliet snin. Però din il-possibbiltà tal-aħħar iġġib ċertu problemi magħha. Meta meta wieħed jitgħallem il-lingwa aktar tard il-ħakma l-aċċent tal-lingwa ma tantx hu possibbli. Għalhekk f'dan il-każ ngħidu li hemm "perjodu kritiku" għall-akkwist ta' għadd ta' lingwi (Riehl, 2004) .
Il-problema fundamentali
Għalkemm il-lingwa wieħed jista' jitgħallimha b'immersjoni f'soċjetà b'lingwa differenti, l-akkwist tal-lingwa f'dan il-każ normalment isir f'istituzzjonijiet pereżempju l-iskola. L-istess japplika bil-kontra għall-ewwel lingwa: it-tfal tal-immigranti, dawn l-iskola normalment jitgħallmu biss il-lingwa tal-pajjiż ospitanti bħala lingwa miktuba u l-lingwa nattiva spiss tibqa' biss "lingwa tad-dar". Din taffettwa l-għadd kbir ta' migranti fid-dinja. It-tfal jikbru f'pajjiż b'lingwa differenti u jkunu jafu jiktbu b'dik il-lingwa biss. Il-"multilingwiżmu ibbilanċjat" jinkiseb biss meta wieħed jitgħallem jikteb biż-żewġ lingwi, jiġifier jekk it-tfal imorru skola bilingwi jew b'dik li jsejħulha "edukazzjoni immerssiva" (Riehl, 2004). Fil-każ ta' "edukazzjoni immersiva", l-istudenti "jintefgħu f'banju lingwistku" li fih is-suġġetti l-oħra jiġu mgħallma b'lingwi differenti. Dawn il-programmi ta' immersjoni jistgħu jvarjaw ħafna. "(Riehl, 2004).
Il-vantaġġi tal-multilingwiżmu
It-teoristi jħarsu lejn il-multilingwiżmu minn żewġ perspettivi. Min-naħa tisat' tqisu bħala żvantaġġ għas-soċjetà, u min-naħa l-oħra jipprovdu numru ta' vantaġġi DAR. Hawn niċċaraw il-vantaġġi tal-multilingwiżmu.
Il-ħila komunikattiva
Vantaġġ ċar tal-multilingwiżmu hu ż-żieda fil-ħila tal-komunikazzjoni soċjali (Reimann, 2009). L-ewwelnett, dan jippromwovi skambju internazzjonali (Roth, 2006) billi nies b'lingwi nattivi differenti u minn pajjiżi differenti xorta jistgħu jifhmu 'l xulxin u jikkomunikaw f'ħafna sitwazzjonijiet. Il-faċiltà ta' komunikazzjoni tiżdied mhux biss 'il barra imma wkoll 'il ġewwa: F'kumpanija l-possibbiltà ta' ftehim tiġi promossa u peress li l-komunikazzjoni bejn il-maġġoranza u l-minoranza ssir possibbli, l-interazzjoni ssir ukoll possibbli u b'dan il-mod, l-integrazzjoni tal-minoranzi fil-parteċipazzjoni fil-kumpanija ssir iżjed faċli (Roth, 2006).
Il-lingwi bħala riżorsi lingwistiċi - il-vantaġġi konjittivi
Il-lingwi li wieħed jitkellem, jistgħu jaqduh b'ħafna modi bħala riżors lingwistiku. It-tfal u ż-żgħażagħ li jitrabbew b'għadd ta' lingwi, jidraw minn kmieni il-kuntrast bejn il-lingwi u hekk jistabbilixxu kuxjenza meta-lingwistika. Dan huwa ta' vantaġġ għalihom meta jiġu biex jitgħallmu lingwi ġodda u minnhom strutturi lingwistiċi ġodda (Roth, 2006).
Kif jispjega Riehl (2006), il-vantaġġ tal-multilingwiżmu fit-tagħlim ta' lingwi ġodda mhux qiegħed biss fit-tisfir tal-lingwa, iżda wkoll fl-għarfien metalingwistiku. In-nies multilingwi kif jitgħallmu xi lingwa ġdida mill-ewwel jistgħu jużaw strateġiji lingwistiċi differenti li jieħdu mill-multilingwiżmu tagħhom (bħall-parafrażi u l-code-switching), dawn jiffokaw b'aktar kunfidenza fuq it-testi u jistgħu jagħmlu tfittxija iżjed ristretta għal strutturi u kliem familjari. Jistgħu wkoll jiddeterminaw aħjar il-limiti tal-kliem u jifhmu aħjar ir-regoli grammatiċi, peress li hu aktar probabbli li jagħtu attenzjoni għal dawn l-aspetti min-nies monolingwi (Riehl, 2006).
Studji differenti fir-riċerka tal-moħħ (cf. Franceschini, 2001) juru b'mod ċar li l-multilingwiżmu bikri (mill-età ta' sitt snin) juri vantaġġi konsiderevoli fit-tagħlim ta' lingwi ġodda. Il-lingwi l-oħra jistgħu jiġu konnessi mal-oqsma tal-lingwi eżistenti u b'hekk it-tagħlim isir iżjed faċli (Riehl, 2006). Fi studji iżjed fil-fond fil-psikolinġwistika sabu li hemm konnessjoni distintiva bejn il-konsapevolezza metalingwistika u t-tagħlim tal-qari. Wieħed minn dawn l-istudji (ara Clyne, 2005) wera li t-tfal multilingwi fil-qari jkunu xi ftit xhur 'il quddiem mit-tfal monolingwi.
Aspett prammatiku tal-lingwa
Il-multilingwiżmu ġġib miegħu aktar aspetti prammatiċi lingwistiċi. Il-bilingwiżmu u l-multilingwiżmu jiftħu l-moħħ tal-individwu. Dan jirrigwarda parzjalment il-kapaċità li wieħed jifhem kulturi oħra, iżda wkoll l-opportunitajiet edukattivi oħra. Li wieħed ikun jaf jitkellem u jifhem għadd ta' lingwi, għandu ħafna vantaġġi fil-qasam edukattiv u professjonali (Roth, 2006).
Meta jfisser dan aspett prammatiku tal-lingwa Riehl (2006) jitkellem dwar il-"vista differenzjata tad-dinja" tan-nies l-multilinqwi għax dawn jistgħu iħarsu minn "għajnejn lingwi oħra" u hekk jistgħu ikollhom perspettivi oħra u jkunu iżjed flessibbli f'għemilhom.
Id-diffikultajiet tal-multilingwiżmu
Il-multilingwiżmu li jirriżulta mill-migrazzjoni huwa spiss meqjus bħala żvantaġġ, u fil-letteratura din l-opinjoni dwar id-diffikultajiet tal-multilingwiżmu nsibuha spiss. Stoelting (1980) isostni li l-multilingwiżmu mhuwiex fin-natura tal-bniedem. Aħna organiżmi monolingwi u kontra n-natura tagħna li nitgħallmu u nitkellmu b'aktar minn lingwi waħda (Ostendoerfer, 2009).
Ħela ta' żmien
Waħda mid-diffikultajiet tal-multilingwiżmu huwa l-mod li jwassal għalih. It-tieni jew it-tielet lingwa jiswewlu ħafna ħin lil min jitgħallimhom. Dan jirrappreżenta sforz kbir, li spiss iseħħ akkost ta' attivitajiet oħra u dan jiskuraġġixxi ħafna nies milli jitgħallmu lingwi oħra (Krieger, 2011). Skont il-kuntest li wieħed jagħżel biex jitgħallem, hemm ispejjeż differenti, bħal, fost oħrajn, korsijiet tal-lingwa u kotba biex jgħinu l-proċess tat-tagħlim.
Tnaqqis fl-affintà mal-lingwa
Meta inti titgħallem ilsna differenti u titkellimhom, skont Krieger (2011), jidher ċar li l-lingwi jinfluwenzaw lil xulxin. Dan iwassal biex tiddgħajjef l-affinità mal-lingwa, għaliex bniedem multilingwi qatt ma jista' jikkonċentra fuq lingwa waħda mingħajr ma jorjenta ruħu bl-istess mod meta jitkellem jew jikteb bil-lingwi l-oħra. Hemm fatturi oħra li jistgħu jiġu affettwati ħażin mill-multilingwiżmu pereżempju jista' jkun hemm inċertezza fl-espressjoni u ċertu faqar fil-vokabularju. Dan dovut għall-fatt li l-vokabularju u l-grammatika l-ħin kollu jinqalbu minn lingwa għall-oħra f'moħħ min jitkellimhom.
Koeżjoni dgħajfa fis-soċjetà
Skont Eichinger (1994) komunità tinżamm flimkien permezz ta', fost oħrajn, il-lingwa ta' kull parteċipant. Allura, fejn jitkellmu b'għadd ta' lingwi, il-komunità mhijiex qawwija daqs grupp ta' nies li jitkellmu b'lingwa waħda biss. F'dan il-każ, l-għaqda tkun aktar qawwija u l-poplu aktar konxju. Madankollu, dan l-aspett negattiv tal-multilingwiżmu irridu nibbalinċjawh mal-fattur pożittiv fl-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-membri ta' soċjetà permezz tal-multilingwiżmu li semmejna iżjed 'il fuq taħt "Il-vantaġġi tal-multilingwiżmu".
Il-multilingwiżmu bħala barriera lingwistika
Għal darb'oħra, b'kuntrast mal-vantaġġi tal-multilingwiżmu li ddiskutejna hawn fuq, skont Roth (2006) u Eichinger (1994) il-multilingwiżmu jista' jkun barriera lingwistika għal xi nies. Billi bniedem multilingwi qatt ma jista' jitkellmu bil-lingwi b'ċertezza fissa (għaliex il-lingwi kollha jinfluwenzaw lil xulxin), dan jista' jwassal għall-fatt li ħadd ma jista' jikkomunika b'mod effettiv ma' ħadd ieħor f'soċjetà multilingwi. Rigward il-familji migranti, din iżżommhom lura mill-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà.
Biblijografija
- Yilmaz, A. (2004). Mehrsprachigkeit in der Schweiz. Gewinn oder Nachteil? http://www.sncweb.ch/migration/themen/mehrsprachigkeit.pdf
- Roos, P. (2005). Kriterien zur Beschreibung von Mehrsprachigkeit unter besonderer Berücksichtigung des subsaharischen frankophonen Afrika und Niger. Grin Verlag: Norderstedt Germany. ISBN 978-3-638-67687-8
- Albayrak, B. (2007). Mehrsprachigkeit – Definitionen, Typen und wissenschaftliche Fragestellungen. Grin Verlag: Norderstedt Germany. ISBN 978-3-640-19018-8
- Hadumod Bußmann: Lexikon der Sprachwissenschaft. 4. Auflage, Verlag Kröner, Stuttgart, 2008; ISBN 3-5204-5204-9
- Csaba Földes: Kontaktdeutsch. Zur Theorie eines Varietätentyps unter transkulturellen Bedingungen von Mehrsprachigkeit. Tübingen: Verlag Gunter Narr 2005; ISBN 3-8233-6160-0 (Inhaltsverzeichnis und Volltext; PDF; 2,8 MB)
- Riehl, C. (2004). Sprachkontaktforschung .Eine Einführung. Narr, Tübingen.ISBN 3-8233-6013-2
- Reimann, I. (2009). Interkulturelle Mehrsprachigkeit. Norderstedt: Grin Verlag.
- Roth, H. (2006). Mehrsprachigkeit als Ressource und als Bildungsziel. In L. Reiberg (Hg.) Mehrsprachigkeit macht Schule, (pp. 11-14). Duisburg: Gilles & Francke Verlag.
- Riehl, C. (2006). Artikel Die Bedeutung von Mehrsprachigkeit aus dem Kompetenzzentrum Sprachförderung - newsletter Januar 2006 (Köln)
- Riehl, C. (2006). Aspekte der Mehrsprachigkeit: Formen, Vorteile, Bedeutung. In L. Reiberg (Hg.) Mehrsprachigkeit macht Schule, (pp. 15-23). Duisburg: Gilles & Francke Verlag.
- Ostendoerfer, L. (2009). Die Vor- und Nachteile der frühen Zweisprachigkeit. Norderstedt: Grin Verlag.
- Eichinger, L. (1994). Sprachliche Kosten-Nutzen-Rechnung und die Stabilität mehrsprachiger Gemeinschaften. In U. Helfrich & C. Riehl (Hg.) Mehrsprachigkeit in Europa – Hindernis oder Chance? (pp. 31-54). Wilhelmsfeld: Egert Verlag.
- Romaine, S. (1995). Bilingualism (it-tieni edizzjoni). MPG Books Ltd. Bodmin. Cornwall, ISBN 0-631-19539-4
- Krieger, S. (2011). Sprachliche Vielfalt – Vorteile und Nachteile der Mehrsprachigkeit. Norderstedt: Grin Verlag.
Ħoloq esterni
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Bilingwiżmu, X'inhi Bilingwiżmu? Xi tfisser Bilingwiżmu?
Il Multilingwizmu min naħa waħda jfisser il ħila ta persuna li titkellem aktar minn lingwa waħda Min naħa l oħra dan it terminu jfisser il validita jew l uzu mifrux ta għadd ta lingwi f soċjeta stat jew reġun lingwistiku Tabella ta skola trilingwa f bil Ladin Ġermaniz u t TaljanIt terminuIl multilingwizmu jista jfisser Il ħila ta persuna li titkellem aktar minn lingwa waħda multilingwizmu Il validita jew l uzu mifrux ta għadd ta lingwi f soċjeta zona tal lingwa jew pajjiz poliglossija L uzu ta għadd ta lingwi sabiex jagħmlu l informazzjoni aċċessibbli għall akbar numru possibbli ta individwi ta diversi lingwi bħal fuq sinjali tabelli tikketti tal prodotti fil manwali kif ukoll fuq is siti tal web jew programmi tal kompjuter It termini mhumiex dejjem distinti minn xulxin b mod ċar fl uzu ta kuljum pero f dixxiplini xjentifiċi huma definiti preċizament u bħala reċiprokament esklussivi Persuna li taf titkellem b diversi lingwi tissejjaħ Tipi ta akkwistAkkwist simultanju iseħħ meta perezempju it tfal jitgħallmu għad ta lingwi b mod naturali simultanjament Akkwisti suċċessivi jfisser li l lingwi differenti il persuna titgħallimhom fi zminijiet differenti Akkwist naturali jfisser li lingwa l persuna titgħallimha mingħajr istruzzjoni formali Akkwist ikkontrollat ifisser li l persuna titgħallem il lingwa permezz ta lezzjonijiet apposta Akkwist ibbilanċjat ifisser li l għadd ta lingwi huma kkontrollati bl istess mod Akkwist asimmetriku ifisser li lingwa tiddomina oħra Tipi ta multilingwizmuIl multilingwizmu individwali source source source source source source source track track track track track track track track track track track track track track track 152 5000 Canlyniadau cyfieithu Filmat qasir minn Wales li juri kif il bilingwizmu jagħti spinta lill gradi tal istudenti fl iskejjel Sottotitli bil Malti Il multilingwizmu individwali jirriferi għal meta persuna tuza diversi lingwi regolarment fil ħajja ta kuljum Il persuna tkun tista taqleb minn lingwa għal oħra jekk ikollha bzonn perezempju biex titħaddet ma ta madwarha Jiġifieri l persuna tkun tista tikkomunika b għadd ta lingwi fil ħajja ta kuljum peress li tkun ħakmet kull lingwa perfettament Il multilingwizmu ta persuna tista tirrizulta minn proċessi differenti ta tagħlim u tiddependi minn ħafna fatturi esterni u interni bħall eta il post it tip u ċ ċirkostanzi li fihom tinsab il persuna kif ukoll il motivazzjoni tal persuna li qiegħda titgħallem Kif il persuna tikseb dawn il lingwi jista jvarja ħafna Tista titgħallem il lingwi fl istess ħin bħal meta z zewġ ġenituri jitkellmu lingwi differenti jew wara xulxin bħal meta t tifel jew tifla jitgħallmu l ewwel il lingwa nattiva tagħhom u wara jitgħallmu lingwa oħra l iskola L akkwist jista jsir bla gwida perezempju fil kuntest ta komunikazzjoni ta kuljum jew jista jkun ikkontrollat perezempju permezz ta lezzjonijiet Wieħed jista wkoll jiddistingwi bejn multilingwizmu simmetriku u asimmetriku Fl ewwel kaz wieħed ikun tal istess livell fil lingwi li jitkellem waqt li fil kaz ta asimmetrija wieħed ikollu ħakma ta lingwa jew xi lingi izjed minn tal oħrajn Il multilingwizmu individwali għandha ħafna kawzi perezempju l għixien fiz zoni tal fruntiera tal lingwi f reġjuni lingwistikament imħallta l għixien flimkien u z zwieġ ma sieħeb jew sieħba li titkellem lingwa barranija aċċess għall Edukazzjoni Għolja sħubija f reliġjon eċċ Yilmaz 2004 Multilingwizmu territorjali Il multilingwizmu territorjali jirriferi għall prezenza simultanja ta għadd ta lingwi f territorju wieħed Multilingwizmu soċjetali Il Multilingwizmu soċjetali jirreferi għal meta jkun hemm interpenetrazzjoni tal komunitajiet tal lingwa F dan il kaz individwi jagħmlu uzu minn aktar minn lingwa waħda fil ħajja ta kuljum Dan jiġri perezempju meta l fruntieri tar reġjuni lingwistiċi ma jkunux riġidi Multilingwizmu istituzzjonali Jkun hemm multilingwizmu istituzzjonali meta istituzzjoni jkollha għadd ta lingwi uffiċjali Fl Izvizzera perezempju is servizzi pubbliċi nazzjonali u kantonali jiġu pprovduti f għadd ta lingwi differenti u t tiketti fuq l ikel huma miktuba bi tliet lingwi Diglossja L uzu tal lingwa hu mifrux fuq diversi oqsma perezempju wieħed jista jitkellem fuq ix xogħol b mod differenti minn mal familja u ħbieb fuq ix xogħol b xi lingwa standard u d dar b djalett tal istess lingwa Din tissejjaħ diglossja Dan it terminu jintuza wkoll anki jekk iz zewġ lingwi ma jkollomhomx l istess bazi bħal meta immigrant juza l lingwa nattiva tiegħu spiss KawziHemm diversi kawzi għal multilingwizmu Fil parti l kbira dawn huma ta natura politika u storika Il kolonizzazzjoni Waħda mill kawzi l iktar importanti hi l espansjoni ta pajjiz bil kolonizzazzjoni F konkwista territorjali il pajjiz rebbieħ iġġib miegħu il lingwa tiegħu fil pajjiz mirbuħ u jdaħħalha hemm bil forza Roos 2005 p 5 Dan perezempju ġara fil konkwisti kolonjali Brittaniċi u Franċizi fl Afrika Għalkemm issa li pajjizi konkwisti m għadhomx kolonji aktar madankollu l Ingliz u l Franċiz huma stabbiliti u saru il lingwi uffiċjali ta dawk il pajjizi Għandu jingħad ukoll li l qsim arbitrarju tal Afrika mill potenzi kolonjali kkontribwixxa għall fatt li l istati issa hemm fihom għadd ta gruppi lingwistiċi peress li l fruntieri statali ma jaqblux mal konfini tribali fl intern ta istat Għalhekk waqt li qabel l invazjoni kolonjali kull tribu kellu l pajjiz u l lingwa tiegħu issa l gruppi lingwistiċi differenti huma mifruxa mad diversi t territorji u dan joħloq multilingwizmu mhux biss bil kuntatt bejn l Ingliz u l Franċiz u l lingwi indiġeni izda wkoll bil kuntatt bejn il lingwi indiġeni stess Roos 2005 p 5 Il migrazzjoni Kawza oħra tal multilingwizmu hi l migrazzjoni nies li jemigraw lejn pajjiz fejn jingħaqdu ma minoranza lingwistika Sabiex jiġu integrati f dan il pajjiz spiss jeħtieġ li l immigranti jitgħallmu l lingwa tal pajjiz li tkun barranija għalihom Unifikazzjoni politika tat territorju It tielet kawza tal ħolqien tal multilingwizmu hi l unifikazzjoni politika ta territorju Sikwit grupp etniku jistabillixi lingwa waħda bħala l lingwa tal istat biex isaħaħ l unifikazzjoni tiegħu Ezempju ta din is sitwazzjoni nistgħu narawh fiċ Ċina Hemmhekk il Mandarin hu lingwa statali u universali madankollu fiċ Ċina jezistu ħafna lingwi oħra L Ewropizzazzjoni u l globalizzazzjoni Barra minn dawn l Ewropizzazzjoni u l globalizzazzjoni tal politika u l ekonomija għandha rwol importanti fl izvilupp tal multilingwizmu Qiegħed jidher izjed u izjed li l ħila li wieħed ikun jaf jitkellem b għadd ta lingwi hi ħtieġa bazika fl edukazzjoni vokazzjonali moderna L abbilta multilingwi min naħa taċ ċittadini tal pajjizi Ewropej hi meħtieġa mill proċessi ta integrazzjoni fl Unjoni Ewropea Albayrak 2007 p 7 Dan għandu impatt kbir fuq l iskejjel li għandhom l inkarigu li jħejju t tfal għall futur Fil kuntest tal globalizzazzjoni il multilingwizmu u l poliglossija qed isiru dejjem aktar kunċetti importanti biex nifhmu ħafna bidliet soċjali Il pressjoni tal migrazzjoni globali tippromwovi d diglossja u poliglossja Għall migranti li jgħixu f zona ta lingwa barranija il bilingwizmu u l multilingwizmu huwa importanti għall aħħar għalihom Il kompetenza bilingwi u multilingwi qed isir dejjem aktar meħtieġa għal ħafna impjiegi Fin negozju fix xjenza u fit teknoloġija sikwit jinħolqu kodiċi u gergi ġodda minn elementi tal Ingliz biz zieda ta elementi minn lingwi oħra Dawk li jitkellmu bosta lingwi billi jkunu jafu l kodiċi u l gergi ta netwerks globali jiksbu benefiċċji informattivi u ekonomiċi Id diversita tal lingwi fis soċjetajiet eteroġeni hija produttiva kemm ekonomikament kif ukoll mill aspett kulturali Għalhekk il multilingwizmu huwa sinjal ta normalita ara l pubblikazzjonijiet ta SFB Multilingualism Universita ta Amburgu L Unjoni Ewropea qed tippromwovi l multilingwizmu permezz ta struttura strateġika ġdida taħt il kompitu tad Dipartiment tal Kummissarju għall Edukazzjoni Il qlib tal kodiċi lingwistikuB reazzjoni għall globalizzazzjoni jista jagħmel sens li ninkuraġġixxu t tagħlim ta għadd ta lingwi kmieni fit tfulija u li ninvestigaw fenomeni speċifiċi bħall qlib tal kodiċi lingwistiku Il qlib tal kodiċi hu l bidla bejn lingwi differenti minn kelliema bilingwi u jew multilingwi skont il ħtiġijiet tas sitwazzjoni tal komunikazzjoni Bussmann 1990 u Foldes 2005 S 210 ff Kode Umschaltung Waqt li qabel dan il fenomenu kien meqjus minn kulħadd bħala xi ħaġa ħazina illum xi wħud iqisuh bħala l ħila tal kelliema multilingi li jadattaw għal diversi modi ta kommunikazzjoni bil kliem Ara Chilla Rothweilweiler u Babur Multilingwizmu naturali u mill iskolaIl multilingwizmu jista jinkiseb b zewġ modi differenti B mod mhux ikkontrollat jew naturali jew ikkontrollat permezz tat tagħlim formali Il multilingwizmu mhux ikkontrollat jinkiseb mingħajr ma wieħed jaħseb u impliċitament il proċess iseħħ f ambjent naturali Il lingwa l ġdia tinkiseb permezz tal kuntatti soċjali ta kuljum perezempju fil logħob mal ħbieb Fil multilingwizmu kkontrollat il lingwa l ġdida tiġi mgħallma konxjament u espliċitament ut tagħlim isir fi ħdan xi istituzzjoni bħal iskola Ribeaud Madankollu id distinzjoni bejn il ksib ikkontrollat u mhux mhijiex dejjem ċara Iz zewġ għazliet huma spiss marbutin flimkien u dan jiddependi mill pajjiz Per ezempju jekk il klassijiet jinzammu f pajjiz fejn jitkellmu bil lingwa X dawk li qegħdin jitgħallmu l lingwa X ħa jkollhom kuntatt f ambjent naturali ma min jitkellem il lingwa X bħala lingwa nattiva Il ksib tal lingwa jseħħ ukoll b mod mhux ikkontrollat permezz tas smigħ u t taħdit Dan japplika wkoll għat tfal migranti Per ezempju dawn jitgħallmu l lingwa tal pajjiz ospitanti fl iskola b mod ikkontrollat u fit taħlit ma sħabhom mod mhux ikkontrollat Ribeaud tispjega li l ewwel ksib tal lingwa hu bla kontroll It trabi sa meta jkollhom tliet snin jitgħallmu mill ġenituri ħuthom u l familja jixorbu l lingwa qishom sponza It tfal jitgħallmu indirettament bħal meta jisimgħu il ġenituri jitkellmu mingħajr ma jkunu qegħdin jindirizzawhom Niddistingwu zewġ possibilitajiet fil kisba naturali ta għadd ta lingwi Jekk it tfal jiksbu t tieni lingwa fl istess ħin mal ewwel lingwa din ngħidulha akkwist bilingwu tal ewwel lingwi sal eta ta tliet snin Min naħa l oħra t tfal jistgħu jiksbu lingwa meta jkunu ikbar jew adulti Riehl 2004 Il kisba ta zewġ lingwi nattivi jew izjed fl istess ħin ġeneralment tiġri f dawn l ambjenti Romaine 1995 Il lingwa tal familja tkun L u l lingwa ambjentali tkun L2 kindergarten dinja ta barra Il familja tkun lingwistikament imħallta il missier jitkellem L1 l omm titkellem L2 u fl ambjent jitkellmu L1 jew L2 Il familja tkun lingwistikament imħallta il missier jitkellem L1 l omm titkellem L2 u fl ambjent jitkellmu lingwa differenti L3 Riehl jispjega l prinċipju ta persuna waħda lingwa waħda fil familji ta lingwi mħallta Hawn kull ġenitur ikellem it tfal bil lingwa nattiva tiegħu u hekk il lingwa tkun marbuta ma persuna speċifika It tfal jiddistingwu bejn il lingwa tal missier u l lingwa tal omm fil bini tal lessiku multilingwi Dan isir diffiċli jekk wieħed mis sħab ikun jaf lingwa waħda biss u għalhekk jitħalla barra mill konverzazzjoni mas sieħeb l ieħor Meta jintuza dan il prinċipju ta persuna waħda lingwa waħda it tfal jitgħallmu kmieni ħafna jitkellmu b lingwi differenti Għat tfal immigranti li fil familja jitkellmu lingwa waħda u jitrabbew f ambjent differenti importanti ħafna li l ġenituri jitkellmu l lingwa tagħhom u ma jħalltux il lingwi Fil kaz tal akkwist mhux ikkontrollat naturali tat tieni lingwa it tfal għandhom zewġ modi biex jitgħallmu l lingwa ġdida Min naħa waħda t tfal jistgħu jiksbu t tieni lingwa meta jkunu zgħar fl istess ħin mal ewwel lingwa Din isejħulha kisba bilingwali tal ewwel lingwi sal eta ta tliet snin Min naħa l oħra il lingwa tista tinkiseb fi stadju aktar tard minn tfal ikbar minn tliet snin Pero din il possibbilta tal aħħar iġġib ċertu problemi magħha Meta meta wieħed jitgħallem il lingwa aktar tard il ħakma l aċċent tal lingwa ma tantx hu possibbli Għalhekk f dan il kaz ngħidu li hemm perjodu kritiku għall akkwist ta għadd ta lingwi Riehl 2004 Il problema fundamentaliGħalkemm il lingwa wieħed jista jitgħallimha b immersjoni f soċjeta b lingwa differenti l akkwist tal lingwa f dan il kaz normalment isir f istituzzjonijiet perezempju l iskola L istess japplika bil kontra għall ewwel lingwa it tfal tal immigranti dawn l iskola normalment jitgħallmu biss il lingwa tal pajjiz ospitanti bħala lingwa miktuba u l lingwa nattiva spiss tibqa biss lingwa tad dar Din taffettwa l għadd kbir ta migranti fid dinja It tfal jikbru f pajjiz b lingwa differenti u jkunu jafu jiktbu b dik il lingwa biss Il multilingwizmu ibbilanċjat jinkiseb biss meta wieħed jitgħallem jikteb biz zewġ lingwi jiġifier jekk it tfal imorru skola bilingwi jew b dik li jsejħulha edukazzjoni immerssiva Riehl 2004 Fil kaz ta edukazzjoni immersiva l istudenti jintefgħu f banju lingwistku li fih is suġġetti l oħra jiġu mgħallma b lingwi differenti Dawn il programmi ta immersjoni jistgħu jvarjaw ħafna Riehl 2004 Il vantaġġi tal multilingwizmuIt teoristi jħarsu lejn il multilingwizmu minn zewġ perspettivi Min naħa tisat tqisu bħala zvantaġġ għas soċjeta u min naħa l oħra jipprovdu numru ta vantaġġi DAR Hawn niċċaraw il vantaġġi tal multilingwizmu Il ħila komunikattiva Vantaġġ ċar tal multilingwizmu hu z zieda fil ħila tal komunikazzjoni soċjali Reimann 2009 L ewwelnett dan jippromwovi skambju internazzjonali Roth 2006 billi nies b lingwi nattivi differenti u minn pajjizi differenti xorta jistgħu jifhmu l xulxin u jikkomunikaw f ħafna sitwazzjonijiet Il faċilta ta komunikazzjoni tizdied mhux biss il barra imma wkoll il ġewwa F kumpanija l possibbilta ta ftehim tiġi promossa u peress li l komunikazzjoni bejn il maġġoranza u l minoranza ssir possibbli l interazzjoni ssir ukoll possibbli u b dan il mod l integrazzjoni tal minoranzi fil parteċipazzjoni fil kumpanija ssir izjed faċli Roth 2006 Il lingwi bħala rizorsi lingwistiċi il vantaġġi konjittivi Il lingwi li wieħed jitkellem jistgħu jaqduh b ħafna modi bħala rizors lingwistiku It tfal u z zgħazagħ li jitrabbew b għadd ta lingwi jidraw minn kmieni il kuntrast bejn il lingwi u hekk jistabbilixxu kuxjenza meta lingwistika Dan huwa ta vantaġġ għalihom meta jiġu biex jitgħallmu lingwi ġodda u minnhom strutturi lingwistiċi ġodda Roth 2006 Kif jispjega Riehl 2006 il vantaġġ tal multilingwizmu fit tagħlim ta lingwi ġodda mhux qiegħed biss fit tisfir tal lingwa izda wkoll fl għarfien metalingwistiku In nies multilingwi kif jitgħallmu xi lingwa ġdida mill ewwel jistgħu juzaw strateġiji lingwistiċi differenti li jieħdu mill multilingwizmu tagħhom bħall parafrazi u l code switching dawn jiffokaw b aktar kunfidenza fuq it testi u jistgħu jagħmlu tfittxija izjed ristretta għal strutturi u kliem familjari Jistgħu wkoll jiddeterminaw aħjar il limiti tal kliem u jifhmu aħjar ir regoli grammatiċi peress li hu aktar probabbli li jagħtu attenzjoni għal dawn l aspetti min nies monolingwi Riehl 2006 Studji differenti fir riċerka tal moħħ cf Franceschini 2001 juru b mod ċar li l multilingwizmu bikri mill eta ta sitt snin juri vantaġġi konsiderevoli fit tagħlim ta lingwi ġodda Il lingwi l oħra jistgħu jiġu konnessi mal oqsma tal lingwi ezistenti u b hekk it tagħlim isir izjed faċli Riehl 2006 Fi studji izjed fil fond fil psikolinġwistika sabu li hemm konnessjoni distintiva bejn il konsapevolezza metalingwistika u t tagħlim tal qari Wieħed minn dawn l istudji ara Clyne 2005 wera li t tfal multilingwi fil qari jkunu xi ftit xhur il quddiem mit tfal monolingwi Aspett prammatiku tal lingwa Il multilingwizmu ġġib miegħu aktar aspetti prammatiċi lingwistiċi Il bilingwizmu u l multilingwizmu jiftħu l moħħ tal individwu Dan jirrigwarda parzjalment il kapaċita li wieħed jifhem kulturi oħra izda wkoll l opportunitajiet edukattivi oħra Li wieħed ikun jaf jitkellem u jifhem għadd ta lingwi għandu ħafna vantaġġi fil qasam edukattiv u professjonali Roth 2006 Meta jfisser dan aspett prammatiku tal lingwa Riehl 2006 jitkellem dwar il vista differenzjata tad dinja tan nies l multilinqwi għax dawn jistgħu iħarsu minn għajnejn lingwi oħra u hekk jistgħu ikollhom perspettivi oħra u jkunu izjed flessibbli f għemilhom Id diffikultajiet tal multilingwizmuIl multilingwizmu li jirrizulta mill migrazzjoni huwa spiss meqjus bħala zvantaġġ u fil letteratura din l opinjoni dwar id diffikultajiet tal multilingwizmu nsibuha spiss Stoelting 1980 isostni li l multilingwizmu mhuwiex fin natura tal bniedem Aħna organizmi monolingwi u kontra n natura tagħna li nitgħallmu u nitkellmu b aktar minn lingwi waħda Ostendoerfer 2009 Ħela ta zmien Waħda mid diffikultajiet tal multilingwizmu huwa l mod li jwassal għalih It tieni jew it tielet lingwa jiswewlu ħafna ħin lil min jitgħallimhom Dan jirrapprezenta sforz kbir li spiss iseħħ akkost ta attivitajiet oħra u dan jiskuraġġixxi ħafna nies milli jitgħallmu lingwi oħra Krieger 2011 Skont il kuntest li wieħed jagħzel biex jitgħallem hemm ispejjez differenti bħal fost oħrajn korsijiet tal lingwa u kotba biex jgħinu l proċess tat tagħlim Tnaqqis fl affinta mal lingwa Meta inti titgħallem ilsna differenti u titkellimhom skont Krieger 2011 jidher ċar li l lingwi jinfluwenzaw lil xulxin Dan iwassal biex tiddgħajjef l affinita mal lingwa għaliex bniedem multilingwi qatt ma jista jikkonċentra fuq lingwa waħda mingħajr ma jorjenta ruħu bl istess mod meta jitkellem jew jikteb bil lingwi l oħra Hemm fatturi oħra li jistgħu jiġu affettwati ħazin mill multilingwizmu perezempju jista jkun hemm inċertezza fl espressjoni u ċertu faqar fil vokabularju Dan dovut għall fatt li l vokabularju u l grammatika l ħin kollu jinqalbu minn lingwa għall oħra f moħħ min jitkellimhom Koezjoni dgħajfa fis soċjeta Skont Eichinger 1994 komunita tinzamm flimkien permezz ta fost oħrajn il lingwa ta kull parteċipant Allura fejn jitkellmu b għadd ta lingwi il komunita mhijiex qawwija daqs grupp ta nies li jitkellmu b lingwa waħda biss F dan il kaz l għaqda tkun aktar qawwija u l poplu aktar konxju Madankollu dan l aspett negattiv tal multilingwizmu irridu nibbalinċjawh mal fattur pozittiv fl integrazzjoni u l parteċipazzjoni tal membri ta soċjeta permezz tal multilingwizmu li semmejna izjed il fuq taħt Il vantaġġi tal multilingwizmu Il multilingwizmu bħala barriera lingwistika Għal darb oħra b kuntrast mal vantaġġi tal multilingwizmu li ddiskutejna hawn fuq skont Roth 2006 u Eichinger 1994 il multilingwizmu jista jkun barriera lingwistika għal xi nies Billi bniedem multilingwi qatt ma jista jitkellmu bil lingwi b ċertezza fissa għaliex il lingwi kollha jinfluwenzaw lil xulxin dan jista jwassal għall fatt li ħadd ma jista jikkomunika b mod effettiv ma ħadd ieħor f soċjeta multilingwi Rigward il familji migranti din izzommhom lura mill integrazzjoni u l parteċipazzjoni fis soċjeta BiblijografijaYilmaz A 2004 Mehrsprachigkeit in der Schweiz Gewinn oder Nachteil http www sncweb ch migration themen mehrsprachigkeit pdf Roos P 2005 Kriterien zur Beschreibung von Mehrsprachigkeit unter besonderer Berucksichtigung des subsaharischen frankophonen Afrika und Niger Grin Verlag Norderstedt Germany ISBN 978 3 638 67687 8 Albayrak B 2007 Mehrsprachigkeit Definitionen Typen und wissenschaftliche Fragestellungen Grin Verlag Norderstedt Germany ISBN 978 3 640 19018 8 Hadumod Bussmann Lexikon der Sprachwissenschaft 4 Auflage Verlag Kroner Stuttgart 2008 ISBN 3 5204 5204 9 Csaba Foldes Kontaktdeutsch Zur Theorie eines Varietatentyps unter transkulturellen Bedingungen von Mehrsprachigkeit Tubingen Verlag Gunter Narr 2005 ISBN 3 8233 6160 0 Inhaltsverzeichnis und Volltext PDF 2 8 MB Riehl C 2004 Sprachkontaktforschung Eine Einfuhrung Narr Tubingen ISBN 3 8233 6013 2 Reimann I 2009 Interkulturelle Mehrsprachigkeit Norderstedt Grin Verlag Roth H 2006 Mehrsprachigkeit als Ressource und als Bildungsziel In L Reiberg Hg Mehrsprachigkeit macht Schule pp 11 14 Duisburg Gilles amp Francke Verlag Riehl C 2006 Artikel Die Bedeutung von Mehrsprachigkeit aus dem Kompetenzzentrum Sprachforderung newsletter Januar 2006 Koln Riehl C 2006 Aspekte der Mehrsprachigkeit Formen Vorteile Bedeutung In L Reiberg Hg Mehrsprachigkeit macht Schule pp 15 23 Duisburg Gilles amp Francke Verlag Ostendoerfer L 2009 Die Vor und Nachteile der fruhen Zweisprachigkeit Norderstedt Grin Verlag Eichinger L 1994 Sprachliche Kosten Nutzen Rechnung und die Stabilitat mehrsprachiger Gemeinschaften In U Helfrich amp C Riehl Hg Mehrsprachigkeit in Europa Hindernis oder Chance pp 31 54 Wilhelmsfeld Egert Verlag Romaine S 1995 Bilingualism it tieni edizzjoni MPG Books Ltd Bodmin Cornwall ISBN 0 631 19539 4 Krieger S 2011 Sprachliche Vielfalt Vorteile und Nachteile der Mehrsprachigkeit Norderstedt Grin Verlag Ħoloq esternihttp www kunsilltalmalti gov mt filebank documents Ktibiet bilingwizmu pdf