Iż Żona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro pronunzja ə ŋˌɡɔːrəŋˈɡɔːroʊ hija żona protetta u Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fi
Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro

Iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro (pronunzja: /(ə)ŋˌɡɔːrəŋˈɡɔːroʊ/) hija żona protetta u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fid-Distrett ta' Ngorongoro, 180 kilometru (110 mili) fil-Punent tal-Belt ta' Arusha fir-Reġjun ta' Arusha, fi ħdan iż-żona ġeoloġika tal-Artijiet Għoljin tal-Krater tat-Tramuntana tat-Tanzanija. Iż-żona ngħatat isem il-Krater ta' Ngorongoro, caldera vulkanika kbira fiż-żona. L-Awtorità taż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro, fergħa tal-gvern tat-Tanzanija, tamministra ż-żona ta' konservazzjoni u l-konfini tagħha tul il-konfini tad-Distrett ta' Ngorongoro fir-Reġjun ta' Arusha. Il-parti tal-Punent tal-park tmiss mal-Park Nazzjonali ta' Serengeti, u l-medda taż-żewġ parks flimkien mar- tal-Kenja jospitaw il-, migrazzjoni enormi annwali ta' miljuni ta' nju, żebri, gazzelli u annimali oħra. Iż-żona ta' konservazzjoni fiha wkoll il-, wieħed mill-iżjed siti paleoantropoloġiċi importanti fid-dinja.
L-Att tal-2009 dwar il-Konservazzjoni tal-Organiżmi Selvaġġ ta' Ngorongoro stabbilixxa restrizzjonijiet ġodda fuq l-insedjament uman u l-biedja ta' sussistenza fil-Krater ta' Ngorongoro, u b'hekk ir-rgħajja Maasai, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu ġew rilokati lejn Ngorongoro mill-artijiet tal-antenati tagħhom lejn it-Tramuntana meta l-gvern kolonjali Brittaniku stabbilixxa l-Park Nazzjonali ta' Serengeti fl-1959.
Storja u ġeografija
Isem il-krater għandu oriġini onomatopejka; ingħata mir-rgħajja Maasai b'xebħ mal-ħoss prodott mill-qniepen ta' m'għonq il-baqar (ngoro ngoro). Abbażi tal-evidenza tal-fossili li nstabu fil-Fondoq ta' Olduvai, diversi speċijiet ta' ominidi okkupaw l-inħawi għal 3 miljun sena.
Il-kaċċaturi-ġemmiegħa ġew sostitwiti mir-rgħajja ftit eluf ta' snin ilu. Il-poplu Mbulu stabbilixxa ruħu fl-inħawi madwar 2,000 sena ilu u magħhom ingħaqad il-poplu Datooga għall-ħabta tal-1700. Iż-żewġ gruppi tkeċċew miż-żona mill-poplu Maasai fil-bidu tas-seklu 19.
Mhu magħruf l-ebda Ewropew li rifes fil- qabel l-1892, meta żaru . Żewġ aħwa Ġermaniżi ( u ) ħadmu l-art għall-għelejjel fil-krater sa meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija, wara li krew l-art mill-amministrazzjoni Ġermaniża tal-Lvant tal-Afrika. L-aħwa b'mod regolari kienu jorganizzaw il-festini sabiex jiddevertu flimkien ma' sħabhom Ġermaniżi. Huma ppruvaw ikeċċu wkoll il-merħliet tan-nju 'l barra mill-krater.
Fl-1921, għaddiet l-ewwel ordinanza favur il-preservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi, li kienet tirrestrinġi l-kaċċa lid-detenturi tal-permessi tal-kaċċa fit-Tanzanija. Fl-1928, il-kaċċa ġie pprojbita fl-artijiet kollha fi ħdan il-krater, għajr f'dawk li qabel kienu l-irziezet tal-aħwa Siedentopf. L-Ordinanza tal-Park Nazzjonali tal-1948 (li ġiet implimentata fl-1951) ħolqot il-Park Nazzjonali ta' Serengeti. Madankollu, din ikkawżat problemi mal-poplu Maasai u ma' tribujiet oħra, u rriżultat fl-Ordinanza taż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro fl-1959 li sseparat iż-żona ta' konservazzjoni mill-park nazzjonali. Ir-rgħajja Maasai li kienu jgħixu fil-Park Nazzjonali ta' Serengeti ġew rilokati sistematikament lejn iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro, u b'hekk il-popolazzjoni tal-Maasai u tal-bhejjem li kienu jgħixu fil-krater żdiedet. L-Awtorità taż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro ġiet stabbilita permezz tal-Liġijiet tal-Att dwar il-Parks tan-Natura Selvaġġa (bosta emendi) fl-1976, u għandha s-sjieda tal-maġġoranza tal-artijiet taż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro, inkluż il-krater. Iż-żona saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979, wara li oriġinarjament tniżżlet fil-lista għall-importanza naturali tagħha. Imbagħad fl-2010 saret Sit ta' Wirt Dinji mħallat, kemm għall-importanza naturali kif ukoll għall-importanza kultura tagħha. Madankollu, dan ir-rikonoxximent ma inkludiex il-komunità tal-Maasai, u għaldaqstant baqgħu jfeġġu l-kunflitti antiki rigward l-użu u l-ġestjoni taż-żona. L-Att dwar il-Konservazzjoni tal-Organiżmi Selvaġġi tal-2009 kompla jirrestrinġi l-użu uman tal-Krater ta' Ngorongoro u ħoloq qafas legali għall-ispostament politiku u mġiegħel tar-rgħajja Maasai tradizzjonali. Ir-restrizzjoni fuq l-użu tal-art iġġenerat tensjoni bejn il-komunitajiet Maasai lokali u l-awtoritajiet tal-konservazzjoni. L-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) tagħmel ħilitha biex jinstabu soluzzjonijiet biex jittaffa l-kunflitt u jittejbu l-isforzi ta' kollaborazzjoni favur il-konservazzjoni man-nies lokali.
L-art taż-żona ta' konservazzjoni hija unika u għandha bosta użi minħabba li hija l-unika żona ta' konservazzjoni fit-Tanzanija li tipproteġi lill-organiżmi selvaġġi filwaqt li fl-istess ħin tippermetti l-abitazzjoni umana. L-użu tal-art huwa kkontrollat sabiex jiġu pprevjenuti l-effetti negattivi fuq il-popolazzjoni tal-organiżmi selvaġġi. Pereżempju, il-kultivazzjoni hija pprojbita fil-livelli kollha għajr il-livell ta' sussistenza.
Iż-żona tagħmel parti mill-ekosistema ta' Serengeti, u lejn il-Majjistral tmiss mal-Park Nazzjonali ta' Serengeti u mal-pjanuri tan-Nofsinhar ta' Serengeti. Dawn il-pjanuri huma estiżi wkoll lejn it-Tramuntana fid-diviżjoni mhux protetta ta' Loliondo u jinżammu miftuħa għall-organiżmi selvaġġi permezz tal-pastoraliżmu tat-transumanza pprattikat mill-Maasai. In-Nofsinhar u l-Punent taż-żona huma artijiet għoljin vulkaniċi, fosthom il-Krater ta' Ngorongoro u l-Krater inqas magħruf ta' . Il-konfini tan-Nofsinhar u tal-Lvant huma ddefiniti bejn wieħed u ieħor mix-xifer tal-ħajt tal-Irdum tal-Lvant tal-Afrika, li jipprevjeni wkoll il-migrazzjoni tal-annimali f'dawn id-direzzjonijiet.
Ġeoloġija
Il-grupp vulkaniku Plioċen ta' Ngorongoro jikkonsti minn tmien vulkani estinti b'għamla ta' tarka fi ħdan in-nofs graben ta' Eyasi, il-konfini tal-Lvant immarkat mill-Promontorju tal-Punent tal-Irdum ta' Gregory. Il-promontorju tal-Lag ta' Eyasi jmiss man-nofs graben tal-Lbiċ. Fi ħdan il-kumpless hemm ħames vulkani li għandhom kon b'għamla ta' koppla, filwaqt li tliet vulkani għandhom calderas. Il-Vulkan Ngorongoro (2.5-1.9 Ma) huwa primarjament trakiandesit bażaltiku. Il-krater huwa alimentat mix-xmajjar Munge u Oljoro Nyuki, filwaqt li fawwariet termali ta' Ngoitokitok jalimentaw il-marġ ta' Goringop. Il-Lag ta' Magadi huwa lag alkaliniku baxx b'fond ta' 1.7 metru. Vulkani oħra fi ħdan il-kumpless jinkludu l-vulkani Olmoti (2.01-1.79 Ma), Empakaai, Loolmalasin, Sadiman (3.7 Ma), Lemagrut u Oldeani. In-naħa tal-Majjistral taż-żona ta' konservazzjoni tikkonsisti mill-Pjanuri ta' Serengeti, il-Pjanuri ta' Salei, il-Fondoq ta' Oldupai, u l-inselbergs tal-Muntanji Gol. Dawn l-inselbergs huma parti mill-Medda tal-Mozambique magħmula mill-kwarzit u mix-xist tat-tip mica (800-500 Ma).
Sit ta' Wirt Dinji
Iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".
Krater ta' Ngorongoro
Il-karatteristika prinċipali taż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro hi l-Krater ta' Ngorongoro, l-ikbar caldera vulkanika tad-dinja li għadha intatta, mhux attiva u mhux mimlija bir-radam. Il-krater, li fforma meta vulkan kbir sploda u ċeda fuqu nnifsu bejn żewġ u tliet miljun sena ilu, huwa fond 610 metri (2,000 pied) u l-qiegħ intern tiegħu fih erja ta' 260 kilometru kwadru (100 mil kwadru). L-istimi tal-għoli tal-vulkan oriġinali jvarjaw minn 4,500 sa 5,800 metru (14,800 sa 19,000 pied). Il-qiegħ intern tal-krater huwa 1,800 metru (5,900 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Il-krater ġie vvutat bħala wieħed mis-Seba' Għeġubijiet Naturali tal-Afrika f'Arusha, it-Tanzanija, fi Frar 2013. Il-Vulkan ta' Ngorongoro kien attiv minn madwar 2.45 sa 2 miljun sena ilu.
L-iżbroffar vulkaniku bħal dak tal-Vulkan ta' Ngorongoro, li rriżulta fil-formazzjoni tal-Krater ta' Ngorongoro fit-Tanzanija, kien komuni ħafna. Ċedimenti simili seħħew fil-każ tal-vulkani ta' Olmoti u Empakaai, iżda kien ferm iżgħar bħala kobor u impatt.
Miż-żewġ vulkani reċenti lejn il-Grigal tal-vulkani ta' Empakaai, Kerimasi u Ol Doinyo Lengai, dak ta' Doinyo Lengai għadu attiv u kellu żbroffar sinifikanti fl-2007 u fl-2008. Żbroffar iżgħar tal-irmied u flussi tal-lava bil-mod il-mod għadhom qed jimlew il-krater attwali. Bil-lingwa tal-Maasai l-isem ifisser "Muntanja ta' Alla".
In-Nixxiegħa ta' Munge tnixxi mill-Krater ta' Olmoti lejn it-Tramuntana u hija s-sors prinċipali ta' ilma li jnixxi fil-lag staġonali tal-ilma mielaħ fiċ-ċentru tal-krater. Dan il-lag huwa magħruf b'żewġ ismijiet: Makat kif inhu magħruf fost il-Maasai, li jfisser melħ; u Magadi. In-Nixxiegħa ta' Lerai tnixxi mill-foresti umdużi lejn in-Nofsinhar tal-krater u talimenta l-Foresta ta' Lerai fil-qiegħ intern tal-krater – meta jkun hemm biżżejjed xita, in-Nixxiegħa ta' Lerai tnixxi fil-Lag ta' Magadi wkoll. L-estrazzjoni tal-ilma mil-lukandi lussużi u mill-kwartieri ġenerali taż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro tnaqqas l-ammont ta' ilma li jnixxi fin-Nixxiegħa ta' Lerai b'madwar 25 %.
Is-sors prinċipali ieħor tal-ilma fil-krater hu l-Għajn ta' Ngoitokitok, qrib il-ħajt tal-Lvant tal-krater. Hemmhekk hemm sit għall-picnics li huwa miftuħ għat-turisti u marġ enormi alimentat mill-għajn, u b'hekk iż-żona hija abitata minn ippopotami, iljunfanti, iljuni, u bosta annimali oħra. Bosta għejun żgħar oħra jistgħu jinstabu madwar il-qiegħ intern tal-krater, u dawn huma provvisti tal-ilma importanti għall-annimali u għall-Maasai lokali, speċjalment matul iż-żminijiet tan-nixfa. Il-Maasai qabel kienu jitħallew jirgħu l-bhejjem tagħhom fi ħdan il-krater, iżda mill-2015 ma tħallewx jagħmlu dan iktar.
Fondoq ta' Oldupai jew Olduvai
Iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro tipproteġi wkoll il-Fondoq ta' Oldupai jew Olduvai, li jinsab fiż-żona tal-pjanuri. Titqies bħala l-qalba tal-umanità wara l-iskoperta tal-iżjed eżemplari bikrin tal-ġeneru uman, Homo habilis, kif ukoll ta' ominidi bikrin, bħall-Paranthropus boisei.
Il-Fondoq ta' Olduvai huwa rdum b'żewġ naħat weqfin fil-Wied Tettoniku l-Kbir, estiż tul il-Lvant tal-Afrika. Il-Fondoq ta' Olduvai jinsab fil-Lvant tal-pjanuri ta' Serengeti fit-Tramuntana tat-Tanzanija u huwa twil madwar 50 kilometru (31 mil). Jinsab fiż-żona tal-artijiet għoljin ta' Ngorongoro fejn ma tantx tinżel xita u huwa l-iżjed parti niexfa tar-reġjun. Il-fondoq ingħata l-isem ta' "Oldupaai", il-kelma bil-lingwa tal-Maasai li tirreferi għall-pjanta selvaġġa tas-sisal, Sansevieria ehrenbergii.
Huwa wieħed mill-iżjed siti preistoriċi importanti fid-dinja u r-riċerka hemmhekk kienet strumentali biex tiġi mifhuma iktar l-evoluzzjoni umana bikrija. L-iskavi hemmhekk inbdew minn u fis-snin 50 tas-seklu 20 u għadhom għaddejjin sal-lum permezz tal-familja tagħhom. Uħud jemmnu li miljuni ta' snin ilu, is-sit kien dak ta' lag kbir, u x-xtut tiegħu nksew b'depożiti suċċessivi ta' rmied vulkaniku. Madwar 500,000 sena ilu, l-attività sismika ddevjat nixxiegħa fil-qrib li bdiet tnawwar is-sedimenti 'l isfel, u ħarġet fid-dieher seba' saffi prinċipali fil-ħitan tal-fondoq.
Organiżmi selvaġġi
Fil-krater jgħixu bejn wieħed u ieħor 25,000 annimal kbir, l-iktar ungulati. Fost il-mammiferi kbar fil-krater hemm ir-rinoċeront iswed (Diceros bicornis michaeli), b'popolazzjoni lokali li naqset minn madwar 108 rinoċeront fl-1964-1966 għal xi 11-14-il rinoċeront fl-1995, il-buflu Afrikan jew tal-Kap (Syncerus caffer), u l-ippopotamu (Hippopotamus amphibius). Hemm ukoll bosta ungulati oħra: in-nju blu (Connochaetes taurinus) b'popolazzjoni stmata ta' 7,000 nju fl-1994, iż-żebra ta' Grant (Equus quagga boehmi) b'popolazzjoni ta' 4,000 żebra, l-eland (Taurotragus oryx), u l-gazzelli ta' Grant (Nanger granti) u ta' Thomson (Eudorcas thomsonii) b'popolazzjoni ta' 3,000 gazzella. Il-waterbucks (Kobus ellipsiprymnus) jgħixu l-iktar qrib il-Foresta ta' Lerai.
Fil-krater ma jgħixux ġiraffi, impala (Aepyceros melampus), topi (Damaliscus lunatus), oribi (Ourebia oribi) u kukkudrilli (Crocodylus niloticus).
Iċ-cheetah (Acinonyx jubatus raineyi), il-kelb selvaġġ tal-Lvant tal-Afrika (Lycaon pictus lupinus), u l-leopard Afrikan (Panthera pardus pardus) rari jintlemħu. Il-jeni tat-tikek (Crocuta crocuta) kienu s-suġġett ta' studju ta' riċerka fit-tul fiż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro Conservation Area mill-1996.
Għalkemm il-krater jitqies bħala "żona naturali mkennija" għal varjetà wiesgħa ta' organiżmi selvaġġi, 20 fil-mija jew iktar min-nju u nofs il-popolazzjoni taż-żebri jitilqu mill-krater fl-istaġun tax-xita, filwaqt li l-bufli tal-Kap (Syncerus caffer) jibqgħu hemmhekk; l-ikbar numri tagħhom jokkorru matul l-istaġun tax-xita.
Mill-1986, il-popolazzjoni tan-nju fil-krater naqset minn 14,677 għal 7,250 nju (2003-2005). L-għadd ta' eland u ta' gazzelli ta' Thomson naqas ukoll, filwaqt li l-popolazzjoni tal-bufli żdiedet sew, x'aktarx minħabba l-prevenzjoni fit-tul tan-nirien li tiffavurixxi t-tkabbir ta' ħaxix b'ħafna fibri minflok it-tkabbir ta' tipi ta' ħaxix iqsar u b'inqas fibri.
Is-serval (Leptailurus serval) jokkorru b'mod mifrux fil-krater. Il-Lag ta' Magadi, lag kbir fil-Lbiċ tal-krater, spiss jgħixu fih eluf ta' fjamingi inferjuri. Il-krater fih speċi endemika waħda ta' mammiferu: il-bugeddum ta' Mduma (Crocidura mdumai), li huwa ristrett għall-foresti muntanjużi fit-tarf tal-krater. Dan il-bugeddum huwa mhedded minħabba d-deforestazzjoni mill-azjendi agrikoli ż-żgħar.
Iljuni
Il-krater fih waħda mill-iżjed popolazzjonijiet densi magħrufa tal-iljuni, li kienet tammonta għal 62 iljun fl-2001.
Effett sekondarju li l-krater qisu żona naturali mkennija hu li l-popolazzjoni tal-iljuni hija mnissla b'mod sinifikanti minn iljuni tal-istess demm. Dan minħabba li ammont żgħir ħafna ta' iljuni b'tip ta' demm ġdid jidħlu fil-ġabra ta' ġeni lokali, peress li ftit ħafna iljuni maskili jwettqu l-migrazzjoni u jidħlu fil-krater minn barra. Dawk li jidħlu fil-krater spiss ma jitħallewx jikkontribwixxu għall-arrikkiment tal-ġabra ta' ġeni mill-iljuni maskili tal-krater, li jkeċċu lill-kompetituri barranin.
Id-data fit-tul timplika li l-iljuni fil-krater ġew affettwati minn erba' tifqigħat ta' mard fatali bejn l-1962 u l-2002. In-nixfa fl-1961 u x-xita matul l-istaġun tan-nixfa tal-1962 ikkawżaw it-tkattir bla rażan ta' dubbien li jiġbed id-demm (Stomoxys calcitrans) sa Mejju 1962. Dan id-dubbien ġibed id-demm tal-iljuni u kkawżalhom bosta tbajja' fuq il-ġilda li ġew infettati, u b'hekk l-għadd ta' iljuni niżel f'daqqa minn xi 75-100 għal 12 biss. Il-popolazzjoni rkuprat għal madwar 100 iljun sal-1975 u baqgħet stabbli sal-1983 meta beda deklin persistenti. B'mod ġenerali n-numri baqgħu inqas minn 60 annimal mill-1993, u niżlu l-iktar fl-1998 b'29 iljun. Fl-2001, 34 fil-mija tal-popolazzjoni tal-iljuni mietu bejn Jannar u April minħabba marda li nfirxet bil-qurdien u l-pesta ta' Carre.
Il-popolazzjoni tal-iljuni hija influwenzata wkoll sa ċertu punt mill-wasla ta' iljuni maskili oħra, li tipikament joqtlu lill-frieħ iż-żgħar. Madankollu, l-ikbar influwenza fuq il-popolazzjoni tal-iljuni hija l-mard, b'mod partikolari l-pesta ta' Carre.
Barra l-Krater ta' Ngorongoro
Iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro għandha popolazzjoni residenti f'saħħitha tal-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tal-organiżmi selvaġġi, u tal-poplu Maasai. Iż-żona tal-Lag ta' Ndutu lejn il-Punent taż-żona ta' konservazzjoni għandha popolazzjonijiet partikolarment b'saħħithom ta' cheetahs u ta' iljuni. Fl-inħawi huma komuni l-hartebeest (Alcelaphus buselaphus), il-jeni tat-tikek (Crocuta crocuta), u x-xakalli. Il-popolazzjoni tal-klieb selvaġġi Afrikani jaf bdiet tbatti reċentement. Is-serval jokkorru b'mod mifrux fil-pjanuri lejn il-Punent tal-Krater ta' Ngorongoro.
Il-migrazzjoni annwali tal-ungulati tgħaddi miż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro, b'1.7 miljun nju, 260,000 żebra, u 470,000 gazzella li jiġu fiż-żona f'Diċembru u jitilqu f'Ġunju. Dan iċ-ċaqliq jinbidel b'mod staġonali max-xita, iżda l-migrazzjoni tgħaddi kważi mill-pjanuri kollha sabiex jinstab l-ikel.
Theddidiet taż-Żona ta' Konservazzjoni
Id-domanda dejjem tikber għar-riżorsi naturali u l-modernità mill-popolazzjoni umana residenti, kif ukoll il-ħtieġa ta' promozzjoni u ta' ġestjoni tat-turiżmu, huma l-iżjed tħassib urġenti attwalment. It-93,000 ragħaj li huwa stmat li jgħixu fiż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro attwalment huma ħames darbiet iktar mill-għadd ta' rgħajja li kien hemm meta s-sit sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979. L-abitazzjonijiet u l-insedjamenti emerġenti għandhom implikazzjonijiet evidenti fuq is-sit. Minkejja l-fatt li l-agrikoltura fuq skala żgħira attwalment hija illegali, kulma jmur il-komunitajiet qed jitolbu għat-tkomplija tal-biedja għas-sussistenza sabiex jiksbu l-awtonomija għall-ikel, u b'hekk it-tensjonijiet bejn ir-residenti u l-organizzazzjonijiet tal-konservazzjoni qed jeskalaw. Barra minn hekk, madwar 300,000 annimal domestiku jgħixu mal-organiżmi selvaġġi fi ħdan iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro.
Il-komunità tar-rgħajja residenti fiż-żona gradwalment żdiedet minn madwar 8,700 ruħ fl-1966 għal 20,000 ruħ fl-1979, u għal 93,136 ruħ fl-2017. Sal-2027, huwa mbassar li l-popolazzjoni se tilħaq il-161,000 ruħ. Ir-riperkussjonijiet ta' dan it-tkabbir fil-popolazzjoni jinkludu żieda ta' infrastrutturi, żieda fiż-żoni għar-ragħa, żieda fil-konfrontazzjonijiet bejn il-bnedmin u l-organiżmi selvaġġi, u żieda fil-kunflitti dwar l-użu tal-art.
Il-valuri xeniċi tal-post qed jiġu kkonservati. Madankollu, huwa ċar li d-djar u infrastruttura oħra assoċjata maż-żieda fil-popolazzjoni tar-rgħajja jaf ikollhom impatt negattiv fuq dawn il-valuri. Bil-mod il-mod, il-materjali u t-tekniki tal-bini tradizzjonali (ibbażati fuq materjali naturali disponibbli lokalment) qed jiġu sostitwiti bl-użu ta' materjali importati (eż. konkos u ħadid korrugat) u bl-użu mhux sostenibbli ta' zkuk tqal mill-foresti lokali. Għalkemm l-Awtorità taż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro fasslet sett ta' "kodiċijiet tal-bini" biex jiggwidaw tali żviluppi, l-eżiti tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet mhumiex magħrufa. L-iżvilupp tal-lukandi lussużi u tal-kampijiet bit-tined spiss jiġu ppożizzjonati sew, jiġu integrati fil-pajsaġġ biex jidhru mill-inqas, u jinbnew b'mod xieraq, filwaqt li l-abitazzjonijiet tar-rgħajja jinbnew bla kontroll ta' xejn. It-trabijiet iġġenerati miċ-ċaqliq tal-vetturi għandhom impatt minuri fuq il-kwalitajiet xeniċi fuq medda qasira ta' żmien. Il-kostruzzjoni ta' abitazzjonijiet bla kontroll fiż-żona ta' konservazzjoni se tispiċċa tkisser l-integrità tas-sit. Il-kostruzzjoni tal-istrutturi jeħtieġ li tiġi ssorveljata u rregolamentata b'mod regolari.
Il-kunflitt bejn il-bnedmin u l-annimali jseħħ kull meta l-bhejjem tat-trobbija jinqatlu u/jew jittieklu mill-predaturi selvaġġi fiż-żona ta' konservazzjoni jew qribha. Il-Maasai għandhom tradizzjoni twila ta' koeżistenza mal-organiżmi selvaġġi u żviluppaw tolleranza kbira għalihom. Il-faqar, in-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel, iż-żieda fil-popolazzjoni umana fil-pajsaġġ, u r-riżorsi limitati, min-naħa l-oħra qed iġibu magħhom interazzjonijiet mill-qrib bejn il-baqar u l-annimali, u l-kompetizzjoni u l-kunflitti bejniethom qed tiħrax ukoll.
Storikament, il-kultura tradizzjonali tal-Maasai kienet xkiel għall-individwi li jiżviluppaw il-kapaċità li jaqdu karigi maniġerjali sofistikati f'isem il-komunitajiet tagħhom. Reċentement biss, pereżempju, kien hemm bidla fl-attitudnijiet tal-Maasai rigward il-ħtieġa tal-edukazzjoni. Dan l-aħħar ukoll, irrealizzaw li jekk irid ikollhom impatt fuq il-bidliet li qed iseħħu u li qed jeqirdu l-istrutturi tal-komunità, ma jistgħux jibqgħu jeżistu għal rashom u ma jagħtux kas. Pereżempju, mexxej tradizzjonali anzjan partikolari rrimarka li onestament jiddispjaċih li ħarab mill-iskola meta kien għadu żgħir, u x'aktarx li rawwem din l-attitudni lill-membri ż-żgħażagħ tal-komunità tiegħu. B'hekk, tradizzjonalment, l-Awtorità taż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro ffaċċjat problema sinifikanti biex tħeġġeġ il-villaġġi tal-Maasai jużaw l-iskejjel li huma kienu stabbilew għalihom. Dan l-aspett żgur li naqqas l-entużjażmu tal-Awtorità taż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro li tkompli bl-inizjattivi ta' kostruzzjoni tal-iskejjel.
Iktar qari
- Ngorongoro Conservation Area at the UNEP World Conservation Monitoring Centre.
- Deocampo, D.M. (2004). "Hydrogeochemistry in the Ngorongoro Crater, Tanzania, and implications for land use in a World Heritage Site". Applied Geochemistry. 19 (5): 755–767.
- Deocampo, D.M. (2005). "Evaporative evolution of surface waters and the role of aqueous CO2 in magnesium silicate precipitation: Lake Eyasi and Ngorongoro Crater, northern Tanzania". South African Journal of Geology. 108 (4): 493–504.
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro, X'inhi Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro? Xi tfisser Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro?
Iz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro pronunzja e ŋˌɡɔːreŋˈɡɔːroʊ hija zona protetta u Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fid Distrett ta Ngorongoro 180 kilometru 110 mili fil Punent tal Belt ta Arusha fir Reġjun ta Arusha fi ħdan iz zona ġeoloġika tal Artijiet Għoljin tal Krater tat Tramuntana tat Tanzanija Iz zona ngħatat isem il Krater ta Ngorongoro caldera vulkanika kbira fiz zona L Awtorita taz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro fergħa tal gvern tat Tanzanija tamministra z zona ta konservazzjoni u l konfini tagħha tul il konfini tad Distrett ta Ngorongoro fir Reġjun ta Arusha Il parti tal Punent tal park tmiss mal Park Nazzjonali ta Serengeti u l medda taz zewġ parks flimkien mar tal Kenja jospitaw il migrazzjoni enormi annwali ta miljuni ta nju zebri gazzelli u annimali oħra Iz zona ta konservazzjoni fiha wkoll il wieħed mill izjed siti paleoantropoloġiċi importanti fid dinja Veduta tal Krater ta Ngorongoro L Att tal 2009 dwar il Konservazzjoni tal Organizmi Selvaġġ ta Ngorongoro stabbilixxa restrizzjonijiet ġodda fuq l insedjament uman u l biedja ta sussistenza fil Krater ta Ngorongoro u b hekk ir rgħajja Maasai li l biċċa l kbira minnhom kienu ġew rilokati lejn Ngorongoro mill artijiet tal antenati tagħhom lejn it Tramuntana meta l gvern kolonjali Brittaniku stabbilixxa l Park Nazzjonali ta Serengeti fl 1959 Storja u ġeografijaIl krater minn ġewwa Isem il krater għandu oriġini onomatopejka ingħata mir rgħajja Maasai b xebħ mal ħoss prodott mill qniepen ta m għonq il baqar ngoro ngoro Abbazi tal evidenza tal fossili li nstabu fil Fondoq ta Olduvai diversi speċijiet ta ominidi okkupaw l inħawi għal 3 miljun sena Il kaċċaturi ġemmiegħa ġew sostitwiti mir rgħajja ftit eluf ta snin ilu Il poplu Mbulu stabbilixxa ruħu fl inħawi madwar 2 000 sena ilu u magħhom ingħaqad il poplu Datooga għall ħabta tal 1700 Iz zewġ gruppi tkeċċew miz zona mill poplu Maasai fil bidu tas seklu 19 Mappa tal Krater ta Ngorongoro Mhu magħruf l ebda Ewropew li rifes fil qabel l 1892 meta zaru Zewġ aħwa Ġermanizi u ħadmu l art għall għelejjel fil krater sa meta faqqgħet l Ewwel Gwerra Dinjija wara li krew l art mill amministrazzjoni Ġermaniza tal Lvant tal Afrika L aħwa b mod regolari kienu jorganizzaw il festini sabiex jiddevertu flimkien ma sħabhom Ġermanizi Huma ppruvaw ikeċċu wkoll il merħliet tan nju l barra mill krater Fl 1921 għaddiet l ewwel ordinanza favur il preservazzjoni tal organizmi selvaġġi li kienet tirrestrinġi l kaċċa lid detenturi tal permessi tal kaċċa fit Tanzanija Fl 1928 il kaċċa ġie pprojbita fl artijiet kollha fi ħdan il krater għajr f dawk li qabel kienu l irziezet tal aħwa Siedentopf L Ordinanza tal Park Nazzjonali tal 1948 li ġiet implimentata fl 1951 ħolqot il Park Nazzjonali ta Serengeti Madankollu din ikkawzat problemi mal poplu Maasai u ma tribujiet oħra u rrizultat fl Ordinanza taz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro fl 1959 li sseparat iz zona ta konservazzjoni mill park nazzjonali Ir rgħajja Maasai li kienu jgħixu fil Park Nazzjonali ta Serengeti ġew rilokati sistematikament lejn iz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro u b hekk il popolazzjoni tal Maasai u tal bhejjem li kienu jgħixu fil krater zdiedet L Awtorita taz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro ġiet stabbilita permezz tal Liġijiet tal Att dwar il Parks tan Natura Selvaġġa bosta emendi fl 1976 u għandha s sjieda tal maġġoranza tal artijiet taz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro inkluz il krater Iz zona saret Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 wara li oriġinarjament tnizzlet fil lista għall importanza naturali tagħha Imbagħad fl 2010 saret Sit ta Wirt Dinji mħallat kemm għall importanza naturali kif ukoll għall importanza kultura tagħha Madankollu dan ir rikonoxximent ma inkludiex il komunita tal Maasai u għaldaqstant baqgħu jfeġġu l kunflitti antiki rigward l uzu u l ġestjoni taz zona L Att dwar il Konservazzjoni tal Organizmi Selvaġġi tal 2009 kompla jirrestrinġi l uzu uman tal Krater ta Ngorongoro u ħoloq qafas legali għall ispostament politiku u mġiegħel tar rgħajja Maasai tradizzjonali Ir restrizzjoni fuq l uzu tal art iġġenerat tensjoni bejn il komunitajiet Maasai lokali u l awtoritajiet tal konservazzjoni L Unjoni Internazzjonali għall Konservazzjoni tan Natura IUCN tagħmel ħilitha biex jinstabu soluzzjonijiet biex jittaffa l kunflitt u jittejbu l isforzi ta kollaborazzjoni favur il konservazzjoni man nies lokali L art taz zona ta konservazzjoni hija unika u għandha bosta uzi minħabba li hija l unika zona ta konservazzjoni fit Tanzanija li tipproteġi lill organizmi selvaġġi filwaqt li fl istess ħin tippermetti l abitazzjoni umana L uzu tal art huwa kkontrollat sabiex jiġu pprevjenuti l effetti negattivi fuq il popolazzjoni tal organizmi selvaġġi Perezempju il kultivazzjoni hija pprojbita fil livelli kollha għajr il livell ta sussistenza Iz zona tagħmel parti mill ekosistema ta Serengeti u lejn il Majjistral tmiss mal Park Nazzjonali ta Serengeti u mal pjanuri tan Nofsinhar ta Serengeti Dawn il pjanuri huma estizi wkoll lejn it Tramuntana fid divizjoni mhux protetta ta Loliondo u jinzammu miftuħa għall organizmi selvaġġi permezz tal pastoralizmu tat transumanza pprattikat mill Maasai In Nofsinhar u l Punent taz zona huma artijiet għoljin vulkaniċi fosthom il Krater ta Ngorongoro u l Krater inqas magħruf ta Il konfini tan Nofsinhar u tal Lvant huma ddefiniti bejn wieħed u ieħor mix xifer tal ħajt tal Irdum tal Lvant tal Afrika li jipprevjeni wkoll il migrazzjoni tal annimali f dawn id direzzjonijiet ĠeoloġijaIl grupp vulkaniku Plioċen ta Ngorongoro jikkonsti minn tmien vulkani estinti b għamla ta tarka fi ħdan in nofs graben ta Eyasi il konfini tal Lvant immarkat mill Promontorju tal Punent tal Irdum ta Gregory Il promontorju tal Lag ta Eyasi jmiss man nofs graben tal Lbiċ Fi ħdan il kumpless hemm ħames vulkani li għandhom kon b għamla ta koppla filwaqt li tliet vulkani għandhom calderas Il Vulkan Ngorongoro 2 5 1 9 Ma huwa primarjament trakiandesit bazaltiku Il krater huwa alimentat mix xmajjar Munge u Oljoro Nyuki filwaqt li fawwariet termali ta Ngoitokitok jalimentaw il marġ ta Goringop Il Lag ta Magadi huwa lag alkaliniku baxx b fond ta 1 7 metru Vulkani oħra fi ħdan il kumpless jinkludu l vulkani Olmoti 2 01 1 79 Ma Empakaai Loolmalasin Sadiman 3 7 Ma Lemagrut u Oldeani In naħa tal Majjistral taz zona ta konservazzjoni tikkonsisti mill Pjanuri ta Serengeti il Pjanuri ta Salei il Fondoq ta Oldupai u l inselbergs tal Muntanji Gol Dawn l inselbergs huma parti mill Medda tal Mozambique magħmula mill kwarzit u mix xist tat tip mica 800 500 Ma Sit ta Wirt DinjiVeduta panoramika tal Krater ta Ngorongoro Iz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta ħames kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem il kriterju vii Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal għaġeb jew fejn hemm zoni ta ġmiel naturali u ta importanza estetika eċċezzjonali il kriterju viii Ezempju straordinarju li jirrapprezenta stadji importanti tal istorja tad dinja inkluz it trapass tal ħajja il proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl izvilupp tat tipi differenti ta art jew il karatteristiċi ġeomorfiċi jew fizjografiċi sinifikanti il kriterju ix Ezempju straordinarju li jirrapprezenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl evoluzzjoni u fl izvilupp ta ekosistemi u ta komunitajiet ta pjanti u ta annimali terrestri tal ilma ħelu kostali u tal baħar u l kriterju x Post fejn hemm l iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall konservazzjoni fil post tad diversita bijoloġika inkluz fejn hemm speċijiet mhedda ta valur universali straordinarju mill perspettiva tax xjenza jew tal konservazzjoni Krater ta NgorongoroIl Krater ta Ngorongoro minn ġewwa Il karatteristika prinċipali taz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro hi l Krater ta Ngorongoro l ikbar caldera vulkanika tad dinja li għadha intatta mhux attiva u mhux mimlija bir radam Il krater li fforma meta vulkan kbir sploda u ċeda fuqu nnifsu bejn zewġ u tliet miljun sena ilu huwa fond 610 metri 2 000 pied u l qiegħ intern tiegħu fih erja ta 260 kilometru kwadru 100 mil kwadru L istimi tal għoli tal vulkan oriġinali jvarjaw minn 4 500 sa 5 800 metru 14 800 sa 19 000 pied Il qiegħ intern tal krater huwa 1 800 metru 5 900 pied il fuq mil livell tal baħar Il krater ġie vvutat bħala wieħed mis Seba Għeġubijiet Naturali tal Afrika f Arusha it Tanzanija fi Frar 2013 Il Vulkan ta Ngorongoro kien attiv minn madwar 2 45 sa 2 miljun sena ilu L izbroffar vulkaniku bħal dak tal Vulkan ta Ngorongoro li rrizulta fil formazzjoni tal Krater ta Ngorongoro fit Tanzanija kien komuni ħafna Ċedimenti simili seħħew fil kaz tal vulkani ta Olmoti u Empakaai izda kien ferm izgħar bħala kobor u impatt Miz zewġ vulkani reċenti lejn il Grigal tal vulkani ta Empakaai Kerimasi u Ol Doinyo Lengai dak ta Doinyo Lengai għadu attiv u kellu zbroffar sinifikanti fl 2007 u fl 2008 Zbroffar izgħar tal irmied u flussi tal lava bil mod il mod għadhom qed jimlew il krater attwali Bil lingwa tal Maasai l isem ifisser Muntanja ta Alla Il Lag ta Magadi In Nixxiegħa ta Munge tnixxi mill Krater ta Olmoti lejn it Tramuntana u hija s sors prinċipali ta ilma li jnixxi fil lag staġonali tal ilma mielaħ fiċ ċentru tal krater Dan il lag huwa magħruf b zewġ ismijiet Makat kif inhu magħruf fost il Maasai li jfisser melħ u Magadi In Nixxiegħa ta Lerai tnixxi mill foresti umduzi lejn in Nofsinhar tal krater u talimenta l Foresta ta Lerai fil qiegħ intern tal krater meta jkun hemm bizzejjed xita in Nixxiegħa ta Lerai tnixxi fil Lag ta Magadi wkoll L estrazzjoni tal ilma mil lukandi lussuzi u mill kwartieri ġenerali taz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro tnaqqas l ammont ta ilma li jnixxi fin Nixxiegħa ta Lerai b madwar 25 Is sors prinċipali ieħor tal ilma fil krater hu l Għajn ta Ngoitokitok qrib il ħajt tal Lvant tal krater Hemmhekk hemm sit għall picnics li huwa miftuħ għat turisti u marġ enormi alimentat mill għajn u b hekk iz zona hija abitata minn ippopotami iljunfanti iljuni u bosta annimali oħra Bosta għejun zgħar oħra jistgħu jinstabu madwar il qiegħ intern tal krater u dawn huma provvisti tal ilma importanti għall annimali u għall Maasai lokali speċjalment matul iz zminijiet tan nixfa Il Maasai qabel kienu jitħallew jirgħu l bhejjem tagħhom fi ħdan il krater izda mill 2015 ma tħallewx jagħmlu dan iktar Veduta panoramika tal Krater ta Ngorongoro minn ġewwa Fondoq ta Oldupai jew OlduvaiIz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro tipproteġi wkoll il Fondoq ta Oldupai jew Olduvai li jinsab fiz zona tal pjanuri Titqies bħala l qalba tal umanita wara l iskoperta tal izjed ezemplari bikrin tal ġeneru uman Homo habilis kif ukoll ta ominidi bikrin bħall Paranthropus boisei Il Fondoq ta Olduvai huwa rdum b zewġ naħat weqfin fil Wied Tettoniku l Kbir estiz tul il Lvant tal Afrika Il Fondoq ta Olduvai jinsab fil Lvant tal pjanuri ta Serengeti fit Tramuntana tat Tanzanija u huwa twil madwar 50 kilometru 31 mil Jinsab fiz zona tal artijiet għoljin ta Ngorongoro fejn ma tantx tinzel xita u huwa l izjed parti niexfa tar reġjun Il fondoq ingħata l isem ta Oldupaai il kelma bil lingwa tal Maasai li tirreferi għall pjanta selvaġġa tas sisal Sansevieria ehrenbergii Huwa wieħed mill izjed siti preistoriċi importanti fid dinja u r riċerka hemmhekk kienet strumentali biex tiġi mifhuma iktar l evoluzzjoni umana bikrija L iskavi hemmhekk inbdew minn u fis snin 50 tas seklu 20 u għadhom għaddejjin sal lum permezz tal familja tagħhom Uħud jemmnu li miljuni ta snin ilu is sit kien dak ta lag kbir u x xtut tiegħu nksew b depoziti suċċessivi ta rmied vulkaniku Madwar 500 000 sena ilu l attivita sismika ddevjat nixxiegħa fil qrib li bdiet tnawwar is sedimenti l isfel u ħarġet fid dieher seba saffi prinċipali fil ħitan tal fondoq Organizmi selvaġġiNju u zebri qrib il lag tal Krater ta Ngorongoro Fil krater jgħixu bejn wieħed u ieħor 25 000 annimal kbir l iktar ungulati Fost il mammiferi kbar fil krater hemm ir rinoċeront iswed Diceros bicornis michaeli b popolazzjoni lokali li naqset minn madwar 108 rinoċeront fl 1964 1966 għal xi 11 14 il rinoċeront fl 1995 il buflu Afrikan jew tal Kap Syncerus caffer u l ippopotamu Hippopotamus amphibius Hemm ukoll bosta ungulati oħra in nju blu Connochaetes taurinus b popolazzjoni stmata ta 7 000 nju fl 1994 iz zebra ta Grant Equus quagga boehmi b popolazzjoni ta 4 000 zebra l eland Taurotragus oryx u l gazzelli ta Grant Nanger granti u ta Thomson Eudorcas thomsonii b popolazzjoni ta 3 000 gazzella Il waterbucks Kobus ellipsiprymnus jgħixu l iktar qrib il Foresta ta Lerai Rinoċeronti fiz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro Fil krater ma jgħixux ġiraffi impala Aepyceros melampus topi Damaliscus lunatus oribi Ourebia oribi u kukkudrilli Crocodylus niloticus Iċ cheetah Acinonyx jubatus raineyi il kelb selvaġġ tal Lvant tal Afrika Lycaon pictus lupinus u l leopard Afrikan Panthera pardus pardus rari jintlemħu Il jeni tat tikek Crocuta crocuta kienu s suġġett ta studju ta riċerka fit tul fiz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro Conservation Area mill 1996 Għalkemm il krater jitqies bħala zona naturali mkennija għal varjeta wiesgħa ta organizmi selvaġġi 20 fil mija jew iktar min nju u nofs il popolazzjoni taz zebri jitilqu mill krater fl istaġun tax xita filwaqt li l bufli tal Kap Syncerus caffer jibqgħu hemmhekk l ikbar numri tagħhom jokkorru matul l istaġun tax xita Cheetah fiz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro Mill 1986 il popolazzjoni tan nju fil krater naqset minn 14 677 għal 7 250 nju 2003 2005 L għadd ta eland u ta gazzelli ta Thomson naqas ukoll filwaqt li l popolazzjoni tal bufli zdiedet sew x aktarx minħabba l prevenzjoni fit tul tan nirien li tiffavurixxi t tkabbir ta ħaxix b ħafna fibri minflok it tkabbir ta tipi ta ħaxix iqsar u b inqas fibri Is serval Leptailurus serval jokkorru b mod mifrux fil krater Il Lag ta Magadi lag kbir fil Lbiċ tal krater spiss jgħixu fih eluf ta fjamingi inferjuri Il krater fih speċi endemika waħda ta mammiferu il bugeddum ta Mduma Crocidura mdumai li huwa ristrett għall foresti muntanjuzi fit tarf tal krater Dan il bugeddum huwa mhedded minħabba d deforestazzjoni mill azjendi agrikoli z zgħar Iljuni Il krater fih waħda mill izjed popolazzjonijiet densi magħrufa tal iljuni li kienet tammonta għal 62 iljun fl 2001 Iljun femminili tittewweb fil Krater ta Ngorongoro Effett sekondarju li l krater qisu zona naturali mkennija hu li l popolazzjoni tal iljuni hija mnissla b mod sinifikanti minn iljuni tal istess demm Dan minħabba li ammont zgħir ħafna ta iljuni b tip ta demm ġdid jidħlu fil ġabra ta ġeni lokali peress li ftit ħafna iljuni maskili jwettqu l migrazzjoni u jidħlu fil krater minn barra Dawk li jidħlu fil krater spiss ma jitħallewx jikkontribwixxu għall arrikkiment tal ġabra ta ġeni mill iljuni maskili tal krater li jkeċċu lill kompetituri barranin Id data fit tul timplika li l iljuni fil krater ġew affettwati minn erba tifqigħat ta mard fatali bejn l 1962 u l 2002 In nixfa fl 1961 u x xita matul l istaġun tan nixfa tal 1962 ikkawzaw it tkattir bla razan ta dubbien li jiġbed id demm Stomoxys calcitrans sa Mejju 1962 Dan id dubbien ġibed id demm tal iljuni u kkawzalhom bosta tbajja fuq il ġilda li ġew infettati u b hekk l għadd ta iljuni nizel f daqqa minn xi 75 100 għal 12 biss Il popolazzjoni rkuprat għal madwar 100 iljun sal 1975 u baqgħet stabbli sal 1983 meta beda deklin persistenti B mod ġenerali n numri baqgħu inqas minn 60 annimal mill 1993 u nizlu l iktar fl 1998 b 29 iljun Fl 2001 34 fil mija tal popolazzjoni tal iljuni mietu bejn Jannar u April minħabba marda li nfirxet bil qurdien u l pesta ta Carre Il popolazzjoni tal iljuni hija influwenzata wkoll sa ċertu punt mill wasla ta iljuni maskili oħra li tipikament joqtlu lill frieħ iz zgħar Madankollu l ikbar influwenza fuq il popolazzjoni tal iljuni hija l mard b mod partikolari l pesta ta Carre Barra l Krater ta NgorongoroIz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro għandha popolazzjoni residenti f saħħitha tal biċċa l kbira tal ispeċijiet tal organizmi selvaġġi u tal poplu Maasai Iz zona tal Lag ta Ndutu lejn il Punent taz zona ta konservazzjoni għandha popolazzjonijiet partikolarment b saħħithom ta cheetahs u ta iljuni Fl inħawi huma komuni l hartebeest Alcelaphus buselaphus il jeni tat tikek Crocuta crocuta u x xakalli Il popolazzjoni tal klieb selvaġġi Afrikani jaf bdiet tbatti reċentement Is serval jokkorru b mod mifrux fil pjanuri lejn il Punent tal Krater ta Ngorongoro Il migrazzjoni annwali tal ungulati tgħaddi miz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro b 1 7 miljun nju 260 000 zebra u 470 000 gazzella li jiġu fiz zona f Diċembru u jitilqu f Ġunju Dan iċ ċaqliq jinbidel b mod staġonali max xita izda l migrazzjoni tgħaddi kwazi mill pjanuri kollha sabiex jinstab l ikel Theddidiet taz Zona ta KonservazzjoniRagħaj tal poplu Maasai jirgħa lill bhejjem tiegħu fiz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro Id domanda dejjem tikber għar rizorsi naturali u l modernita mill popolazzjoni umana residenti kif ukoll il ħtieġa ta promozzjoni u ta ġestjoni tat turizmu huma l izjed tħassib urġenti attwalment It 93 000 ragħaj li huwa stmat li jgħixu fiz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro attwalment huma ħames darbiet iktar mill għadd ta rgħajja li kien hemm meta s sit sar Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 L abitazzjonijiet u l insedjamenti emerġenti għandhom implikazzjonijiet evidenti fuq is sit Minkejja l fatt li l agrikoltura fuq skala zgħira attwalment hija illegali kulma jmur il komunitajiet qed jitolbu għat tkomplija tal biedja għas sussistenza sabiex jiksbu l awtonomija għall ikel u b hekk it tensjonijiet bejn ir residenti u l organizzazzjonijiet tal konservazzjoni qed jeskalaw Barra minn hekk madwar 300 000 annimal domestiku jgħixu mal organizmi selvaġġi fi ħdan iz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro Il komunita tar rgħajja residenti fiz zona gradwalment zdiedet minn madwar 8 700 ruħ fl 1966 għal 20 000 ruħ fl 1979 u għal 93 136 ruħ fl 2017 Sal 2027 huwa mbassar li l popolazzjoni se tilħaq il 161 000 ruħ Ir riperkussjonijiet ta dan it tkabbir fil popolazzjoni jinkludu zieda ta infrastrutturi zieda fiz zoni għar ragħa zieda fil konfrontazzjonijiet bejn il bnedmin u l organizmi selvaġġi u zieda fil kunflitti dwar l uzu tal art Il valuri xeniċi tal post qed jiġu kkonservati Madankollu huwa ċar li d djar u infrastruttura oħra assoċjata maz zieda fil popolazzjoni tar rgħajja jaf ikollhom impatt negattiv fuq dawn il valuri Bil mod il mod il materjali u t tekniki tal bini tradizzjonali ibbazati fuq materjali naturali disponibbli lokalment qed jiġu sostitwiti bl uzu ta materjali importati ez konkos u ħadid korrugat u bl uzu mhux sostenibbli ta zkuk tqal mill foresti lokali Għalkemm l Awtorita taz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro fasslet sett ta kodiċijiet tal bini biex jiggwidaw tali zviluppi l eziti tal implimentazzjoni tal kodiċijiet mhumiex magħrufa L izvilupp tal lukandi lussuzi u tal kampijiet bit tined spiss jiġu ppozizzjonati sew jiġu integrati fil pajsaġġ biex jidhru mill inqas u jinbnew b mod xieraq filwaqt li l abitazzjonijiet tar rgħajja jinbnew bla kontroll ta xejn It trabijiet iġġenerati miċ ċaqliq tal vetturi għandhom impatt minuri fuq il kwalitajiet xeniċi fuq medda qasira ta zmien Il kostruzzjoni ta abitazzjonijiet bla kontroll fiz zona ta konservazzjoni se tispiċċa tkisser l integrita tas sit Il kostruzzjoni tal istrutturi jeħtieġ li tiġi ssorveljata u rregolamentata b mod regolari Il kunflitt bejn il bnedmin u l annimali jseħħ kull meta l bhejjem tat trobbija jinqatlu u jew jittieklu mill predaturi selvaġġi fiz zona ta konservazzjoni jew qribha Il Maasai għandhom tradizzjoni twila ta koezistenza mal organizmi selvaġġi u zviluppaw tolleranza kbira għalihom Il faqar in nuqqas ta sigurta tal ikel iz zieda fil popolazzjoni umana fil pajsaġġ u r rizorsi limitati min naħa l oħra qed iġibu magħhom interazzjonijiet mill qrib bejn il baqar u l annimali u l kompetizzjoni u l kunflitti bejniethom qed tiħrax ukoll Storikament il kultura tradizzjonali tal Maasai kienet xkiel għall individwi li jizviluppaw il kapaċita li jaqdu karigi maniġerjali sofistikati f isem il komunitajiet tagħhom Reċentement biss perezempju kien hemm bidla fl attitudnijiet tal Maasai rigward il ħtieġa tal edukazzjoni Dan l aħħar ukoll irrealizzaw li jekk irid ikollhom impatt fuq il bidliet li qed iseħħu u li qed jeqirdu l istrutturi tal komunita ma jistgħux jibqgħu jezistu għal rashom u ma jagħtux kas Perezempju mexxej tradizzjonali anzjan partikolari rrimarka li onestament jiddispjaċih li ħarab mill iskola meta kien għadu zgħir u x aktarx li rawwem din l attitudni lill membri z zgħazagħ tal komunita tiegħu B hekk tradizzjonalment l Awtorita taz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro ffaċċjat problema sinifikanti biex tħeġġeġ il villaġġi tal Maasai juzaw l iskejjel li huma kienu stabbilew għalihom Dan l aspett zgur li naqqas l entuzjazmu tal Awtorita taz Zona ta Konservazzjoni ta Ngorongoro li tkompli bl inizjattivi ta kostruzzjoni tal iskejjel Iktar qariNgorongoro Conservation Area at the UNEP World Conservation Monitoring Centre Deocampo D M 2004 Hydrogeochemistry in the Ngorongoro Crater Tanzania and implications for land use in a World Heritage Site Applied Geochemistry 19 5 755 767 Deocampo D M 2005 Evaporative evolution of surface waters and the role of aqueous CO2 in magnesium silicate precipitation Lake Eyasi and Ngorongoro Crater northern Tanzania South African Journal of Geology 108 4 493 504 Referenzi a b Centre UNESCO World Heritage Ngorongoro Conservation Area UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 09