Ġorġ Zammit Ħal Qormi 17 ta Marzu 1908 21 ta Lulju 1990 kien avukat poeta u awtur Malti Ġorġ Zammit bil korteżija tal Ak
Ġorġ Zammit

Ġorġ Zammit (Ħal Qormi, 17 ta’ Marzu 1908 - 21 ta' Lulju 1990) kien avukat, poeta u awtur Malti.
Studji
Bin Ġorġ Zammit u Ludkarda mwielda Muscat, fi ċkunitu attenda l-iskola tas-Sorijiet Agostinjani ta’ Ħal Qormi u wara attenda l-iskola primarja tal-gvern f’raħal twelidu. L-edukazzjoni sekondarja tiegħu bdieha fil-kulleġġ ta’ Flores u fis-St.Paul’s School minn fejn l-ewwel għadda għal-Liċeo u mbagħad kompla fil-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara.
Wara l-matrikola kompla jistudja fl-Università Rjali ta' Malta. Billi ħass il-vokazzjoni biex isir qassis mar Ruma biex ikompli jistudja fl-Università Gregorjana. Aktar tard telaq il-kors tas-saċerdozju u sar avukat.
Għalliem
Kien ukoll għalliem tal-Ingliż, it-Taljan u l- fil-Liċeo. Għallem ukoll il-letteratura u t-Taljan fis-Seminarji, kemm ta’ Malta kif ukoll ta’ Għawdex, fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u kien ukoll lecturer tal-Malti fl-Università Rjali ta’ Malta. Barra minn hekk għamel għadd kbir ta’ konferenzi bl-Ingliż u bit-Taljan fl-Università, fil-British Institute u fis-Seminarji. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, għamel xi żmien jaħdem bħala Spettur tal-Pulizija.
Poeżiji u kitbiet oħra
Kiteb għadd kbir ta’ poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan. Kiteb ukoll rumanz u novelli – l-aktar żewġ personaġġi magħrufa tiegħu huma Wenzu u Rożi u l-praspar marbutin ma’ ħajjithom u ma’ dawk ta’ madwarhom.
Ġorġ Zammit jitqies bħala poeta tradizzjonali u wieħed mill-poeti romantiċi Maltin. Fost ix-xogħlijiet li ppubblika nsibu Lyrical Moments (ġabra ta’ poeżiji bl-Ingliż) kif ukoll Adrifts, Wenzu u Rożi u ħrejjef Oħra, Mela Darba… (novelli mqassra f’żewġ kotba), Fuq Ġwienaħ il-Għana (l-ewwel ġabra ta’ poeżiji bil-Malti), Ix-Xhud li ma Deherx (rumanz bi sfond storiku).
Impenji oħra
Matul il-karriera tiegħu, kellu diversi karigi importanti, ngħidu aħna bħala President tal-, President tal-Kunsill Mediku u kien ukoll membru fil-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti.
Ħajja Personali
Kien ipitter biż-żejt u bl-akkwarell u jiddisinja bil-pinna, jimmudella bit-tafal u jaħdem iċ-ċeramika.– Huwa stess kien stqarr li kien iħossu l-aktar ferħan meta kien jintasab xi mkien għall-kwiet fil-kampanja u joqgħod ipinġi.
Huwa kien miżżewweġ lil Carmelina Cuschieri u kellhom żewġt ibniet: Celine u Marquita.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġorġ Zammit, X'inhi Ġorġ Zammit? Xi tfisser Ġorġ Zammit?
Ġorġ Zammit Ħal Qormi 17 ta Marzu 1908 21 ta Lulju 1990 kien avukat poeta u awtur Malti Ġorġ Zammit bil kortezija tal Akkademja tal MaltiStudjiBin Ġorġ Zammit u Ludkarda mwielda Muscat fi ċkunitu attenda l iskola tas Sorijiet Agostinjani ta Ħal Qormi u wara attenda l iskola primarja tal gvern f raħal twelidu L edukazzjoni sekondarja tiegħu bdieha fil kulleġġ ta Flores u fis St Paul s School minn fejn l ewwel għadda għal Liċeo u mbagħad kompla fil Kulleġġ San Alwiġi f Birkirkara Wara l matrikola kompla jistudja fl Universita Rjali ta Malta Billi ħass il vokazzjoni biex isir qassis mar Ruma biex ikompli jistudja fl Universita Gregorjana Aktar tard telaq il kors tas saċerdozju u sar avukat GħalliemKien ukoll għalliem tal Ingliz it Taljan u l fil Liċeo Għallem ukoll il letteratura u t Taljan fis Seminarji kemm ta Malta kif ukoll ta Għawdex fil Kulleġġ ta San Alwiġi u kien ukoll lecturer tal Malti fl Universita Rjali ta Malta Barra minn hekk għamel għadd kbir ta konferenzi bl Ingliz u bit Taljan fl Universita fil British Institute u fis Seminarji Fi zmien it Tieni Gwerra Dinjija għamel xi zmien jaħdem bħala Spettur tal Pulizija Poeziji u kitbiet oħraKiteb għadd kbir ta poeziji bil Malti bl Ingliz u bit Taljan Kiteb ukoll rumanz u novelli l aktar zewġ personaġġi magħrufa tiegħu huma Wenzu u Rozi u l praspar marbutin ma ħajjithom u ma dawk ta madwarhom Ġorġ Zammit jitqies bħala poeta tradizzjonali u wieħed mill poeti romantiċi Maltin Fost ix xogħlijiet li ppubblika nsibu Lyrical Moments ġabra ta poeziji bl Ingliz kif ukoll Adrifts Wenzu u Rozi u ħrejjef Oħra Mela Darba novelli mqassra f zewġ kotba Fuq Ġwienaħ il Għana l ewwel ġabra ta poeziji bil Malti Ix Xhud li ma Deherx rumanz bi sfond storiku Impenji oħraMatul il karriera tiegħu kellu diversi karigi importanti ngħidu aħna bħala President tal President tal Kunsill Mediku u kien ukoll membru fil Kunsill tal Akkademja tal Malti Ħajja PersonaliKien ipitter biz zejt u bl akkwarell u jiddisinja bil pinna jimmudella bit tafal u jaħdem iċ ċeramika Huwa stess kien stqarr li kien iħossu l aktar ferħan meta kien jintasab xi mkien għall kwiet fil kampanja u joqgħod ipinġi Huwa kien mizzewweġ lil Carmelina Cuschieri u kellhom zewġt ibniet Celine u Marquita