Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa
Ġużè Chetcuti

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ġużè Chetcuti (Bormla, 11 ta' Awwissu 1914 - 18 ta' Lulju 2006) kien poeta u awtur Malti.
Ġużè Chetcuti | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Bormla, 11 Awwissu 1914 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 18 Lulju 2006 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb poeta |
Premjijiet | List
|
Edukazzjoni u karriera
Ġużè Chetcuti studja fl-Iskola Ċentrali ta’ San Albert fil-Belt Valletta u wara fil-Kulleġġ tal-Għalliema fil-Belt ukoll. Kien daħal mas-servizz ċivili fl-1940 bħala għalliem fl-iskejjel primarji u sentejn wara ngħata l-kariga ta’ store officer mad-Dipartiment tas-Saħħa. Fl-1940 meta faqqgħet il-gwerra, issieħeb fl-istaff editorjali fl-Information Office bħala sub-editor u traduttur tas-Service Bulletin u tal-Malta Review. Fis-snin tal-gwerra kien wieħed mit-tliet xandara uffiċjali. Huwa kien reġa’ ssieħeb fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u għallem il-Malti l-Liċeo (1956 - 1974) u għal sentejn ta lectures tal-Malti fil-Mater Admirabilis Training College f’Tal-Virtù u fl-Upper Secondary School (Sixth Form). Għallem ukoll fl-Emergency Teachers’ Maturity Course u għal ħafna snin kien eżaminatur tal-Malti f’eżamijiet taċ-Ċivil, eżamijiet oħra pubbliċi, u diversi drabi f’konkorsi letterarji.
Awtur u Poeta
Ġużè Chetcuti kien fundatur tax-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti (1939) flimkien mat-tabib Ġużè Bonnici u l-Avukat Anton Buttigieg. Huwa ħadem għall-Malti u għal-letteratura Maltija fi żminijiet diffiċli ħafna, mhux biss fi żminijiet meta li tħobb il-Malti kien meqjus bħala diżunur imma anki fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Fis-snin tal-gwerra mill-1940 sal-1948 kien Segretarju tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti (illum magħrufa bħala l-Akkademja tal-Malti). Kien ukoll sub-editor tar-rivista letterarja ‘Il-Malti’, ta l-għajnuna tiegħu għal snin twal fil-pubblikazzjoni tar-rivista letterarja ‘Leħen il-Malti’ maħruġa mill-Università ta’ Malta, Viċi President (1990 - 1992), President Onorarju (1998 - 1999), u President tas-sottokumitat fi kwistjonijiet ta’ ortografija. Huwa kien ukoll membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin, kien membru fil-Kunsill u Segretarju tal-‘Malta Drama League'.
Il-proża ta’ Chetcuti hija waħda realista u uża l-letteratura biex fuq kollox mexxa ’l quddiem il-kawża tal-fqir u bla skola. Fir-rumanzi tiegħu, Chetcuti juri ċar il-konsegwenzi tal-faqar fuq il-bniedem. Rumanzi bhal “It-Tnalja”, “L-Isqaq”, “Il-Kerrejja” u bosta novelli tiegħu għandhom jitqiesu bħala manifest ċar u realistiku dwar soċjetà fil-qabda ta’ bidla soċjali li ħalliet il-vittmi. U Chetcuti kien ir-ritrattist u d-difensur letterarju tagħhom. Ir-rumanzi u d-drammi ta’ Chetcuti taw xhieda tal-ħajja popolari f’pajjiżna u għamlu dan b’realiżmu poetiku mill-aqwa. Bosta mill-kitbiet letterarji ta’ Ġużè Chetcuti jibqgħu jitqiesu fost il-kapolavuri tal-letteratura Maltija. Fihom wera ruħu wkoll kittieb imnebbaħ mill-valuri tal-ġustizzja soċjali u tal-karità Nisranija.
Chetcuti kien ukoll esponent importanti tal-poeżija romantika f’Malta. Għanna ġmiel il-pajjiz. Ħabb 'il-bdiewa u l-ħajja sempliċi. Kiteb dwar l-imħabba u setgħetha. L-inkwiet u l-ferħ tal-ħajja. Il-patrijottiżmu u l-fidi. L-ifjen poeżiji tiegħu żammew bilanċ delikat bejn il-qawwa tal-kelma Maltija u l-ħeġġa tal-istħajjil Mediterraneu.
Chetcuti ħadem ukoll biex il-poplu jifhem il-letteratura u għalhekk ħareġ ukoll kotba ta’ kritika. Aspett ieħor li m’għandux jintesa hu Chetcuti t-traduttur. Hu qaleb għall-Malti xogħlijiet ta’ Vincenzo Maria Pellegrini, Giovanni Curmi u dramm ta’ .
Fost l-għadd kbir ta’ kotba li ħarġu mill-pinna ta’ Chetcuti hemm “Id-Dawl tal-Ħajja”, “L-Isqaq”, “Poeti Maltin”, ix-xogħlijiet għall-palk jinkludu “Il-Kerrejja”, “Imħuħ Morda”, “Manwela”, u “1919”, kif ukoll bosta studji kritiċi, novelli, traduzzjonijiet, kitbiet ta’ taħriġ fil-grammatika Maltija, kif ukoll il-kotba awtobijografiċi li fihom laqqagħna ma’ bosta awturi ta’ żmienu kif ukoll m’oħrajn minn ġenerazzjonijiet li ġew wara.
Xogħlijiet ta’ Chetcuti nqalbu wkoll għall-Ingliż u l-Għarbi.
Il-poplu Malti għaraf ħidmietu meta fl-1996 għażlu biex ikun membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.
Mewt
L-aħbar tal-mewt tiegħu tħabbret fuq il-mezzi tax-xandir u fil-ġurnali kollha li taw tagħrif bijografiku dwar ħajtu u l-ħidma kbira u qawwija tiegħu fil-friegħi kollha tal-letteratura Maltija. Charles Flores, poeta u Editur Letterarju ta’ l-orizzont, qal “Miet l-aħħar Ġgant Letterarju”.
Alfred Sant, Mexxej tal-Partit Laburista, ex-Prim Ministru u awtur qal li “Ġużè Chetcuti baqa’ mimli ħeġġa u interess fil-ħajja nazzjonali.” Sant qal li Chetcuti kien għalliem tiegħu li mas-snin sar ukoll ħabib kbir. “L-imħabba li kellu għal-letteratura u l-ilsien Malti kienet dejjem sors mill-aqwa ta’ ispirazzjoni għalija u għall-ġenerazzjoni tiegħi, kif ukoll għal dawk li ġew qabilna u warajna. Kien bniedem umli u ħabrieki, ġentili ħafna f’imġibtu, għalliem dedikat. Kien entużjast għall-ħidma letterarja li rnexxielu jagħtiha, matul is-snin, dimensjoni soċjali. Baqa’ dejjem għaddej bi proġetti ġodda ta’ kitba u tagħrif.”
Monsinjur , Direttur tal-Caritas li mexxa ċ-ċerimonja funebri fil-Knisja ta’ Stella Maris, waqt l-omelija tiegħu sejjaħ lil Ġużè Chetcuti “Warda tal-Letteratura Maltija”.
Opri
Dawn jinkludu in-novelli: Id-Dawl tal-Ħajja (1996), Imħabba u Mewt (1961), L-Isqaq (Best Novel of the Year 1962—ġie tradott għall-Ingliż fl-1971 minn Maud Ruston), It-Tnalja (1963), Nirien ta’ Mħabba (1967), Qabel Telghet ix-Xemx (1987), Manwela (1993), It-Teżor ta’ Dun Natal (1996) u Ġrajjiet mill-Ħajja ta’ Kappillan (1999) u Kiefer id-Destin ma’ Nina Roza (1999).
Kiteb ukoll l-antoloġiji/ġabriet tal-poeżiji: Poeżiji (1945), Melita Invicta (1945), Poeżiji Marjani (1953), Il-Ħajja Nżul u Tlajja’ (1964), Il-Lingwa ta’ l-Imħabba (1993), l-oratorju muzikali Marija Immakulata’(1994) u Poeti Maltin (1973).
Ħareġ id-drammi: Il-Kerrejja (1963), lmħuħ Morda (1965), Manwela (1979), 1919 (1987), Il-Għadu tal-Poplu (1987) u Giuditta ta' Dott. Carmelo Mifsud Bonnici (Il-Gross, 1996).
Kiteb l-kollezzjonijiet ta' stejjer qosra: Martin u Novelli Oħra (1991), Il-Mandraggara u Stejjer Ohra (1980), L-Imħatra u 24 Novella Oħra (1991) u t-Tabib Fonzin (1994).
Jinkludu wkoll xogħlijiet kritiċi u lingwistiċi: Dwar Il-Poeżija Maltija (1946), Studji Kritici Giovanni Curmi, Ninu Cremona (1956), Traduzzjonijiet u Komponimenti (1959), Taħriġ għall-Eżamijiet tal-Malti (1973), Tgħallem Il-Malti f’Għoxrin Lezzjoni (1982), Nirien ta’ Mhabba: Noti għall-Matrikola Avvanzata (1984) u Stilistika Maltija u Movimenti Oħra (1985).
Ħareġ it-traduzzjonijiet minn xogħlijiet letterarji barranin: Irmied (mill-poeżiji Taljani ta' G. Curmi’s, 1965), Epistolarju Romantiku (ukoll minn G. Curmi, 1965), Il-Martri (minn V. M. Pellegrini, 1967) u L-Għadu tal-Poplu (mid-dramm ta' H. Ibsen’s, 1987).
- ^ "Chetcuti, Guze - The National Archives of Malta". arkivji.org.mt. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2024-04-21. Miġbur 2024-04-21.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġużè Chetcuti, X'inhi Ġużè Chetcuti? Xi tfisser Ġużè Chetcuti?
Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Ġuze Chetcuti Bormla 11 ta Awwissu 1914 18 ta Lulju 2006 kien poeta u awtur Malti Ġuze ChetcutiĦajjaTwelid Bormla 11 Awwissu 1914Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt 18 Lulju 2006Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittieb poetaPremjijiet List Premju Nazzjonali tal Ktieb 1972 Edukazzjoni u karrieraĠuze Chetcuti studja fl Iskola Ċentrali ta San Albert fil Belt Valletta u wara fil Kulleġġ tal Għalliema fil Belt ukoll Kien daħal mas servizz ċivili fl 1940 bħala għalliem fl iskejjel primarji u sentejn wara ngħata l kariga ta store officer mad Dipartiment tas Saħħa Fl 1940 meta faqqgħet il gwerra issieħeb fl istaff editorjali fl Information Office bħala sub editor u traduttur tas Service Bulletin u tal Malta Review Fis snin tal gwerra kien wieħed mit tliet xandara uffiċjali Huwa kien reġa ssieħeb fid Dipartiment tal Edukazzjoni u għallem il Malti l Liċeo 1956 1974 u għal sentejn ta lectures tal Malti fil Mater Admirabilis Training College f Tal Virtu u fl Upper Secondary School Sixth Form Għallem ukoll fl Emergency Teachers Maturity Course u għal ħafna snin kien ezaminatur tal Malti f ezamijiet taċ Ċivil ezamijiet oħra pubbliċi u diversi drabi f konkorsi letterarji Awtur u PoetaĠuze Chetcuti kien fundatur tax Xirka għat Tixrid tal Ilsien Malti 1939 flimkien mat tabib Ġuze Bonnici u l Avukat Anton Buttigieg Huwa ħadem għall Malti u għal letteratura Maltija fi zminijiet diffiċli ħafna mhux biss fi zminijiet meta li tħobb il Malti kien meqjus bħala dizunur imma anki fi zmien it Tieni Gwerra Dinjija Fis snin tal gwerra mill 1940 sal 1948 kien Segretarju tal Għaqda tal Kittieba tal Malti illum magħrufa bħala l Akkademja tal Malti Kien ukoll sub editor tar rivista letterarja Il Malti ta l għajnuna tiegħu għal snin twal fil pubblikazzjoni tar rivista letterarja Leħen il Malti maħruġa mill Universita ta Malta Viċi President 1990 1992 President Onorarju 1998 1999 u President tas sottokumitat fi kwistjonijiet ta ortografija Huwa kien ukoll membru Onorarju tal Għaqda Poeti Maltin kien membru fil Kunsill u Segretarju tal Malta Drama League Il proza ta Chetcuti hija waħda realista u uza l letteratura biex fuq kollox mexxa l quddiem il kawza tal fqir u bla skola Fir rumanzi tiegħu Chetcuti juri ċar il konsegwenzi tal faqar fuq il bniedem Rumanzi bhal It Tnalja L Isqaq Il Kerrejja u bosta novelli tiegħu għandhom jitqiesu bħala manifest ċar u realistiku dwar soċjeta fil qabda ta bidla soċjali li ħalliet il vittmi U Chetcuti kien ir ritrattist u d difensur letterarju tagħhom Ir rumanzi u d drammi ta Chetcuti taw xhieda tal ħajja popolari f pajjizna u għamlu dan b realizmu poetiku mill aqwa Bosta mill kitbiet letterarji ta Ġuze Chetcuti jibqgħu jitqiesu fost il kapolavuri tal letteratura Maltija Fihom wera ruħu wkoll kittieb imnebbaħ mill valuri tal ġustizzja soċjali u tal karita Nisranija Chetcuti kien ukoll esponent importanti tal poezija romantika f Malta Għanna ġmiel il pajjiz Ħabb il bdiewa u l ħajja sempliċi Kiteb dwar l imħabba u setgħetha L inkwiet u l ferħ tal ħajja Il patrijottizmu u l fidi L ifjen poeziji tiegħu zammew bilanċ delikat bejn il qawwa tal kelma Maltija u l ħeġġa tal istħajjil Mediterraneu Chetcuti ħadem ukoll biex il poplu jifhem il letteratura u għalhekk ħareġ ukoll kotba ta kritika Aspett ieħor li m għandux jintesa hu Chetcuti t traduttur Hu qaleb għall Malti xogħlijiet ta Vincenzo Maria Pellegrini Giovanni Curmi u dramm ta Fost l għadd kbir ta kotba li ħarġu mill pinna ta Chetcuti hemm Id Dawl tal Ħajja L Isqaq Poeti Maltin ix xogħlijiet għall palk jinkludu Il Kerrejja Imħuħ Morda Manwela u 1919 kif ukoll bosta studji kritiċi novelli traduzzjonijiet kitbiet ta taħriġ fil grammatika Maltija kif ukoll il kotba awtobijografiċi li fihom laqqagħna ma bosta awturi ta zmienu kif ukoll m oħrajn minn ġenerazzjonijiet li ġew wara Xogħlijiet ta Chetcuti nqalbu wkoll għall Ingliz u l Għarbi Il poplu Malti għaraf ħidmietu meta fl 1996 għazlu biex ikun membru tal Ordni Nazzjonali tal Mertu MewtL aħbar tal mewt tiegħu tħabbret fuq il mezzi tax xandir u fil ġurnali kollha li taw tagħrif bijografiku dwar ħajtu u l ħidma kbira u qawwija tiegħu fil friegħi kollha tal letteratura Maltija Charles Flores poeta u Editur Letterarju ta l orizzont qal Miet l aħħar Ġgant Letterarju Alfred Sant Mexxej tal Partit Laburista ex Prim Ministru u awtur qal li Ġuze Chetcuti baqa mimli ħeġġa u interess fil ħajja nazzjonali Sant qal li Chetcuti kien għalliem tiegħu li mas snin sar ukoll ħabib kbir L imħabba li kellu għal letteratura u l ilsien Malti kienet dejjem sors mill aqwa ta ispirazzjoni għalija u għall ġenerazzjoni tiegħi kif ukoll għal dawk li ġew qabilna u warajna Kien bniedem umli u ħabrieki ġentili ħafna f imġibtu għalliem dedikat Kien entuzjast għall ħidma letterarja li rnexxielu jagħtiha matul is snin dimensjoni soċjali Baqa dejjem għaddej bi proġetti ġodda ta kitba u tagħrif Monsinjur Direttur tal Caritas li mexxa ċ ċerimonja funebri fil Knisja ta Stella Maris waqt l omelija tiegħu sejjaħ lil Ġuze Chetcuti Warda tal Letteratura Maltija OpriDawn jinkludu in novelli Id Dawl tal Ħajja 1996 Imħabba u Mewt 1961 L Isqaq Best Novel of the Year 1962 ġie tradott għall Ingliz fl 1971 minn Maud Ruston It Tnalja 1963 Nirien ta Mħabba 1967 Qabel Telghet ix Xemx 1987 Manwela 1993 It Tezor ta Dun Natal 1996 u Ġrajjiet mill Ħajja ta Kappillan 1999 u Kiefer id Destin ma Nina Roza 1999 Kiteb ukoll l antoloġiji ġabriet tal poeziji Poeziji 1945 Melita Invicta 1945 Poeziji Marjani 1953 Il Ħajja Nzul u Tlajja 1964 Il Lingwa ta l Imħabba 1993 l oratorju muzikali Marija Immakulata 1994 u Poeti Maltin 1973 Ħareġ id drammi Il Kerrejja 1963 lmħuħ Morda 1965 Manwela 1979 1919 1987 Il Għadu tal Poplu 1987 u Giuditta ta Dott Carmelo Mifsud Bonnici Il Gross 1996 Kiteb l kollezzjonijiet ta stejjer qosra Martin u Novelli Oħra 1991 Il Mandraggara u Stejjer Ohra 1980 L Imħatra u 24 Novella Oħra 1991 u t Tabib Fonzin 1994 Jinkludu wkoll xogħlijiet kritiċi u lingwistiċi Dwar Il Poezija Maltija 1946 Studji Kritici Giovanni Curmi Ninu Cremona 1956 Traduzzjonijiet u Komponimenti 1959 Taħriġ għall Ezamijiet tal Malti 1973 Tgħallem Il Malti f Għoxrin Lezzjoni 1982 Nirien ta Mhabba Noti għall Matrikola Avvanzata 1984 u Stilistika Maltija u Movimenti Oħra 1985 Ħareġ it traduzzjonijiet minn xogħlijiet letterarji barranin Irmied mill poeziji Taljani ta G Curmi s 1965 Epistolarju Romantiku ukoll minn G Curmi 1965 Il Martri minn V M Pellegrini 1967 u L Għadu tal Poplu mid dramm ta H Ibsen s 1987 Chetcuti Guze The National Archives of Malta arkivji org mt Arkivjat minn l oriġinal fl 2024 04 21 Miġbur 2024 04 21