Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L Amazigh Marokkin Standard bl Ingliż Standard Moroccan Amazigh ⵜⴰⵎⴰⵣⵉⵖⵜ ⵜⴰⵏⴰⵡⴰⵢⵜ bl Għarbi الأمازيغية المعيارية magħruf

Amazigh Marokkin Standard

  • Paġna Ewlenija
  • Amazigh Marokkin Standard
Amazigh Marokkin Standard
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-Amazigh Marokkin Standard (bl-Ingliż: Standard Moroccan Amazigh; ⵜⴰⵎⴰⵣⵉⵖⵜ ⵜⴰⵏⴰⵡⴰⵢⵜ; bl-Għarbi: الأمازيغية المعيارية), magħrufa wkoll bħala Tamazight Marokkin Standard jew Berberu Marokkin Standard, hija lingwa standardizzata mill-Istitut Irjali tal-Kultura Amazigh (IRCAM) fil-Marokk li tħaddan karatteristiċi tat-Tashelhit, tat-Tamazight tal-Atlas Ċentrali, tat-Tarifit, it-tliet lingwi Amazigh ewlenin fil-Marokk. Ilha lingwa uffiċjali tal-Marokk mill-2011.

L-Amazigh Marokkin Standard tipikament issir referenza għaliha bħala Tamazight, Amazigh, jew Berberu, għalkemm dawn it-termini jistgħu jintużaw biex jirreferu għal kwalunkwe lingwa Amazigh oħra, jew għal-lingwi Amazigh inġenerali, inkluż dawk 'il barra mill-Marokk.

Storja

Mill-1993, madwar 40-60 fil-mija tal-Marokkini kienu jitkellmu bit-Tamazight, u kienu jirreferu għat-Tashelhit, għat-Tamazight tal-Atlas Ċentrali, jew għat-Tarifit, bħala lingwa nattiva. Wara l-indipendenza tal-Marokk fl-1956, l-attivisti favur l-Amazigh bdew jappellaw għall-inklużjoni akbar tat-Tamazight fil-kuntesti uffiċjali u pubbliċi. L-assoċjazzjonijiet kulturali bdew jitolbu wkoll għall-istandardizzazzjoni tat-Tamazight fis-snin 80 tas-seklu 20.

Fl-2001 tħabbru l-ħolqien tal-IRCAM u rwol tiegħu fit-tagħlim tat-Tamazight fil-klassijiet. Dan l-iżvilupp kien jeħtieġ l-istandardizzazzjoni tal-kitba tat-Tamazight u l-ħolqien tad-dizzjunarju, tal-kotba akkademiċi u tal-materjal tat-tagħlim.

Fl-2011, il-kostituzzjoni Marokkina ġiet emendata biex it-Tamazight jiżdied bħala lingwa uffiċjali.

Żvilupp

Sabiex jiżviluppa l-Amazigh Marokkin Standard, l-IRCAM analizza s-sorsi bil-miktub tat-Tashelhit, tat-Tamazight tal-Atlas Ċentrali, u tat-Tarifit. F'dan il-proċess, żdiedu 3,584 verb mal-vokabularju standardizzat. Il-kliem u l-istrutturi sintattiċi b'tifsiriet identiċi fost il-lingwi żdiedu bħala sinonimi; pereżempju, kemm it-taddart, il-kelma bit-Tamazight tal-Atlas Ċentrali għal "dar", u t-tigammi, il-kelma bit-Tashelhit għal "dar", tfisser "dar" fl-Amazigh Marokkin Standard.

Sabiex iżid il-kliem li ma jeżistix fit-Tashelhit, fit-Tamazight tal-Atlas Ċentrali, jew fit-Tarifit, l-IRCAM issellef mil-lingwi Amazigh minn barra l-Marokk fejn kien possibbli, jew inkella fejn dan ma kienx possibbli silet kelma ġdida mil-lessiku eżistenti tat-Tamazight.

Ortografija

It-Tamazight tipikament inkiteb bil-kitba Għarbija, bl-alfabett Latin Berberu, jew bit-Tifinagh. Bħala parti mill-proċess tal-istandardizzazzjoni, fl-2003 l-IRCAM għażel it-Tifinagh, b'referenza għan-Neo-Tifinagh, bħala l-ortografija tal-Amazigh Marokkin Standard. Id-deċiżjoni kienet kontroversjali kemm fi ħdan kif ukoll barra l-kumitat li ħa d-deċiżjoni, peress li ttieħdu għal raġunijiet politiċi iktar milli prattiċi; il-biċċa l-kbira tal-kelliema Marokkini tat-Tamazight ma jużawx it-Tifinagh.

Il-verżjoni tan-Neo-Tifinagh li uża l-IRCAM hija kemxejn differenti minn verżjonijiet oħra. Mill-2016, l-użu tat-Tifinagh ġie ristrett primarjament għas-sinjali pubbliċi u għal użi kulturali oħra li jispikkaw; ma tant jintuża wisq fl-edukazzjoni jew fil-mezzi tax-xandir.

Kritika

L-adozzjoni tal-2003 tat-Tifinagh intlaqgħet minn kritika mifruxa, b'mod partikolari fost l-attivisti tal-Amazigh, li jħossu li din l-għażla ma kinitx prattika u tillimita l-promozzjoni tat-Tamazight. Il-biċċa l-kbira tal-kelliema Marokkini tal-Amazigh jużaw l-alfabett Latin, iktar milli t-Tifinagh, u l-alfabett Latin huwa l-kitba uffiċjali li tintuża għal-lingwi Amazigh 'il barra mill-Marokk. B'hekk, l-adozzjoni tat-Tifinagh titqies bħala limitanti, kemm fil-Marokk kif ukoll fil-kollegament tal-Marokk mal-kultura usa' tal-Amazigh fit-Tramuntana tal-Afrika, u l-eħrex kritiċi tad-deċiżjoni jqisuha bħala ħadma intenzjonali mill-gvern. Il-lingwista argumenta li d-deċiżjoni kienet "perikoluża" u maħsuba biex "[tixpruna] dan il-perjodu tranżizzjonali tal-kitba u tat-tagħlim tal-Amazigh lejn sqaq li ma jinfidx". Madankollu, il-biċċa l-kbira li mhumiex attivisti kienu kontra l-adozzjoni uffiċjali tal-alfabett Latin għall-Amazigh, u stħarriġ tal-2011 sab li 45.5 % ta' dawk li wieġbu qablu li t-Tifinagh kienet il-kitba l-iżjed xierqa biex biha jinkiteb it-Tamazight.

Fil-prattika, filwaqt li t-tliet lingwi kollha jintużaw fil-kotba akkademiċi tal-iskola primarja, it-Tashelhit milli jidher huwa l-bażi prinċipali tal-istandard użat fil-materjal tal-lingwa Amazigh prodott mill-Istitut Irjali tal-Kultura Amazigh, issupplimentat minn bosta neoloġiżmi puristiċi. Dan wassal biex xi kritiċi jargumentaw li l-"politika lingwistika" uffiċjali tal-Marokk qed timmarġinalizza l-lingwi Berberi tat-Tramuntana u tal-Lvant tal-Marokk, u minn taħt qed twassal biex il-lingwi Berberi kollha tal-Marokk isiru "mhux standard", b'mod partikolari dawk li l-kelliema tagħhom ma jidentifikawx ruħhom ma' xi waħda mit-tliet lingwi ewlenin użati mill-IRCAM, bħall-Iznasen fil-Grigal imbiegħed, is-Senhaja-Ktama fit-Tramuntana, it-Tamazight tal-Lvant tal-Atlas fil-Marokk ċentrali, il-Figuig, u l-Berberu tax-Xlokk.

Referenzi

  1. ^ Alalou, Ali (2018-04-03). "The question of languages and the medium of instruction in Morocco". Current Issues in Language Planning. 19 (2): 6–8.
  2. ^ Alalou, Ali (2018-04-03). "The question of languages and the medium of instruction in Morocco". Current Issues in Language Planning. 19 (2): 136–160.
  3. ^ Ataa Allah, Fadoua; Boulaknadel, Siham (2018). Mastorakis, N.; Mladenov, V.; Bulucea, A. (eds.). "Morpho-Lexicon for standard Moroccan Amazigh". MATEC Web of Conferences. 210: 04024.
  4. ^ Zouhir, Abderrahman (2014). "Language Policy and State in Morocco: The Status of Berber". Digest of Middle East Studies. 23 (1): 37–53.
  5. ^ Alalou, Ali (2018-04-03). "The question of languages and the medium of instruction in Morocco". Current Issues in Language Planning. 19 (2): 136–160.
  6. ^ Gross, Joan E. (1993). "The Politics of Unofficial Language Use: Walloon in Belgium, Tamazight in Morocco". Critique of Anthropology. 13 (2): 181.
  7. ^ Gross, Joan E. (1993). "The Politics of Unofficial Language Use: Walloon in Belgium, Tamazight in Morocco". Critique of Anthropology. 13 (2): 182.
  8. ^ Bassiouney, Reem (2009-08-27), "Language policy and politics", Arabic Sociolinguistics, Edinburgh University Press, pp. 219–220.
  9. ^ Vourlias, Christopher (January 25, 2010). "Moroccan minority's net gain". Variety. Vol. 417, no. 10. Penske Business Media, LLC.
  10. ^ African Literacies: Ideologies. Abdelhay, Asfaha, Yonas Mesfun. Newcastle upon Tyne. 2014. p. 153. ISBN 978-1-4438-6826-6.
  11. ^ Crawford, David L. (2005). "Royal Interest in Local Culture: Amazigh Identity and the Moroccan State". Nationalism and minority identities in Islamic societies. Maya Shatzmiller. Montreal [Que.]: McGill-Queen's University Press. pp. 164–165. ISBN 978-0-7735-7254-6.
  12. ^ Soulaimani, Dris (2016-01-02). "Writing and rewriting Amazigh/Berber identity: Orthographies and language ideologies". Writing Systems Research. 8 (1): 1–2.
  13. ^ Campbell, George L. (2012). The Routledge handbook of scripts and alphabets. Christopher Moseley (2nd ed.). Milton Park, Abingdon, Oxon: Routledge. pp. 58–59. ISBN 978-0-203-86548-4.
  14. ^ Maddy-Weitzman, Bruce (2011). The Berber identity movement and the challenge to North African states (1st ed.). Austin: University of Texas Press. pp. 170–171. ISBN 978-0-292-73478-4.
  15. ^ Soulaimani, Dris (2016-01-02). "Writing and rewriting Amazigh/Berber identity: Orthographies and language ideologies". Writing Systems Research. 8 (1): 6–9.
  16. ^ "الجنوب الشرقي و المعهد و القناة الامازيغية: عذرا !! نحن هنا قبل أن تنصرفوا ..." chaabpress.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-10-14. Miġbur 2024-02-08.
  17. ^ "ماذا حققت الأمازيغية بإيجابيتكم أستاذ بوكوس؟؟". Hespress - هسبريس جريدة إلكترونية مغربية (bl-Għarbi). 2015-04-07. Miġbur 2024-02-08.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 20 Ġun, 2025 / 17:01

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Amazigh Marokkin Standard, X'inhi Amazigh Marokkin Standard? Xi tfisser Amazigh Marokkin Standard?

L Amazigh Marokkin Standard bl Ingliz Standard Moroccan Amazigh ⵜⴰⵎⴰⵣⵉⵖⵜ ⵜⴰⵏⴰⵡⴰⵢⵜ bl Għarbi الأمازيغية المعيارية magħrufa wkoll bħala Tamazight Marokkin Standard jew Berberu Marokkin Standard hija lingwa standardizzata mill Istitut Irjali tal Kultura Amazigh IRCAM fil Marokk li tħaddan karatteristiċi tat Tashelhit tat Tamazight tal Atlas Ċentrali tat Tarifit it tliet lingwi Amazigh ewlenin fil Marokk Ilha lingwa uffiċjali tal Marokk mill 2011 L Amazigh Marokkin Standard tipikament issir referenza għaliha bħala Tamazight Amazigh jew Berberu għalkemm dawn it termini jistgħu jintuzaw biex jirreferu għal kwalunkwe lingwa Amazigh oħra jew għal lingwi Amazigh inġenerali inkluz dawk il barra mill Marokk StorjaMill 1993 madwar 40 60 fil mija tal Marokkini kienu jitkellmu bit Tamazight u kienu jirreferu għat Tashelhit għat Tamazight tal Atlas Ċentrali jew għat Tarifit bħala lingwa nattiva Wara l indipendenza tal Marokk fl 1956 l attivisti favur l Amazigh bdew jappellaw għall inkluzjoni akbar tat Tamazight fil kuntesti uffiċjali u pubbliċi L assoċjazzjonijiet kulturali bdew jitolbu wkoll għall istandardizzazzjoni tat Tamazight fis snin 80 tas seklu 20 Fl 2001 tħabbru l ħolqien tal IRCAM u rwol tiegħu fit tagħlim tat Tamazight fil klassijiet Dan l izvilupp kien jeħtieġ l istandardizzazzjoni tal kitba tat Tamazight u l ħolqien tad dizzjunarju tal kotba akkademiċi u tal materjal tat tagħlim Fl 2011 il kostituzzjoni Marokkina ġiet emendata biex it Tamazight jizdied bħala lingwa uffiċjali ZviluppSabiex jizviluppa l Amazigh Marokkin Standard l IRCAM analizza s sorsi bil miktub tat Tashelhit tat Tamazight tal Atlas Ċentrali u tat Tarifit F dan il proċess zdiedu 3 584 verb mal vokabularju standardizzat Il kliem u l istrutturi sintattiċi b tifsiriet identiċi fost il lingwi zdiedu bħala sinonimi perezempju kemm it taddart il kelma bit Tamazight tal Atlas Ċentrali għal dar u t tigammi il kelma bit Tashelhit għal dar tfisser dar fl Amazigh Marokkin Standard Sabiex izid il kliem li ma jezistix fit Tashelhit fit Tamazight tal Atlas Ċentrali jew fit Tarifit l IRCAM issellef mil lingwi Amazigh minn barra l Marokk fejn kien possibbli jew inkella fejn dan ma kienx possibbli silet kelma ġdida mil lessiku ezistenti tat Tamazight Ortografija It Tamazight tipikament inkiteb bil kitba Għarbija bl alfabett Latin Berberu jew bit Tifinagh Bħala parti mill proċess tal istandardizzazzjoni fl 2003 l IRCAM għazel it Tifinagh b referenza għan Neo Tifinagh bħala l ortografija tal Amazigh Marokkin Standard Id deċizjoni kienet kontroversjali kemm fi ħdan kif ukoll barra l kumitat li ħa d deċizjoni peress li ttieħdu għal raġunijiet politiċi iktar milli prattiċi il biċċa l kbira tal kelliema Marokkini tat Tamazight ma juzawx it Tifinagh Il verzjoni tan Neo Tifinagh li uza l IRCAM hija kemxejn differenti minn verzjonijiet oħra Mill 2016 l uzu tat Tifinagh ġie ristrett primarjament għas sinjali pubbliċi u għal uzi kulturali oħra li jispikkaw ma tant jintuza wisq fl edukazzjoni jew fil mezzi tax xandir KritikaL adozzjoni tal 2003 tat Tifinagh intlaqgħet minn kritika mifruxa b mod partikolari fost l attivisti tal Amazigh li jħossu li din l għazla ma kinitx prattika u tillimita l promozzjoni tat Tamazight Il biċċa l kbira tal kelliema Marokkini tal Amazigh juzaw l alfabett Latin iktar milli t Tifinagh u l alfabett Latin huwa l kitba uffiċjali li tintuza għal lingwi Amazigh il barra mill Marokk B hekk l adozzjoni tat Tifinagh titqies bħala limitanti kemm fil Marokk kif ukoll fil kollegament tal Marokk mal kultura usa tal Amazigh fit Tramuntana tal Afrika u l eħrex kritiċi tad deċizjoni jqisuha bħala ħadma intenzjonali mill gvern Il lingwista argumenta li d deċizjoni kienet perikoluza u maħsuba biex tixpruna dan il perjodu tranzizzjonali tal kitba u tat tagħlim tal Amazigh lejn sqaq li ma jinfidx Madankollu il biċċa l kbira li mhumiex attivisti kienu kontra l adozzjoni uffiċjali tal alfabett Latin għall Amazigh u stħarriġ tal 2011 sab li 45 5 ta dawk li wieġbu qablu li t Tifinagh kienet il kitba l izjed xierqa biex biha jinkiteb it Tamazight Fil prattika filwaqt li t tliet lingwi kollha jintuzaw fil kotba akkademiċi tal iskola primarja it Tashelhit milli jidher huwa l bazi prinċipali tal istandard uzat fil materjal tal lingwa Amazigh prodott mill Istitut Irjali tal Kultura Amazigh issupplimentat minn bosta neoloġizmi puristiċi Dan wassal biex xi kritiċi jargumentaw li l politika lingwistika uffiċjali tal Marokk qed timmarġinalizza l lingwi Berberi tat Tramuntana u tal Lvant tal Marokk u minn taħt qed twassal biex il lingwi Berberi kollha tal Marokk isiru mhux standard b mod partikolari dawk li l kelliema tagħhom ma jidentifikawx ruħhom ma xi waħda mit tliet lingwi ewlenin uzati mill IRCAM bħall Iznasen fil Grigal imbiegħed is Senhaja Ktama fit Tramuntana it Tamazight tal Lvant tal Atlas fil Marokk ċentrali il Figuig u l Berberu tax Xlokk Referenzi Alalou Ali 2018 04 03 The question of languages and the medium of instruction in Morocco Current Issues in Language Planning 19 2 6 8 Alalou Ali 2018 04 03 The question of languages and the medium of instruction in Morocco Current Issues in Language Planning 19 2 136 160 Ataa Allah Fadoua Boulaknadel Siham 2018 Mastorakis N Mladenov V Bulucea A eds Morpho Lexicon for standard Moroccan Amazigh MATEC Web of Conferences 210 04024 Zouhir Abderrahman 2014 Language Policy and State in Morocco The Status of Berber Digest of Middle East Studies 23 1 37 53 Alalou Ali 2018 04 03 The question of languages and the medium of instruction in Morocco Current Issues in Language Planning 19 2 136 160 Gross Joan E 1993 The Politics of Unofficial Language Use Walloon in Belgium Tamazight in Morocco Critique of Anthropology 13 2 181 Gross Joan E 1993 The Politics of Unofficial Language Use Walloon in Belgium Tamazight in Morocco Critique of Anthropology 13 2 182 Bassiouney Reem 2009 08 27 Language policy and politics Arabic Sociolinguistics Edinburgh University Press pp 219 220 Vourlias Christopher January 25 2010 Moroccan minority s net gain Variety Vol 417 no 10 Penske Business Media LLC African Literacies Ideologies Abdelhay Asfaha Yonas Mesfun Newcastle upon Tyne 2014 p 153 ISBN 978 1 4438 6826 6 Crawford David L 2005 Royal Interest in Local Culture Amazigh Identity and the Moroccan State Nationalism and minority identities in Islamic societies Maya Shatzmiller Montreal Que McGill Queen s University Press pp 164 165 ISBN 978 0 7735 7254 6 Soulaimani Dris 2016 01 02 Writing and rewriting Amazigh Berber identity Orthographies and language ideologies Writing Systems Research 8 1 1 2 Campbell George L 2012 The Routledge handbook of scripts and alphabets Christopher Moseley 2nd ed Milton Park Abingdon Oxon Routledge pp 58 59 ISBN 978 0 203 86548 4 Maddy Weitzman Bruce 2011 The Berber identity movement and the challenge to North African states 1st ed Austin University of Texas Press pp 170 171 ISBN 978 0 292 73478 4 Soulaimani Dris 2016 01 02 Writing and rewriting Amazigh Berber identity Orthographies and language ideologies Writing Systems Research 8 1 6 9 الجنوب الشرقي و المعهد و القناة الامازيغية عذرا نحن هنا قبل أن تنصرفوا chaabpress com Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 10 14 Miġbur 2024 02 08 ماذا حققت الأمازيغية بإيجابيتكم أستاذ بوكوس Hespress هسبريس جريدة إلكترونية مغربية bl Għarbi 2015 04 07 Miġbur 2024 02 08

L-aħħar artikli
  • Ġunju 16, 2025

    Klabbs ċampjins tad-dinja (futbol)

  • Ġunju 08, 2025

    Klabb tal-futbol

  • Ġunju 23, 2025

    Klaas-Jan Huntelaar

  • Ġunju 14, 2025

    Kjoto

  • Ġunju 08, 2025

    Kirġiżistan

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq