Aït Benhaddou bil lingwi tal Berberi ⴰⵢⵜ ⴱⴻⵏⵃⴰⴷⴷⵓ bl Għarbi آيت بن حد و huwa ighrem jew ksar villaġġ iffortifikat storik
Aït Benhaddou

Aït Benhaddou (bil-lingwi tal-Berberi: ⴰⵢⵜ ⴱⴻⵏⵃⴰⴷⴷⵓ; bl-Għarbi: آيت بن حدّو) huwa ighrem jew ksar (villaġġ iffortifikat) storiku tul ir-rotta tal-karovani tal-imgħoddi bejn id- tas-Saħara u fit-territorju li llum huwa parti mill-Marokk. Jinsab mal-ġenb ta' għolja quddiem ix-xmara Ounila. Il-ksar huwa meqjus bħala eżempju kbir ta' arkitettura Marokkina bil-ħamrija taflija u ilu mniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1987.
Storja
Is-sit tal-ksar ġie ffortifikat mis-seklu 11 matul il-perjodu tad-dinastija , li kienet dinastija imperjali Berbera Musulmana. X'aktarx li l-ebda mill-binjiet attwali mhuma iktar antiki mis-seklu 17, iżda wisq probabbli nbnew bl-istess metodi ta' kostruzzjoni u disinni bħal dawk li kienu ntużaw sekli qabel. L-importanza strateġika tas-sit kienet minħabba l-pożizzjoni tiegħu fil-Wied ta' Ounila tul waħda mir-rotot kummerċjali ewlenin li jaqsmu s-Saħara. Il-mogħdija muntanjuża ta' Tizi n'Tichka, li wieħed kien jasal għaliha permezz ta' din ir-rotta, kienet waħda mill-ftit rotot li jaqsmu l-, u li kienet tgħaddi minn Marrakech u l-Wied ta' Dra'a fit-tarf tas-Saħara. Kien hemm ukoll kasbahs (strutturi ffortifikati) u ksour oħra tul din ir-rotta, bħal fit-Tramuntana.
Illum il-ġurnata, fil-ksar għadhom jgħixu biss ftit familji. Id-depopolazzjoni tul iż-żmien seħħet minħabba li fis-seklu 20 il-wied tilef l-importanza strateġika li kellu qabel. Il-biċċa l-kbira tal-abitanti lokali issa jgħixu f'abitazzjonijiet moderni fil-villaġġ fuq ix-xatt oppost tax-xmara, u jaqilgħu l-għajxien tagħhom permezz tal-agrikoltura u speċjalment permezz tat-turiżmu. Fl-2011 tlesta pont ġdid għan-nies biex ikunu jistgħu jaqsmu min-naħa għall-oħra tax-xmara Ounila, u mill-villaġġ il-modern għall-ksar. L-għan kien li l-ksar isir iktar aċċessibbli u li potenzjalment l-abitanti jiġu mħeġġa jerġgħu jmorru jgħixu fid-djar storiċi tiegħu.
Deskrizzjoni
Konfigurazzjoni tas-sit
Il-ksar jinsab mal-ġenb ta' għolja ħdejn ix-xmara Ounila (Asif Ounila). Il-binjiet tal-villaġġ huma miġburin flimkien fi ħdan ħajt difensiv li jinkludi torrijiet fl-irkejjen u daħla. Fost il-binjiet hemm abitazzjonijiet ta' daqsijiet differenti li jvarjaw minn djar mudesti għal strutturi twal bit-torrijiet. Uħud mill-binjiet huma mżejna fil-parti ta' fuq tagħhom b'motivi ġeometriċi. Il-villaġġ għandu wkoll għadd ta' binjiet pubbliċi u komunitarji bħal moskea, karavanseraj, kasbah u l-Marabout ta' Sidi Ali jew Amer. Fil-quċċata tal-għolja, 'il fuq sew mill-ksar, hemm il-fdalijiet ta' fossa kbira ffortifikata tal-qamħ (agadir). Hemm ukoll pjazza pubblika, ċimiterju Musulman, u ċimiterju Lhudi. 'Il barra mill-ħitan tal-ksar kien hemm żona fejn kien isir it-tkabbir u d-dris tal-qamħ.
Materjali tal-bini
L-istrutturi tal-ksar huma magħmula għalkollox minn ħamrija kkumpattata, tajn, brikks tal-ħamrija taflija, u injam. Il-ħamrija kkumpattata (magħrufa wkoll bħala pisé, tabia, jew al-luh) kienet materjal kosteffettiv u prattiku ħafna iżda kienet meħtieġa manutenzjoni kostanti. Il-ħamrija kienet tiġi kkumpattata flimkien mat-tajn, u s-soltu kienet tiġi mħallta ma' materjali oħra biex tagħqad, u titħalla tinxef. L-istrutturi ta' Aït Benhaddou u ta' kasbahs u ksour oħra f'dan ir-reġjun tal-Marokk, tipikament inbnew b'taħlita ta' ħamrija u tiben, li kienu relattivament permeabbli u faċilment kienu jitmermru bix-xita u biż-żmien. B'riżultat ta' dan, villlaġġi simili kienu jibdew jitmermru u jċedu ftit għexieren ta' snin wara li jiġu abbandunati. F'Aït Benhaddou, l-istrutturi t-twal nett kienu jsiru bil-ħamrija kkumpattata sal-ewwel sular tagħhom, filwaqt li s-sulari ta' fuq kienu jsiru b'materjal tat-tajn iktar ħafif biex titnaqqas it-tagħbija tal-ħitan.
Sit ta' Wirt Dinji
Aït Benhaddou ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Preservazzjoni
Il-ksar ġie rrestawrat b'mod sinifikanti fis-seklu 20, parzjalment bis-saħħa tal-fondi mill-ġbid tal-films ta' u tat-tniżżil tas-sit fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-UNESCO tirrapporta li l-ksar "ippreserva l-awtentiċità arkitettonika tiegħu fir-rigward tal-konfigurazzjoni u l-materjali" billi baqgħu jintużaw materjali tal-kostruzzjoni tradizzjonali u billi fil-maġġoranza l-kbira tal-binjiet ġie evitat l-użu tal-konkos. Kumitat lokali jieħu ħsieb il-monitoraġġ u l-ġestjoni tas-sit.
Films miġbuda f'Aït Benhaddou
Għadd kbir ta' films li nġibdu fil-Marokk, ġibdu xi biċċiet f'Aït Benhaddou, fosthom:
- Sodom and Gomorrah (1963)
- Oedipus Rex (1967)
- The Man Who Would Be King (film) (1975)
- The Message (1976)
- Jesus of Nazareth (1977)
- Time Bandits (1981)
- Marco Polo (1982)
- The Jewel of the Nile (1985)
- The Living Daylights (1987)
- The Last Temptation of Christ (1988)
- The Sheltering Sky (1990)
- Kundun (1997)
- The Mummy (1999)
- Gladiator (2000)
- Alexander (2004)
- Kingdom of Heaven (2005)
- Babel (2006)
- One Night with the King (2006)
- Prince of Persia (2010)
- Son of God (2014)
- Queen of the Desert (2015)
- David Attenborough: A life on our planet (2020)
Aït Benhaddou ntuża wkoll f'partijiet tas-sensiela televiżiva Game of Thrones u tas-sensiela televiżiva Brażiljana O Clone.
Referenzi
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Ksar of Ait-Ben-Haddou". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-06.
- ^ a b "Ait Ben Haddou travel". Lonely Planet (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-06.
- ^ "Morocco's Southern Oases Routes | Morocco Travel Guide". Rough Guides (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-06.
- ^ a b Jacobs, Harrison. "One of the most famous places in the world is a tiny desert town in Morocco where everything from 'Game of Thrones' to 'Gladiator' was filmed". Business Insider (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-06.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "UNESCO World Heritage Centre - State of Conservation (SOC 2014) Ksar of Ait-Ben-Haddou (Morocco)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-06.
- ^ a b Correia, Mariana (2016). Conservation in Earthen Heritage: Assessment and Significance of Failure, Criteria, Conservation Theory, and Strategies. Cambridge Scholars Publishing. pp. 149-167. ISBN 9781443889292.
- ^ Parker, Richard (1981). A practical guide to Islamic Monuments in Morocco. Charlottesville, VA: The Baraka Press. p. 40.
- ^ Berkowicz, Michel. "Pisé". Futura (bil-Franċiż). Miġbur 2021-10-06.
- ^ The Rough Guide to Morocco (11 ed.). London: Rough Guides. 2016. p. 390. ISBN 9780241236680.
- ^ "Filming Location Matching "Ait Benhaddou, Morocco" (Sorted by Popularity Ascending)". IMDb. Miġbur 2021-10-06.
- ^ "Movies Filmed at Ait Benhaddou in Morocco" (bl-Ingliż). 2017-01-06. Miġbur 2021-10-06.
- ^ Court, By Jon Jensen and Alex (2015-03-05). "Filming 'Game of Thrones' where winter never comes | CNN Business". CNN (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-06.
- ^ "The Fairy Ksar Ait Benhaddou | History & Travel Guide". Moroccanzest (bl-Ingliż). 2018-09-28. Miġbur 2021-10-06.
- ^ CNN, Jon Jensen and Alex Court, for. "Moroccan backdrop for Game of Thrones and Gladiator". CNN. Miġbur 2021-10-06.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Aït Benhaddou, X'inhi Aït Benhaddou? Xi tfisser Aït Benhaddou?
Ait Benhaddou bil lingwi tal Berberi ⴰⵢⵜ ⴱⴻⵏⵃⴰⴷⴷⵓ bl Għarbi آيت بن حد و huwa ighrem jew ksar villaġġ iffortifikat storiku tul ir rotta tal karovani tal imgħoddi bejn id tas Saħara u fit territorju li llum huwa parti mill Marokk Jinsab mal ġenb ta għolja quddiem ix xmara Ounila Il ksar huwa meqjus bħala ezempju kbir ta arkitettura Marokkina bil ħamrija taflija u ilu mnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO mill 1987 Veduta ta Ait Benhaddou mix xatt oppost tax xmara OunilaStorjaAit Benhaddou Is sit tal ksar ġie ffortifikat mis seklu 11 matul il perjodu tad dinastija li kienet dinastija imperjali Berbera Musulmana X aktarx li l ebda mill binjiet attwali mhuma iktar antiki mis seklu 17 izda wisq probabbli nbnew bl istess metodi ta kostruzzjoni u disinni bħal dawk li kienu ntuzaw sekli qabel L importanza strateġika tas sit kienet minħabba l pozizzjoni tiegħu fil Wied ta Ounila tul waħda mir rotot kummerċjali ewlenin li jaqsmu s Saħara Il mogħdija muntanjuza ta Tizi n Tichka li wieħed kien jasal għaliha permezz ta din ir rotta kienet waħda mill ftit rotot li jaqsmu l u li kienet tgħaddi minn Marrakech u l Wied ta Dra a fit tarf tas Saħara Kien hemm ukoll kasbahs strutturi ffortifikati u ksour oħra tul din ir rotta bħal fit Tramuntana Illum il ġurnata fil ksar għadhom jgħixu biss ftit familji Id depopolazzjoni tul iz zmien seħħet minħabba li fis seklu 20 il wied tilef l importanza strateġika li kellu qabel Il biċċa l kbira tal abitanti lokali issa jgħixu f abitazzjonijiet moderni fil villaġġ fuq ix xatt oppost tax xmara u jaqilgħu l għajxien tagħhom permezz tal agrikoltura u speċjalment permezz tat turizmu Fl 2011 tlesta pont ġdid għan nies biex ikunu jistgħu jaqsmu min naħa għall oħra tax xmara Ounila u mill villaġġ il modern għall ksar L għan kien li l ksar isir iktar aċċessibbli u li potenzjalment l abitanti jiġu mħeġġa jerġgħu jmorru jgħixu fid djar storiċi tiegħu DeskrizzjoniKonfigurazzjoni tas sit Kasbah ta Ait Benhaddou Il ksar jinsab mal ġenb ta għolja ħdejn ix xmara Ounila Asif Ounila Il binjiet tal villaġġ huma miġburin flimkien fi ħdan ħajt difensiv li jinkludi torrijiet fl irkejjen u daħla Fost il binjiet hemm abitazzjonijiet ta daqsijiet differenti li jvarjaw minn djar mudesti għal strutturi twal bit torrijiet Uħud mill binjiet huma mzejna fil parti ta fuq tagħhom b motivi ġeometriċi Il villaġġ għandu wkoll għadd ta binjiet pubbliċi u komunitarji bħal moskea karavanseraj kasbah u l Marabout ta Sidi Ali jew Amer Fil quċċata tal għolja il fuq sew mill ksar hemm il fdalijiet ta fossa kbira ffortifikata tal qamħ agadir Hemm ukoll pjazza pubblika ċimiterju Musulman u ċimiterju Lhudi Il barra mill ħitan tal ksar kien hemm zona fejn kien isir it tkabbir u d dris tal qamħ Materjali tal bini L istrutturi tal ksar huma magħmula għalkollox minn ħamrija kkumpattata tajn brikks tal ħamrija taflija u injam Il ħamrija kkumpattata magħrufa wkoll bħala pise tabia jew al luh kienet materjal kosteffettiv u prattiku ħafna izda kienet meħtieġa manutenzjoni kostanti Il ħamrija kienet tiġi kkumpattata flimkien mat tajn u s soltu kienet tiġi mħallta ma materjali oħra biex tagħqad u titħalla tinxef L istrutturi ta Ait Benhaddou u ta kasbahs u ksour oħra f dan ir reġjun tal Marokk tipikament inbnew b taħlita ta ħamrija u tiben li kienu relattivament permeabbli u faċilment kienu jitmermru bix xita u biz zmien B rizultat ta dan villlaġġi simili kienu jibdew jitmermru u jċedu ftit għexieren ta snin wara li jiġu abbandunati F Ait Benhaddou l istrutturi t twal nett kienu jsiru bil ħamrija kkumpattata sal ewwel sular tagħhom filwaqt li s sulari ta fuq kienu jsiru b materjal tat tajn iktar ħafif biex titnaqqas it tagħbija tal ħitan Sit ta Wirt DinjiAit Benhaddou f inzul ix xemx Ait Benhaddou ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1987 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli PreservazzjoniIl ksar ġie rrestawrat b mod sinifikanti fis seklu 20 parzjalment bis saħħa tal fondi mill ġbid tal films ta u tat tnizzil tas sit fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO L UNESCO tirrapporta li l ksar ippreserva l awtentiċita arkitettonika tiegħu fir rigward tal konfigurazzjoni u l materjali billi baqgħu jintuzaw materjali tal kostruzzjoni tradizzjonali u billi fil maġġoranza l kbira tal binjiet ġie evitat l uzu tal konkos Kumitat lokali jieħu ħsieb il monitoraġġ u l ġestjoni tas sit Films miġbuda f Ait BenhaddouVeduta ta Ait Benhaddou mill quċċata tal għolja Għadd kbir ta films li nġibdu fil Marokk ġibdu xi biċċiet f Ait Benhaddou fosthom Sodom and Gomorrah 1963 Oedipus Rex 1967 The Man Who Would Be King film 1975 The Message 1976 Jesus of Nazareth 1977 Time Bandits 1981 Marco Polo 1982 The Jewel of the Nile 1985 The Living Daylights 1987 The Last Temptation of Christ 1988 The Sheltering Sky 1990 Kundun 1997 The Mummy 1999 Gladiator 2000 Alexander 2004 Kingdom of Heaven 2005 Babel 2006 One Night with the King 2006 Prince of Persia 2010 Son of God 2014 Queen of the Desert 2015 David Attenborough A life on our planet 2020 Ait Benhaddou ntuza wkoll f partijiet tas sensiela televiziva Game of Thrones u tas sensiela televiziva Braziljana O Clone Referenzi a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Ksar of Ait Ben Haddou UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 10 06 a b Ait Ben Haddou travel Lonely Planet bl Ingliz Miġbur 2021 10 06 Morocco s Southern Oases Routes Morocco Travel Guide Rough Guides bl Ingliz Miġbur 2021 10 06 a b Jacobs Harrison One of the most famous places in the world is a tiny desert town in Morocco where everything from Game of Thrones to Gladiator was filmed Business Insider bl Ingliz Miġbur 2021 10 06 Centre UNESCO World Heritage UNESCO World Heritage Centre State of Conservation SOC 2014 Ksar of Ait Ben Haddou Morocco UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 10 06 a b Correia Mariana 2016 Conservation in Earthen Heritage Assessment and Significance of Failure Criteria Conservation Theory and Strategies Cambridge Scholars Publishing pp 149 167 ISBN 9781443889292 Parker Richard 1981 A practical guide to Islamic Monuments in Morocco Charlottesville VA The Baraka Press p 40 Berkowicz Michel Pise Futura bil Franċiz Miġbur 2021 10 06 The Rough Guide to Morocco 11 ed London Rough Guides 2016 p 390 ISBN 9780241236680 Filming Location Matching Ait Benhaddou Morocco Sorted by Popularity Ascending IMDb Miġbur 2021 10 06 Movies Filmed at Ait Benhaddou in Morocco bl Ingliz 2017 01 06 Miġbur 2021 10 06 Court By Jon Jensen and Alex 2015 03 05 Filming Game of Thrones where winter never comes CNN Business CNN bl Ingliz Miġbur 2021 10 06 The Fairy Ksar Ait Benhaddou History amp Travel Guide Moroccanzest bl Ingliz 2018 09 28 Miġbur 2021 10 06 CNN Jon Jensen and Alex Court for Moroccan backdrop for Game of Thrones and Gladiator CNN Miġbur 2021 10 06