Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Pjazza jew misraħ jew pjazza tar raħal jew pjazza tal belt hija spazju pubbliku fil beraħ li normalment jinsab fil qalba

Pjazza

  • Paġna Ewlenija
  • Pjazza
Pjazza
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Pjazza (jew misraħ jew pjazza tar-raħal jew pjazza tal-belt) hija spazju pubbliku fil-beraħ li normalment jinsab fil-qalba ta’ belt jew raħal tradizzjonali użata u li tintuża f’okkażjonijiet fejn tinġabar il-komunità kollha ta’ belt jew ta’ raħal. Kunċetti relatati huma ċ-ċentru ċiviku, il-pjazza tas-suq u l-ispazju aħdar ta’ villaġġ.

Il-biċċa l-kbira tal-pjazez huma postijiet adattati għas-suq, għall-kunċerti, għal kampanji politiċi, u għal avvenimenti oħra li jirrikjedu art stabbli fil-beraħ. Peress li spiss ikunu jinsabu f’post ċentrali, il-pjazez ġeneralment ikunu mdawra bi ħwienet żgħar bħal tal-ħami, tal-laħam, tal-ġobon u ħwienet tal-ħwejjeġ. Fiċ-ċentru tagħhom spiss ikun hemm xi bir, monument, statwa jew karatteristika oħra. Il-pjazez li jkollhom xi funtani kultant jissejħu pjazez bil-funtani.

Skont il-pajjiż

Malta

Misraħ ir-Repubblika jew Pjazza Repubblika hija waħda mill-iktar pjazez magħrufa fil-Belt Valletta u f’Malta. Il-pjazza oriġinarjament kienet imsejħa Piazza Tesoreria jew Piazza dei Cavallieri, peress li l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann stabbilew it-Teżor tagħhom fil-pjazza. Wara li tpoġġiet statwa tar- fis-seklu 19, il-pjazza saret magħrufa bħala Pjazza Reġina u għalkemm l-isem uffiċjali tal-pjazza huwa Misraħ ir-Repubblika, kollokjalment ħafna għadhom isejħulha Pjazza Reġina.

Minħabba ċ-ċokon ta’ Malta, il-pjazez Maltin u Għawdxin jifilħu l-iktar għal ġemgħat lokali, pereżempju fl-okkażjoni ta’ xi festa tal-parroċċa lokali, iżda għal avvenimenti nazzjonali kbar bħal kampanji politiċi jew kunċerti, spiss jintużaw it-toroq prinċipali jew xi spazji fil-beraħ bħal dak tal-fosos tal-Furjana.

Awstralja

Iċ-ċentru tal-belt ta’ u s-subborg biswit tat-Tramuntana ta’ Adelaide, fin- Nofsinhar tal-Awstralja, ġew ippjanati mill-Kurunell fl-1837. It-toroq tal-belt kienu mqassma qishom grilja, biċ-ċentru tal-belt li kien jinkludi pjazza pubblika ċentrali msejħa Pjazza Victoria, u erba’ pjazez pubbliċi fiċ-ċentru ta’ kull kwartier tal-belt. It-Tramuntana ta’ Adelaide għandha żewġ pjazez pubbliċi. Il-belt kienet iddisinjata wkoll b’tali mod li tkun imdawra minn parks, u dawn il-karatteristiċi kollha għadhom jeżistu sa llum, bil-pjazez miżmuma l-iktar bħala spazji ħodor.

Ċina

Fiċ-Ċina Kontinentali, il-Pjazza tal-Poplu hija isem komuni li ngħata lill-biċċa l-kbira tal-pjazez ċentrali tal-bliet Ċiniżi moderni, li ġew stabbiliti bħala parti mill-modernizzazzjoni urbana li saret f’dawn l-aħħar ftit deċennji. F’dawn il-pjazez is-soltu jkun hemm il-binjiet tal-gvern, mużewijiet u binjiet pubbliċi oħra. L-iktar pjazza magħrufa u l-ikbar pjazza fiċ-Ċina hija Pjazza Tiananmen f’Beijing.

Ġermanja u l-Awstrija

Il-kelma Ġermaniża għal pjazza hi Platz, li tfisser ukoll “post”, u hija terminu

komuni għall-pjazez ċentrali fil-pajjiżi fejn in-nies jitkellmu bil-Ġermaniż. Il-pjazez kienu punti ewlenin tal-ħajja pubblika fil-bliet u fl-irħul mill-Medju Evu sa llum. Il-pjazez li jkunu faċċata ta’ palazz jew kastell (bil-Ġermaniż: Schloss) spiss jissejħu Schlossplatz. Fost il-pjazez prominenti fil-pajjiżi fejn in-nies jitkellmu l-Ġermaniż insibu: l- Alexanderplatz, il-Pariser Platz u l-Potsdamer Platz f’Berlin, il-Königsplatz f’Munich, il-Ġermanja, u l-Heldenplatz fi Vjenna, l-Awstrija.

Italja, Etjopja u l-Kosta tad-Dalmazji

Piazza (bil-pronunzja Taljana simili għal dik bil-Malti: [ˈPjattsa]) hija l-kelma li tintuża għal pjazza fl-Italja, tul il-kosta tad-Dalmazji u fir-reġjuni tal-madwar. X’aktarx li waħda mill-iktar pjazez magħrufa fid-dinja hija Piazza San Marco f’Venezja. It-terminu huwa bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal plaza bl-Ispanjol. Fl-Etjopja, fejn kien hemm l-influwenza tat-Taljani, it-terminu kien jintuża biex jirreferi għal parti minn belt.

Meta l-Earl ta’ Bedford żviluppa Covent Garden – l-ewwel pjazza pubblika magħmula mill-privat f’Londra – l-arkitett tiegħu ħa ħsieb li tkun imdawra bl-arkati skont l-istil Taljan. Meta kienet issir referenza għall- piazza f’Londra, moħħ iċ-ċittadini tal-belt kien imur għall-arkati iktar milli għall-pjazza.

Pjazza normalment tinsab fejn jiltaqgħu żewġ toroq jew iktar. Il-biċċa l-kbira tal-bliet Taljani għandhom diversi pjazez b’toroq ħerġin miċ-ċentru. Il-pjazez huma post ideali għan-negozju u spiss jiftħu ħwienet u negozji żgħar fil-pjazez stess jew fil-qrib. Ħafna stazzjonijiet tat-tramm ta’ taħt l-art u waqfiet tal-karozzi tal-linja jkunu jinsabu fil-pjazez jew fil-qrib peress li huma punt ewlieni f’belt jew f’raħal.

Fir-Renju Unit, piazza ġeneralment tirreferi għal spazju pedonali pavimentat fil-beraħ, mingħajr ħaxix jew tħawwil, ħafna drabi quddiem binjiet sinifikanti jew ħwienet. L-istazzjon ta’ King's Cross f’Londra se jkollu piazza bħala parti mill-iżvilupp mill-ġdid tiegħu. Il-piazza se tissostitwixxi t-“tinda” eżistenti tas-snin sebgħin tas-seklu 20 u b’hekk tkun tista’ terġa’ tidher il-faċċata oriġinali tas-snin 50 tas-seklu 19. Hemm eżempju tajjeb ta’ pjazza wkoll fi fil-Kulleġġ ta’ Newcastle.

Fl-Istati Uniti, fil-bidu tas-seklu 19, piazza saret tirreferi għal isem zuntier tal-knisja li jkollu saqaf mirfud bil-kolonni. It-terminu piazza kien jintuża minn xi wħud, speċjalment fiż-żona ta’ Boston, biex tirreferi għal veranda, terrazzin jew parapett żgħir quddiem dar jew appartament.

Pjazza ċentrali ftit ’il bogħod mit-Triq Prinċipali ta’ Ġibiltà, bejn il-Bini tal-Parlament u l-Muniċipju, imsejħa uffiċjalment Pjazza tissejjaħ kollokjalment bħala The Piazza.

Indoneżja

Pjazza kbira fil-beraħ fil-villaġġi, fl-irħula, u fil-ibliet tal-Indoneżja hija magħrufa bħala alun-alun. Dan huwa terminu Ġavaniż li fl-Indoneżja moderna jirreferi għaż-żewġ pjazez kbar fil-beraħ ta’ kraton (palazz). Tipikament tkun tinsab ħdejn moskea jew palazz. Fiha jsiru spettakli pubbliċi, ċelebrazzjonijiet irjali u ġenerali u avvenimenti tad-divertiment.

Iran

Fl-arkitettura Persjana tradizzjonali, il-pjazez tal-bliet huma magħrufa bħala maydan jew meydan. Maydan hija

meqjusa bħala waħda mill-karatteristiċi essenzjali fl-ippjanar urban u ħafna drabi tkun maġenb bażaar, moskea kbira u binjiet pubbliċi oħra. Il-Pjazza Naqsh-e Jahan f’ hija eżempju ta’ pjazza storika filwaqt li l-Pjazza Azadi f’Tehran hija eżempju ta’ pjazza moderna fl-Iran.

Netherlands u l-Belġju

Il-pjazez spiss jissejħu “suq” minħabba li spiss jintużaw bħala postijiet fejn jintrama s-suq. Kważi kull belt jew raħal fil-Belġju u fin-Nofsinhar tan-Netherlands għandha Grote Markt bl-Olandiż jew Grand Place bil-Franċiż (pereżempju l-Grand Place fi Brussell). Il-Grote Markt ħafna drabi jkun il-post fejn jinsab il-muniċipju u b’hekk ikun fiċ-ċentru tal-belt. Bl-Olandiż il-kelma plein tirreferi wkoll għal pjazza, pereżempju Het Plein f’.

Ismijiet simili jistgħu jinstabu wkoll fir-reġjuni tal-madwar bħal pereżempju f’, il-Ġermanja, li għandha diversi pjazez ċentrali msejħa “-markt” jew Markt (Heumarkt, Neumarkt, Alter Markt).

Russja

Fir-Russja, pjazza jew pjazza ċentrali (bir-Russu: центра́льная пло́щадь; b’ittri Rumani: tsentráĺnaya plóshchad́)

huwa terminu komuni li jirreferi għal żona miftuħa jew fil-beraħ fil-qalba ta’ belt jew raħal. F’għadd ta’ bliet, il-pjazza ma jkollhiex isem individwali u tkun uffiċjalment imsejħa Pjazza Ċentrali, pereżempju l-Pjazza Ċentrali (Tolyatti).

Pajjiżi li fihom in-nies jitkellmu bl-Ispanjol

It-terminu bl-Ispanjol għal pjazza pubblika huwa plaza, u dan it-terminu jintuża fi Spanja, fil-biċċa l-kbira tal-Amerka t’Isfel, fil-Lbiċ tal-Istati Uniti, u fil-Filippini. Minbarra l-pjazez iż-żgħar, il-Plaza Mayor (fil-kolonji Spanjoli xi kultant imsejħa Plaza de Armas, “Pjazza tal-Armamenti”, fejn it-truppi setgħu jinġabru) ta’ kull ċentru amministrattiv kien ikun fih tliet istituzzjonijiet relatati mill-qrib ma’ xulxin: il- katidral, il-cantabile jew iċ-ċentru amministrattiv, li seta’ jkun inkorporat ma’ parti mill-palazz tal-gvernatur, u l-udjenza jew il-qorti. Il-pjazza setgħet tkun kbira biżżejjed biex isservi bħala post fejn isiru l-parati militari. Fi żminijiet ta’ kriżi jew ta’ festa, dan kien ikun il-post fejn setgħet tinġabar folla kbira.

Bħall-piazza Taljana u l-praça Portugiża, il-plaza hija ċ-ċentru tal-ħajja tal-komunità ta’ belt jew ta’ raħal li jħaqqaqha magħha biss is-suq. Plaza de toros hija arena fejn issir il-ġlieda tradizzjonali mal-barri jew mat-toru. Il-kumplessi l-kbar tal-ħwienet ġieli jinkorporaw il-kelma plaza f’isimhom, u plaza commercial tintuża f’xi pajjiżi bħala sinonimu għal centro comercial jiġifieri “kumpless kummerċjali jew kumpless kbir tal-ħwienet”.

L-oriġini tal-kelma pjazza fil-biċċa l-kbira tal-lingwi Rumanzi ġejja mil-Latin platea jew mill-Grieg πλατεῖα (ὁδός) plateia (hodos), li tfisser “triq jew mogħdija wiesgħa”.

Renju Unit

Fir-Renju Unit, u speċjalment f’Londra u f’Edinburgu, square għandha tifsira usa’. Hemm pjazez pubbliċi bħal dawk deskritti hawn fuq, iżda t-terminu jintuża wkoll għal spazji miftuħa formali mdawra minn djar b’ġonna privati fiċ-ċentru, xi kultant magħrufa wkoll bħala pjazez bil-ġonna. Ħafna minn dawn inbnew fis-sekli 18 u 19. F’xi każijiet, il-ġonna issa nfetħu għall-pubbliku.

Barra minn hekk, inħolqu ħafna pjazez pubbliċi fil-bliet u fl-irħula madwar ir-Renju Unit bħala parti mill-iżvilupp urban wara l-Blitz. Il-pjazez jistgħu jkunu wkoll pjuttost żgħar u jkunu jixbħu l-btieħi, speċjalment fil-Belt ta’ Londra. F’Londra, l-iktar eżempju impressjonanti ta’ pjazza li ma tinkorporax il-ġonna u li hija mdawra b’binjiet storiċi hija probabbilment Trafalgar Square. F’, il-Piece Hall li ġiet irrestawrata dan l-aħħar ġiet deskritta bħala piazza li tikkompeti ma’ ħafna oħrajn fl-Ewropa.

Stati Uniti

F’xi bliet, speċjalment fi New England, it-terminu square (bħall-ekwivalenti bl-Ispanjol plaza) jintuża biex jirreferi għal żona kummerċjali (bħal Central Square f’Cambridge, ), li ġeneralment tkun iffurmata madwar l-intersezzjoni ta’ tliet toroq jew iktar, u li oriġinarjament kienet tikkonsisti minn xi żona miftuħa (li ħafna minnhom imtlew bi strutturi tat-traffiku). Ħafna minn dawn l-intersezzjonijiet ikunu irregolari u mhux kwadri.

Bl-Ingliż Amerikan, plaza tista’ tfisser waħda minn bosta affarijiet:

  • pjazza ta’ belt jew ta’ raħal, bħall-Ispanjol
  • kwalunkwe żona miftuħa li ġeneralment tkun tinsab ħdejn bini urban u ħafna drabi jkollha mogħdijiet, siġar u arbuxelli, postijiet fejn toqgħod bilqiegħda, u xi drabi ħwienet
  • ċentru kummerċjali bil-ħwienet ta’ kull daqs
  • struttura tal-ħlas tan-nollijiet, fejn it-traffiku jkollu jieqaf temporanjament biex jitħallsu n-nollijiet
  • żona maġenb awtostrada li jkollha faċilitajiet tas-servizzi (bħal ristoranti, pompa tal-petrol, u tojlits

Il-pajsaġġi metropolitani moderni ħafna drabi jinkorporaw il-pjazza bħala element tad-disinn, jew bħala eżitu tar-regolamenti dwar it-tqassim f’żoni, tad-diffikultajiet baġitarji fil-kostruzzjoni, eċċ. Is-soċjologu wettaq studju estensiv tal-pjazez fi : l-istudju tiegħu umanizza l-mod kif il-pjazez urbani moderni jiġu kunċettwalizzati, u għen biex jibdew isiru bidliet sinifikanti fid-disinn tal-pjazez li jistgħu jintużaw biex jinfetħu spazji għal kwartieri b’introjtu baxx, filwaqt li jsebbħu l-estetika kumplessiva tal-madwar biex jagħtu spinta lill-vitalità ekonomika, lill-mobbiltà tal-persuni bil-mixi u lis-sikurezza tal-persuni bil-mixi. Il-biċċa l-kbira tal-pjazez jinħolqu minn kollaborazzjoni bejn applikanti lokali mingħajr skop ta’ qligħ u uffiċjali tal-belt li tkun teħtieġ approvazzjoni mill-belt.

Fl-Amerika ta’ Fuq kollha, kliem bħal place, square, jew plaza spiss jidhru fl-ismijiet ta’ stabbilimenti kummerċjali bħal kumplessi kbar tal-ħwienet u lukandi.

Referenzi

  1. ^ Watch this Space: Designing, Defending, and Sharing Public Space, Hadley Dyer u Marc Ngui, Kids Can Press (2010), pp. 8-3 u 78, ISBN 9781554532933
  2. ^ ""The Adelaide park lands and city layout" (PDF). Australian Heritage Database: Places for Decision: Class: Historic" (PDF).
  3. ^ "Light's Plan of Adelaide 1837 | Adelaidia". adelaidia.history.sa.gov.au. Miġbur 2021-04-30.
  4. ^ "The Wicked Good Guide to Boston English". www.bu.edu. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-11-30. Miġbur 2021-04-30.
  5. ^ "Piazza fl-Oxford American Dictionary (2001)".
  6. ^ "plaza comercial - English translation – Linguee". Linguee.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  7. ^ "Definition of plaza | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  8. ^ Andy Woodruff on 16 June 2010. "Boston squared | Andy Woodruff". Miġbur 2021-04-30.
  9. ^ "Definition of PLAZA". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-30.
  10. ^ "Silver Lake gets an unusual new park space". Los Angeles Times (bl-Ingliż). 2012-03-11. Miġbur 2021-04-30.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 18:12

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Pjazza, X'inhi Pjazza? Xi tfisser Pjazza?

Pjazza jew misraħ jew pjazza tar raħal jew pjazza tal belt hija spazju pubbliku fil beraħ li normalment jinsab fil qalba ta belt jew raħal tradizzjonali uzata u li tintuza f okkazjonijiet fejn tinġabar il komunita kollha ta belt jew ta raħal Kunċetti relatati huma ċ ċentru ċiviku il pjazza tas suq u l ispazju aħdar ta villaġġ Piazza della Signoria f Firenze l Italja ezempju storiku ta pjazza pubblika tradizzjonali Tħabbir tal istabbiliment tal Istat tas Sloveni tal Kroati u tas Serbi fil Pjazza tal Kungress fl 1918 f Ljubljana is Slovenja Il biċċa l kbira tal pjazez huma postijiet adattati għas suq għall kunċerti għal kampanji politiċi u għal avvenimenti oħra li jirrikjedu art stabbli fil beraħ Peress li spiss ikunu jinsabu f post ċentrali il pjazez ġeneralment ikunu mdawra bi ħwienet zgħar bħal tal ħami tal laħam tal ġobon u ħwienet tal ħwejjeġ Fiċ ċentru tagħhom spiss ikun hemm xi bir monument statwa jew karatteristika oħra Il pjazez li jkollhom xi funtani kultant jissejħu pjazez bil funtani Skont il pajjizMalta Misraħ ir Repubblika il Belt Valletta Misraħ ir Repubblika jew Pjazza Repubblika hija waħda mill iktar pjazez magħrufa fil Belt Valletta u f Malta Il pjazza oriġinarjament kienet imsejħa Piazza Tesoreria jew Piazza dei Cavallieri peress li l Kavallieri tal Ordni ta San Ġwann stabbilew it Tezor tagħhom fil pjazza Wara li tpoġġiet statwa tar fis seklu 19 il pjazza saret magħrufa bħala Pjazza Reġina u għalkemm l isem uffiċjali tal pjazza huwa Misraħ ir Repubblika kollokjalment ħafna għadhom isejħulha Pjazza Reġina Minħabba ċ ċokon ta Malta il pjazez Maltin u Għawdxin jifilħu l iktar għal ġemgħat lokali perezempju fl okkazjoni ta xi festa tal parroċċa lokali izda għal avvenimenti nazzjonali kbar bħal kampanji politiċi jew kunċerti spiss jintuzaw it toroq prinċipali jew xi spazji fil beraħ bħal dak tal fosos tal Furjana Awstralja Iċ ċentru tal belt ta u s subborg biswit tat Tramuntana ta Adelaide fin Nofsinhar tal Awstralja ġew ippjanati mill Kurunell fl 1837 It toroq tal belt kienu mqassma qishom grilja biċ ċentru tal belt li kien jinkludi pjazza pubblika ċentrali msejħa Pjazza Victoria u erba pjazez pubbliċi fiċ ċentru ta kull kwartier tal belt It Tramuntana ta Adelaide għandha zewġ pjazez pubbliċi Il belt kienet iddisinjata wkoll b tali mod li tkun imdawra minn parks u dawn il karatteristiċi kollha għadhom jezistu sa llum bil pjazez mizmuma l iktar bħala spazji ħodor Ċina Funtana fil Pjazza tal Poplu f Shanghai iċ Ċina Fiċ Ċina Kontinentali il Pjazza tal Poplu hija isem komuni li ngħata lill biċċa l kbira tal pjazez ċentrali tal bliet Ċinizi moderni li ġew stabbiliti bħala parti mill modernizzazzjoni urbana li saret f dawn l aħħar ftit deċennji F dawn il pjazez is soltu jkun hemm il binjiet tal gvern muzewijiet u binjiet pubbliċi oħra L iktar pjazza magħrufa u l ikbar pjazza fiċ Ċina hija Pjazza Tiananmen f Beijing Ġermanja u l Awstrija Schlossplatz il Pjazza tal Kastell Palazz fi il Ġermanja Il kelma Ġermaniza għal pjazza hi Platz li tfisser ukoll post u hija terminu komuni għall pjazez ċentrali fil pajjizi fejn in nies jitkellmu bil Ġermaniz Il pjazez kienu punti ewlenin tal ħajja pubblika fil bliet u fl irħul mill Medju Evu sa llum Il pjazez li jkunu faċċata ta palazz jew kastell bil Ġermaniz Schloss spiss jissejħu Schlossplatz Fost il pjazez prominenti fil pajjizi fejn in nies jitkellmu l Ġermaniz insibu l Alexanderplatz il Pariser Platz u l Potsdamer Platz f Berlin il Konigsplatz f Munich il Ġermanja u l Heldenplatz fi Vjenna l Awstrija Italja Etjopja u l Kosta tad Dalmazji Piazza Navona u l Fontana funtana del Moro fiċ ċentru ta Ruma l Italja Il funtana fl isfond hija l Fontana dei Quattro Fiumi Piazza bil pronunzja Taljana simili għal dik bil Malti ˈPjattsa hija l kelma li tintuza għal pjazza fl Italja tul il kosta tad Dalmazji u fir reġjuni tal madwar X aktarx li waħda mill iktar pjazez magħrufa fid dinja hija Piazza San Marco f Venezja It terminu huwa bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal plaza bl Ispanjol Fl Etjopja fejn kien hemm l influwenza tat Taljani it terminu kien jintuza biex jirreferi għal parti minn belt Meta l Earl ta Bedford zviluppa Covent Garden l ewwel pjazza pubblika magħmula mill privat f Londra l arkitett tiegħu ħa ħsieb li tkun imdawra bl arkati skont l istil Taljan Meta kienet issir referenza għall piazza f Londra moħħ iċ ċittadini tal belt kien imur għall arkati iktar milli għall pjazza Pjazza normalment tinsab fejn jiltaqgħu zewġ toroq jew iktar Il biċċa l kbira tal bliet Taljani għandhom diversi pjazez b toroq ħerġin miċ ċentru Il pjazez huma post ideali għan negozju u spiss jiftħu ħwienet u negozji zgħar fil pjazez stess jew fil qrib Ħafna stazzjonijiet tat tramm ta taħt l art u waqfiet tal karozzi tal linja jkunu jinsabu fil pjazez jew fil qrib peress li huma punt ewlieni f belt jew f raħal Fir Renju Unit piazza ġeneralment tirreferi għal spazju pedonali pavimentat fil beraħ mingħajr ħaxix jew tħawwil ħafna drabi quddiem binjiet sinifikanti jew ħwienet L istazzjon ta King s Cross f Londra se jkollu piazza bħala parti mill izvilupp mill ġdid tiegħu Il piazza se tissostitwixxi t tinda ezistenti tas snin sebgħin tas seklu 20 u b hekk tkun tista terġa tidher il faċċata oriġinali tas snin 50 tas seklu 19 Hemm ezempju tajjeb ta pjazza wkoll fi fil Kulleġġ ta Newcastle Fl Istati Uniti fil bidu tas seklu 19 piazza saret tirreferi għal isem zuntier tal knisja li jkollu saqaf mirfud bil kolonni It terminu piazza kien jintuza minn xi wħud speċjalment fiz zona ta Boston biex tirreferi għal veranda terrazzin jew parapett zgħir quddiem dar jew appartament Pjazza ċentrali ftit il bogħod mit Triq Prinċipali ta Ġibilta bejn il Bini tal Parlament u l Muniċipju imsejħa uffiċjalment Pjazza tissejjaħ kollokjalment bħala The Piazza Indonezja Pjazza kbira fil beraħ fil villaġġi fl irħula u fil ibliet tal Indonezja hija magħrufa bħala alun alun Dan huwa terminu Ġavaniz li fl Indonezja moderna jirreferi għaz zewġ pjazez kbar fil beraħ ta kraton palazz Tipikament tkun tinsab ħdejn moskea jew palazz Fiha jsiru spettakli pubbliċi ċelebrazzjonijiet irjali u ġenerali u avvenimenti tad divertiment Pjazza Azadi f Tehran l Iran Iran Fl arkitettura Persjana tradizzjonali il pjazez tal bliet huma magħrufa bħala maydan jew meydan Maydan hija meqjusa bħala waħda mill karatteristiċi essenzjali fl ippjanar urban u ħafna drabi tkun maġenb bazaar moskea kbira u binjiet pubbliċi oħra Il Pjazza Naqsh e Jahan f hija ezempju ta pjazza storika filwaqt li l Pjazza Azadi f Tehran hija ezempju ta pjazza moderna fl Iran Netherlands u l Belġju Il fi Brussell il Belġju Il pjazez spiss jissejħu suq minħabba li spiss jintuzaw bħala postijiet fejn jintrama s suq Kwazi kull belt jew raħal fil Belġju u fin Nofsinhar tan Netherlands għandha Grote Markt bl Olandiz jew Grand Place bil Franċiz perezempju l Grand Place fi Brussell Il Grote Markt ħafna drabi jkun il post fejn jinsab il muniċipju u b hekk ikun fiċ ċentru tal belt Bl Olandiz il kelma plein tirreferi wkoll għal pjazza perezempju Het Plein f Ismijiet simili jistgħu jinstabu wkoll fir reġjuni tal madwar bħal perezempju f il Ġermanja li għandha diversi pjazez ċentrali msejħa markt jew Markt Heumarkt Neumarkt Alter Markt Russja Il Pjazza l Ħamra f Moska ir Russja veduta mill Majjistral fejn jidhru l Katidral storiku ta San Bazilju u t Torri ta Spasskaya tal Kremlin Fir Russja pjazza jew pjazza ċentrali bir Russu centra lnaya plo shad b ittri Rumani tsentraĺnaya ploshchad huwa terminu komuni li jirreferi għal zona miftuħa jew fil beraħ fil qalba ta belt jew raħal F għadd ta bliet il pjazza ma jkollhiex isem individwali u tkun uffiċjalment imsejħa Pjazza Ċentrali perezempju l Pjazza Ċentrali Tolyatti Pajjizi li fihom in nies jitkellmu bl Ispanjol It terminu bl Ispanjol għal pjazza pubblika huwa plaza u dan it terminu jintuza fi Spanja fil biċċa l kbira tal Amerka t Isfel fil Lbiċ tal Istati Uniti u fil Filippini Minbarra l pjazez iz zgħar il Plaza Mayor fil kolonji Spanjoli xi kultant imsejħa Plaza de Armas Pjazza tal Armamenti fejn it truppi setgħu jinġabru ta kull ċentru amministrattiv kien ikun fih tliet istituzzjonijiet relatati mill qrib ma xulxin il katidral il cantabile jew iċ ċentru amministrattiv li seta jkun inkorporat ma parti mill palazz tal gvernatur u l udjenza jew il qorti Il pjazza setgħet tkun kbira bizzejjed biex isservi bħala post fejn isiru l parati militari Fi zminijiet ta krizi jew ta festa dan kien ikun il post fejn setgħet tinġabar folla kbira Bħall piazza Taljana u l praca Portugiza il plaza hija ċ ċentru tal ħajja tal komunita ta belt jew ta raħal li jħaqqaqha magħha biss is suq Plaza de toros hija arena fejn issir il ġlieda tradizzjonali mal barri jew mat toru Il kumplessi l kbar tal ħwienet ġieli jinkorporaw il kelma plaza f isimhom u plaza commercial tintuza f xi pajjizi bħala sinonimu għal centro comercial jiġifieri kumpless kummerċjali jew kumpless kbir tal ħwienet L oriġini tal kelma pjazza fil biċċa l kbira tal lingwi Rumanzi ġejja mil Latin platea jew mill Grieg plateῖa ὁdos plateia hodos li tfisser triq jew mogħdija wiesgħa Renju Unit Trafalgar Square Londra Fir Renju Unit u speċjalment f Londra u f Edinburgu square għandha tifsira usa Hemm pjazez pubbliċi bħal dawk deskritti hawn fuq izda t terminu jintuza wkoll għal spazji miftuħa formali mdawra minn djar b ġonna privati fiċ ċentru xi kultant magħrufa wkoll bħala pjazez bil ġonna Ħafna minn dawn inbnew fis sekli 18 u 19 F xi kazijiet il ġonna issa nfetħu għall pubbliku Barra minn hekk inħolqu ħafna pjazez pubbliċi fil bliet u fl irħula madwar ir Renju Unit bħala parti mill izvilupp urban wara l Blitz Il pjazez jistgħu jkunu wkoll pjuttost zgħar u jkunu jixbħu l btieħi speċjalment fil Belt ta Londra F Londra l iktar ezempju impressjonanti ta pjazza li ma tinkorporax il ġonna u li hija mdawra b binjiet storiċi hija probabbilment Trafalgar Square F il Piece Hall li ġiet irrestawrata dan l aħħar ġiet deskritta bħala piazza li tikkompeti ma ħafna oħrajn fl Ewropa Stati Uniti Il Pjazza msejħa Los Angeles Music Center F xi bliet speċjalment fi New England it terminu square bħall ekwivalenti bl Ispanjol plaza jintuza biex jirreferi għal zona kummerċjali bħal Central Square f Cambridge li ġeneralment tkun iffurmata madwar l intersezzjoni ta tliet toroq jew iktar u li oriġinarjament kienet tikkonsisti minn xi zona miftuħa li ħafna minnhom imtlew bi strutturi tat traffiku Ħafna minn dawn l intersezzjonijiet ikunu irregolari u mhux kwadri Bl Ingliz Amerikan plaza tista tfisser waħda minn bosta affarijiet pjazza ta belt jew ta raħal bħall Ispanjol kwalunkwe zona miftuħa li ġeneralment tkun tinsab ħdejn bini urban u ħafna drabi jkollha mogħdijiet siġar u arbuxelli postijiet fejn toqgħod bilqiegħda u xi drabi ħwienet ċentru kummerċjali bil ħwienet ta kull daqs struttura tal ħlas tan nollijiet fejn it traffiku jkollu jieqaf temporanjament biex jitħallsu n nollijiet zona maġenb awtostrada li jkollha faċilitajiet tas servizzi bħal ristoranti pompa tal petrol u tojlits Il pajsaġġi metropolitani moderni ħafna drabi jinkorporaw il pjazza bħala element tad disinn jew bħala ezitu tar regolamenti dwar it tqassim f zoni tad diffikultajiet baġitarji fil kostruzzjoni eċċ Is soċjologu wettaq studju estensiv tal pjazez fi l istudju tiegħu umanizza l mod kif il pjazez urbani moderni jiġu kunċettwalizzati u għen biex jibdew isiru bidliet sinifikanti fid disinn tal pjazez li jistgħu jintuzaw biex jinfetħu spazji għal kwartieri b introjtu baxx filwaqt li jsebbħu l estetika kumplessiva tal madwar biex jagħtu spinta lill vitalita ekonomika lill mobbilta tal persuni bil mixi u lis sikurezza tal persuni bil mixi Il biċċa l kbira tal pjazez jinħolqu minn kollaborazzjoni bejn applikanti lokali mingħajr skop ta qligħ u uffiċjali tal belt li tkun teħtieġ approvazzjoni mill belt Fl Amerika ta Fuq kollha kliem bħal place square jew plaza spiss jidhru fl ismijiet ta stabbilimenti kummerċjali bħal kumplessi kbar tal ħwienet u lukandi Referenzi Watch this Space Designing Defending and Sharing Public Space Hadley Dyer u Marc Ngui Kids Can Press 2010 pp 8 3 u 78 ISBN 9781554532933 The Adelaide park lands and city layout PDF Australian Heritage Database Places for Decision Class Historic PDF Light s Plan of Adelaide 1837 Adelaidia adelaidia history sa gov au Miġbur 2021 04 30 The Wicked Good Guide to Boston English www bu edu Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 11 30 Miġbur 2021 04 30 Piazza fl Oxford American Dictionary 2001 plaza comercial English translation Linguee Linguee com bl Ingliz Miġbur 2021 04 30 Definition of plaza Dictionary com www dictionary com bl Ingliz Miġbur 2021 04 30 Andy Woodruff on 16 June 2010 Boston squared Andy Woodruff Miġbur 2021 04 30 Definition of PLAZA www merriam webster com bl Ingliz Miġbur 2021 04 30 Silver Lake gets an unusual new park space Los Angeles Times bl Ingliz 2012 03 11 Miġbur 2021 04 30

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Għarbi Tuneżin

  • Ġunju 09, 2025

    Għarbi Sqalli

  • Ġunju 14, 2025

    Għarbi Magrebi

  • Ġunju 09, 2025

    Għarbi tal-Maghrebi

  • Ġunju 14, 2025

    Għarbi

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq