Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Katidral huwa knisja li tkun il cathedra il kelma bil Latin għal siġġu sede ta isqof u li b hekk taqdi r rwol tal knisja

Katidral

  • Paġna Ewlenija
  • Katidral
Katidral
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Katidral huwa knisja li tkun il-cathedra (il-kelma bil-Latin għal “siġġu/sede”) ta’ isqof, u li b’hekk taqdi r-rwol tal-knisja ċentrali ta’ djoċesi, konferenza jew episkopat. Il-knejjes bil-funzjoni ta’ katidral is-soltu jkunu jintużaw speċifikament mid-denominazzjonijiet Kristjani b’ġerarkija episkopali bħal dawk Kattoliċi, , tal-Lvant, u xi kultant . L-ewwel knejjes bil-funzjonijiet ta’ katidral dehru għall-ewwel darba fl-Italja, fil-, fi Spanja u fit-Tramuntana tal-Afrika fis-seklu 4, iżda l-katridral ma sarux universali fi ħdan il-Knisja Kattolika tal-Punent qabel is-seklu 12, meta kienu laħqu żviluppaw forom arkitetturali, strutturi istituzzjonali, u identitajiet legali distinti minn knejjes parrokkjali, knejjes monastiċi u residenzi episkopali.

Wara r-Riforma Protestanta, il-Knisja Kristjana f’diversi partijiet tal-Punent tal-Ewropa, bħall-Iskozja, in-Netherlands, għadd ta’ Kanton fl-Iżvizzera u partijiet mill-Ġermanja, adottat proċess li neħħa l-isqfijiet. Fejn binjiet ta' katidrali antiki f’dawn l-artijiet għadhom jintużaw għall-qima f’komunità, xorta baqgħu jissejħu katridrali iżda mingħajr ir-rabta tas-supremazija ġerarkika. Mis-seklu 16 ’il quddiem, iżda speċjalment mis-seklu 19, il-knejjes li oriġinaw fil-Punent tal-Ewropa wettqu diversi programmi ta’ attivitajiet missjunarji, li wasslu għat-twaqqif ta’ għadd kbir ta’ djoċesijiet bi stabbilimenti assoċjati ta’ katidrali differenti fl-Asja, fl-Afrika, fl-, fl-Oċeanja, u fl-. Barra minn hekk, kemm il-Knisja Kattolika kif ukoll il-knejjes Ortodossi ffurmaw djoċesijiet ġodda fi ħdan artijiet li qabel kienu Protestanti għal min jikkonverti u għall-koreliġjużi migranti. B’hekk, mhix xi ħaġa ta’ barra minn hawn li l-Kristjani f’belt partikolari jkunu moqdija minn tliet katidrali jew iktar ta’ denominazzjonijiet differenti.

Etimoloġija u definizzjoni

Il-kelma “katidral” ġejja mill-Franċiż cathédrale, mil-Latin cathedra (“siġġu/sede”), mill-Grieg καθέδρα kathédra, “siġġu, bank”.

Il-kelma tirreferi għall-preżenza u għall-prominenza tas-siġġu tal-isqof jew it-tron tal-arċisqof, f’pożizzjoni ogħla mill-kleru u mil-lajċi, u li oriġinarjament kien iħares lejn il-kongregazzjoni minn wara l-artal. Fid-dinja l-antika, is-siġġu, olzat fuq pjattaforma, kien karatteristika distintiva ta’ għalliem jew rettur u għaldaqstant jissimboleġġa r-rwol tal-isqof bħala għalliem. Tron olzat f’sala ta’ bażilika kien jintuża wkoll għal maġistrat li jkun qed jippresjedi, u għalhekk il-cathedra tissimboleġġa wkoll ir-rwol tal-isqof biex jiggverna lid-djoċesi tiegħu.

Il-kelma "katidral", bħala s-sede ta’ isqof, tintuża f’ħafna lingwi; madankollu fl-Ewropa knisja li tkun katidral tista’ tissejjaħ Duomo (pereżempju bit-Taljan) jew Dom (pereżempju bil-Ġermaniż jew bl-), mit-terminu bil-Latin domus ecclesiae jew domus episcopalis. Filwaqt li dawn it-termini mhumiex sinonimi (duomo hija knisja kolleġjali), ħafna knejjes li huma katidrali jkunu knejjes kolleġjali wkoll, u għalhekk il-kelma Duomo jew Dom saret tintuża wkoll għal katidral f’ċerti pajjiżi. Fil-Knisja Ortodossa tal-Lvant, "katidral" normalment hija l-ekwivalenti ta’ katholikon (sobor bil-lingwi Slavi), li tfisser "assemblea", iżda dan it-titlu jingħata wkoll lil knejjes monastiċi u maġġuri oħra mingħajr responsabbiltajiet episkopali. Meta tkun trid issir referenza speċifika għal knisja li jippresjediha arċisqof jew "metropolitan", jintuża t-terminu kathedrikós naós (literalment: "katidral tempju").

It-tron episkopali jħaddan il-prinċipju li isqof biss isawwar katidral, u dan għadu japplika anke jekk f’dawk il-knejjes li ma għandhomx isqfijiet iktar, iżda li għad għandhom dinjità ta’ katidral u funzjonijiet fi knejjes antiki li kienu jippresjeduhom l-isqfijiet. Iżda t-tron jista’ jħaddan ukoll il-prinċipju li katidral isawwar isqof; kemm speċifikament; fis-sens li isqof jiġi elett fi ħdan katidral u jiġi inawgurat billi jingħata t-tron fi ħdan il-katidral bl-akklamazzjoni tal-kleru u tal-lajċi; u kif ukoll ġeneralment; fis-sens li l-kwalifiki essenzjali tal-isqfijiet ta’ talb regolari, tagħlim għoli u qima mużikali kienu għal ħafna sekli aċċessibbli primarjament permezz tal-funzjonijiet ta’ katidral. B’hekk hemm distinzjoni bejn dawk it-tradizzjonijiet tal-knisja, predominantement dawk tal-Kristjanità Ortodossa tal-Lvant iżda li qabel kienu jinkludu l-knejjes fl-Irlanda, fl-Iskozja u f’Wales, li l-isqfijiet tagħhom laħqu f’monasteri; u dawk it-tradizzjonijiet tal-knisja li l-isqfijiet tagħhom kienu jilħqu l-iktar min-nofs il-kleru ta’ katidral.

Fit-tradizzjoni Kattolika jew Kattolika Rumana, it-terminu "katidral" japplika korrettament biss għal knisja li tkun is-sede tal-isqof ta’ djoċesi. Il-knisja li tkun abbazija ta’ territorju taqdi l-istess funzjoni (jiġifieri, tkun is-sede tas-superjur tal-), iżda ma tingħatax it-titlu ta’ abbazija. Fi kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra li tkun ekwivalenti kanonikament għal djoċesi iżda li ma tkunx ittellgħet kanonikament għal djoċesi (prelat, vikarjat, ordinarjat, prefettura, amministrazzjoni appostolika), il-knisja li taqdi din il-funzjoni tissejjaħ “knisja prinċipali” tal-entità rispettiva, għalkemm xi kultant xorta jintuża t-terminu katidral. Il-Knisja Kattolika tuża wkoll it-termini li ġejjin:

  • Pro-Katidral huwa parroċċa jew knisja oħra li tintuża temporanjament bħala katidral, is-soltu sakemm il-katidral ta’ djoċesi jkun qed jinbena, jiġi rinnovat, jew isirilu xi tiswijiet. Din id-deżinjazzjoni tapplika biss sakemm idum l-użu temporanju;
  • Kon-Katidral huwa t-tieni katidral fi djoċesi li jkollha żewġ sedi. Din is-sitwazzjoni tista’ tfeġġ f’diversi każijiet bħala fużjoni ta’ żewġ djoċesijiet preċedenti, bħala tħejjija biex djoċesi tinqasam, jew minħabba l-ħtieġa perċepita li l-funzjonijiet ta’ katidral jiġu moqdija f’post ieħor peress li t-territorju tad-djoċesi jkun kbir;
  • Proto-Katidral (litteralment, "l-ewwel katidral") huwa l-katidral preċedenti ta’ sede ttrasferita.

Il-knisja li tkun katidral ta’ isqof metropolitan tissejjaħ katidral metropolitan.

It-terminu katidral effettivament mhuwiex mehmuż mad-daqs jew mal-ammont ta’ dekorazzjoni ta’ binja, minkejja li ħafna katidrali huma binjiet impressjonanti sempliċement għaliex iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ djoċesi s-soltu jirrikjedu l-kapaċità ta’ waħda mill-ikbar knejjes fid-djoċesi. Għaldaqstant, it-terminu katidral spiss jintuża kollokjalment biex jirreferi għal knejjes kbar u impressjonanti li ma jkunux jaqdu l-funzjoni ta’ katidral (eż. il-Katidral tal- fi , in-Norveġja u s-, bażilika minuri f’Barċellona).

Storja

Oriġini u karatteristiċi tal-ewwel katidrali

L-istorja tal-katidrali teħodna lura għas-sena 313, meta l-imperatur adotta personalment il-Kristjaneżmu u ta bidu għall-Paċi tal-Knisja. Tabilħaqq, jekk nimxu eżatt mat-terminoloġija stretta, ma setax ikun hemm “katidrali” qabel din id-data, peress li qabel is-seklu 4 ma kienx hemm cathedrae Kristjani; l-isqfijiet qatt ma kienu jpoġġu bilqiegħda meta kienu jmexxu xi qima kongregazzjonali, iżda minflok kienu jkunu bilwieqfa fuq pjattaforma olzata jew pulpitum (). Fit-tielet seklu, il-frażi ad pulpitum venire (tiela’ fuq il-pjattaforma) saret il-frażi standard għall-ordinazzjoni Kristjana. Matul l-assedju ta’ (illum fis-Sirja) fis-sena 256, knisja Kristjana sħiħa jew domus ecclesiae ġiet midfuna f’xatt difensiv li f’xi postijiet kien ilaħħaq sal-ħitan ta’ fuq nett. Din il-knisja waslet sa żminjietna bis-saħħa tal-iskavi. Il-knisja ta’ Dura kienet ġiet konvertita minn dar urbana kbira b’forma standard, fejn żewġ kmamar twaqqgħu flimkien biex ikun hemm spazju għas-sala tal-assemblea, li kienet kapaċi tilqa’ bejn 60 u 75 ruħ bilwieqfa; filwaqt li ddaħħal tank f’kamra fuq in-naħa opposta biex iservi bħala battisterju, b’pitturi sbieħ mal-ħitan eżatt fuqu. Instab li fis-sala l-kbira kien hemm pulptu olzat fuq naħa, kbir biżżejjed biex toqgħod persuna waħda għall-qari, għall-prietki u għat-tmexxija taċ-ċelebrazzjonijiet; iżda kien baxx wisq biex seta’ jintuża bħala tron, u żgħir wisq biex joqgħod artal fuqu. Mill-bqija, is-sala l-kbira ma kellha l-ebda dekorazzjoni jew karatteristika distintiva oħra.

Fis-sena 269, ftit wara li Dura nħakmet mill-armata Persjana, numru ta’ membri tal-kleru fasslu għadd ta’ akkużi kontra l-isqof ta’ , , f’ittra miftuħa. Fost l-akkużi, kien qed jingħad li Pawlu, li kien irċieva t-titlu ċivili ta’ ducenarius, minħabba l-kuntatti li kellu mal-imperu, kien tella’ ħajt mhux xieraq biex ikollu kompartiment għalih jew secretum fil-knisja ta’ Antjokja; li f’dan il-kompartiment kellu tron li kien jippresjedi minnu fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ qima; u li kien ħarreġ kor femminili biex ikantaw l-innijiet li kien jixtieq hu. Dawn il-prattiki kollha ġew ikkundannati bħala innovazzjonijiet, talli daħħal is-simboli tal-maġistratura Rumana sekolari tiegħu fir-ritwali tal-knisja; filwaqt li b’mod preżuntuż u blasfemiku donnu kien qisu qed jagħti ħjiel li l-persuna tal-isqof fil-qima Ewkaristika tpoġġi fil-post ta’ Kristu nnifsu. Minkejja dan, fi żmien mitt sena, l-isqfijiet kollha fil-Mediterran kellhom katidrali, kollha kienu jpoġġu fuq tronijiet fi spazju magħluq qisu santwarju, u kollha kienu stabbilew korijiet imħarrġa biex isebbħu l-qima Ewkaristika.

Il-prinċipju ewlieni li wassal għal din il-bidla kien l-aċċettazzjoni tal-isqfijiet, ftit jew wisq minn jeddhom, ta’ stedina imperjali biex jadottaw u jibqgħu jwettqu dmirijiet, id-dinjità u l-insinja xierqa għal maġistrat pubbliku. Is-soltu, maġistrat Ruman kien jippresjedi minn tron olzat f’sala rettangolari ddekorata kbira bin-navati msejħa basilica; u minn dak iż-żmien ’il quddiem l-isqfijiet bdew jagħmlu l-istess ħaġa. L-iktar katidral antik bi fdalijiet sostanzjali, li kien ukoll bażilika, jinsab taħt il-Katidral ta’ Aquileia fit-Tramuntana tal-. Minn iskrizzjoni fil-mużajk, dan il-katidral ġie datat bejn is-sena 313 u 319. Il-kumpless kien jikkonsisti minn żewġ swali paralleli bin-navati fil-Lvant u fil-Punent ta’ daqs simili; b’kontrosala iżgħar fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar li tikkollega ż-żewġ swali l-oħra, u li ġiet interpretata bħala s-sala ta’ lqugħ tal-episcopium jew ir-residenza tal-isqof. It-tliet swali joħolqu qisha pjazza żgħira fil-beraħ, li fiha oriġinarjament kien hemm battisterju separat. Minn dawn iż-żewġ swali tal-katidral li kien ukoll bażilika, wasal sa żminijietna l-pavimentar rikk bil-mużajk, li fost xeni oħra, juri dik ta’ Ġona u l-, u sensiela ta’ ritratti ta’ figuri femminili ta’ donaturi. Milli jidher, katidrali simili b’bażilika doppja u battisterju nbnew wara din f’Milan, f’ u f’; iżda sussegwentement il-knejjes b’bażilika waħda saru l-iktar mudell komuni ta’ katidral.

Id-dikjarazzjoni imperjali ta’ Kostantinu favur il-Kristjaneżmu ttrasformat l-aspetti kollha tal-ħajja Kristjana fl-Imperu Ruman. Minn reliġjon ta’ minoranza, f’żoni urbani pjuttost ċirkoskritti u f’raggruppamenti soċjali ristretti, soġġetti għal ostilità uffiċjali u persigwitazzjoni okkażjonali; il-Kristjaneżmu żdied sew numerikament u laqa’ nies minn kull klassi soċjali, inizjalment xorta fi ħdan żoni tal-bliet, iżda eventwalment estiża wkoll għall-pagus, iż-żoni rurali tal-bliet. Il-konsegwenza kienet espansjoni radikali fil-binjiet, fil-finanzjament u fil-persunal ta’ stabbilimenti assoċjati mal-Knisja tul is-seklu 4. L-ewwel katidrali jirrappreżentaw din l-espansjoni f’forma materjali.

Binjiet

Il-pożizzjoni u l-pjanta tal-ewwel katidrali kienu jvarjaw b’mod sostanzjali minn belt għall-oħra, għalkemm il-biċċa l-kbira, bħal f’Aquileia, kellhom it-tendenza li jinbnew fi ħdan il-ħitan tal-bliet iżda ’l bogħod miċ-ċentru urban; iżda ċerti elementi kienu jiddaħħlu kważi dejjem.

Bażilika

Is-swali tal-bażilika qabel kienu karatteristiċi ta’ kumplessi ċiviċi ewlenin u ta’ binjiet u kwartieri ġenerali militari; iżda mbagħad saru l-istruttura standard għall-kongregazzjonijiet Kristjani kbar. Minn hawn ’il quddiem, it-terminu bażilika jirreferi għal kwalunkwe binja ta’ knisja sostanzjali. Dawn il-bażiliki ġodda kienu differenti għalkollox bħala skala meta mqabbla ma’ swali bikrin oħra tal-Kristjaneżmu, peress li kienu differenti wkoll fl-għamla tagħhom meta mqabbla ma’ xi tempji jew strutturi reliġjużi Rumani mhux tal-Kristjaneżmu. Is-swali kienu lonġitudinali, bin-navati, u mdawla ferm permezz ta’ twieqi kbar. Il-pavimenti u l-ħitan kienu jkunu jew intarsjati jew inkella ddekorati bil-mużajk – is-soltu b’disinn astratt jew bil-fjuri. Iż-żewġ bażiliki oriġinali ta’ Aquileia kellhom daqs ta’ madwar 37 metru bi 17-il metru, iżda fi żmien 30 sena, id-daqs ta’ sala minnhom ġie kkwadruplikat għal 73 metru b’31 metru. Permezz ta’ din l-estensjoni, il-bażilika ngħatat tliet karatteristiċi addizzjonali li saru karatteristiċi tal-ewwel katidrali: kompartiment magħluq fin-naħa tal-Lvant tal-knisja madwar l-artal; synthronos fil-Lvant tal-artal u jħares lejn il-Punent, magħmul minn dais olzati bi tron ċentrali għall-isqof u bankijiet fuq kull naħa tat-tron għall-kleru tal-familia tiegħu; u narthex magħluq fin-naħa tal-Punent li l-Katekumeni kienu jinġabru fiha waqt l-att ċentrali tal-liturġija Ewkaristika.

Battisterju

Id-daqs tal-battisterju fil-knisja ta’ Dura kien ta’ metru kwadru u kien fond metru; min kien jiġi biex jitgħammed, seta’ joqgħod bilwieqfa fih, iżda mhux jiġi mgħaddas. Fil-katidrali l-ġodda, kif kien jiġri qabel, l-isqfijiet biss kienu jgħammdu; u ċ-ċerimonji kienu jsiru mhux iktar minn darbtejn fis-sena biex ikun hemm biżżejjed żmien għat-tħejjija. Għalhekk, id-daqs tal-battisterji kellu jiżdied sew, biex ikun hemm biżżejjed spazju li jkun jista’ jiggarantixxi l-privatezza waqt it-tneżżigħ, il-magħmudija, u l-ilbies mill-ġdid; u l-fonti tal-magħmudija, spiss ottagonali, kienet fonda biżżejjed biex tippermetti l-immersjoni totali, u wiesgħa biżżejjed biex takkomoda kemm lil min kien jiġi biex jitgħammed kif ukoll lil xi djakni assistenti. Il-battisterji s-soltu kienu jadottaw pjanta ċentralizzata li kienet toriġina mill-kappelli funebri; u kienu jkunu separati mill-bażilika kongregazzjonali.

Episkopju

Ħadd ma kien jgħix fil-knisja residenzjali ta’ Dura; il-faċilitajiet residenzjali bħal-latrina u l-kċina kienu tneħħew meta l-binja ġiet ikkonvertita. Iżda l-katidrali dejjem kienu jinkludu residenza episkopali. Fost l-akkużi prominenti li kienu tressqu kontra Pawlu ta’ Samosata, kien hemm dik li kien ikollu wisq kunfidenzi man-nisa devoti. Kif kienet it-tradizzjoni dak iż-żmien, Pawlu kien miżżewweġ meta ġie elett isqof; u mill-ġdid, kif kien universalment mistenni minn isqof, ma baqax ikollu kuntatt sesswali ma’ martu u lanqas baqa’ jikkoabita magħha. Iżda l-akkużaturi tiegħu sostnew li peress li baqa’ jkun assoċjat ma’ nisa oħra (minkejja li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li kien qed iġib ruħu ħażin), hu kien qed joħloq potenzjal inaċċettabbli li jinqala’ skandlu. Sabiex jiġi evitat li jinqalgħu okkażjonijiet ta’ din ix-xorta, kien meħtieġ li l-katidrali l-ġodda jkollhom kwartieri li fihom jgħixu irġiel biss u li fihom jgħix l-isqof u dawk meħtieġa għall-funzjoni tiegħu; u ladarba, fil-knejjes tal-Punent, kien mistenni li l-presbiteri u d-djakni kollha jgħixu għalihom u mhux mal-mara tagħhom wara l-ordinazzjoni, dawn il-kwartieri tal-għajxien, magħrufa bħala l-episcopium jew l-episkopju, kienu jeħtieġu daqs pjuttost sostanzjali. Apparti l-kwartieri tal-ikel u tal-irqad għas-subien u għall-irġiel wara l-ordinazzjoni, l-episkopju wkoll kien ikollu oratorju privat jew kappella privata tal-isqof, kamra fejn kien jinħasel l-isqof, u swali privati għal xi pranzu jew ċena ta’ ospitalità li l-isqof kien mistenni joffri minħabba l-istatus soċjali msaħħaħ tiegħu.

Funzjoni

Simbolika

Il-katidrali jaqdu funzjoni simbolika. Spiss ikunu l-iktar binja imponenti u waħda mill-iktar binjiet antiki fil-bliet jew fl-irħula. Il-kobor u l-ġmiel tal-katidrali jaf ikunu spropozjonati mal-bliet u mal-irħula nfushom. Il-flus u t-talenti li jintużaw għall-binja jitqiesu bħala azzjoni li tagħti ġieħ lill-Alla, u jistgħu juru wkoll id-devozzjoni u l-istatus tal-fidili.

Sikwit il-katidrali jkunu orjentati Lvant/Punent, biex b’hekk il-fidili jkunu qed iħarsu lejn minn fejn titla’ x-xemx, bħala simbolu ta’ Kristu Rxoxt. L-għamla arkitetturali tal-binja ħafna drabi jkollha pjanta ta’ salib. Din l-għamla hija funzjonali u simbolika wkoll għax tirreferi għas-salib li fuqu ġie msallab Ġesù Kristu. L-għamla hija funzjonali liturġikament peress li tippermetti li l-binja tiġi maqsuma f’sezzjonijiet fejn jistgħu jseħħu attivitajiet differenti, jew jiġu okkupati minn nies differenti bħall-kleru, il-kor u l-lajċi.

Reliġjuża

Apparti l-funzjoni organizzattiva bħala s-sede tal-isqof, il-katidral jaqdi funzjoni liturġika biex fih kuljum jiġu offruti servizzi tal-knisja. Ħafna mill-katidrali jiċċelebraw quddiesa kuljum, ġieli iktar minn waħda, u speċjalment il-Ħadd u fil-festi tal-Knisja meta l-quddiesa jaf tkun kantata jew ikollha s-servizzi tal-kor u akkumpanjament bl-orgni, karatteristika li hija preżenti fil-biċċa l-kbira tal-katidrali. L-omelija jew il-prietka fil-quddiesa, ħafna drabi ssir minn ambone, mill-artal stess jew minn fuq pulptu.

Ħafna katidrali huma postijiet ta’ pellegrinaġġ, u ħafna nies jiddeċiedu li jivvjaġġaw distanzi twal biex jivveneraw lil xi oġġett sagru jew relikwa ta’ xi qaddis. Il-pellegrinaġġi kienu popolari l-iktar fil-Medju Evu, iżda uħud bħall-Pellegrinaġġ ta’ San Ġakbu lejn Santiago de Compostela fi Spanja għadu jsir sa llum u għadu jattira lil ħafna pellegrini.

Ċivika u soċjali

Spiss it-twelid, iż-żwieġ u l-mewt jiġu ċċelebrati b’servizzi fil-katidrali u ħafna drabi l-katidrali jaġixxu bħala repożitorju tal-istorja lokali permezz tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-avvenimenti. Il-katidrali jiċċelebraw iż-żminijiet ta’ ċelebrazzjoni u ta’ dieqa nazzjonali u ċiviċi lokali b’servizzi speċjali. Il-funerali statali speċjalment fil-Punent, ħafna drabi jsiru f’katidral. Nies li jkunu ta’ servizz għall-komunità jew għall-knisja kemm-il darba jiġu midfuna fil-katidral stess jew jiġu kkommemorati b’mafkar. Xi katidrali, bħal dawk ta’ fil-Ġermanja u ta’ Reims fi Franza huma l-postijiet tradizzjonali tal-inkurunazzjoni tal-monarki.

Funzjoni ċivika oħra tal-katidral hija l-għoti ta’ tagħrif ċiviku importanti. Jistgħu jsiru tħabbiriet fil-katidral stess jew f’forma stampata ġeneralment qrib id-daħla tal-katidral innifsu.

Il-biċċa l-kbira tal-katidrali jkollhom qanpiena jew qniepen. Dawn jintużaw biex jitħabbar servizz li jkun se jingħata dak il-ħin stess jew appik li jingħata. Jintużaw ukoll biex iwasslu xi informazzjoni bħall-ħin bit-tokki kull siegħa jew iktar, xi luttu bit-tokki kajmana u kiebja, jew biex joħolqu briju f’ċelebrazzjoni bħal f’tieġ. Fi żmien il-gwerra, it-tokki tal-qniepen kienu jintużaw ukoll biex jissinjalaw li faqqgħet jew li intemmet xi gwerra.

Arti, kultura u turiżmu

Ħafna binjiet ta’ katidrali huma famużi ferm għall-arkitettura tagħhom u għandhom importanza lokali, nazzjonali u internazzjonali, kemm storikament kif ukoll artistikament. Diversi katidrali huma elenkati fil-lista ta’ Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.

Bosta katidrali, minħabba l-kobor tagħhom u minħabba l-fatt li spiss ikollhom torrijiet, kampnari, koppli, eċċ., sas-seklu 20 kienu binjiet ikoniċi ewlenin fil-bliet jew fl-irħula. Dan l-aħħar, bil-bini dejjem jgħola ’l fuq, ittieħdet azzjoni ċivili f’ċerti każijiet biex tipprevjeni li l-veduta tal-katidral titgħatta jew tkun irvinata minn xi bini għoli ieħor.

Peress li ħafna katidrali ħadu sekli sħaħ biex inbnew u biex jiġu ddekorati, huma jikkostitwixxu investiment artistiku kbir għall-belt fejn ikunu jinsabu. Il-bini stess mhux biss jaf ikun sinifikanti minħabba l-arkitettura tiegħu, iżda l-katidral jaf ikun iħaddan fih teżori bħall-ħġieġ ikkulurit, statwi jew skulturi tal-ġebel jew tal-injam, oqbra storiċi, għamara imprezzabbli, u oġġetti ta’ valur artistiku u reliġjuż kbir bħall-pitturi jew relikwarji. Barra minn hekk, il-katidrali spiss ikollhom rwol ċentrali biex jirrakkontaw l-istorja tal-belt jew tar-raħal tagħhom, permezz tal-lapidi, l-iskrizzjonijiet, l-oqbra, eċċ.

Għal dawn ir-raġunijiet, it-turisti ilhom iżuru l-katidrali għal mijiet ta’ snin. Ħafna katidrali jilqgħu t-turisti b’xejn meta ma jkunx hemm servizzi għaddejjin, jew inkella jitolbu miżata jew donazzjoni jew ħlas biex wieħed jieħu r-ritratti. Il-katidrali li jkunu popolari ħafna bħala attrazzjonijiet turistiċi xi kultant jipprovdu gwidi, fuljetti, ħwienet fejn wieħed jista’ jixtri xi tifkiriet u kafetteriji.

Referenzi

  1. ^ Shorter Oxford English Dictionary, ISBN 0-19-860575-7.
  2. ^ a b New Standard Encyclopedia, 1998 by Standard Educational Corporation, Chicago, Illinois; page B-262c.
  3. ^ Sterk, Andrea; "Renouncing the World yet leading the Church"; Harvard University Press; 2004; p. 8.
  4. ^ Eusebius. Life of Constantine. p. 4:27,2.
  5. ^ T. Francis Bumpus, The Cathedrals and Churches of Belgium.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 17:50

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Katidral, X'inhi Katidral? Xi tfisser Katidral?

Katidral huwa knisja li tkun il cathedra il kelma bil Latin għal siġġu sede ta isqof u li b hekk taqdi r rwol tal knisja ċentrali ta djoċesi konferenza jew episkopat Il knejjes bil funzjoni ta katidral is soltu jkunu jintuzaw speċifikament mid denominazzjonijiet Kristjani b ġerarkija episkopali bħal dawk Kattoliċi tal Lvant u xi kultant L ewwel knejjes bil funzjonijiet ta katidral dehru għall ewwel darba fl Italja fil fi Spanja u fit Tramuntana tal Afrika fis seklu 4 izda l katridral ma sarux universali fi ħdan il Knisja Kattolika tal Punent qabel is seklu 12 meta kienu laħqu zviluppaw forom arkitetturali strutturi istituzzjonali u identitajiet legali distinti minn knejjes parrokkjali knejjes monastiċi u residenzi episkopali Id Duomo ta Milan l Italja Wara r Riforma Protestanta il Knisja Kristjana f diversi partijiet tal Punent tal Ewropa bħall Iskozja in Netherlands għadd ta Kanton fl Izvizzera u partijiet mill Ġermanja adottat proċess li neħħa l isqfijiet Fejn binjiet ta katidrali antiki f dawn l artijiet għadhom jintuzaw għall qima f komunita xorta baqgħu jissejħu katridrali izda mingħajr ir rabta tas supremazija ġerarkika Mis seklu 16 il quddiem izda speċjalment mis seklu 19 il knejjes li oriġinaw fil Punent tal Ewropa wettqu diversi programmi ta attivitajiet missjunarji li wasslu għat twaqqif ta għadd kbir ta djoċesijiet bi stabbilimenti assoċjati ta katidrali differenti fl Asja fl Afrika fl fl Oċeanja u fl Barra minn hekk kemm il Knisja Kattolika kif ukoll il knejjes Ortodossi ffurmaw djoċesijiet ġodda fi ħdan artijiet li qabel kienu Protestanti għal min jikkonverti u għall koreliġjuzi migranti B hekk mhix xi ħaġa ta barra minn hawn li l Kristjani f belt partikolari jkunu moqdija minn tliet katidrali jew iktar ta denominazzjonijiet differenti Etimoloġija u definizzjoniIl Katidral ta San Bazilju f Moska ir Russja Il katidral f Ħelsinki ir Finlandja Il kelma katidral ġejja mill Franċiz cathedrale mil Latin cathedra siġġu sede mill Grieg ka8edra kathedra siġġu bank Il kelma tirreferi għall prezenza u għall prominenza tas siġġu tal isqof jew it tron tal arċisqof f pozizzjoni ogħla mill kleru u mil lajċi u li oriġinarjament kien iħares lejn il kongregazzjoni minn wara l artal Fid dinja l antika is siġġu olzat fuq pjattaforma kien karatteristika distintiva ta għalliem jew rettur u għaldaqstant jissimboleġġa r rwol tal isqof bħala għalliem Tron olzat f sala ta bazilika kien jintuza wkoll għal maġistrat li jkun qed jippresjedi u għalhekk il cathedra tissimboleġġa wkoll ir rwol tal isqof biex jiggverna lid djoċesi tiegħu Il kelma katidral bħala s sede ta isqof tintuza f ħafna lingwi madankollu fl Ewropa knisja li tkun katidral tista tissejjaħ Duomo perezempju bit Taljan jew Dom perezempju bil Ġermaniz jew bl mit terminu bil Latin domus ecclesiae jew domus episcopalis Filwaqt li dawn it termini mhumiex sinonimi duomo hija knisja kolleġjali ħafna knejjes li huma katidrali jkunu knejjes kolleġjali wkoll u għalhekk il kelma Duomo jew Dom saret tintuza wkoll għal katidral f ċerti pajjizi Fil Knisja Ortodossa tal Lvant katidral normalment hija l ekwivalenti ta katholikon sobor bil lingwi Slavi li tfisser assemblea izda dan it titlu jingħata wkoll lil knejjes monastiċi u maġġuri oħra mingħajr responsabbiltajiet episkopali Meta tkun trid issir referenza speċifika għal knisja li jippresjediha arċisqof jew metropolitan jintuza t terminu kathedrikos naos literalment katidral tempju It tron episkopali jħaddan il prinċipju li isqof biss isawwar katidral u dan għadu japplika anke jekk f dawk il knejjes li ma għandhomx isqfijiet iktar izda li għad għandhom dinjita ta katidral u funzjonijiet fi knejjes antiki li kienu jippresjeduhom l isqfijiet Izda t tron jista jħaddan ukoll il prinċipju li katidral isawwar isqof kemm speċifikament fis sens li isqof jiġi elett fi ħdan katidral u jiġi inawgurat billi jingħata t tron fi ħdan il katidral bl akklamazzjoni tal kleru u tal lajċi u kif ukoll ġeneralment fis sens li l kwalifiki essenzjali tal isqfijiet ta talb regolari tagħlim għoli u qima muzikali kienu għal ħafna sekli aċċessibbli primarjament permezz tal funzjonijiet ta katidral B hekk hemm distinzjoni bejn dawk it tradizzjonijiet tal knisja predominantement dawk tal Kristjanita Ortodossa tal Lvant izda li qabel kienu jinkludu l knejjes fl Irlanda fl Iskozja u f Wales li l isqfijiet tagħhom laħqu f monasteri u dawk it tradizzjonijiet tal knisja li l isqfijiet tagħhom kienu jilħqu l iktar min nofs il kleru ta katidral Il Kon Katidral ta San Ġwann fil Belt Valletta Malta Fit tradizzjoni Kattolika jew Kattolika Rumana it terminu katidral japplika korrettament biss għal knisja li tkun is sede tal isqof ta djoċesi Il knisja li tkun abbazija ta territorju taqdi l istess funzjoni jiġifieri tkun is sede tas superjur tal izda ma tingħatax it titlu ta abbazija Fi kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra li tkun ekwivalenti kanonikament għal djoċesi izda li ma tkunx ittellgħet kanonikament għal djoċesi prelat vikarjat ordinarjat prefettura amministrazzjoni appostolika il knisja li taqdi din il funzjoni tissejjaħ knisja prinċipali tal entita rispettiva għalkemm xi kultant xorta jintuza t terminu katidral Il Knisja Kattolika tuza wkoll it termini li ġejjin Pro Katidral huwa parroċċa jew knisja oħra li tintuza temporanjament bħala katidral is soltu sakemm il katidral ta djoċesi jkun qed jinbena jiġi rinnovat jew isirilu xi tiswijiet Din id dezinjazzjoni tapplika biss sakemm idum l uzu temporanju Kon Katidral huwa t tieni katidral fi djoċesi li jkollha zewġ sedi Din is sitwazzjoni tista tfeġġ f diversi kazijiet bħala fuzjoni ta zewġ djoċesijiet preċedenti bħala tħejjija biex djoċesi tinqasam jew minħabba l ħtieġa perċepita li l funzjonijiet ta katidral jiġu moqdija f post ieħor peress li t territorju tad djoċesi jkun kbir Proto Katidral litteralment l ewwel katidral huwa l katidral preċedenti ta sede ttrasferita Il knisja li tkun katidral ta isqof metropolitan tissejjaħ katidral metropolitan It terminu katidral effettivament mhuwiex mehmuz mad daqs jew mal ammont ta dekorazzjoni ta binja minkejja li ħafna katidrali huma binjiet impressjonanti sempliċement għaliex iċ ċelebrazzjonijiet ta djoċesi s soltu jirrikjedu l kapaċita ta waħda mill ikbar knejjes fid djoċesi Għaldaqstant it terminu katidral spiss jintuza kollokjalment biex jirreferi għal knejjes kbar u impressjonanti li ma jkunux jaqdu l funzjoni ta katidral ez il Katidral tal fi in Norveġja u s bazilika minuri f Barċellona StorjaOriġini u karatteristiċi tal ewwel katidrali Ħafna katidrali bħal din ta Franza ikollhom twieqi u ruzuni bil ħġieġ ikkulurit L istorja tal katidrali teħodna lura għas sena 313 meta l imperatur adotta personalment il Kristjanezmu u ta bidu għall Paċi tal Knisja Tabilħaqq jekk nimxu ezatt mat terminoloġija stretta ma setax ikun hemm katidrali qabel din id data peress li qabel is seklu 4 ma kienx hemm cathedrae Kristjani l isqfijiet qatt ma kienu jpoġġu bilqiegħda meta kienu jmexxu xi qima kongregazzjonali izda minflok kienu jkunu bilwieqfa fuq pjattaforma olzata jew pulpitum Fit tielet seklu il frazi ad pulpitum venire tiela fuq il pjattaforma saret il frazi standard għall ordinazzjoni Kristjana Matul l assedju ta illum fis Sirja fis sena 256 knisja Kristjana sħiħa jew domus ecclesiae ġiet midfuna f xatt difensiv li f xi postijiet kien ilaħħaq sal ħitan ta fuq nett Din il knisja waslet sa zminjietna bis saħħa tal iskavi Il knisja ta Dura kienet ġiet konvertita minn dar urbana kbira b forma standard fejn zewġ kmamar twaqqgħu flimkien biex ikun hemm spazju għas sala tal assemblea li kienet kapaċi tilqa bejn 60 u 75 ruħ bilwieqfa filwaqt li ddaħħal tank f kamra fuq in naħa opposta biex iservi bħala battisterju b pitturi sbieħ mal ħitan ezatt fuqu Instab li fis sala l kbira kien hemm pulptu olzat fuq naħa kbir bizzejjed biex toqgħod persuna waħda għall qari għall prietki u għat tmexxija taċ ċelebrazzjonijiet izda kien baxx wisq biex seta jintuza bħala tron u zgħir wisq biex joqgħod artal fuqu Mill bqija is sala l kbira ma kellha l ebda dekorazzjoni jew karatteristika distintiva oħra Fis sena 269 ftit wara li Dura nħakmet mill armata Persjana numru ta membri tal kleru fasslu għadd ta akkuzi kontra l isqof ta f ittra miftuħa Fost l akkuzi kien qed jingħad li Pawlu li kien irċieva t titlu ċivili ta ducenarius minħabba l kuntatti li kellu mal imperu kien tella ħajt mhux xieraq biex ikollu kompartiment għalih jew secretum fil knisja ta Antjokja li f dan il kompartiment kellu tron li kien jippresjedi minnu fiċ ċelebrazzjonijiet ta qima u li kien ħarreġ kor femminili biex ikantaw l innijiet li kien jixtieq hu Dawn il prattiki kollha ġew ikkundannati bħala innovazzjonijiet talli daħħal is simboli tal maġistratura Rumana sekolari tiegħu fir ritwali tal knisja filwaqt li b mod prezuntuz u blasfemiku donnu kien qisu qed jagħti ħjiel li l persuna tal isqof fil qima Ewkaristika tpoġġi fil post ta Kristu nnifsu Minkejja dan fi zmien mitt sena l isqfijiet kollha fil Mediterran kellhom katidrali kollha kienu jpoġġu fuq tronijiet fi spazju magħluq qisu santwarju u kollha kienu stabbilew korijiet imħarrġa biex isebbħu l qima Ewkaristika Il figuri femminili fil muzajk tal Katidral ta Aquileia Il prinċipju ewlieni li wassal għal din il bidla kien l aċċettazzjoni tal isqfijiet ftit jew wisq minn jeddhom ta stedina imperjali biex jadottaw u jibqgħu jwettqu dmirijiet id dinjita u l insinja xierqa għal maġistrat pubbliku Is soltu maġistrat Ruman kien jippresjedi minn tron olzat f sala rettangolari ddekorata kbira bin navati msejħa basilica u minn dak iz zmien il quddiem l isqfijiet bdew jagħmlu l istess ħaġa L iktar katidral antik bi fdalijiet sostanzjali li kien ukoll bazilika jinsab taħt il Katidral ta Aquileia fit Tramuntana tal Minn iskrizzjoni fil muzajk dan il katidral ġie datat bejn is sena 313 u 319 Il kumpless kien jikkonsisti minn zewġ swali paralleli bin navati fil Lvant u fil Punent ta daqs simili b kontrosala izgħar fit Tramuntana u fin Nofsinhar li tikkollega z zewġ swali l oħra u li ġiet interpretata bħala s sala ta lqugħ tal episcopium jew ir residenza tal isqof It tliet swali joħolqu qisha pjazza zgħira fil beraħ li fiha oriġinarjament kien hemm battisterju separat Minn dawn iz zewġ swali tal katidral li kien ukoll bazilika wasal sa zminijietna l pavimentar rikk bil muzajk li fost xeni oħra juri dik ta Ġona u l u sensiela ta ritratti ta figuri femminili ta donaturi Milli jidher katidrali simili b bazilika doppja u battisterju nbnew wara din f Milan f u f izda sussegwentement il knejjes b bazilika waħda saru l iktar mudell komuni ta katidral Id dikjarazzjoni imperjali ta Kostantinu favur il Kristjanezmu ttrasformat l aspetti kollha tal ħajja Kristjana fl Imperu Ruman Minn reliġjon ta minoranza f zoni urbani pjuttost ċirkoskritti u f raggruppamenti soċjali ristretti soġġetti għal ostilita uffiċjali u persigwitazzjoni okkazjonali il Kristjanezmu zdied sew numerikament u laqa nies minn kull klassi soċjali inizjalment xorta fi ħdan zoni tal bliet izda eventwalment estiza wkoll għall pagus iz zoni rurali tal bliet Il konsegwenza kienet espansjoni radikali fil binjiet fil finanzjament u fil persunal ta stabbilimenti assoċjati mal Knisja tul is seklu 4 L ewwel katidrali jirrapprezentaw din l espansjoni f forma materjali Binjiet Il Katidral ta il Ġermanja Il pozizzjoni u l pjanta tal ewwel katidrali kienu jvarjaw b mod sostanzjali minn belt għall oħra għalkemm il biċċa l kbira bħal f Aquileia kellhom it tendenza li jinbnew fi ħdan il ħitan tal bliet izda l bogħod miċ ċentru urban izda ċerti elementi kienu jiddaħħlu kwazi dejjem Bazilika Is swali tal bazilika qabel kienu karatteristiċi ta kumplessi ċiviċi ewlenin u ta binjiet u kwartieri ġenerali militari izda mbagħad saru l istruttura standard għall kongregazzjonijiet Kristjani kbar Minn hawn il quddiem it terminu bazilika jirreferi għal kwalunkwe binja ta knisja sostanzjali Dawn il baziliki ġodda kienu differenti għalkollox bħala skala meta mqabbla ma swali bikrin oħra tal Kristjanezmu peress li kienu differenti wkoll fl għamla tagħhom meta mqabbla ma xi tempji jew strutturi reliġjuzi Rumani mhux tal Kristjanezmu Is swali kienu lonġitudinali bin navati u mdawla ferm permezz ta twieqi kbar Il pavimenti u l ħitan kienu jkunu jew intarsjati jew inkella ddekorati bil muzajk is soltu b disinn astratt jew bil fjuri Iz zewġ baziliki oriġinali ta Aquileia kellhom daqs ta madwar 37 metru bi 17 il metru izda fi zmien 30 sena id daqs ta sala minnhom ġie kkwadruplikat għal 73 metru b 31 metru Permezz ta din l estensjoni il bazilika ngħatat tliet karatteristiċi addizzjonali li saru karatteristiċi tal ewwel katidrali kompartiment magħluq fin naħa tal Lvant tal knisja madwar l artal synthronos fil Lvant tal artal u jħares lejn il Punent magħmul minn dais olzati bi tron ċentrali għall isqof u bankijiet fuq kull naħa tat tron għall kleru tal familia tiegħu u narthex magħluq fin naħa tal Punent li l Katekumeni kienu jinġabru fiha waqt l att ċentrali tal liturġija Ewkaristika Battisterju Id daqs tal battisterju fil knisja ta Dura kien ta metru kwadru u kien fond metru min kien jiġi biex jitgħammed seta joqgħod bilwieqfa fih izda mhux jiġi mgħaddas Fil katidrali l ġodda kif kien jiġri qabel l isqfijiet biss kienu jgħammdu u ċ ċerimonji kienu jsiru mhux iktar minn darbtejn fis sena biex ikun hemm bizzejjed zmien għat tħejjija Għalhekk id daqs tal battisterji kellu jizdied sew biex ikun hemm bizzejjed spazju li jkun jista jiggarantixxi l privatezza waqt it tnezzigħ il magħmudija u l ilbies mill ġdid u l fonti tal magħmudija spiss ottagonali kienet fonda bizzejjed biex tippermetti l immersjoni totali u wiesgħa bizzejjed biex takkomoda kemm lil min kien jiġi biex jitgħammed kif ukoll lil xi djakni assistenti Il battisterji s soltu kienu jadottaw pjanta ċentralizzata li kienet toriġina mill kappelli funebri u kienu jkunu separati mill bazilika kongregazzjonali Episkopju Ħadd ma kien jgħix fil knisja residenzjali ta Dura il faċilitajiet residenzjali bħal latrina u l kċina kienu tneħħew meta l binja ġiet ikkonvertita Izda l katidrali dejjem kienu jinkludu residenza episkopali Fost l akkuzi prominenti li kienu tressqu kontra Pawlu ta Samosata kien hemm dik li kien ikollu wisq kunfidenzi man nisa devoti Kif kienet it tradizzjoni dak iz zmien Pawlu kien mizzewweġ meta ġie elett isqof u mill ġdid kif kien universalment mistenni minn isqof ma baqax ikollu kuntatt sesswali ma martu u lanqas baqa jikkoabita magħha Izda l akkuzaturi tiegħu sostnew li peress li baqa jkun assoċjat ma nisa oħra minkejja li ma kien hemm l ebda indikazzjoni li kien qed iġib ruħu ħazin hu kien qed joħloq potenzjal inaċċettabbli li jinqala skandlu Sabiex jiġi evitat li jinqalgħu okkazjonijiet ta din ix xorta kien meħtieġ li l katidrali l ġodda jkollhom kwartieri li fihom jgħixu irġiel biss u li fihom jgħix l isqof u dawk meħtieġa għall funzjoni tiegħu u ladarba fil knejjes tal Punent kien mistenni li l presbiteri u d djakni kollha jgħixu għalihom u mhux mal mara tagħhom wara l ordinazzjoni dawn il kwartieri tal għajxien magħrufa bħala l episcopium jew l episkopju kienu jeħtieġu daqs pjuttost sostanzjali Apparti l kwartieri tal ikel u tal irqad għas subien u għall irġiel wara l ordinazzjoni l episkopju wkoll kien ikollu oratorju privat jew kappella privata tal isqof kamra fejn kien jinħasel l isqof u swali privati għal xi pranzu jew ċena ta ospitalita li l isqof kien mistenni joffri minħabba l istatus soċjali msaħħaħ tiegħu FunzjoniSimbolika Wieħed mill kampnari antiki fil Belt Valletta Il katidrali jaqdu funzjoni simbolika Spiss ikunu l iktar binja imponenti u waħda mill iktar binjiet antiki fil bliet jew fl irħula Il kobor u l ġmiel tal katidrali jaf ikunu spropozjonati mal bliet u mal irħula nfushom Il flus u t talenti li jintuzaw għall binja jitqiesu bħala azzjoni li tagħti ġieħ lill Alla u jistgħu juru wkoll id devozzjoni u l istatus tal fidili Sikwit il katidrali jkunu orjentati Lvant Punent biex b hekk il fidili jkunu qed iħarsu lejn minn fejn titla x xemx bħala simbolu ta Kristu Rxoxt L għamla arkitetturali tal binja ħafna drabi jkollha pjanta ta salib Din l għamla hija funzjonali u simbolika wkoll għax tirreferi għas salib li fuqu ġie msallab Ġesu Kristu L għamla hija funzjonali liturġikament peress li tippermetti li l binja tiġi maqsuma f sezzjonijiet fejn jistgħu jseħħu attivitajiet differenti jew jiġu okkupati minn nies differenti bħall kleru il kor u l lajċi Reliġjuza Apparti l funzjoni organizzattiva bħala s sede tal isqof il katidral jaqdi funzjoni liturġika biex fih kuljum jiġu offruti servizzi tal knisja Ħafna mill katidrali jiċċelebraw quddiesa kuljum ġieli iktar minn waħda u speċjalment il Ħadd u fil festi tal Knisja meta l quddiesa jaf tkun kantata jew ikollha s servizzi tal kor u akkumpanjament bl orgni karatteristika li hija prezenti fil biċċa l kbira tal katidrali L omelija jew il prietka fil quddiesa ħafna drabi ssir minn ambone mill artal stess jew minn fuq pulptu Ħafna katidrali huma postijiet ta pellegrinaġġ u ħafna nies jiddeċiedu li jivvjaġġaw distanzi twal biex jivveneraw lil xi oġġett sagru jew relikwa ta xi qaddis Il pellegrinaġġi kienu popolari l iktar fil Medju Evu izda uħud bħall Pellegrinaġġ ta San Ġakbu lejn Santiago de Compostela fi Spanja għadu jsir sa llum u għadu jattira lil ħafna pellegrini Ċivika u soċjali Spiss it twelid iz zwieġ u l mewt jiġu ċċelebrati b servizzi fil katidrali u ħafna drabi l katidrali jaġixxu bħala repozitorju tal istorja lokali permezz tar reġistrazzjoni ta dawn l avvenimenti Il katidrali jiċċelebraw iz zminijiet ta ċelebrazzjoni u ta dieqa nazzjonali u ċiviċi lokali b servizzi speċjali Il funerali statali speċjalment fil Punent ħafna drabi jsiru f katidral Nies li jkunu ta servizz għall komunita jew għall knisja kemm il darba jiġu midfuna fil katidral stess jew jiġu kkommemorati b mafkar Xi katidrali bħal dawk ta fil Ġermanja u ta Reims fi Franza huma l postijiet tradizzjonali tal inkurunazzjoni tal monarki Funzjoni ċivika oħra tal katidral hija l għoti ta tagħrif ċiviku importanti Jistgħu jsiru tħabbiriet fil katidral stess jew f forma stampata ġeneralment qrib id daħla tal katidral innifsu Il biċċa l kbira tal katidrali jkollhom qanpiena jew qniepen Dawn jintuzaw biex jitħabbar servizz li jkun se jingħata dak il ħin stess jew appik li jingħata Jintuzaw ukoll biex iwasslu xi informazzjoni bħall ħin bit tokki kull siegħa jew iktar xi luttu bit tokki kajmana u kiebja jew biex joħolqu briju f ċelebrazzjoni bħal f tieġ Fi zmien il gwerra it tokki tal qniepen kienu jintuzaw ukoll biex jissinjalaw li faqqgħet jew li intemmet xi gwerra Arti kultura u turizmuXi katidrali huma attrazzjonijiet turistiċi ewlenin u Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Il Katidral ta Pisa fil Pjazza tal Mirakli huwa wieħed mill iktar magħrufa fid dinja Ħafna binjiet ta katidrali huma famuzi ferm għall arkitettura tagħhom u għandhom importanza lokali nazzjonali u internazzjonali kemm storikament kif ukoll artistikament Diversi katidrali huma elenkati fil lista ta Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Bosta katidrali minħabba l kobor tagħhom u minħabba l fatt li spiss ikollhom torrijiet kampnari koppli eċċ sas seklu 20 kienu binjiet ikoniċi ewlenin fil bliet jew fl irħula Dan l aħħar bil bini dejjem jgħola l fuq ittieħdet azzjoni ċivili f ċerti kazijiet biex tipprevjeni li l veduta tal katidral titgħatta jew tkun irvinata minn xi bini għoli ieħor Peress li ħafna katidrali ħadu sekli sħaħ biex inbnew u biex jiġu ddekorati huma jikkostitwixxu investiment artistiku kbir għall belt fejn ikunu jinsabu Il bini stess mhux biss jaf ikun sinifikanti minħabba l arkitettura tiegħu izda l katidral jaf ikun iħaddan fih tezori bħall ħġieġ ikkulurit statwi jew skulturi tal ġebel jew tal injam oqbra storiċi għamara imprezzabbli u oġġetti ta valur artistiku u reliġjuz kbir bħall pitturi jew relikwarji Barra minn hekk il katidrali spiss ikollhom rwol ċentrali biex jirrakkontaw l istorja tal belt jew tar raħal tagħhom permezz tal lapidi l iskrizzjonijiet l oqbra eċċ Għal dawn ir raġunijiet it turisti ilhom izuru l katidrali għal mijiet ta snin Ħafna katidrali jilqgħu t turisti b xejn meta ma jkunx hemm servizzi għaddejjin jew inkella jitolbu mizata jew donazzjoni jew ħlas biex wieħed jieħu r ritratti Il katidrali li jkunu popolari ħafna bħala attrazzjonijiet turistiċi xi kultant jipprovdu gwidi fuljetti ħwienet fejn wieħed jista jixtri xi tifkiriet u kafetteriji Referenzi Shorter Oxford English Dictionary ISBN 0 19 860575 7 a b New Standard Encyclopedia 1998 by Standard Educational Corporation Chicago Illinois page B 262c Sterk Andrea Renouncing the World yet leading the Church Harvard University Press 2004 p 8 Eusebius Life of Constantine p 4 27 2 T Francis Bumpus The Cathedrals and Churches of Belgium

L-aħħar artikli
  • Ġunju 15, 2025

    Żona Ekonomika Esklussiva

  • Ġunju 14, 2025

    Żooloġija

  • Ġunju 15, 2025

    Żieda

  • Ġunju 14, 2025

    Żiemel

  • Ġunju 14, 2025

    Żejtun Corinthians FC

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq