Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Karlskrona pronunzja bil Malti ˈkɑːrlskroʊnə pronunzja bl kaɭsˈkrûːna hija lokalità u s sede tal Muniċipalità ta Karlskr

Karlskrona

  • Paġna Ewlenija
  • Karlskrona
Karlskrona
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Karlskrona (pronunzja bil-Malti:ˈkɑːrlskroʊnə/, pronunzja bl-: [kaɭsˈkrûːna]) hija lokalità u s-sede tal-Muniċipalità ta' Karlskrona, il-Kontea ta' Blekinge, l-Iżvezja b'popolazzjoni ta' 66,675 ruħ fl-2018. Hija wkoll il-belt kapitali tal-Kontea ta' Blekinge. Karlskrona hija magħrufa bħala l-unika belt Barokka tal-Iżvezja u tospita l-ikbar bażi navali tal-Iżvezja u l-kwartieri ġenerali tal-Gwardja Kostali Żvediża.

Karlskrona
 Żvezja
Amministrazzjoni
Stat sovranŻvezja
County of SwedenKontea ta' Blekinge
Municipality of SwedenMuniċipalità ta' Karlskrona
Isem uffiċjali Karlskrona
Kodiċi postali 371 xx
Ġeografija
Koordinati 56°11′32″N 15°37′51″E / 56.19221°N 15.630842°E / 56.19221; 15.630842Koordinati: 56°11′32″N 15°37′51″E / 56.19221°N 15.630842°E / 56.19221; 15.630842
Karlskrona
Karlskrona (Sweden)
Superfiċjenti 2,203±0.5 hectare
Għoli 16 m
Demografija
Popolazzjoni 36,423 abitanti (31 Diċembru 2023)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1680
Kodiċi tat-telefon 0455
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati (en) , (en) , ,
karlskrona.se

Storikament, il-belt ospitat minoranza Ġermaniża, u din ippermettiet il-formazzjoni ta' knisja tal-Kongregazzjoni Ġermaniża. Il-belt kellha wkoll għadd ta' Lhud fil-popolazzjoni tagħha.

Fl-1998, partijiet mill-belt, inkluż il-bażi navali ta' Karlskrona, ġew iddikjarati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Storja

Matul is-seklu 17, is-sjieda tal-gżira li fuqha nbniet Karlskrona, Trossö, kienet tal-bidwi . Taħt it-tmexxija tad-Daniżi, kien hemm raħal ieħor iktar antik imsejjaħ Lyckå fuq l-art kontinentali ftit kilometri 'l bogħod. Ftit iktar lil hinn, id-Daniżi bdew jibnu lil Kristianopel qabel ma Blekinge sfat taħt l-Iżvediżi fl-1658. Sal-1679, il-gżira u l-gżejriet tal-madwar kienu tal-bidwi Vittus Andersson; li mbagħad kien imġiegħel ibigħ il-proprjetajiet tiegħu lill-monarkija Żvediża. F'dik l-istess sena, tħejjew il-pjanijiet biex il-biċċa l-kbira tal-flotta tar-renju tiġi bbażata fuq Trossö.

Il-belt ġiet stabbilita fl-10 ta' Awwissu 1680 meta l-Flotta Navali Rjali Żvediża ġiet rilokata minn Stokkolma għal Trossö, li sa dak iż-żmien kienet intużat l-iktar għall-biedja u għar-ragħa. Fl-istess żmien l-Iżvezja kienet is-setgħa militari dominanti fir-reġjun tal-, iżda kellha bżonn pożizzjoni iktar strateġika kontra d-Danimarka, peress li xi partijiet tan-Nofsinhar tal-Iżvezja kienu nħakmu xi ftit deċennji qabel biss. Il-flotta Żvediża spiss kienet teħel qrib Stokkolma minħabba s-silġ fix-xitwa u għaldaqstant ġiet ittrasferita iktar lejn in-Nofsinhar. Il-gżira kellha pożizzjoni strateġika ħafna b'distanzi qosra ta' tbaħħir sal-provinċji Ġermaniżi u Baltiċi. Isem il-belt ifisser il-"Kuruna ta' Karlu" f'ġieħ ir-Re . L-isem ġie ispirat mill-isem tal-belt ta' Landskrona.

Fl-1682 inbnew pontijiet li kkollegaw iċ-ċentru tal-belt mal-art kontinentali. L-ewwel pjanta tal-belt, imfassla fl-1683 minn , u , turi lil Karlskrona bħala fortizza pura. Il-pjanta tal-1694 ta' Erik Dahlberg, li iktar 'il quddiem ġiet segwita, ipprovdiet ukoll spazju għall-iżvilupp urban.

Il-belt kibret malajr u sal-1750 Karlskrona kellha madwar 10,000 abitant. Dak iż-żmien kienet waħda mill-ikbar bliet fil-pajjiż. Il-biċċa l-kbira tal-binjiet Barokki minn din l-era għadhom eżistenti, li hija r-raġuni għaliex iċ-ċentru tal-belt huwa uniformi arkitettonikament.

Karlskrona f'qasir żmien saret it-tliet l-ikbar belt tar-renju, wara Riga u Stokkolma.

It-tarzna f'Karlskrona ġiet stabbilita kważi fl-istess żmien li ġiet stabbilita l-belt. Kienet meħtieġa minħabba t-telfiet kbar li ġarrbet il-flotta navali Żvediża fl-1659. Fl-1711, it-tarzna kienet l-iktar impjegatur industrijali tal-Iżvezja b'1,100 ħaddiem. L-eqdem baċir, il-baċir ta' Polhem, tħaffer fl-irdum u għadu jintuża. L-isem oriġina minn Christopher Polhem (id-"Da Vinci Żvediż", xjenzat famuż b'diversi invenzjonijiet li għadhom jintużaw sa llum il-ġurnata). Hemm ukoll fabbrika storika tal-produzzjoni tal-ħbula (Repslagarbanan), li hija aċċessibbli għall-pubbliku bi żjarat iggwidati. Karlskrona żviluppat malajr, iżda fil-bidu tas-seklu 18 kien hemm staġnar minħabba l-gwerra u l-pesta. Bejn l-1701 u l-1711 mietu madwar 7,000 ruħ minħabba l-pesta. Fl-1741 u fl-1789, il-pesta reġgħet faqqgħet fil-belt, u f'kull waħda minn dawk is-sentejn mietu 6,000 ruħ.

Meta Karlskrona, bħala belt portwali militari magħluqa, bil-mod il-mod bdiet tmajna b'mod parallel mal-poter Żvediż, it-tkabbir batta, u l-belt tilfet ħafna mill-glorja preċedenti tagħha, għalkemm żammet il-pożizzjoni tagħha bħala bażi navali qawwija. Il-fatt li Karlskrona kienet maħsuba bħala l-belt kapitali futura ta' qawwa kbira joħroġ fid-dieher l-iktar fil-partijiet ċentrali tal-belt fejn l-iStortorget isegwi l-ideali ta' dak iż-żmien rigward kif kienu jidhru l-bliet il-kbar tal-Ewropa dak iż-żmien. Il-belt għandha konfigurazzjoni Barokka bi pjazza kbira miftuħa fejn jinsabu l-knisja, il-muniċipju u l-amministrazzjoni statali. L-għadd ta' knejjes u kastelli tal-amministrazzjoni statali juri wkoll il-funzjoni maħsuba tal-belt. Iż-żona militari kbira u t-tarzna jura li Karlskrona, bħala l-qawwa tan-Nofsinhar tar-renju, għal żmien twil kienet meqjusa bħala belt importanti ħafna li kellha tiġi difiża. Anke llum il-ġurnata, isiru operazzjonijiet militari f'Karlskronavarvet. Għalhekk, Karlskrona kienet maħsuba biex tissostitwixxi lil Stokkolma bħala l-belt kapitali tar-renju, iżda dan qatt ma twettaq.

Bejn l-1910 u l-1949, kien hemm tramm elettriku li kien jopera minn Amiralitetsgatan fin-Nofsinhar sa Bergåsa fit-Tramuntana.

Il-belt żammet l-istruttura tat-toroq tagħha minn mindu ġiet stabbilita. Peress li t-toroq tagħha kollha jsegwu mudell ta' grilja, l-irjieħ jonfħu liberament mill-baħar sal-qalba tal-belt.

Partijiet mill-belt (l-iktar il-Port Navali) ġew iddikjarati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

F'Ottubru 1981 is-sottomarin Sovjetiku S-363 tal-klassi Whiskey (magħruf bħala "U137" fl-Iżvezja) inkalja fl-arċipelagu ħdejn Sturkö ftit 'il barra minn Karlskrona. Il-mezzi tax-xandir laqqmu l-aħbar bħala l-"Whiskey on the Rocks". L-inċident ikkawża żieda temporanja fit-tensjonijiet bejn l-Iżvezja u l-Unjoni Sovjetika. Filwaqt li l-inkaljar tas-sottomarin ċertament ma kienx ippjanat, u x'aktarx li seħħ minħabba xi membri tal-ekwipaġġ fis-sakra, is-sottomarin x'aktarx kien qed iwettaq xi missjoni sigrieta mhux speċifikata.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Port Navali ta' Karlskrona ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Ġeografija

Il-belt ta' Karlskrona hija mifruxa fuq 30 gżira fin-naħa tal-Lvant tal-arċipelagu ta' Blekinge, u Trossö hija dik prinċipali. Gżejjer popolati oħra huma Saltö, Sturkö, Hästö, Långö u Aspö. Il-gżejra ta' Stumholmen fl-imgħoddi kienet proprjetà tal-Flotta Navali u llum il-ġurnata tospita l-Mużew Navali Nazzjonali (Marinmuseum). 'Il barra mill-belt hemm l-arċipelagu ta' Karlskrona, l-iżjed arċipelagu fin-Nofsinhar tal-Iżvezja. Diversi gżejjer huma kkollegati mal-belt permezz ta' laneċ.

Data klimatika għal Karlskrona, temp. estremi 2015-2020
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 9.4

(48.9)

13.8

(56.8)

12.8

(55.0)

18.5

(65.3)

26.4

(79.5)

28.7

(83.7)

29.2

(84.6)

29.4

(84.9)

25.0

(77.0)

17.7

(63.9)

15.2

(59.4)

10.9

(51.6)

29.4

(84.9)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 4.0

(39.2)

4.3

(39.7)

7.0

(44.6)

11.8

(53.2)

16.6

(61.9)

21.0

(69.8)

22.0

(71.6)

22.9

(73.2)

18.7

(65.7)

13.2

(55.8)

8.5

(47.3)

6.2

(43.2)

13.1

(55.6)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 2.0

(35.6)

2.2

(36.0)

3.6

(38.5)

7.3

(45.1)

12.1

(53.8)

16.5

(61.7)

17.8

(64.0)

18.9

(66.0)

15.0

(59.0)

10.4

(50.7)

6.5

(43.7)

4.4

(39.9)

9.7

(49.5)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 0.3

(32.5)

0.1

(32.2)

0.1

(32.2)

2.8

(37.0)

7.6

(45.7)

12.0

(53.6)

13.8

(56.8)

15.0

(59.0)

11.3

(52.3)

7.4

(45.3)

4.5

(40.1)

2.6

(36.7)

6.3

(43.3)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −10.2

(13.6)

−8.9

(16.0)

−6.1

(21.0)

−1.1

(30.0)

2.1

(35.8)

7.5

(45.5)

10.6

(51.1)

9.8

(49.6)

4.4

(39.9)

0.8

(33.4)

−4.1

(24.6)

−4.9

(23.2)

−10.2

(13.6)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 43.3

(1.70)

25.9

(1.02)

32.9

(1.30)

31.0

(1.22)

34.8

(1.37)

39.7

(1.56)

58.3

(2.30)

42.7

(1.68)

51.5

(2.03)

46.4

(1.83)

52.9

(2.08)

44.0

(1.73)

503.3

(19.81)

Sors:SMHI
Data klimatika għal Karlskrona
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. medja tal-baħar f'°C 3.6 3.1 2.9 4.8 9.0 14.9 18.5 19.0 17.1 12.8 9.4 6.0 10.3
Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum 8.0 10.0 12.0 15.0 17.0 18.0 17.0 15.0 13.0 11.0 8.0 7.0 12.4
Indiċi Ultravjola Medju 0 1 2 4 5 6 6 5 4 2 1 0 3
Sors: Weather Atlas

Kultura u wirt

L-iżjed jum importanti f'Karlskrona huwa l-jum qabel lejliet nofs is-sajf. Dakinhar issir fiera kbira u tattira għexieren ta' eluf ta' viżitaturi lejn Karlskrona. Il-fiera tissejjaħ Lövmarknaden (Il-Fiera tal-Weraq) u hija popolari ħafna fost iċ-ċittadini lokali.

Il-pjazza ewlenija ta' Karlskrona hija l-ikbar waħda fl-.

Kull sena lejn l-aħħar ta' Lulju u l-bidu ta' Awwissu jsir festival popolari msejjaħ Il-Qala' fil-port ta' Karlskrona. Normalment ikun post fejn il-familji jmorru jieklu u jixorbu, u jaraw id-dgħajjes tal-qlugħ irmiġġati mal-moll. Matul il-festival, l-iscouts tal-baħar ta' Karlskrona jaqdfu fuq dgħajsa filwaqt li jkollhom torċi mixgħula fil-port u jdoqqu l-innu nazzjonali għall-vapuri fil-port.

Dan l-aħħar dan il-festival ġie sostitwit b'festival ieħor imsejjaħ Skärgårdsfest.

L-arkitettura antika flimkien mal-istrutturi navali huma attrazzjonijiet turistiċi importanti ta' Karlskrona. Il-belt għandha atmosfera pjaċevoli u hija waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin fix-Xlokk tal-Iżvezja.

Wirt arkitettoniku

Karlskrona ppreservat il-binjiet tagħha u l-konfigurazzjoni tagħha kważi għalkollox mill-istabbiliment tagħha.

Meta l-belt ġiet stabbilita fl-1680, primarjament kienet maħsuba bħala belt militari, b'ħafna difiżi u fortifikazzjonijiet li sfruttaw it-topografija partikolari tal-belt. Xi fortifikazzjonijiet kienu jinsabu fuq il-gżira prinċipali (Trossö) bħall-Bastjun ta' Aurora, li nbena fil-bidu tas-seklu 18, iżda l-biċċa l-kbira tiegħu nbniet fuq il-gżejjer fil-qrib (Ljungskär, Mjölnareholmen, Godnatt, Koholmen u Kurrholmen) jew iktar lil hinn, bħall-gżejjer fl-aħħar tal-bajja, flimkien b'mod partikolari mal-fortizza importanti ta' Kungsholmen u l-port ċirkolari tagħha.

  • Il-Bastjun ta' Aurora.
  • Västra kruthuset.
  • Il-Forti ta' Kungsholmen.
  • Il-port ċirkolari ta' Kungsholmen.

Iżda l-parti ċivili tal-belt ġiet ippjanata bir-reqqa. Għandha pjanta bi grilja rettangolari, għalkemm hemm ukoll xi toroq djagonali, maħluqa minħabba t-topografija taċ-ċentru storiku tal-belt. kien responsabbli għad-disinn tal-binjiet u ta lil belt stil Barokk uniformi ħafna. Il-binja ċentrali tal-belt hija l-Knisja ta' Fredrikskyrkan, li nbniet fis-snin 90 tas-seklu 17, fil-pjazza prinċipali li hija wkoll l-ogħla punt tal-gżira. Diversi knejjes oħra jinsabu fil-belt, bħall-Knisja tat-Trinità Mqaddsa, li nbniet għall-Ġermaniżi tal-belt fl-1709, jew l-Amiralitetskyrkan, li ġiet ikkonsagrata fl-1685.

  • Il-Knisja ta' Fredrikskyrkan.
  • Il-Knisja tat-Trinità Mqaddsa.
  • L-Amiralitetskyrkan.

Quddiem l-Amiralitetskyrkan hemm l-istatwa ta' Rosenbom, li saret famuża bis-saħħa tal-ktieb tat-tfal ta' , The Wonderful Adventures of Nils, fejn l-istatwa tirrakkonta l-istorja tal-knisja. Qrib il-knisja hemm ukoll it-torri ta' Admiralstorn, li jmur lura għall-1699. Oriġinarjament dan kien jintuża biex jindika l-ħin għall-ħaddiema tat-tarzna iżda mill-1909 intuża bħala t-torri tal-knisja. L-istatwa żżomm test bl-Iżvediż f'idejha: "Umilment nitolbok, minkejja l-leħen dgħajjef tiegħi, biex tiġi u titfa' xi munita wara li tgħolli l-kappell tiegħi. Imbierkien dawk li jieħdu ħsieb il-foqra", li ġejja mill-aħħar sentenza tal-Bibbja.

  • L-istatwa ta' Rosenbom.
  • L-Admiralstorn.

Finalment, il-belt għandha wkoll xi binjiet iktar reċenti, bħas-Sala tal-Mudelli, li bejn l-1780 u l-1920 ospitat diversi mudelli ta' dgħajjes. Dawn ġew ittrasferiti lill-Mużew Marittimu jew lill-muniċipju wara n-nirien tal-1790. Barra minn hekk, hemm il-binja tal-kontea (Länsresidenset) li nbniet bejn l-1909 u l-1911.

  • Is-Sala tal-Mudelli.
  • Il-Muniċipju.
  • Il-Länsresidenset.

Mużewijiet

L-iżjed mużew li jżuruh nies fil-belt huwa l-Mużew Navali, li jilqa' madwar 250,000 viżitatur fis-sena; kważi nofshom ikunu Żvediżi. Il-Mużew Navali huwa l-mużew nazzjonali tal-Iżvezja dwar l-istorja tal-Flotta Navali Żvediża. Flimkien mal-wirjiet, il-mużew jospita kollezzjonijiet ta' oġġetti, arkivju ta' tpinġijiet, arkivju fotografiku u librerija. Il-mużew huwa involut ukoll fir-riċerka.

Il-binja attwali tal-mużew f'Stumholmen f'Karlskrona nfetħet fl-1997 mir-re attwali . Qabel dik id-data, il-mużew kien jinsab fl-eks barrakki tal-kadetti fil-port navali, Örlogshamnen, u sal-1963 kien magħruf bħala l-Mużew tat-Tarzna (Varvsmuseet).

Il-mużew huwa bbażat fuq is-"Sala tal-Mudelli" li nħolqot fl-1752 mir-Re , fejn diversi mudelli ta' dgħajjes ġew maħżuna sabiex jiġu ttestjati tipi differenti ta' strutturi. Ilum il-ġurnata, dawn il-mudelli għadhom jiffurmaw il-qalba tal-kollezzjoni tal-mużew, iżda l-mużew jittraċċa wkoll l-istorja tal-Flotta Navali Żvediża.

Il-belt tospita wkoll il-Mużew ta' Blekinge, bi 82,443 viżitatur fl-2008.

Ekonomija

Uħud mill-ikbar impjegaturi f'Karlskrona huma Telenor, Ericsson u Roxtec. Il-belt għandha preżenza kumplessiva qawwija fl-industriji bbażati fuq it-teknoloġija informatika.

Trasport

Il-belt hija ppożizzjonata fix-Xlokk tal-Iżvezja b'kollegamenti eċċellenti man-naħa l-oħra tal-Baħar Baltiku. Hemm linja ta' laneċ li topera lejn fil-Polonja li tittrasporta l-merkanzija u l-passiġġieri. L-operatur ta' dan is-servizz huwa l-Linja Stena.

Il-biċċa l-kbira tal-gżejjer ta' Karlskrona huma kkollegati ma' xulxin permezz ta' toroq. Waħda mill-gżejjer popolati l-kbar, Aspö, hija kkollegata ma' lanċa żgħira li ġġorr anke l-vetturi. Id-dgħajjes ibaħħru wkoll bejn diversi gżejjer tal-arċipelagu matul ix-xhur tas-sajf.

Trasport bit-triq

Il-belt tinsab qrib l-awtostrada Ewropea 22, ikkollegata permezz ta' sezzjoni żgħira tal-awtostrada, li tagħmel parti mat-triq nazzjonali 28. L-E22 tikkollega l-bliet prinċipali tan-Nofsinhar tal-Iżvezja, fosthom Malmö, Lund u Kristianstad, imbagħad tibqa' tiela' mal-kosta tal-Lvant lejn Kalmar u Norrköping. It-triq nazzjonali 28 tikkollega lil Karlstad ma' Emmaboda.

Trasport bil-ferrovija

Peress li l-belt kienet waħda mill-iktar importanti fl-Iżvezja, b'mod partikolari bis-saħħa tat-tarzna l-kbira tagħha, il-ħtieġa ta' linja ferrovjarja kienet kbira. Il-belt ingħatat l-ewwel linja ferrovjarja tagħha fl-1874, li kkollegatha ma' , li minnha nnifisha kienet ikkollegata mill-1865 mal-linja prinċipali Södra stambanan. Imbagħad, il-linja bdiet topera sat-Tramuntana taċ-ċentru storiku tal-belt ta' Karlskrona. It-tarzna, iktar lejn in-Nofsinhar, kienet ikkollegata fl-1888, bis-saħħa ta' linja taħt l-art ta' żewġ kilometri, iżda l-linja ngħalqet fl-1990. Din il-linja issa hija parti mill-Kust till Kust banan, li tikkollega lil Göteborg u Kalmar. Il-belt ingħatat linja ferrovjarja ġdida fl-1889 meta nbniet il-Blekinge kustbana, li tikkollega lil Kristianstad ma' Karlskrona.

Trasport marittimu

Hemm servizz regolari bil-lanċa minn Karlskrona sa Gdynia fil-Polonja, operat mil-Linja Stena, b'medja ta' żewġ vjaġġi 'l hemm u 'l hawn kuljum. Din il-linja ġġorr kważi 500,000 ruħ fis-sena. Il-port ta' Karlskrona jaqdi wkoll lill-arċipelagu ta' Blekinge.

Trasport bl-ajru

L-eqreb ajruport għall-belt huwa l-Ajruport ta' Ronneby, ħdejn Ronneby, b'titjiriet skedati lejn Stokkolma (Bromma u Arlanda). Fl-2009 ttranżitaw 191,168 ruħ minn dan l-ajruport.

Reliġjon

Hemm tliet knejjes importanti f'Karlskrona. Il-Fredrikskyrkan (il-Knisja ta' Federiku) ġiet iddisinjata minn Nicodemus Tessin ix-Xiħ, li ġie influwenzat mill-arkitettura Taljana. Is-sisien ta' dik il-knisja nbnew fl-1720 u ġiet inawgurata fl-1744. Hija differenti mill-knejjes Żvediżi normali peress li għandha lewn oranġj, tiżjin partikolari u żewġ torrijiet minkejja li mhijiex knisja veskovali.

It-Trefaldighetskyrkan (il-Knisja tat-Trinità Mqaddsa), imsejħa wkoll il-Knisja Ġermaniża, inbniet fl-1697-1709, abbażi tat-tpinġijiet ta' Tessin. Il-knisja tinsab ukoll fil-pjazza tas-suq fil-qalba tal-belt. Is-saqaf b'għamla ta' koppla huwa influwenzat ukoll mill-arkitettura Taljana u huwa karatteristika li qajla tidher fil-knejjes Żvediżi inġenerali.

Il-Knisja tal-Ammirall ta' Karlskrona (Amiralitetskyrkan) inbniet fl-1685 bl-injam miżbugħ bl-aħmar u hija waħda mill-ikbar knejjes tal-injam tal-Iżvezja. Quddiem il-knisja hemm l-istatwa famuża ta' Rosenbom.

Paroċċi

  • Il-Parroċċa tal-Belt ta' Karlskrona (mill-10 ta' Awwissu 1680);
  • il-Parroċċa Ġermaniża ta' Karlskrona (mill-10 ta' Awwissu 1680 sal-1 ta' Novembru 1846);
  • il-Parroċċa tal-Priġunieri ta' Karlskrona (mill-1808 sal-4 ta' Lulju 1866);
  • il-Parroċċa tal-Mużajk f'Karlskrona (mill-1785 sal-1994);
  • il-Parroċċa Rjali tal-Ammirall ta' Karlskrona (mill-1681, parroċċa mhux territorjali).

Hemm ukoll Knisja Kattolika ddedikata lill-Madonna ta' , f'Södra Kungsgatan 1, 371 30 Karlskrona.

Edukazzjoni

Il-belt hija l-kampus prinċipali tal-Blekinge tekniska högskola, Istitut tat-Teknoloġija stabbilit fl-1989, li huwa wieħed mill-ftit kulleġġi universitarji jew högskolor fl-Iżvezja li għandu d-dritt li jagħti d-dottorati. B'hekk għandu status pjuttost simili għal dak ta' università reali. L-istitut jimpjega madwar 600 ruħ u jospita madwar 8,000 student.

Sport

Il-klabbs sportivi li ġejjin huma stabbiliti f'Karlskrona:

Letteratura

F'The Surgeon's Mate ta' , Karlskrona hija l-bażi tal-flotta Brittanika fil-Baħar Baltiku għall-ħabta tal-1813, meta ż-żewġ nazzjonijiet kienu f'perjodu ta' paċi ma' xulxin u alleati kontra Napuljun. Il-Kaptan Jack Aubrey u Stephen Maturin jagħtu bidu għal azzjoni biex jinħeles grupp ta' forzi Katalani li kienu għadhom fis-servizz Franċiż fuq gżira fittizja fil-kosta tal-Pomeranja. Il-Viċi Ammirall Sir James Saumarez ikollu l-kmand f'idejh tal-flotta Baltika għall-iskop tar-rumanz.

Gallerija

  • Il-librerija pubblika tal-belt ta' Karlskrona.
  • Il-Mużew Leonardo da Vinci Ideale.
  • Il-Park tal-Kappella jew il-Kapellparken.
  • It-Torri/Il-Kampnar tal-Ammirall jew l-Admiralstorn.
  • Il-Maħżen tal-Porvli.
  • It-tarzna ta' Karlskronavarvet.
  • Fiskbron, il-port l-antik fiċ-ċentru ta' Karlskrona.
  • Il-Bastjun ta' Aurora.
  • Il-Banjijiet ta' Karlskrona.
  • Plier f'Karlskrona.
  • Monument iddedikat lil , magħmul minn .
  • Statwa tar-Re Karlu XIII.

Referenzi

  1. ^ "Statistika 2008". web.archive.org. 2012-01-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-01-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Ett världsarvs historia - Karlskrona.se". www.karlskrona.se. Miġbur 2022-10-06.
  3. ^ Riksarkivet. "Riksarkivet - Sök i arkiven". sok.riksarkivet.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-10-06.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Naval Port of Karlskrona". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-05.
  5. ^ "Grattis Karlskrona, 337 år!". Blekinge Läns Tidning (bl-Iżvediż). 2017-08-10. Miġbur 2022-10-06.
  6. ^ a b Carlquist, Gunnar (1933). Svensk uppslagsbok. Bd 14. : Svensk Uppslagsbok AB. p. 14.
  7. ^ "Karlskrona | For UNESCO World Heritage Travellers". www.worldheritagesite.org. Miġbur 2022-10-06.
  8. ^ Berezin, Henrik (2006). Adventure Guide Scandinavia: Sweden, Norway, & Denmark. Hunter Publishing, Inc. p. 120. ISBN 978-1-58843-579-8.
  9. ^ "Statistik från Väder och Vatten | SMHI | SMHI". web.archive.org. 2013-02-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-13. Miġbur 2022-10-05.
  10. ^ Aladin. "Dublin, Ireland - Climate & Monthly weather forecast". Weather Atlas (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-05.
  11. ^ "Karlskrona Skärgårdsfest 2022". Karlskrona Skärgårdsfest (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-06.
  12. ^ "Världsarvet Örlogsstaden Karlskrona - Karlskrona.se". www.karlskrona.se. Miġbur 2022-10-06.
  13. ^ "Världsarvet Örlogsstaden Karlskrona - Karlskrona.se". www.karlskrona.se. Miġbur 2022-10-06.
  14. ^ "Världsarvet Örlogsstaden Karlskrona - Karlskrona.se". www.karlskrona.se. Miġbur 2022-10-06.
  15. ^ "Karlskrona - Attraktioner - Gubben Rosenbom". web.archive.org. 2012-01-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-12. Miġbur 2022-10-06.
  16. ^ "archive.ph". archive.ph. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-09-09. Miġbur 2022-10-06.
  17. ^ "About - The Naval Museum". web.archive.org. 2010-12-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-07. Miġbur 2022-10-06.
  18. ^ "Museer & Konsthallar 2008" (PDF). web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2013-12-03.
  19. ^ "Färja till Polen - Gdynia. Boka resa hotell kryssning - Stena Line". web.archive.org. 2011-07-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-12. Miġbur 2022-10-06.
  20. ^ "Destinationer - Ronneby Airport". web.archive.org. 2011-03-08. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-03-08. Miġbur 2022-10-06.
  21. ^ "Passagerarfrekvens 2009" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-21. Miġbur 2022-10-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  22. ^ "KONTAKT – VÅR FRU AV FATIMA" (bl-Iżvediż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-10-06. Miġbur 2022-10-06.
  23. ^ "Short presentation of the university - Blekinge Institute of Technology". web.archive.org. 2010-12-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-27. Miġbur 2022-10-06.
  24. ^ "Universitet&högskolor Högskoleverkets årsrapport 2009" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-08-18. Miġbur 2022-10-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 16 Lul, 2025 / 21:58

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Karlskrona, X'inhi Karlskrona? Xi tfisser Karlskrona?

Karlskrona pronunzja bil Malti ˈkɑːrlskroʊne pronunzja bl kaɭsˈkruːna hija lokalita u s sede tal Muniċipalita ta Karlskrona il Kontea ta Blekinge l Izvezja b popolazzjoni ta 66 675 ruħ fl 2018 Hija wkoll il belt kapitali tal Kontea ta Blekinge Karlskrona hija magħrufa bħala l unika belt Barokka tal Izvezja u tospita l ikbar bazi navali tal Izvezja u l kwartieri ġenerali tal Gwardja Kostali Zvediza Karlskrona ZvezjaAmministrazzjoniStat sovranZvezjaCounty of SwedenKontea ta BlekingeMunicipality of SwedenMuniċipalita ta KarlskronaIsem uffiċjali KarlskronaKodiċi postali 371 xxĠeografijaKoordinati 56 11 32 N 15 37 51 E 56 19221 N 15 630842 E 56 19221 15 630842 Koordinati 56 11 32 N 15 37 51 E 56 19221 N 15 630842 E 56 19221 15 630842KarlskronaKarlskrona Sweden Superfiċjenti 2 203 0 5 hectareGħoli 16 mDemografijaPopolazzjoni 36 423 abitanti 31 Diċembru 2023 Informazzjoni oħraFondazzjoni 1680Kodiċi tat telefon 0455Zona tal Ħin UTC 1u UTC 2bliet ġemellati en en karlskrona se Storikament il belt ospitat minoranza Ġermaniza u din ippermettiet il formazzjoni ta knisja tal Kongregazzjoni Ġermaniza Il belt kellha wkoll għadd ta Lhud fil popolazzjoni tagħha Fl 1998 partijiet mill belt inkluz il bazi navali ta Karlskrona ġew iddikjarati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO StorjaMatul is seklu 17 is sjieda tal gzira li fuqha nbniet Karlskrona Trosso kienet tal bidwi Taħt it tmexxija tad Danizi kien hemm raħal ieħor iktar antik imsejjaħ Lycka fuq l art kontinentali ftit kilometri l bogħod Ftit iktar lil hinn id Danizi bdew jibnu lil Kristianopel qabel ma Blekinge sfat taħt l Izvedizi fl 1658 Sal 1679 il gzira u l gzejriet tal madwar kienu tal bidwi Vittus Andersson li mbagħad kien imġiegħel ibigħ il proprjetajiet tiegħu lill monarkija Zvediza F dik l istess sena tħejjew il pjanijiet biex il biċċa l kbira tal flotta tar renju tiġi bbazata fuq Trosso Il belt ġiet stabbilita fl 10 ta Awwissu 1680 meta l Flotta Navali Rjali Zvediza ġiet rilokata minn Stokkolma għal Trosso li sa dak iz zmien kienet intuzat l iktar għall biedja u għar ragħa Fl istess zmien l Izvezja kienet is setgħa militari dominanti fir reġjun tal izda kellha bzonn pozizzjoni iktar strateġika kontra d Danimarka peress li xi partijiet tan Nofsinhar tal Izvezja kienu nħakmu xi ftit deċennji qabel biss Il flotta Zvediza spiss kienet teħel qrib Stokkolma minħabba s silġ fix xitwa u għaldaqstant ġiet ittrasferita iktar lejn in Nofsinhar Il gzira kellha pozizzjoni strateġika ħafna b distanzi qosra ta tbaħħir sal provinċji Ġermanizi u Baltiċi Isem il belt ifisser il Kuruna ta Karlu f ġieħ ir Re L isem ġie ispirat mill isem tal belt ta Landskrona Fl 1682 inbnew pontijiet li kkollegaw iċ ċentru tal belt mal art kontinentali L ewwel pjanta tal belt imfassla fl 1683 minn u turi lil Karlskrona bħala fortizza pura Il pjanta tal 1694 ta Erik Dahlberg li iktar il quddiem ġiet segwita ipprovdiet ukoll spazju għall izvilupp urban Il belt kibret malajr u sal 1750 Karlskrona kellha madwar 10 000 abitant Dak iz zmien kienet waħda mill ikbar bliet fil pajjiz Il biċċa l kbira tal binjiet Barokki minn din l era għadhom ezistenti li hija r raġuni għaliex iċ ċentru tal belt huwa uniformi arkitettonikament Karlskrona f qasir zmien saret it tliet l ikbar belt tar renju wara Riga u Stokkolma It tarzna f Karlskrona ġiet stabbilita kwazi fl istess zmien li ġiet stabbilita l belt Kienet meħtieġa minħabba t telfiet kbar li ġarrbet il flotta navali Zvediza fl 1659 Fl 1711 it tarzna kienet l iktar impjegatur industrijali tal Izvezja b 1 100 ħaddiem L eqdem baċir il baċir ta Polhem tħaffer fl irdum u għadu jintuza L isem oriġina minn Christopher Polhem id Da Vinci Zvediz xjenzat famuz b diversi invenzjonijiet li għadhom jintuzaw sa llum il ġurnata Hemm ukoll fabbrika storika tal produzzjoni tal ħbula Repslagarbanan li hija aċċessibbli għall pubbliku bi zjarat iggwidati Karlskrona zviluppat malajr izda fil bidu tas seklu 18 kien hemm staġnar minħabba l gwerra u l pesta Bejn l 1701 u l 1711 mietu madwar 7 000 ruħ minħabba l pesta Fl 1741 u fl 1789 il pesta reġgħet faqqgħet fil belt u f kull waħda minn dawk is sentejn mietu 6 000 ruħ Meta Karlskrona bħala belt portwali militari magħluqa bil mod il mod bdiet tmajna b mod parallel mal poter Zvediz it tkabbir batta u l belt tilfet ħafna mill glorja preċedenti tagħha għalkemm zammet il pozizzjoni tagħha bħala bazi navali qawwija Il fatt li Karlskrona kienet maħsuba bħala l belt kapitali futura ta qawwa kbira joħroġ fid dieher l iktar fil partijiet ċentrali tal belt fejn l iStortorget isegwi l ideali ta dak iz zmien rigward kif kienu jidhru l bliet il kbar tal Ewropa dak iz zmien Il belt għandha konfigurazzjoni Barokka bi pjazza kbira miftuħa fejn jinsabu l knisja il muniċipju u l amministrazzjoni statali L għadd ta knejjes u kastelli tal amministrazzjoni statali juri wkoll il funzjoni maħsuba tal belt Iz zona militari kbira u t tarzna jura li Karlskrona bħala l qawwa tan Nofsinhar tar renju għal zmien twil kienet meqjusa bħala belt importanti ħafna li kellha tiġi difiza Anke llum il ġurnata isiru operazzjonijiet militari f Karlskronavarvet Għalhekk Karlskrona kienet maħsuba biex tissostitwixxi lil Stokkolma bħala l belt kapitali tar renju izda dan qatt ma twettaq Bejn l 1910 u l 1949 kien hemm tramm elettriku li kien jopera minn Amiralitetsgatan fin Nofsinhar sa Bergasa fit Tramuntana Il belt zammet l istruttura tat toroq tagħha minn mindu ġiet stabbilita Peress li t toroq tagħha kollha jsegwu mudell ta grilja l irjieħ jonfħu liberament mill baħar sal qalba tal belt Partijiet mill belt l iktar il Port Navali ġew iddikjarati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO F Ottubru 1981 is sottomarin Sovjetiku S 363 tal klassi Whiskey magħruf bħala U137 fl Izvezja inkalja fl arċipelagu ħdejn Sturko ftit il barra minn Karlskrona Il mezzi tax xandir laqqmu l aħbar bħala l Whiskey on the Rocks L inċident ikkawza zieda temporanja fit tensjonijiet bejn l Izvezja u l Unjoni Sovjetika Filwaqt li l inkaljar tas sottomarin ċertament ma kienx ippjanat u x aktarx li seħħ minħabba xi membri tal ekwipaġġ fis sakra is sottomarin x aktarx kien qed iwettaq xi missjoni sigrieta mhux speċifikata Sit ta Wirt DinjiIl Port Navali ta Karlskrona ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1998 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ĠeografijaIl belt ta Karlskrona hija mifruxa fuq 30 gzira fin naħa tal Lvant tal arċipelagu ta Blekinge u Trosso hija dik prinċipali Gzejjer popolati oħra huma Salto Sturko Hasto Lango u Aspo Il gzejra ta Stumholmen fl imgħoddi kienet proprjeta tal Flotta Navali u llum il ġurnata tospita l Muzew Navali Nazzjonali Marinmuseum Il barra mill belt hemm l arċipelagu ta Karlskrona l izjed arċipelagu fin Nofsinhar tal Izvezja Diversi gzejjer huma kkollegati mal belt permezz ta laneċ Data klimatika għal Karlskrona temp estremi 2015 2020 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 9 4 48 9 13 8 56 8 12 8 55 0 18 5 65 3 26 4 79 5 28 7 83 7 29 2 84 6 29 4 84 9 25 0 77 0 17 7 63 9 15 2 59 4 10 9 51 6 29 4 84 9 Temp għolja medja f C F 4 0 39 2 4 3 39 7 7 0 44 6 11 8 53 2 16 6 61 9 21 0 69 8 22 0 71 6 22 9 73 2 18 7 65 7 13 2 55 8 8 5 47 3 6 2 43 2 13 1 55 6 Temp medja ta kuljum f C F 2 0 35 6 2 2 36 0 3 6 38 5 7 3 45 1 12 1 53 8 16 5 61 7 17 8 64 0 18 9 66 0 15 0 59 0 10 4 50 7 6 5 43 7 4 4 39 9 9 7 49 5 Temp baxxa medja f C F 0 3 32 5 0 1 32 2 0 1 32 2 2 8 37 0 7 6 45 7 12 0 53 6 13 8 56 8 15 0 59 0 11 3 52 3 7 4 45 3 4 5 40 1 2 6 36 7 6 3 43 3 Temp baxxa rekord f C F 10 2 13 6 8 9 16 0 6 1 21 0 1 1 30 0 2 1 35 8 7 5 45 5 10 6 51 1 9 8 49 6 4 4 39 9 0 8 33 4 4 1 24 6 4 9 23 2 10 2 13 6 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 43 3 1 70 25 9 1 02 32 9 1 30 31 0 1 22 34 8 1 37 39 7 1 56 58 3 2 30 42 7 1 68 51 5 2 03 46 4 1 83 52 9 2 08 44 0 1 73 503 3 19 81 Sors SMHI Data klimatika għal Karlskrona Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp medja tal baħar f C 3 6 3 1 2 9 4 8 9 0 14 9 18 5 19 0 17 1 12 8 9 4 6 0 10 3 Medja ta sigħat ta xemx kuljum 8 0 10 0 12 0 15 0 17 0 18 0 17 0 15 0 13 0 11 0 8 0 7 0 12 4 Indiċi Ultravjola Medju 0 1 2 4 5 6 6 5 4 2 1 0 3 Sors Weather AtlasKultura u wirtL izjed jum importanti f Karlskrona huwa l jum qabel lejliet nofs is sajf Dakinhar issir fiera kbira u tattira għexieren ta eluf ta vizitaturi lejn Karlskrona Il fiera tissejjaħ Lovmarknaden Il Fiera tal Weraq u hija popolari ħafna fost iċ ċittadini lokali Il pjazza ewlenija ta Karlskrona hija l ikbar waħda fl Kull sena lejn l aħħar ta Lulju u l bidu ta Awwissu jsir festival popolari msejjaħ Il Qala fil port ta Karlskrona Normalment ikun post fejn il familji jmorru jieklu u jixorbu u jaraw id dgħajjes tal qlugħ irmiġġati mal moll Matul il festival l iscouts tal baħar ta Karlskrona jaqdfu fuq dgħajsa filwaqt li jkollhom torċi mixgħula fil port u jdoqqu l innu nazzjonali għall vapuri fil port Dan l aħħar dan il festival ġie sostitwit b festival ieħor imsejjaħ Skargardsfest L arkitettura antika flimkien mal istrutturi navali huma attrazzjonijiet turistiċi importanti ta Karlskrona Il belt għandha atmosfera pjaċevoli u hija waħda mill attrazzjonijiet ewlenin fix Xlokk tal Izvezja Wirt arkitettoniku Karlskrona ppreservat il binjiet tagħha u l konfigurazzjoni tagħha kwazi għalkollox mill istabbiliment tagħha Meta l belt ġiet stabbilita fl 1680 primarjament kienet maħsuba bħala belt militari b ħafna difizi u fortifikazzjonijiet li sfruttaw it topografija partikolari tal belt Xi fortifikazzjonijiet kienu jinsabu fuq il gzira prinċipali Trosso bħall Bastjun ta Aurora li nbena fil bidu tas seklu 18 izda l biċċa l kbira tiegħu nbniet fuq il gzejjer fil qrib Ljungskar Mjolnareholmen Godnatt Koholmen u Kurrholmen jew iktar lil hinn bħall gzejjer fl aħħar tal bajja flimkien b mod partikolari mal fortizza importanti ta Kungsholmen u l port ċirkolari tagħha Il Bastjun ta Aurora Vastra kruthuset Il Forti ta Kungsholmen Il port ċirkolari ta Kungsholmen Izda l parti ċivili tal belt ġiet ippjanata bir reqqa Għandha pjanta bi grilja rettangolari għalkemm hemm ukoll xi toroq djagonali maħluqa minħabba t topografija taċ ċentru storiku tal belt kien responsabbli għad disinn tal binjiet u ta lil belt stil Barokk uniformi ħafna Il binja ċentrali tal belt hija l Knisja ta Fredrikskyrkan li nbniet fis snin 90 tas seklu 17 fil pjazza prinċipali li hija wkoll l ogħla punt tal gzira Diversi knejjes oħra jinsabu fil belt bħall Knisja tat Trinita Mqaddsa li nbniet għall Ġermanizi tal belt fl 1709 jew l Amiralitetskyrkan li ġiet ikkonsagrata fl 1685 Il Knisja ta Fredrikskyrkan Il Knisja tat Trinita Mqaddsa L Amiralitetskyrkan Quddiem l Amiralitetskyrkan hemm l istatwa ta Rosenbom li saret famuza bis saħħa tal ktieb tat tfal ta The Wonderful Adventures of Nils fejn l istatwa tirrakkonta l istorja tal knisja Qrib il knisja hemm ukoll it torri ta Admiralstorn li jmur lura għall 1699 Oriġinarjament dan kien jintuza biex jindika l ħin għall ħaddiema tat tarzna izda mill 1909 intuza bħala t torri tal knisja L istatwa zzomm test bl Izvediz f idejha Umilment nitolbok minkejja l leħen dgħajjef tiegħi biex tiġi u titfa xi munita wara li tgħolli l kappell tiegħi Imbierkien dawk li jieħdu ħsieb il foqra li ġejja mill aħħar sentenza tal Bibbja L istatwa ta Rosenbom L Admiralstorn Finalment il belt għandha wkoll xi binjiet iktar reċenti bħas Sala tal Mudelli li bejn l 1780 u l 1920 ospitat diversi mudelli ta dgħajjes Dawn ġew ittrasferiti lill Muzew Marittimu jew lill muniċipju wara n nirien tal 1790 Barra minn hekk hemm il binja tal kontea Lansresidenset li nbniet bejn l 1909 u l 1911 Is Sala tal Mudelli Il Muniċipju Il Lansresidenset Muzewijiet L izjed muzew li jzuruh nies fil belt huwa l Muzew Navali li jilqa madwar 250 000 vizitatur fis sena kwazi nofshom ikunu Zvedizi Il Muzew Navali huwa l muzew nazzjonali tal Izvezja dwar l istorja tal Flotta Navali Zvediza Flimkien mal wirjiet il muzew jospita kollezzjonijiet ta oġġetti arkivju ta tpinġijiet arkivju fotografiku u librerija Il muzew huwa involut ukoll fir riċerka Il binja attwali tal muzew f Stumholmen f Karlskrona nfetħet fl 1997 mir re attwali Qabel dik id data il muzew kien jinsab fl eks barrakki tal kadetti fil port navali Orlogshamnen u sal 1963 kien magħruf bħala l Muzew tat Tarzna Varvsmuseet Il muzew huwa bbazat fuq is Sala tal Mudelli li nħolqot fl 1752 mir Re fejn diversi mudelli ta dgħajjes ġew maħzuna sabiex jiġu ttestjati tipi differenti ta strutturi Ilum il ġurnata dawn il mudelli għadhom jiffurmaw il qalba tal kollezzjoni tal muzew izda l muzew jittraċċa wkoll l istorja tal Flotta Navali Zvediza Il belt tospita wkoll il Muzew ta Blekinge bi 82 443 vizitatur fl 2008 EkonomijaUħud mill ikbar impjegaturi f Karlskrona huma Telenor Ericsson u Roxtec Il belt għandha prezenza kumplessiva qawwija fl industriji bbazati fuq it teknoloġija informatika TrasportIl belt hija ppozizzjonata fix Xlokk tal Izvezja b kollegamenti eċċellenti man naħa l oħra tal Baħar Baltiku Hemm linja ta laneċ li topera lejn fil Polonja li tittrasporta l merkanzija u l passiġġieri L operatur ta dan is servizz huwa l Linja Stena Il biċċa l kbira tal gzejjer ta Karlskrona huma kkollegati ma xulxin permezz ta toroq Waħda mill gzejjer popolati l kbar Aspo hija kkollegata ma lanċa zgħira li ġġorr anke l vetturi Id dgħajjes ibaħħru wkoll bejn diversi gzejjer tal arċipelagu matul ix xhur tas sajf Trasport bit triq Il belt tinsab qrib l awtostrada Ewropea 22 ikkollegata permezz ta sezzjoni zgħira tal awtostrada li tagħmel parti mat triq nazzjonali 28 L E22 tikkollega l bliet prinċipali tan Nofsinhar tal Izvezja fosthom Malmo Lund u Kristianstad imbagħad tibqa tiela mal kosta tal Lvant lejn Kalmar u Norrkoping It triq nazzjonali 28 tikkollega lil Karlstad ma Emmaboda Trasport bil ferrovija Peress li l belt kienet waħda mill iktar importanti fl Izvezja b mod partikolari bis saħħa tat tarzna l kbira tagħha il ħtieġa ta linja ferrovjarja kienet kbira Il belt ingħatat l ewwel linja ferrovjarja tagħha fl 1874 li kkollegatha ma li minnha nnifisha kienet ikkollegata mill 1865 mal linja prinċipali Sodra stambanan Imbagħad il linja bdiet topera sat Tramuntana taċ ċentru storiku tal belt ta Karlskrona It tarzna iktar lejn in Nofsinhar kienet ikkollegata fl 1888 bis saħħa ta linja taħt l art ta zewġ kilometri izda l linja ngħalqet fl 1990 Din il linja issa hija parti mill Kust till Kust banan li tikkollega lil Goteborg u Kalmar Il belt ingħatat linja ferrovjarja ġdida fl 1889 meta nbniet il Blekinge kustbana li tikkollega lil Kristianstad ma Karlskrona Trasport marittimu Hemm servizz regolari bil lanċa minn Karlskrona sa Gdynia fil Polonja operat mil Linja Stena b medja ta zewġ vjaġġi l hemm u l hawn kuljum Din il linja ġġorr kwazi 500 000 ruħ fis sena Il port ta Karlskrona jaqdi wkoll lill arċipelagu ta Blekinge Trasport bl ajru L eqreb ajruport għall belt huwa l Ajruport ta Ronneby ħdejn Ronneby b titjiriet skedati lejn Stokkolma Bromma u Arlanda Fl 2009 ttranzitaw 191 168 ruħ minn dan l ajruport ReliġjonHemm tliet knejjes importanti f Karlskrona Il Fredrikskyrkan il Knisja ta Federiku ġiet iddisinjata minn Nicodemus Tessin ix Xiħ li ġie influwenzat mill arkitettura Taljana Is sisien ta dik il knisja nbnew fl 1720 u ġiet inawgurata fl 1744 Hija differenti mill knejjes Zvedizi normali peress li għandha lewn oranġj tizjin partikolari u zewġ torrijiet minkejja li mhijiex knisja veskovali It Trefaldighetskyrkan il Knisja tat Trinita Mqaddsa imsejħa wkoll il Knisja Ġermaniza inbniet fl 1697 1709 abbazi tat tpinġijiet ta Tessin Il knisja tinsab ukoll fil pjazza tas suq fil qalba tal belt Is saqaf b għamla ta koppla huwa influwenzat ukoll mill arkitettura Taljana u huwa karatteristika li qajla tidher fil knejjes Zvedizi inġenerali Il Knisja tal Ammirall ta Karlskrona Amiralitetskyrkan inbniet fl 1685 bl injam mizbugħ bl aħmar u hija waħda mill ikbar knejjes tal injam tal Izvezja Quddiem il knisja hemm l istatwa famuza ta Rosenbom Paroċċi Il Parroċċa tal Belt ta Karlskrona mill 10 ta Awwissu 1680 il Parroċċa Ġermaniza ta Karlskrona mill 10 ta Awwissu 1680 sal 1 ta Novembru 1846 il Parroċċa tal Priġunieri ta Karlskrona mill 1808 sal 4 ta Lulju 1866 il Parroċċa tal Muzajk f Karlskrona mill 1785 sal 1994 il Parroċċa Rjali tal Ammirall ta Karlskrona mill 1681 parroċċa mhux territorjali Hemm ukoll Knisja Kattolika ddedikata lill Madonna ta f Sodra Kungsgatan 1 371 30 Karlskrona EdukazzjoniIl belt hija l kampus prinċipali tal Blekinge tekniska hogskola Istitut tat Teknoloġija stabbilit fl 1989 li huwa wieħed mill ftit kulleġġi universitarji jew hogskolor fl Izvezja li għandu d dritt li jagħti d dottorati B hekk għandu status pjuttost simili għal dak ta universita reali L istitut jimpjega madwar 600 ruħ u jospita madwar 8 000 student SportIl klabbs sportivi li ġejjin huma stabbiliti f Karlskrona LetteraturaF The Surgeon s Mate ta Karlskrona hija l bazi tal flotta Brittanika fil Baħar Baltiku għall ħabta tal 1813 meta z zewġ nazzjonijiet kienu f perjodu ta paċi ma xulxin u alleati kontra Napuljun Il Kaptan Jack Aubrey u Stephen Maturin jagħtu bidu għal azzjoni biex jinħeles grupp ta forzi Katalani li kienu għadhom fis servizz Franċiz fuq gzira fittizja fil kosta tal Pomeranja Il Viċi Ammirall Sir James Saumarez ikollu l kmand f idejh tal flotta Baltika għall iskop tar rumanz GallerijaIl librerija pubblika tal belt ta Karlskrona Il Muzew Leonardo da Vinci Ideale Il Park tal Kappella jew il Kapellparken It Torri Il Kampnar tal Ammirall jew l Admiralstorn Il Maħzen tal Porvli It tarzna ta Karlskronavarvet Fiskbron il port l antik fiċ ċentru ta Karlskrona Il Bastjun ta Aurora Il Banjijiet ta Karlskrona Plier f Karlskrona Monument iddedikat lil magħmul minn Statwa tar Re Karlu XIII Referenzi Statistika 2008 web archive org 2012 01 27 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 01 27 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Ett varldsarvs historia Karlskrona se www karlskrona se Miġbur 2022 10 06 Riksarkivet Riksarkivet Sok i arkiven sok riksarkivet se bl Izvediz Miġbur 2022 10 06 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Naval Port of Karlskrona UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 10 05 Grattis Karlskrona 337 ar Blekinge Lans Tidning bl Izvediz 2017 08 10 Miġbur 2022 10 06 a b Carlquist Gunnar 1933 Svensk uppslagsbok Bd 14 Svensk Uppslagsbok AB p 14 Karlskrona For UNESCO World Heritage Travellers www worldheritagesite org Miġbur 2022 10 06 Berezin Henrik 2006 Adventure Guide Scandinavia Sweden Norway amp Denmark Hunter Publishing Inc p 120 ISBN 978 1 58843 579 8 Statistik fran Vader och Vatten SMHI SMHI web archive org 2013 02 13 Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 02 13 Miġbur 2022 10 05 Aladin Dublin Ireland Climate amp Monthly weather forecast Weather Atlas bl Ingliz Miġbur 2022 10 05 Karlskrona Skargardsfest 2022 Karlskrona Skargardsfest bl Ingliz Miġbur 2022 10 06 Varldsarvet Orlogsstaden Karlskrona Karlskrona se www karlskrona se Miġbur 2022 10 06 Varldsarvet Orlogsstaden Karlskrona Karlskrona se www karlskrona se Miġbur 2022 10 06 Varldsarvet Orlogsstaden Karlskrona Karlskrona se www karlskrona se Miġbur 2022 10 06 Karlskrona Attraktioner Gubben Rosenbom web archive org 2012 01 12 Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 01 12 Miġbur 2022 10 06 archive ph archive ph Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 09 09 Miġbur 2022 10 06 About The Naval Museum web archive org 2010 12 07 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 12 07 Miġbur 2022 10 06 Museer amp Konsthallar 2008 PDF web archive org Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2013 12 03 Farja till Polen Gdynia Boka resa hotell kryssning Stena Line web archive org 2011 07 12 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 07 12 Miġbur 2022 10 06 Destinationer Ronneby Airport web archive org 2011 03 08 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 03 08 Miġbur 2022 10 06 Passagerarfrekvens 2009 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2011 07 21 Miġbur 2022 10 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link KONTAKT VAR FRU AV FATIMA bl Izvediz Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 10 06 Miġbur 2022 10 06 Short presentation of the university Blekinge Institute of Technology web archive org 2010 12 27 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 12 27 Miġbur 2022 10 06 Universitet amp hogskolor Hogskoleverkets arsrapport 2009 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2010 08 18 Miġbur 2022 10 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link

L-aħħar artikli
  • Lulju 10, 2025

    Knisja Parrokkjali tat-Twelid tal-Verġni Marija, Mellieħa

  • Lulju 15, 2025

    Knisja Arċipretali San Gwann Battista

  • Lulju 09, 2025

    Koħort

  • Lulju 16, 2025

    G-14

  • Lulju 13, 2025

    Fédération Internationale de Football Association

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq