Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Bibbja mill Grieg βιβλία jew biblìa li tfisser kotba hu l ktieb mqaddes tar reliġjon Lhudija u tar reliġjon Nisranija

Bibbja

  • Paġna Ewlenija
  • Bibbja
Bibbja
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Bibbja (mill-Grieg βιβλία, jew biblìa, li tfisser kotba) hu l-ktieb mqaddes tar-reliġjon Lhudija u tar-reliġjon Nisranija.

Dawk li jemmnu li nkitbet taħt ispirazzjoni divina jsejħulha wkoll il-Kitba Mqaddsa jew l-iSkrittura Sagra.

Hi magħmula minn kotba differenti fl-oriġni, forma u kompożizzjoni, miktubin fuq firxa twila ta’ żmien, preċeduti minn tradiżżjoni orali ftit jew wisq twila. Jekk ngħoddu wkoll il-proċess ta’ kodifikazzjoni tal-, it-testi bibliċi ħadu iżjed minn elf sena biex jinkitbu.

Mal-Bibbja Lhudija l-Kristjaneżmu żied bosta kotba, tant li l-Bibbja kellha tinqasam fit-Testment il-Qadim (jew Rabta l-Qadima), li t-testi tiegħu inkitbu qabel il-ministeru ta’ Ġesú Kristu, u t-Testment il-Ġdid (jew Rabta l-Ġdida), li jiddeskrivi "l-aħbar tajba" tal-miġja tal-Messija.

Bibbja Lhudija u Samaritana

Il-terminu "Bibbja Lhudija" s-soltu jintuża biex ifisser it-testi mqaddsa tar-reliġjon Lhudija. Però dan mhux sewwa għax l-etimologija ta’ Bibbja hi (= kotba), u dan it-terminu mhux aċċettat mis-segwaċi tal-monoteiżimu Lhudi. It-terminu li jużaw dawn hu , li mhux kelma bl-ilsien Lhudi imma akronimu (T-N-K) magħmul mill-inizjali tal-partijiet li fihom inġabru is-36 ktieb:

  • (Liġi jew Tagħlim; 5 rombli bil-Grieg)
  • (Profeti)
  • (Kitbiet; kitbiet imqaddsa bil-Grieg)

Il-kotba kollha tal-Bibbja Lhudija nkitbu bil-Lhudi ħlief xi partijiet żgħar li inkitbu bl-.

Fost il-Lhud tal-antik, xi friegħi, in partikulari, is-, kienu jqisu it-Torah biss bħala qaddisa, u mill-qedem is- kellhom pożizzjoni simili u kienu jqisu bħala kanoniċi il- u l- biss.

Il-komunitajiet Lhudin antiki tal-lingwa Griega, issa estinti, kienu jsegwu minflok kanoni iżjed miftuħ mill-kanoni Lhudi ta’ issa, dak li jgħidulu l-kanoni alessandrin, li ġej mill- tal-Bibbja. Fl-ewwel seklu WK, il-kanoni palestiniż, iżjed ristrett minn dak alessandrin, kien meqjus definittiv.

Bibbja Nisranija

Il-Bibbja Nisranija fiha it-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid, li hu speċifikament Nisrani, jiġifieri għandu x’jaqsam ma’ Ġesù Kristu u t-twelied tal-Knisja appostolika.

Il-parti l-kbira tal-knejjes protestanti għat-Testment Antik isegwu il-kanoni Lhudi waqt li l-Knisja Kattolika u l-knejjes ortodossi jsegwu minflok il-kanoni alessandrin (b’xi differenzi), li fih kotba bil-Lhudi kif ukoll bill-Grieg. Il-kotba li ma jappartienux għall-kanoni tal-Bibbja Lhudija jgħidulhom mill-Kattoliċi u apokrifi mill-protestanti li ħafna drabi idaħħluhom bħala appendiċi separati bejn iż-żewġ testmenti.

Anki għat-Testment il-Ġdid, miktub bil-Grieg (ħlief forsi l-evanġelju ta’ Mattew li jista’ jkun li nkiteb bil-Lhudi jew Aramajk), fl-antik kien hemm differenzi bejn il-knejjes fuq in-numru tal-kotba li aċċettaw bħala ispirati. In partikulari kien hemm xi dubbji fuq l-epistoli mhux attribwiti ta’ u fuq l-. Il-kotba kontroversjali tat-Testment il-Ġdid kienu jgħidulhom .

It-Testament il-Qadim

It-taqsim tradizzjonali Nisrani hu f’ħames partijiet, jiġifieri il-, il- (ta' Kmieni = u tat-Tard = profetiċi proprja), Kitba (jew ), . In-numru tal-kotba jvarja skont il-kanoni diversi (Lhudi, protestant, kattoliku, ortodoss). Fit-tabella, barra l-ordinazzjoni Lhudija, nżommu ordni loġiku:


Kanoni Lhudi Kanoni ortodoss Kanoni Kattoliku Kanoni protestant (apokrifu*)
Torah jew Pentatewku
בראשית (Berexìt = Fil-Bidu) Γένεσις (Génesis = Oriġni) Genesis - Genesi
שמות (Xemòt = Ismijiet) Έξοδος (Èxodos = Ħarġa) Exodus - Eżodu
ויקרא (Wajqrà = U Sejjaħ) Λευιτικό (Levitikó = Levitiku) Leviticus - Levitiku
במדבר (Bemidbàr = Fid-Deżert) Αριθμοί (Aritmòi = Numri) Numeri - Numri
דברים (Devarìm = Kliem) Δευτερονόμιο (Deuteronòmio = It-Tieni Liġi) Deuteronomium - Dewteronomju
Profeti ta' Kmieni jew Kotba storiċi
יהושע (Jehoxwa') Ιησούς (Iesús) Iosue - Ġożwè
שופטים (Xofetìm - Mħallfin) Κριτές (Krités – Mħallfin) Iudicum - Mħallfin
שמואל (Samwél) A' Σαμουήλ (1 Samuèl –Samwel 1) jew A' Βασιλέων (1 Basiléon – Slaten 1) 1 Samuel - Samwel 1
B' Σαμουήλ (2 Samwél–Samwel 2) jew B' Βασιλέων (2 Basiléon – Slaten 2) 2 Samuel - Samwel 2
ספר מלכים (Sèfer Malkìm – Ktieb tas-Slaten) A' Βασιλέων (1 Basiléon - Slaten 1) jew Γ' Βασιλέων (3 Basiléon - Slaten 3) 1 Regum - Slaten 1
B' Βασιλέων (2 Basiléon - Slaten 2) jew Δ' Βασιλέων (4 Basiléon - Slaten 4) 2 Regum - Slaten 2
Profeti tat-Tard: Profeti kbar
ישעיהו (Ixa'ihàw) Ησαΐας (Esaìas) Isaias - Isaija
ירמיהו (Jermihàw) Ιερεμίας (Ieremías) Ieremias - Ġeremija
יחזקאל (Jehżqè'l) Ιεζεκιήλ (Iezekiél) Ezechièl - Eżekjel
Profeti tat-Tard: Profeti żgħar jew Tnax
הושע (Hoxè'a) Ωσηέ (Oseé) Osee - Hosegħa
יואל (Joèl) Ιωήλ (Ioél) Ioel - Ġoel
עמוס ('Amòs) Αμώς (Amós) Amos - Għamos
עובדיה ('Obadiàh) Αβδιού (Abdiú) Abdias - Għabdija
יונה (Jonàh) Ιωνάς (Ionás) Ionas - Ġona
מיכה (Mikà) Μιχαίας (Michaías) Michaeas - Mikea
נחום (Nahùm) Ναούμ (Naúm) Nahum - Naħum
חבקוק (Habaqqùq) Αβακούμ (Abakùm) Habacuc - Ħabakkuk
צפניה (Zefanjàh) Σοφονίας (Sofonìas) Sophonias - Sofonija
חגי (Haggài) Αγγαίος (Aggaíos) Aggaeus - Ħaggaj
זכריה (Zekarjàh) Ζαχαρίας (Zacharías) Zacharias - Żakkarija
מלאכי (Mal'aki) Μαλαχίας (Malachías) Malachias - Malakija
Kitba
תהילים (Tehillìm - Salmi) Ψαλμοί (Psalmòi - Salmi) + Sal 151 Psalmi - Salmi
משלי (Mixlè - Qwiel) Παροιμίες (Paroimíes - Qwiel) Prouerbia - Qwiel
איוב ('Iòb) Ιώβ (Iòb) Iob - Ġob Ġob
שיר השירים (Xìr hasxirìm - L-Għanja tal-Għanjiet) Άσμα Ασμάτων (Ásma asmáton – L-Għanja tal-Għanjiet) Canticum (canticorum) - L-Għanja tal-Għanjiet
רות (Rut) Ρουθ (Rùth) Ruth - Rut
איכה ('Ekàh - Ajma) Θρήνοι (Thrénoi - Lamentazzjonijiet) Lamentationes - Lamentazzjonijiet
קהלת (Qohèlet - Kohelet) Εκκλησιαστής (Ekklesiastés - Kohelet) Ecclesiastes - jew Ekklesjasti
אסתר (Estèr) Εσθήρ (Esthér) Esther - Ester Ester
- Xi żieda ma’ Ester Ester passim Ester passim*
דניאל (Dani'èl) Δανιήλ (Danièl) Daniel - Danjel Danjel
- Xi żieda ma’ Danjel Danjel kap. 3; 13; 14 Danjel kap. 3;13;14*
- Έσδρας A' (1 Ésdras) * o * *
עזרא ('Ezrà) jinkludi נחמיה (Nehemjàh) Έσδρας B' (2 Ésdras) Esdra - Esdra
Νεεμίας (Neemías) jew Έσδρας Γ' (3 Ésdras) Nehemia - Neħemija
- Έσδρας Δ' * 4 Esdra* jew * 4 Esdra*
דברי הימים (Debarè hajomim - Cose dei giorni) A' Παραλειπομένων (1 Paraleipoménon - 1 Omissioni) 1 Paralipomenon - Kronaki 1
B' Παραλειπομένων (2 Paraleipoménon - 2 Omissioni) 2 Paralipomenon - Kronaki 2
- Ωδαι (Odai - ) - *
Dewterokanoniċi
- Τοβίτ (Tobít) Tobit - Tobija*
- Ιουδίθ (Iudíth) Iudith - Ġuditta*
- A' Μακκαβαίων (1 Makkabáion) 1 Machabaeorum - Makkabin 1*
- B' Μακκαβαίων (2 Makkabáion) 2 Machabaeorum - Makkabin 2*
- Γ' Μακκαβαίων (3 Makkabáion) - -
- Δ' Μακκαβαίων (4 Makkabáion) - -
- Σοφία Σολομώντος (Sofía Solomóntos – Għerf ta’ Salamun) Sapientia - Għerf*
- Σοφία Σειράχ (Sofía Seirách – Għerf ta’ Sirach) Siracides - Siraċidi*
- Βαρούχ (Barúch) Baruch - Baruk*
- Επιστολή Ιερεμία (Epistolé Ieremía) Epistula Ieremiae - Ittra ta’ Ġeremija jew Baruk kap. 6 Ittra ta’ Ġeremija jew Baruk kap. 6*

It-testi li l-protestanti jgħidulhom "" ma jikunsidrawhomx bħala kanoniċi imma ssoltu jżiduhom bħala appendiċi mal-Bibbji (pereżempju il-Bibbja ta’ Luteru jew il-Bibbja tar-Re Ġakmu tal-Ingilterra) biex, għalkemm ma jistgħux ikunu ta’ sisien għall-fidi, jistgħu ikunu utli biex isaħħu l-pjetà tal-insara. F’ħafna edizzjonijiet moderni però, l-iżjed f’edizzjonijiet iżjed kompatti u ekonomiċi, iħalluhom barra għal kollox.

It-Testament il-Ġdid

It-Testment il-Ġdid li jagħmel parti mill-Bibbja Nisranija biss, kien miktub oriġinarjament bil- b’ħafna , hu magħmul mill-erba’ , l-ittri tal-appostlu Pawlu, l-, l-Atti tal-Appostli u l-, b’total ta’ 27 ktieb. Hemm qbil sostanzjali bejn id-diversi konfessjonijiet Insara (kattolika, ortodossa, protestanta) fuq in-numru u l-ordni tal-kotba, bl-unika differenza li fl-ordni Luteran l-aħħar kotba huma d-dewterokanoniċi, jiġifieri l-ittra lil-Lhud, l-ittri ta’ Ġakbu u ta’ Ġuda u l-Apokalissi, jiġifieri l-ittra lil-Lhud hi separata mill-ittri l-oħra Pawlini u l-ittri ta’ Ġakbu u ta’ Ġuda huma mifrudin mill-ittri kattoliċi.

  • Erba’ :
  • Atti tal-Appostli
  • :
  • :
  • jew Rivelazzjoni (isem protestant)

Forom letterarji

Il-Bibbja fiha bosta forom letterarji differenti. Il-kelma biblia forsi qiegħda fil-plural biex tindika din il-varjetà ta’ forom letterarji. Fil-bidu t-trasmissjoni tal-ġrajjiet kienet bil-fomm u fil-periklu li tintilef. Infatti nafu li ngħaqdu flimkien iż-żewġ tradizzjonijiet tat-tramuntana u ta’ nofsinhar tal-Palestina u l-influwenza tal-kulturi orjentali li kellhom kuntatt magħha l-ewwel kittieba fil-Babilonja ma nistgħux ninjorawha.

Il-forom litterarji preżenti fil-kotba bibliċi jistgħu jitqassmu bejn wieħed u ieħor f'dawn li ġejjin:

  • forma storika: dawk it-testi li jagħtu deskrizzjoni f’kuntest storiku ta’ persuni u ġrajja. L-attendibbiltà storika ta’ dawn ir-rakkonti tvarja. Pereżempju, l-ewwel 11-il kapitlu tal- li jiddeskrivu l-ħolqien tad-dinja sa’ (bidu tat-II millennju Q.K.), daż-żmien huma interpretati mill-eżeġeti nsara unanimament bħala simboliċi (rakkont tal-ħolqien, dnub oriġinali, dulluvju...). Anki fir-rumanzi ellenisti ta’ , , Ester il-kontestwalizzazjoni storika sservi biss bħala qafas għar-rakkont li għandu għan teoloġiku preċiż. Bil-kuntrarju, il-kotba li għandhom l-intenzjoni li jkunu tassew storiċi (, , , ir-rakkonti evanġeliċi u l-Atti) jagħtu informazzjoni li rarament tirriżulta f’kuntrast mas-sorsi oħra minn dak iż-żmien. Għall-istejjer tal-patrijarki (, , -Iżrael, Ġużeppi) li qegħdin fil-, mhux possibbli nifluhom kritikament minħabba n-nuqqas totali ta’ sorsi storiċi fuq il-kulturi nomadi tal-Lvant tal-Qrib fit-II millennju Q.K.
  • forma leġiżlattiva: tinkludi t-testi bil-liġijiet jew regoli fl-ambitu soċjali jew reliġjuż, l-iżjed preżenti ġewwa t- (p.eż. hu ktieb li hu interament leġiżlattiv).
  • forma profetika: fiha l-orakli profetiċi, jiġifieri tħeġiġ morali imniedi minn nies li jqisu ruħhom bħala mibgħutin minn Alla. Dawn l-eżortazzjonijiet huma dejjem diretti lejn persuni definiti (slaten, individwi, komunitajiet ta’ fidili jew popolu sħieħ) li, bl-imġiba tagħhom tbegħdu mit-triq id-dritta. Anki l-eżortazzjonijiet li qegħdin fl-epistoli tat-testment il-ġdid jistgħu jitqisu taħt il-forma profetika.
  • forma apokalittika: tinkludi testi simboliċi, li spiss ma jinfthemux razzjonalment, bl-għan li juru l-pjan rebbiegħ u definittiv t’Alla fuq l-istorja. Dawn dehru f’perijodi ta’ inċertezza kbira fil-komunità tal-fidili ġejja minn persekuzzjonijiet politiċi li setgħu iġegħluhom iħossuhom abbandunati minn Alla. It-testi apokalittiċi kważi kollha qegħdin fil-kotba ta’ Danjel u l-. L-Apokalissi in partikulari, ma kienx deskrizzjoni ta’ dak li kellu jiġri fil-ġejjieni mbiegħed, imma rassikurazzjoni lill-Knisja ta’ dak iż-żmien, persegwitata b’qilla feroċi mill-imperatur Ruman , li l-Qawmien mill-Mewt ikollu l-aħħar kelma.
  • forma tal-għerf: din il-kategorija wiesa’ tinkludi it-testi kollha li ma joqogħdux fl-oħrajn. Tinkludi talb (p.eż. ), poeżiji erotiċi (p.eż. ), , meditazzjonijiet jew qwiel ta’ diversi tipi (, , ).

Messaġġ teoloġiku

Hu impossibbli li nagħtu definizzjoni univoka tal-messaġġ teoloġiku tal-kotba bibliċi. Minhom, infatti, ħarġu numru kbir ta’ konfessjonijiet reliġjużi ta’ ereżiji, kull waħda tiġġustifika ruħha b’qari u interpretazzjoni tat-test bibliku. Ma’ dan kollu, meta nfittxu kunċetti fundamentali teoloġiċi komuni għad-diversi konfessjonijiet, nistgħu insibu nukleji li fuqhom hemm qbil:

  • Jeżisti esseri perfett, spirtu pur, mhux rappreżentabbli taħt l-ebda sura, etern, immutabbli, omnipotenti, omnixxenti.
  • Fit-Testment il-Qadim Lhudi kien jissejaħ bl-isem komuni (El jew Elohim), bl-isem komuni Mulej (Adonaj), bl-isem proprju u b’diversi epiteti oħra: L-Ogħla, Etern, Qaddis, Qerried, Mulej tal-Qtajja. Fit-Testment il-Qadim Grieg u fit-Testment il-Ġdid kien imsejjah bl-ismijiet komuni Alla (Theos) u Mulej (Kyrios). Id-definizzjoni t’Alla bħala Missier hi bis fit-Testment il-Ġdid.
  • Alla ħalaq liberament u mix-xejn l-univers u l-bniedem, quċċata tal-ħolqien, karatterizzat minn tjubija oriġinarja.
  • F’ċertu punt fl-imgħodi l-bniedem fil-libertà tiegħu, għażel li jitbiegħed minn Alla (dnub oriġinali), u jdaħħal il-ħażen fil-ħolqien.
  • Alla għamel rabta ma’ u d-dixxendenti tiegħu, il-poplu t’Iżrael. Intrabat li jipproteġi matul iż-żmien il-poplu tiegħu u li jeżiġi l-qima lejh biss. L-indħil t’Alla hu ċar partikularment f’xi ġrajjiet: il-ħelsien mill-Eġittu (, it-XIII seklu QK); ir-rebħa tal-Art Imwegħda ( is-sekli XIII-XI QK); It-tixrid tal-10 tribù idolatri tat-tramuntana (seklu VIII QK); l-eżilju fil-Babilonja u r-ritorn (seklu VI QK) minn hemm.
  • Alla ta ‘l l-liġi, insostitwibbli u immodifikabbli, li tikkonsisti f'613-il mitzvòt (preċetti) u huma mqassrin fl-għaxar kmandamenti, bil-wegħda li jippremja 'l min jobdihom u jikkastiga ‘l min jiksirhom.
  • Il-poplu t'Iżrael tbiegħed ħafna drabi mil-liġi jew applikaha minn barra biss, u għalhekk kien mċanfar min-nies imsejħin minn Alla, il-.
  • Alla wiegħed li jibgħat il-Messija għall-fidwa tal-poplu tiegħu.
  • Fit-tmiem taż-żmien jirxoxta l-mejtin, jiggarantilhom is-salvazzjoni eterna jew kundanna eterna skont l-imġiba li kellhom fil-ħajja lejn Alla u l-proxmu.

Fit-Testment il-Ġdid, aċċettat mill-insara imma mhux mil-Lhud, hemm kunċetti oħra:

  • Alla hu , Iben u Spirtu s-Santu.
  • Ġesù Kristu, il-Messija mistenni, iben Alla, wassal għal spjegazzjoni perfetta l-liġi ta’ Mosè, li tista’ tinġabar fil-qosor fl-imħabba t’Alla u l-imħabba tal-proxmu.
  • Bil-mewt u l-qawmien tiegħu mill-mewt, dawk kollha li jemmnu fih jieġu salvati u rikonċiljati ma’ Alla.

Qari u interpretazzjoni

Kif nifhmu l-Bibbja, il-mod kif naqrawha u l-interpretazzjoni tagħha, dixxiplina li tissejjaħ ermenewtika tal-Bibbja, u fatt teoloġiku, jiġifieri jiddependi mid-diversi komunitajiet reliġjużi. Din hi differenti mill-eżeġesi li din tikkonsisti f’li toħroġ is-sens minn parti tat-test, bl-għajnuna ta’ dixxiplini bħall-filoloġija u l-istorja, waqt li l-ermenewtika tfittex li tagħti u tispjega s-sens iżjed wiesa’ li l-awtur ried jagħti l-publiku tiegħu. Pereżempju fit-Testment il-Ġdid, u in partikulari fil-kitba ta’ Pawlu, insibu ermenewtika ġdida tal-kitba mqaddsa Lhudija.

Għalhekk l-ewwel differenza kbira fl-ermenewtika tal-Bibbja hi bejn il-Lhud u l-Insara: għalkemm hemm affinità parzjali bejn iż-żewġ reliġjonijiet, għaliex għandhom parti mill-kanoni tal-Bibbja fil-komuni, huma żviluppaw tradizzjonijiet differenti tal-fidi u għalhekk metodi interpretattivi u ermenewtiċi differenti.

It-test

Sorsi tat-test Lhudi

Għat-Testment il-Qadim Lhudi, id-dokumenti l-izjed antiki huma dawk tar-, li nstabu fl-1947 u fihom frammenti ftit jew wisq sħaħ tat-testi kollha tal-Bibbja Lhudija. B’kollox ġejjin minn perijodu twil li jmur mill-250 Q.K. sat-68 AD.

Id-dokumenti l-iżjed awtorevoli miktuba mill- u li jaqblu sostanzjalment mar-Rotli tal-Baħar Mejjet huma:

  • il-, iddatat 895-896 AD.
  • il- (A), iddatat 925-930 AD.
  • il- b19A (Codex Lenigradensis, L). Ġej mill-1008 - 1009 AD.

It-test kritiku (jiġifieri li jieħu kont tad-diversi dokumenti ewlenin) li daż-żmien jintuża bħala mudell għat-test Lhudi hu dak tal-Biblia Hebraica Stuttgartensia (BHS), ibbażat fuq L, miktub fl-1966 (1977, 1983, 1990) minn Karl Ellinger u W. Rudoph tad-Deutsche Bibelgesellschaft ta’ Stuttgart (għalhekk l-isem).

Sorsi tat-test Grieg

Għat-Testment il-Ġdid u t-Testment il-Qadim bil-Grieg, id-dokumenti l-iżjed antiki huma xi papiri li ġejjin mis-seklu II AD. Hemm xi ħamest elef manuskritti oħra konservati. L-iżjed awtorevoli minnhom huma dawn:

  • il- (A), iddatat fil-bidu jew in-nofs tas-seklu V.
  • il- (B), aktarx kompost fl-Eġittu fis-seklu IV.
  • il- (C), Dan inkiteb fuq xi testi li kienu mħassrin (għalhekk jgħidulu Palinsest) mit-teologu Sirjan Efrem. Jaħsbu li ġej mis-seklu V.
  • il- (D) jew Cantabrigensis (ta’ Cambridge), imsejjaħ hekk għax kien tal-kalvinista Teodoru minn Beza. Ġej mis-seklu V.
  • il- (S jew א): ġej min-nofs tas-seklu IV.

It-test kritiku (jiġifieri li jieħu kont tad-diversi dokumenti ewlenin) li daż-żmien jintuża bħala mudell għat-test tat-Testment il-Qadim bil-Grieg, inklużi l-kotba dewterokanoniċi hi l-edizzjoni ppublikata fl-1935 mill-filologu Ġermaniż Alfred Rahlfs.

It-test kritiku li daż-żmien jintuża bħala mudell għat-test Grieg tat-Testment il-Ġdid hu dak ta’ The Greek New Testament (GNT), minn K. Aland, M. Black, B. M. Metzger, A. Wikgren, Carlo Maria Martini, B. Aland. United Bible Societies. Edizzjonijiet: 1966, 1968, 1975, 1983 u 1993.

Verżjonijiet tal-Bibbja

Fost l-eluf tat-traduzzjonijiet tat-test bibliku għal-lingwi kollha tad-dinja, ta’ min isemmi dawn li ġejjin:

  • (Torah e Ġożwè). Definit fis-seklu IV QK, mhux proprjament traduzzjoni tas-6 kotba Lhudin għax anki hu, hu miktub bil-Lhudi, imma fih differenzi notevoli mit-test mażoretiku kanoniku. Hu t-test uffiċjali tal-komunità żgħira Samaritana li għadha teżisti fl-Iżrael s’issa.
  • Bl-aramajk, realizzata, skont it-tradizzjoni, mill-isqof tal-belt ta’ Edessa, Rabbula (miet fl-435), hu t-test uffiċjali ta’ diversi knejjes tat-tradizzjoni Sirjaka li qegħdin l-iżjed fil-Lvant tal-Qrib.
  • (jew tas-Sebgħin, jew LXX, min-numru ta’ tradutturi oriġinali). Hi il- verżjoni Griega tat-Testment il-Qadim, antika iżjed mit- stess, miktuba l-, l-Eġittu bejn ir-IV u t-II seklu QK. L-ewwel intużat mil-Lhud tal-ilsien Grieg u wara xxerdet fost l-insara. Flimkien mat-test Grieg tat-Testment il-Ġdid, hi l-verżjoni uffiċjali tal-knejjes ortodossi.
  • (popolari). fir-IV seklu qaleb għall-Latin it-test bibliku sħieħ. Il-Vulgata għal sekli sħaħ irrappreżentat it-test uffiċjali tal-Knisja u l-liturġija kattolika. Wara l-, id-diversi knejjes kattoliċi nazzjonali żviluppaw u addottaw fil-kult liturġiku verżjonijiet fil-lingwi nazzjonali tagħhom.
  • . Il-verżjoni biblika Ġermaniża l-iżjed importanti, kellha influwenza notevoli fuq il-lingwa Ġermaniża stess. Luteru spiċċa it-TĠ fl-1522 u l-bibbja sħieħa fl-1534. Hi l-verżjoni ta’ riferiment, fit-test oriġinali jew fit-traduzzjonijiet tagħha għal ħafna knejjes protestanti.
  • (, KJV). Hi l-Bibbja Inġliża l-iżjed importanti. Kienet ikkommissjonata mir-re Ingliż, Ġakmu I tal-Ingilterra. Ippubblikata fl-1611, tirrappresenta l-verżjoni uffiċjali tal-Knisja Anglikana u ta’ ħafna knejjes protestanti anglofoni.
  • It- (New World Translation of the Holy Scriptures) hi traduzzjoni magħmula mill-Kongregazzjoni Nisranija tax-. Bl-Inġliż dehret f’bosta volumi bejn l-1950 - 60. Wara ġiet tradotta f’diversi lingwi. L-ebda traduzzjoni biblika qatt ma rċeviet kritika daqs din.
  • Il- (Bible de Jérusalem), realizzata bil-Franċiż bejn l-1947 u l-1955 hi x-xogħol tal-École Biblique de Jérusalem. Għandha importanza fundamentali għall-użu sistematiku tan-noti u l-introduzzjoni tal-metodu storiku-kritiku. Is-sistema kritika tagħha qiegħda f’bosta verżjonijiet f’ilsna oħrajn.
  • Il- (abbrevjazzjoni ta’ Traduction Oecuménique de la Bible), ippubblikata bil-Franċiz fl-1975-1976, kienet magħmula minn eżeġeti kattoliċi u protestanti flimkien, appoġġata fl-aħħar minn studjużi ortodossi. Bħall-, fiha sistema kritika utli ħafna, li tradotta qiegħda f’bosta verżjonijiet b'lingwi oħrajn.
  • Il-Bibbja Riformata maqluba għall-Franċiż mit-teologu Louis Segond, rivista fl-1979 u ppubblikata minn Nouvelle Edition de Genève.

Noti

  1. ^ F'din il-paġna Lhudi u Ebrajk huma sinonimi.
  2. ^ Fil-verżjoni tas-LXX, Neħemija hu nkorporat ma’ Esdra taħt it-titlu Έσδρας B'.

Storja tal-Bibbja bil-Malti

Dawn il-fatti huma meħuda mill-artiklu L-Istorja tal-Bibbja bil-Malti ta' Paul Mizzi u hemm bżonn referenzi.

  • 1811: Dr Cleardo Naudi, Professur tal-Kimika fl-Università ta’ Malta, bl-appoġġ taċ-Church Missionary Society ipprepara abbozz tal-Evanġelju skont San Ġwann.
  • 1817: Dr Cleardo Naudi u Giuseppe Canolo ippublikaw l-Evanġelju skont San Ġwann. Dan l-Evanġelju kien ippubblikat f'żewġ kolonni maġenb xulxin, waħda t-traduzzjoni Maltija u l-oħra l-verżjoni Taljana tal-isqof Martini. Canolo kompla jaqleb il-bqija tat-Testment il-Ġdid u saħansitra l-Qadim imma dan qatt ma deher.
  • 1829: L-Erba' Evanġelji u l-Atti tradotti minn Mikiel Anton Vassalli ippublikati wara mewtu. Kien dam sitt snin jaħdem fuqhom.
  • 1847: The Society for Promoting Christian Knowledge ippubblikat it-Testment il-Ġdid sħieħ imħejji minn (1814-1903), ex-qassis Kattoliku Malti. Camilleri rreveda t-traduzzjoni ta' Vassalli (l-Evanġelji u l-Atti) u ttraduċa l-bqija tat-Testment il-Ġdid.
  • 1850: F.Panzavecchia ippublika l-Ġenesi.
  • 1844-1848: Richard Taylor ippublika n-narrativa tal-Passjoni ta' Kristu skont l-Erba' Evanġelji (1844), verżjoni ritmika tas-Salmi (1846), u l-Uffizzju tal-Ġimgħa Mqaddsa (1848).
  • 1870-72: Il-British and Foreign Bible Society ippubblikat l-Evanġelji skont San Mattew u San Ġwann u l-Atti tal-Appostli.
  • 1895: Ġużè Muscat Azzopardi ippubblika l-ewwel parti tal-Evanġelju skont San Mark u ssokta jippublika l-bqija tal-Evanġelji u l-Atti kull ġimgħa u wara ħariġhom f'ħames volumi: San Mattew (1895), San Mark (1915), San Luqa (1916), San Ġwann (1917), u L-Ktieb tal-Appostli ta’ San Luqa (1924). Dawn kienu tradotti mill-Latin.
  • 1926: Il-British and Foreign Bible Society ippubblikat il-Ktieb tas-Salmi ppreparat minn J.Falzon. Falzon ma ħadimx minn fuq it-test Lhudi, iżda fuq it-traduzzjoni Taljana ta' Diodati mqabbla mal-Verżjoni Awtorizzata bl-Ingliż, il-Vulgata, u t-traduzzjoni qadima Maltija ta' Camilleri.
  • 1926-1932: Pietru Pawl Grima, Alphonse Maria Galea u Pietru Pawl Saydon qalbu Bibbja sħiħa għall-Malti u ppublikawha f'partijiet. Din it-traduzzjoni, barra l-parti ta’ Saydon kienet ibbażata fuq il-Vulgata.
  • 1929: Il-Ġenesi kien ippublikat fl-1929 minn Pietru Pawl Saydon. Saydon, kien Professur tal-Iskrittura Mqaddsa, tal-Ebrajk u l-Grieg bibliku fl-Universita’ ta' Malta, kellu taħriġ akkademiku sħiħ fl-istudji bibliċi u suġġetti relatati fl-Istitut Pontifikali Bibliku f'Ruma u ta’ l-Ebrajk, l-Aramajk u l-Grieg.
  • 1939-1965: G.Paris OP ippublika l-Erba' Evanġelji, l-Atti, ir-Rumani u l-ittri ta' Ġwanni u Ġakbu, imsejsin wkoll fuq il-Vulgata.
  • 1962-1980: It-Trinitarian Bible Society l-ewwel ippublikat l-Evanġelji u l-Atti separatament, u wara, fl-1971, it-Testment il-Ġdid kollu. Din it-traduzzjoni kienet magħmula mill-Verżjoni Awtorizzata Ingliża, b'referenza ta' spiss għat-test Grieg, għall-Verżjoni Franċiża ta' Louis Segond, u għall-Verżjoni Taljana ta' Dottore Giovanni Luzzi. Zammit kien l-ewwel wieħed li ppublika l-Bibbja sħieħa bil-Malti.
  • 1929-1990: Fl-1965 intlaħaq ftehim ma' Saydon li l-Għaqda Biblika Maltija biex tippublika l-Bibbja Maltija f'volum wieħed it-traduzzjoni tiegħu imma dan qatt ma seħħ. Is-Soċjetà tal-MUSEUM, il-werrieta tal-copyright, ippublikawlu xogħlu fi tlett volumi: it-Testment il-Ġdid fl-1977, l-ewwel volum tat-Testment il-Qadim fl-1982, u t-tieni wieħed fl-1990.
 Din is-sezzjoni għandha bżonn referenzi.

Ħoloq esterni

  • It-traduzzjoni tal-Għaqda Biblika Maltija, L-Għaqda Biblika Maltija
  • It-traduzzjoni tal-Għaqda Biblika Maltija, Laikos
  • UnBoundBible – (Ingliż) Tippermetti l-paragun ta’ diversi verżjoniijiet tal-Bibbija f’ħafna lingwi.
  • Traduzzjoni, rivista fl-1979, ta’ Louis Segond, la Nouvelle Edition de Genève - (Franċiż) .
  • 6 Bibbji mqabblin - Sit kritiku
  • Quattuor Evangeliorum Consonantia – Qbil bejn l-erba’ Evanġelji bil-Latin
  • Il-Bibbja Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 13 Ġun, 2025 / 23:28

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Bibbja, X'inhi Bibbja? Xi tfisser Bibbja?

Il Bibbja mill Grieg biblia jew biblia li tfisser kotba hu l ktieb mqaddes tar reliġjon Lhudija u tar reliġjon Nisranija Bibbja antika ta Gutenberg Dawk li jemmnu li nkitbet taħt ispirazzjoni divina jsejħulha wkoll il Kitba Mqaddsa jew l iSkrittura Sagra Hi magħmula minn kotba differenti fl oriġni forma u kompozizzjoni miktubin fuq firxa twila ta zmien preċeduti minn tradizzjoni orali ftit jew wisq twila Jekk ngħoddu wkoll il proċess ta kodifikazzjoni tal it testi bibliċi ħadu izjed minn elf sena biex jinkitbu Mal Bibbja Lhudija l Kristjanezmu zied bosta kotba tant li l Bibbja kellha tinqasam fit Testment il Qadim jew Rabta l Qadima li t testi tiegħu inkitbu qabel il ministeru ta Ġesu Kristu u t Testment il Ġdid jew Rabta l Ġdida li jiddeskrivi l aħbar tajba tal miġja tal Messija Bibbja Lhudija u SamaritanaManuskritt tal ta seklu XIII Il terminu Bibbja Lhudija s soltu jintuza biex ifisser it testi mqaddsa tar reliġjon Lhudija Pero dan mhux sewwa għax l etimologija ta Bibbja hi kotba u dan it terminu mhux aċċettat mis segwaċi tal monoteizimu Lhudi It terminu li juzaw dawn hu li mhux kelma bl ilsien Lhudi imma akronimu T N K magħmul mill inizjali tal partijiet li fihom inġabru is 36 ktieb Liġi jew Tagħlim 5 rombli bil Grieg Profeti Kitbiet kitbiet imqaddsa bil Grieg Il kotba kollha tal Bibbja Lhudija nkitbu bil Lhudi ħlief xi partijiet zgħar li inkitbu bl Fost il Lhud tal antik xi friegħi in partikulari is kienu jqisu it Torah biss bħala qaddisa u mill qedem is kellhom pozizzjoni simili u kienu jqisu bħala kanoniċi il u l biss Il komunitajiet Lhudin antiki tal lingwa Griega issa estinti kienu jsegwu minflok kanoni izjed miftuħ mill kanoni Lhudi ta issa dak li jgħidulu l kanoni alessandrin li ġej mill tal Bibbja Fl ewwel seklu WK il kanoni palestiniz izjed ristrett minn dak alessandrin kien meqjus definittiv Bibbja NisranijaIl Bibbja Nisranija fiha it Testment il Qadim u t Testment il Ġdid li hu speċifikament Nisrani jiġifieri għandu x jaqsam ma Ġesu Kristu u t twelied tal Knisja appostolika Il parti l kbira tal knejjes protestanti għat Testment Antik isegwu il kanoni Lhudi waqt li l Knisja Kattolika u l knejjes ortodossi jsegwu minflok il kanoni alessandrin b xi differenzi li fih kotba bil Lhudi kif ukoll bill Grieg Il kotba li ma jappartienux għall kanoni tal Bibbja Lhudija jgħidulhom mill Kattoliċi u apokrifi mill protestanti li ħafna drabi idaħħluhom bħala appendiċi separati bejn iz zewġ testmenti Anki għat Testment il Ġdid miktub bil Grieg ħlief forsi l evanġelju ta Mattew li jista jkun li nkiteb bil Lhudi jew Aramajk fl antik kien hemm differenzi bejn il knejjes fuq in numru tal kotba li aċċettaw bħala ispirati In partikulari kien hemm xi dubbji fuq l epistoli mhux attribwiti ta u fuq l Il kotba kontroversjali tat Testment il Ġdid kienu jgħidulhom It Testament il QadimIt taqsim tradizzjonali Nisrani hu f ħames partijiet jiġifieri il il ta Kmieni u tat Tard profetiċi proprja Kitba jew In numru tal kotba jvarja skont il kanoni diversi Lhudi protestant kattoliku ortodoss Fit tabella barra l ordinazzjoni Lhudija nzommu ordni loġiku Kanoni Lhudi Kanoni ortodoss Kanoni Kattoliku Kanoni protestant apokrifu Torah jew Pentatewku בראשית Berexit Fil Bidu Genesis Genesis Oriġni Genesis Genesi שמות Xemot Ismijiet E3odos Exodos Ħarġa Exodus Ezodu ויקרא Wajqra U Sejjaħ Leyitiko Levitiko Levitiku Leviticus Levitiku במדבר Bemidbar Fid Dezert Ari8moi Aritmoi Numri Numeri Numri דברים Devarim Kliem Deyteronomio Deuteronomio It Tieni Liġi Deuteronomium Dewteronomju Profeti ta Kmieni jew Kotba storiċi יהושע Jehoxwa Ihsoys Iesus Iosue Ġozwe שופטים Xofetim Mħallfin Krites Krites Mħallfin Iudicum Mħallfin שמואל Samwel A Samoyhl 1 Samuel Samwel 1 jew A Basilewn 1 Basileon Slaten 1 1 Samuel Samwel 1 B Samoyhl 2 Samwel Samwel 2 jew B Basilewn 2 Basileon Slaten 2 2 Samuel Samwel 2 ספר מלכים Sefer Malkim Ktieb tas Slaten A Basilewn 1 Basileon Slaten 1 jew G Basilewn 3 Basileon Slaten 3 1 Regum Slaten 1 B Basilewn 2 Basileon Slaten 2 jew D Basilewn 4 Basileon Slaten 4 2 Regum Slaten 2 Profeti tat Tard Profeti kbar ישעיהו Ixa ihaw Hsaias Esaias Isaias Isaija ירמיהו Jermihaw Ieremias Ieremias Ieremias Ġeremija יחזקאל Jehzqe l Iezekihl Iezekiel Ezechiel Ezekjel Profeti tat Tard Profeti zgħar jew Tnax הושע Hoxe a Wshe Osee Osee Hosegħa יואל Joel Iwhl Ioel Ioel Ġoel עמוס Amos Amws Amos Amos Għamos עובדיה Obadiah Abdioy Abdiu Abdias Għabdija יונה Jonah Iwnas Ionas Ionas Ġona מיכה Mika Mixaias Michaias Michaeas Mikea נחום Nahum Naoym Naum Nahum Naħum חבקוק Habaqquq Abakoym Abakum Habacuc Ħabakkuk צפניה Zefanjah Sofonias Sofonias Sophonias Sofonija חגי Haggai Aggaios Aggaios Aggaeus Ħaggaj זכריה Zekarjah Zaxarias Zacharias Zacharias Zakkarija מלאכי Mal aki Malaxias Malachias Malachias Malakija Kitba תהילים Tehillim Salmi PSalmoi Psalmoi Salmi Sal 151 Psalmi Salmi משלי Mixle Qwiel Paroimies Paroimies Qwiel Prouerbia Qwiel איוב Iob Iwb Iob Iob Ġob Ġob שיר השירים Xir hasxirim L Għanja tal Għanjiet Asma Asmatwn Asma asmaton L Għanja tal Għanjiet Canticum canticorum L Għanja tal Għanjiet רות Rut Roy8 Ruth Ruth Rut איכה Ekah Ajma 8rhnoi Threnoi Lamentazzjonijiet Lamentationes Lamentazzjonijiet קהלת Qohelet Kohelet Ekklhsiasths Ekklesiastes Kohelet Ecclesiastes jew Ekklesjasti אסתר Ester Es8hr Esther Esther Ester Ester Xi zieda ma Ester Ester passim Ester passim דניאל Dani el Danihl Daniel Daniel Danjel Danjel Xi zieda ma Danjel Danjel kap 3 13 14 Danjel kap 3 13 14 Esdras A 1 Esdras o עזרא Ezra jinkludi נחמיה Nehemjah Esdras B 2 Esdras Esdra Esdra Neemias Neemias jew Esdras G 3 Esdras Nehemia Neħemija Esdras D 4 Esdra jew 4 Esdra דברי הימים Debare hajomim Cose dei giorni A Paraleipomenwn 1 Paraleipomenon 1 Omissioni 1 Paralipomenon Kronaki 1 B Paraleipomenwn 2 Paraleipomenon 2 Omissioni 2 Paralipomenon Kronaki 2 Wdai Odai Dewterokanoniċi Tobit Tobit Tobit Tobija Ioydi8 Iudith Iudith Ġuditta A Makkabaiwn 1 Makkabaion 1 Machabaeorum Makkabin 1 B Makkabaiwn 2 Makkabaion 2 Machabaeorum Makkabin 2 G Makkabaiwn 3 Makkabaion D Makkabaiwn 4 Makkabaion Sofia Solomwntos Sofia Solomontos Għerf ta Salamun Sapientia Għerf Sofia Seirax Sofia Seirach Għerf ta Sirach Siracides Siraċidi Baroyx Baruch Baruch Baruk Epistolh Ieremia Epistole Ieremia Epistula Ieremiae Ittra ta Ġeremija jew Baruk kap 6 Ittra ta Ġeremija jew Baruk kap 6 It testi li l protestanti jgħidulhom ma jikunsidrawhomx bħala kanoniċi imma ssoltu jziduhom bħala appendiċi mal Bibbji perezempju il Bibbja ta Luteru jew il Bibbja tar Re Ġakmu tal Ingilterra biex għalkemm ma jistgħux ikunu ta sisien għall fidi jistgħu ikunu utli biex isaħħu l pjeta tal insara F ħafna edizzjonijiet moderni pero l izjed f edizzjonijiet izjed kompatti u ekonomiċi iħalluhom barra għal kollox It Testament il ĠdidIt Testment il Ġdid li jagħmel parti mill Bibbja Nisranija biss kien miktub oriġinarjament bil b ħafna hu magħmul mill erba l ittri tal appostlu Pawlu l l Atti tal Appostli u l b total ta 27 ktieb Hemm qbil sostanzjali bejn id diversi konfessjonijiet Insara kattolika ortodossa protestanta fuq in numru u l ordni tal kotba bl unika differenza li fl ordni Luteran l aħħar kotba huma d dewterokanoniċi jiġifieri l ittra lil Lhud l ittri ta Ġakbu u ta Ġuda u l Apokalissi jiġifieri l ittra lil Lhud hi separata mill ittri l oħra Pawlini u l ittri ta Ġakbu u ta Ġuda huma mifrudin mill ittri kattoliċi Erba Atti tal Appostli jew Rivelazzjoni isem protestant Forom letterarjiIl Bibbja fiha bosta forom letterarji differenti Il kelma biblia forsi qiegħda fil plural biex tindika din il varjeta ta forom letterarji Fil bidu t trasmissjoni tal ġrajjiet kienet bil fomm u fil periklu li tintilef Infatti nafu li ngħaqdu flimkien iz zewġ tradizzjonijiet tat tramuntana u ta nofsinhar tal Palestina u l influwenza tal kulturi orjentali li kellhom kuntatt magħha l ewwel kittieba fil Babilonja ma nistgħux ninjorawha Il forom litterarji prezenti fil kotba bibliċi jistgħu jitqassmu bejn wieħed u ieħor f dawn li ġejjin forma storika dawk it testi li jagħtu deskrizzjoni f kuntest storiku ta persuni u ġrajja L attendibbilta storika ta dawn ir rakkonti tvarja Perezempju l ewwel 11 il kapitlu tal li jiddeskrivu l ħolqien tad dinja sa bidu tat II millennju Q K daz zmien huma interpretati mill ezeġeti nsara unanimament bħala simboliċi rakkont tal ħolqien dnub oriġinali dulluvju Anki fir rumanzi ellenisti ta Ester il kontestwalizzazjoni storika sservi biss bħala qafas għar rakkont li għandu għan teoloġiku preċiz Bil kuntrarju il kotba li għandhom l intenzjoni li jkunu tassew storiċi ir rakkonti evanġeliċi u l Atti jagħtu informazzjoni li rarament tirrizulta f kuntrast mas sorsi oħra minn dak iz zmien Għall istejjer tal patrijarki Izrael Ġuzeppi li qegħdin fil mhux possibbli nifluhom kritikament minħabba n nuqqas totali ta sorsi storiċi fuq il kulturi nomadi tal Lvant tal Qrib fit II millennju Q K forma leġizlattiva tinkludi t testi bil liġijiet jew regoli fl ambitu soċjali jew reliġjuz l izjed prezenti ġewwa t p ez hu ktieb li hu interament leġizlattiv forma profetika fiha l orakli profetiċi jiġifieri tħeġiġ morali imniedi minn nies li jqisu ruħhom bħala mibgħutin minn Alla Dawn l ezortazzjonijiet huma dejjem diretti lejn persuni definiti slaten individwi komunitajiet ta fidili jew popolu sħieħ li bl imġiba tagħhom tbegħdu mit triq id dritta Anki l ezortazzjonijiet li qegħdin fl epistoli tat testment il ġdid jistgħu jitqisu taħt il forma profetika forma apokalittika tinkludi testi simboliċi li spiss ma jinfthemux razzjonalment bl għan li juru l pjan rebbiegħ u definittiv t Alla fuq l istorja Dawn dehru f perijodi ta inċertezza kbira fil komunita tal fidili ġejja minn persekuzzjonijiet politiċi li setgħu iġegħluhom iħossuhom abbandunati minn Alla It testi apokalittiċi kwazi kollha qegħdin fil kotba ta Danjel u l L Apokalissi in partikulari ma kienx deskrizzjoni ta dak li kellu jiġri fil ġejjieni mbiegħed imma rassikurazzjoni lill Knisja ta dak iz zmien persegwitata b qilla feroċi mill imperatur Ruman li l Qawmien mill Mewt ikollu l aħħar kelma forma tal għerf din il kategorija wiesa tinkludi it testi kollha li ma joqogħdux fl oħrajn Tinkludi talb p ez poeziji erotiċi p ez meditazzjonijiet jew qwiel ta diversi tipi Messaġġ teoloġikuHu impossibbli li nagħtu definizzjoni univoka tal messaġġ teoloġiku tal kotba bibliċi Minhom infatti ħarġu numru kbir ta konfessjonijiet reliġjuzi ta ereziji kull waħda tiġġustifika ruħha b qari u interpretazzjoni tat test bibliku Ma dan kollu meta nfittxu kunċetti fundamentali teoloġiċi komuni għad diversi konfessjonijiet nistgħu insibu nukleji li fuqhom hemm qbil Jezisti esseri perfett spirtu pur mhux rapprezentabbli taħt l ebda sura etern immutabbli omnipotenti omnixxenti Fit Testment il Qadim Lhudi kien jissejaħ bl isem komuni El jew Elohim bl isem komuni Mulej Adonaj bl isem proprju u b diversi epiteti oħra L Ogħla Etern Qaddis Qerried Mulej tal Qtajja Fit Testment il Qadim Grieg u fit Testment il Ġdid kien imsejjah bl ismijiet komuni Alla Theos u Mulej Kyrios Id definizzjoni t Alla bħala Missier hi bis fit Testment il Ġdid Alla ħalaq liberament u mix xejn l univers u l bniedem quċċata tal ħolqien karatterizzat minn tjubija oriġinarja F ċertu punt fl imgħodi l bniedem fil liberta tiegħu għazel li jitbiegħed minn Alla dnub oriġinali u jdaħħal il ħazen fil ħolqien Alla għamel rabta ma u d dixxendenti tiegħu il poplu t Izrael Intrabat li jipproteġi matul iz zmien il poplu tiegħu u li jeziġi l qima lejh biss L indħil t Alla hu ċar partikularment f xi ġrajjiet il ħelsien mill Eġittu it XIII seklu QK ir rebħa tal Art Imwegħda is sekli XIII XI QK It tixrid tal 10 tribu idolatri tat tramuntana seklu VIII QK l ezilju fil Babilonja u r ritorn seklu VI QK minn hemm Alla ta l l liġi insostitwibbli u immodifikabbli li tikkonsisti f 613 il mitzvot preċetti u huma mqassrin fl għaxar kmandamenti bil wegħda li jippremja l min jobdihom u jikkastiga l min jiksirhom Il poplu t Izrael tbiegħed ħafna drabi mil liġi jew applikaha minn barra biss u għalhekk kien mċanfar min nies imsejħin minn Alla il Alla wiegħed li jibgħat il Messija għall fidwa tal poplu tiegħu Fit tmiem taz zmien jirxoxta l mejtin jiggarantilhom is salvazzjoni eterna jew kundanna eterna skont l imġiba li kellhom fil ħajja lejn Alla u l proxmu Fit Testment il Ġdid aċċettat mill insara imma mhux mil Lhud hemm kunċetti oħra Alla hu Iben u Spirtu s Santu Ġesu Kristu il Messija mistenni iben Alla wassal għal spjegazzjoni perfetta l liġi ta Mose li tista tinġabar fil qosor fl imħabba t Alla u l imħabba tal proxmu Bil mewt u l qawmien tiegħu mill mewt dawk kollha li jemmnu fih jieġu salvati u rikonċiljati ma Alla Qari u interpretazzjoniKif nifhmu l Bibbja il mod kif naqrawha u l interpretazzjoni tagħha dixxiplina li tissejjaħ ermenewtika tal Bibbja u fatt teoloġiku jiġifieri jiddependi mid diversi komunitajiet reliġjuzi Din hi differenti mill ezeġesi li din tikkonsisti f li toħroġ is sens minn parti tat test bl għajnuna ta dixxiplini bħall filoloġija u l istorja waqt li l ermenewtika tfittex li tagħti u tispjega s sens izjed wiesa li l awtur ried jagħti l publiku tiegħu Perezempju fit Testment il Ġdid u in partikulari fil kitba ta Pawlu insibu ermenewtika ġdida tal kitba mqaddsa Lhudija Għalhekk l ewwel differenza kbira fl ermenewtika tal Bibbja hi bejn il Lhud u l Insara għalkemm hemm affinita parzjali bejn iz zewġ reliġjonijiet għaliex għandhom parti mill kanoni tal Bibbja fil komuni huma zviluppaw tradizzjonijiet differenti tal fidi u għalhekk metodi interpretattivi u ermenewtiċi differenti It testSorsi tat test Lhudi Foljo 474a tal Kodiċi ta Leningrad wieħed mis sorsi ewlenin tat test Lhudi Għat Testment il Qadim Lhudi id dokumenti l izjed antiki huma dawk tar li nstabu fl 1947 u fihom frammenti ftit jew wisq sħaħ tat testi kollha tal Bibbja Lhudija B kollox ġejjin minn perijodu twil li jmur mill 250 Q K sat 68 AD Id dokumenti l izjed awtorevoli miktuba mill u li jaqblu sostanzjalment mar Rotli tal Baħar Mejjet huma il iddatat 895 896 AD il A iddatat 925 930 AD il b19A Codex Lenigradensis L Ġej mill 1008 1009 AD It test kritiku jiġifieri li jieħu kont tad diversi dokumenti ewlenin li daz zmien jintuza bħala mudell għat test Lhudi hu dak tal Biblia Hebraica Stuttgartensia BHS ibbazat fuq L miktub fl 1966 1977 1983 1990 minn Karl Ellinger u W Rudoph tad Deutsche Bibelgesellschaft ta Stuttgart għalhekk l isem Sorsi tat test Grieg Paġna tal Kodiċi Vatikan seklu IV wieħed mis sorsi ewlenin tat Grieg Għat Testment il Ġdid u t Testment il Qadim bil Grieg id dokumenti l izjed antiki huma xi papiri li ġejjin mis seklu II AD Hemm xi ħamest elef manuskritti oħra konservati L izjed awtorevoli minnhom huma dawn il A iddatat fil bidu jew in nofs tas seklu V il B aktarx kompost fl Eġittu fis seklu IV il C Dan inkiteb fuq xi testi li kienu mħassrin għalhekk jgħidulu Palinsest mit teologu Sirjan Efrem Jaħsbu li ġej mis seklu V il D jew Cantabrigensis ta Cambridge imsejjaħ hekk għax kien tal kalvinista Teodoru minn Beza Ġej mis seklu V il S jew א ġej min nofs tas seklu IV It test kritiku jiġifieri li jieħu kont tad diversi dokumenti ewlenin li daz zmien jintuza bħala mudell għat test tat Testment il Qadim bil Grieg inkluzi l kotba dewterokanoniċi hi l edizzjoni ppublikata fl 1935 mill filologu Ġermaniz Alfred Rahlfs It test kritiku li daz zmien jintuza bħala mudell għat test Grieg tat Testment il Ġdid hu dak ta The Greek New Testament GNT minn K Aland M Black B M Metzger A Wikgren Carlo Maria Martini B Aland United Bible Societies Edizzjonijiet 1966 1968 1975 1983 u 1993 Verzjonijiet tal BibbjaSan Ġlormu fl istudju tiegħu ta Fost l eluf tat traduzzjonijiet tat test bibliku għal lingwi kollha tad dinja ta min isemmi dawn li ġejjin Torah e Ġozwe Definit fis seklu IV QK mhux proprjament traduzzjoni tas 6 kotba Lhudin għax anki hu hu miktub bil Lhudi imma fih differenzi notevoli mit test mazoretiku kanoniku Hu t test uffiċjali tal komunita zgħira Samaritana li għadha tezisti fl Izrael s issa Bl aramajk realizzata skont it tradizzjoni mill isqof tal belt ta Edessa Rabbula miet fl 435 hu t test uffiċjali ta diversi knejjes tat tradizzjoni Sirjaka li qegħdin l izjed fil Lvant tal Qrib jew tas Sebgħin jew LXX min numru ta tradutturi oriġinali Hi il verzjoni Griega tat Testment il Qadim antika izjed mit stess miktuba l l Eġittu bejn ir IV u t II seklu QK L ewwel intuzat mil Lhud tal ilsien Grieg u wara xxerdet fost l insara Flimkien mat test Grieg tat Testment il Ġdid hi l verzjoni uffiċjali tal knejjes ortodossi popolari fir IV seklu qaleb għall Latin it test bibliku sħieħ Il Vulgata għal sekli sħaħ irrapprezentat it test uffiċjali tal Knisja u l liturġija kattolika Wara l id diversi knejjes kattoliċi nazzjonali zviluppaw u addottaw fil kult liturġiku verzjonijiet fil lingwi nazzjonali tagħhom Ritratt ta Martin Luteru Il verzjoni biblika Ġermaniza l izjed importanti kellha influwenza notevoli fuq il lingwa Ġermaniza stess Luteru spiċċa it TĠ fl 1522 u l bibbja sħieħa fl 1534 Hi l verzjoni ta riferiment fit test oriġinali jew fit traduzzjonijiet tagħha għal ħafna knejjes protestanti KJV Hi l Bibbja Inġliza l izjed importanti Kienet ikkommissjonata mir re Ingliz Ġakmu I tal Ingilterra Ippubblikata fl 1611 tirrappresenta l verzjoni uffiċjali tal Knisja Anglikana u ta ħafna knejjes protestanti anglofoni It New World Translation of the Holy Scriptures hi traduzzjoni magħmula mill Kongregazzjoni Nisranija tax Bl Inġliz dehret f bosta volumi bejn l 1950 60 Wara ġiet tradotta f diversi lingwi L ebda traduzzjoni biblika qatt ma rċeviet kritika daqs din Il Bible de Jerusalem realizzata bil Franċiz bejn l 1947 u l 1955 hi x xogħol tal Ecole Biblique de Jerusalem Għandha importanza fundamentali għall uzu sistematiku tan noti u l introduzzjoni tal metodu storiku kritiku Is sistema kritika tagħha qiegħda f bosta verzjonijiet f ilsna oħrajn Il abbrevjazzjoni ta Traduction Oecumenique de la Bible ippubblikata bil Franċiz fl 1975 1976 kienet magħmula minn ezeġeti kattoliċi u protestanti flimkien appoġġata fl aħħar minn studjuzi ortodossi Bħall fiha sistema kritika utli ħafna li tradotta qiegħda f bosta verzjonijiet b lingwi oħrajn Il Bibbja Riformata maqluba għall Franċiz mit teologu Louis Segond rivista fl 1979 u ppubblikata minn Nouvelle Edition de Geneve Noti F din il paġna Lhudi u Ebrajk huma sinonimi Fil verzjoni tas LXX Neħemija hu nkorporat ma Esdra taħt it titlu Esdras B Storja tal Bibbja bil MaltiDawn il fatti huma meħuda mill artiklu L Istorja tal Bibbja bil Malti ta Paul Mizzi u hemm bzonn referenzi 1811 Dr Cleardo Naudi Professur tal Kimika fl Universita ta Malta bl appoġġ taċ Church Missionary Society ipprepara abbozz tal Evanġelju skont San Ġwann 1817 Dr Cleardo Naudi u Giuseppe Canolo ippublikaw l Evanġelju skont San Ġwann Dan l Evanġelju kien ippubblikat f zewġ kolonni maġenb xulxin waħda t traduzzjoni Maltija u l oħra l verzjoni Taljana tal isqof Martini Canolo kompla jaqleb il bqija tat Testment il Ġdid u saħansitra l Qadim imma dan qatt ma deher 1829 L Erba Evanġelji u l Atti tradotti minn Mikiel Anton Vassalli ippublikati wara mewtu Kien dam sitt snin jaħdem fuqhom 1847 The Society for Promoting Christian Knowledge ippubblikat it Testment il Ġdid sħieħ imħejji minn 1814 1903 ex qassis Kattoliku Malti Camilleri rreveda t traduzzjoni ta Vassalli l Evanġelji u l Atti u ttraduċa l bqija tat Testment il Ġdid 1850 F Panzavecchia ippublika l Ġenesi 1844 1848 Richard Taylor ippublika n narrativa tal Passjoni ta Kristu skont l Erba Evanġelji 1844 verzjoni ritmika tas Salmi 1846 u l Uffizzju tal Ġimgħa Mqaddsa 1848 1870 72 Il British and Foreign Bible Society ippubblikat l Evanġelji skont San Mattew u San Ġwann u l Atti tal Appostli 1895 Ġuze Muscat Azzopardi ippubblika l ewwel parti tal Evanġelju skont San Mark u ssokta jippublika l bqija tal Evanġelji u l Atti kull ġimgħa u wara ħariġhom f ħames volumi San Mattew 1895 San Mark 1915 San Luqa 1916 San Ġwann 1917 u L Ktieb tal Appostli ta San Luqa 1924 Dawn kienu tradotti mill Latin 1926 Il British and Foreign Bible Society ippubblikat il Ktieb tas Salmi ppreparat minn J Falzon Falzon ma ħadimx minn fuq it test Lhudi izda fuq it traduzzjoni Taljana ta Diodati mqabbla mal Verzjoni Awtorizzata bl Ingliz il Vulgata u t traduzzjoni qadima Maltija ta Camilleri 1926 1932 Pietru Pawl Grima Alphonse Maria Galea u Pietru Pawl Saydon qalbu Bibbja sħiħa għall Malti u ppublikawha f partijiet Din it traduzzjoni barra l parti ta Saydon kienet ibbazata fuq il Vulgata 1929 Il Ġenesi kien ippublikat fl 1929 minn Pietru Pawl Saydon Saydon kien Professur tal Iskrittura Mqaddsa tal Ebrajk u l Grieg bibliku fl Universita ta Malta kellu taħriġ akkademiku sħiħ fl istudji bibliċi u suġġetti relatati fl Istitut Pontifikali Bibliku f Ruma u ta l Ebrajk l Aramajk u l Grieg 1939 1965 G Paris OP ippublika l Erba Evanġelji l Atti ir Rumani u l ittri ta Ġwanni u Ġakbu imsejsin wkoll fuq il Vulgata 1962 1980 It Trinitarian Bible Society l ewwel ippublikat l Evanġelji u l Atti separatament u wara fl 1971 it Testment il Ġdid kollu Din it traduzzjoni kienet magħmula mill Verzjoni Awtorizzata Ingliza b referenza ta spiss għat test Grieg għall Verzjoni Franċiza ta Louis Segond u għall Verzjoni Taljana ta Dottore Giovanni Luzzi Zammit kien l ewwel wieħed li ppublika l Bibbja sħieħa bil Malti 1929 1990 Fl 1965 intlaħaq ftehim ma Saydon li l Għaqda Biblika Maltija biex tippublika l Bibbja Maltija f volum wieħed it traduzzjoni tiegħu imma dan qatt ma seħħ Is Soċjeta tal MUSEUM il werrieta tal copyright ippublikawlu xogħlu fi tlett volumi it Testment il Ġdid fl 1977 l ewwel volum tat Testment il Qadim fl 1982 u t tieni wieħed fl 1990 Din is sezzjoni għandha bzonn referenzi Ħoloq esterniIt traduzzjoni tal Għaqda Biblika Maltija L Għaqda Biblika Maltija It traduzzjoni tal Għaqda Biblika Maltija Laikos UnBoundBible Ingliz Tippermetti l paragun ta diversi verzjoniijiet tal Bibbija f ħafna lingwi Traduzzjoni rivista fl 1979 ta Louis Segond la Nouvelle Edition de Geneve Franċiz 6 Bibbji mqabblin Sit kritiku Quattuor Evangeliorum Consonantia Qbil bejn l erba Evanġelji bil Latin Il Bibbja Traduzzjoni tad Dinja l Ġdida

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Tieni Gwerra Dinija

  • Ġunju 12, 2025

    Tielet Repubblika Franċiża

  • Ġunju 09, 2025

    Tielet Diviżjoni Maltija

  • Ġunju 14, 2025

    Thea Garrett

  • Ġunju 11, 2025

    The Malta Independent

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq