Mikiel Anton Vassalli Ħaż Żebbuġ 5 ta Marzu 1764 12 ta Jannar 1829 magħruf bħala Missier l Ilsien Malti minħabba l kontr
Mikiel Anton Vassalli

Mikiel Anton Vassalli (Ħaż-Żebbuġ, 5 ta' Marzu 1764 – 12 ta' Jannar 1829), magħruf bħala Missier l-Ilsien Malti, minħabba l-kontribut kbir li ta biex il-Malti jkun .
Mikiel Anton Vassalli | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħaż-Żebbuġ, 5 Marzu 1764 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Malta, 12 Jannar 1829 |
Post tad-dfin | Ġnien Storiku tas-Sur tal-Imsida |
Edukazzjoni | |
Alma mater | La Sapienza |
Lingwi | Malti Latin Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | traduttur politiku |
Impjegaturi | Università ta' Malta |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Tfulija
Semmewh Mikiel għal missier missieru u Anton għal missier ommu. Fuq tfulitu Mikiel kien għad kellu sentejn meta' missieru miet fl-għomor ta' 32 sena, u li erba' snin wara, ommu reġgħat iżżewġet lil Gejtan Mifsud, bin Ġużeppi, minn Ħaż-Żebbuġ ukoll. Nhar it- Mikiel Anton għamel il-Griżma tal-Isqof waqt żjara pastorali tal-Isqof Pellerano. Il-parrinu tiegħu kien il-Markiż Mikiel Apap. Fl-1785 huwa ngħata premju mill-iskola tal-Għarbi ġewwa l-Belt.
Billi l-familja tiegħu riditu jsir qassis bagħtuh is-Seminarju. Huwa malajr wera l-ħiliet tiegħu u għalhekk issokta l-istudji tiegħu f'Ruma fejn tħarreġ tajjeb fil-Latin u t-Taljan iżda l-iktar fl- li ma damx ma sar professur tagħhom. Vassalli kien jemmen li l-akbar ħtieġa li kellu l-poplu Malti kienet li jgħolli lilu nnifsu billi jintebah min hu, jitgħallem sew ilsienu għax fih jinsab il-qofol ta' ħajtu u permezz ta' lsienu jsir midħla tal-ideat progressivi li bihom il-ġnus Ewropej kienu qed jagħmlu passi ta' ġgant 'il quddiem. Vassalli, fil-kitbiet tiegħu, ħajjar lill-Maltin biex ma jaqtaw qalbhom qatt.
“ | iwarrbu d-dalma ta' l-injoranza, ikissru l-ktajjen ta' fehmiet imqarrqa u ta' deni. | ” |
Għaldaqstant ħa sehem fit-tkeċċija tal-Kavallieri minn Malta favur il-ħakma Franċiza, u għalhekk intefa' l-ħabs mill-Kavallieri fil-forti Rikażli fejn dam sentejn sakemm inħeles minn Napuljun li laħħqu Ajjutant biex isoddlu ħalqu. Għall-għerf li bih kien imżejjen u għall-ħidma li ħadem favur il-Franċiżi kien ħaqqu jiġi mħallas b'xi ħaġa aħjar. Meta l-Ingliżi waslu Malta tefgħu lil Vassalli mill-ġdid fil-ħabs "fuq suspett li hu miftiehem mal-għedewwa". Huwa qatta' sena fil-qorti Kapitanali tal-Imdina sakemm marad u ħaduh fl-isptar tad-Dumnikani tar-Rabat. Jingħad li lanqas fl-isptar ma fdawh għax rabtulu siequ b'katina tal-ħadid mas-sodda. Xahar wara, eżiljawh fi Franza għal dejjem bħala .
Iżda għoxrin sena wara, fl-1820, Vassalli wasal lura Malta, għajjien u nieqes minn mezzi ta' għixien għalih u għal uliedu. B'xorti tajba, Vassalli għamel ħbieb ma' John Hookham Frere, il-President tal-Kunsill tal-Università li bis-saħħa tiegħu sar l-ewwel professur tal-Malti fl-Università. B'riħet Frere, Vassalli sab għajnuna mingħand iċ-Church Missionary Society li kienet knisja Protestanta u li kienet waqqfet ċentru f'Malta mnejn tqassam il-Bibbja f'ilsien il-poplu. Vassalli ġie fdat bit-traduzzjoni tal-Vanġeli, bil-wegħda li jistampawlu wkoll il-grammatika riveduta tiegħu tal-Malti. L-għan tat-traduzzjoni tal-Vangeli ma kienx reliġjuz iżda biex il-Maltin isiru midħla tal-Malti. Iżda meta miet fit-12 ta' Jannar 1829, il-Kappillan ma riedx jagħtih difna Kattolika minħabba l-kolloborazzjoni tiegħu mal-Protestanti għalkemm Vassalli qatt ma sar membru tagħhom, kif kitbet l-istess knisja Protestanta:
“ | Billi Vassalli qatt ma stqarr li hu protestant aħna ridna nidfnuh f'post tad-dfin ta' l-Insara Kattoliċi. | ” |
Billi ħbiebu l-Protestanti ma xtaqux li l-katavru tiegħu jindifen f'post imwarrab, li ma kienx jixraqlu, ħadu ħsieb huma u difnuh f'wieħed miċ-ċimiterji tal-Ingliżi li qegħdin taħt it-trunċieri tal-Furjana li jħarsu faċċata ta' .
Vassalli emmen b'qawwa kbira fil-lingwa Maltija, fejn f'waħda mill-kitbiet tiegħu hu jistqarr,
“ | ...imma jien, dan l-ilsien tagħna, li hu lsien art twelidi, u n-natura għalija, ma nafx u ma nistax insejjaħlu ħaġa oħra ħlief Malti. | ” |
L-Illuminiżmu u r-Romantiċiżmu ta' Vassalli
Ir-Romantiċiżmu, li nistgħu ngħidu li sar moviment għalih minn madwar nofs is-seklu tmintax, beda jikxef l-identita` tal-wirt mhux stmat tal-poplu. Introduċa viżjoni radikali tal-ħajja li permezz tagħha neħħa kemm seta’ l-qasma bejn iż-żewġ espressjonijiet ta’ poplu wieħed maqsum fi klassi kolta u klassi baxxa. Ir-Romantiċiżmu adotta l-prinċipju tad-“demokratizazzjoni tal-kultura”. Vassalli, kellu propju dan l-ispirtu illuministiku (jew preromantiku) iżda kiseb għarfien ukoll mir-Romantiċi tar- bħala “eroj tagħhom”. Filwaqt li Oliver Friggieri qiegħed lil Vassalli fil-kwadru Romantiku, Frans Sammut jipproponi l-kwadru iżgħar ta’ l-Illuminiżmu, għad li fl-istess ċirku Romantiku.
Fi kliem Kant, l-ispirtu tal-Illuminiżmu jinġabar fil-motto, “Sapere aude! Kun qlubi biżżejjed biex tuża dehnek!” L-għan aħħari kellu jkun l-“hena tal-bniedem”. Fil-“Lexicon”, Vassalli jidher ispirat minn din il-filosofija meta jikteb li “t-trawwim tal-ilsien li jittieħed mill-omm huwa mmela meħtieġ l-ewwelnett għat-tagħlim. Dan hu l-għan ewlieni li għandu jkollha nazzjon, għaliex fuqu jistrieħ l-hena ta’ kulħadd”. Il-konvinzjoni ta’ Locke li l-bniedem jitwieled tabula rasa, lest biex jitgħallem kollox, u li huwa tort tal-ambjent li jitwieled fih li wieħed ma jsirx tajjeb, kompla għaddab lil Vassalli għall-ħakkiema li ma ridux jgħallmu lin-“nazzjon” għax kien jaqblilhom iħalluh fil-għama. Fuq kollox, ra li t-tagħlim seta` jseħħ biss f’ilsien il-poplu, jiġifieri bil-Malti. Il-Maltin ma setgħux jagħmlu parti mis-“seklu li fih l-oqsma ta l-arti u x-xjenzi mxew tant ’il quddiem” jekk ma jitgħallmux ilsienhom, għax minħabba f’hekk la setgħu jitgħallmu ilsna oħra u lanqas it-tagħlim li setgħu jiksbu bihom.
Sehem l-intelletwali fil-moviment illuninistiku kien fenomenu ġdid għax għall-ewwel darba l-intelletwali taw sehem ċivili fil-ġlieda kontra l-ordni soċjali. L-intelletwali tal-imgħoddi kienu jbaxxu rashom għas-slaten u jaħarbu f’dinja ta’ ħolm, filwaqt li l-intelletwali illuminista huwa fittiex tal-veritàu tal-ħelsien, riformatur konxju li qed jagħmel sehem minn “klassi” li dmirha kien li tmexxi lis-soċjeta`. “Vassalli ddakkar mill-ispirtu ta’ żminijietu”, jgħid Cremona. Meta Napuljun niżel Malta, lil Vassalli sejjaħlu “” għax kien ħabib tar-Rivoluzzjoni Franċiża li riedet tbiddel lis-soċjetà mill-qiegħ. Vassalli, bħal kull riformatur ewlieni tas-soċjeta`f’kull żmien, ħadha kontra l-ħakkiema ta’ żmienu, li kienu l-Ordni tal-Kavallieri, għamel ħafna ħbieb u ħafna għedewwa u ovvjament pattieha qares. Ta’ min jinnota li l-Ordni tal-Kavallieri, li oriġinarjament kien ordni religjuż-ospitalier, meta ntebaħ x’setgħa u xi privieġġi għandu fuq il-gżira u l-abitanti tagħha, inbidel f’reġim despotiku, ħabib tal-ancien regime u tas-Slaten tal-Ewropa.
Frans Sammut jistħarreġ u jgħarbel it-termini li Vassalli juża fil-kitbiet tiegħu, l-aktar id-“Discorso Preliminare” u “Stedina”. Fid-“Discorso”, isejjaħ għall-ewwel darba “nazione” lill-Maltin bħala poplu, u wkoll “concittadini”, terminu Repubblikan. Ir-“raġuni” hija dik li tmexxieh f’xogħlu u jistenna li min se jikkritikah jagħmel dan b’mod raġunat, u mhux biss sempliċiment jopponi iżda biex “ipoġġi l-verita` f’dawl aktar ċar”. Vassalli jinqeda bit-termini in voga li jieħdu saħħithom mill-miti tas-seklu biex iċanfar bil-qawwa kollha lil min qed iħalli lin-nazzjon fl-injuranza. Bħala Illuminista u neo-klassiċista, kif isejjaħlu Sammut, Vassalli ried iħaffer, bħalma għamlu l-arkeoloġi fl-Eġittu, biex isib nisel il-Malti fl-ilsna orjentali qodma.
F’argumentazzjoni illuministika interessanti, Vassalli jistaqsi: Jekk id-djaletti tal-Italja, fosthom dak ta’ Ragusa, jingħataw importanza mil-letterati, għaliex il-Malti le? Iżda Sammut, li jqis lil Vassalli iktar bħala Illuminista milli bħala Romantiku, jaċċenna għall-qasma bejn Vassalli u dawk ta’ żmienu b’għeruqhom fil-bidu tas-seklu dsatax, għall-fatt li Vassalli jħalli barra għal kollox x’kien se jfisser djalett wieħed, it-Toskan, iżjed tard it-Taljan, għall- li ġiet iżjed tard. Skond Sammut, aktarx li r-Romantiċi Maltin ma wirtux l-ideat mingħand Vassalli iżda mxew “fuq l-eżempju tar-Romantiċi Taljani”. Sammut jagħlaq il-kontribuzzjoni tiegħu fil-“Journal of Maltese Studies” billi jsostni li, “permezz ta’ Vassalli Malta ssieħbet, għall-inqas moralment, fl-Illuminiżmu li ħakem lill-Ewropa u ħariġha mid-dlam tal-. Biż-zmien tagħlim Vassalli qabad l-art u minn għeruqu xxittlet siġra li kibret fil-ġnien intelletwali tal-Punent”.
Friġġieri jara f’Vassalli “It-Tnissil ta’ Kuxjenza Nazzjonali” li fuq kollox hija l-qofol tar-Romantiċiżmu li minnu twieled in-nazzjonaliżmu. Vassalli li studja fl-Ewropa ta’ żmienu, kien konxju li Malta ma tistax tibqa’ iżjed iżolata għax hija parti mill-Ewropa. Il-preżenza kulturali Taljana f’Malta ġabet magħha l-mewġa tal-Illuminiżmu u tar-Romantiċiżmu. Għall-kuntrarju tal-Illuminiżmu, ir-Romantiċiżmu beda jħares lejn l-individwu-ċittadin bħala l-qofol ta’kollox u dan “it-twemmin fil-poplu sar reliġjon u l-idejal ġdid tal-ħelsien tbiddel fi pjan ta’ fidwa għan-nazzjonijiet mhux ħielsa”. B’hekk twieled in-nazzjonaliżmu.
Vassalli huwa l-prekursur jew il-ħabbar ta’ din il-kuxjenza radikali li iktar tard saret moviment politiku u letterarju. In-nazzjonaliżmu romantiku ta importanza kbira lill-lingwa nazzjonali bħala mezz siewi ta’ għaqda popolari, u għalhekk ma setax jonqos li Vassalli jisħaq fuq il-bżonn tal-ilsien Malti u ma jarax fih il-valur lingwistiku li nqisu llum, iżda valuri politiċi u soċjali. Għal ħafna kittieba u filosofi Romantiċi, lingwa kienet tfisser nazzjon, u għalhekk l-għarfien tagħha ma setax jibqa' oġġett privat ta’ l-istudju, iżda kellu “jinfetaħ u jieħu wkoll xejriet politiċi diretti”. Iżda Vassalli, bħal kull riformatur ieħor tas-soċjeta` Maltija, “għal żmien twil kellu jibqa’ leħen solitarju, moħħ akbar minn żmienu”.
U tabilħaqq Vassalli immudella r-riforma tiegħu fuq esperjenzi ta’ artijiet oħra. Bena kollox fuq il-kultura li mingħajra m’hemmx riforma politika. U b’kultura kien qiegħed jifhem l-aktar l-għarfien lingwistiku u letterarju. Kif jgħid Friggieri, “dan ukoll hu wirt illuministiku u romantiku, żewġ kulturi li integraw b’saħħa kbira lill-kelma u l-arti tagħha fil-kumpless tal-ħajja ċivili u politika”. Qabel ma Vassalli seta’ jibdel l-ilsien Malti, monument ta’ qedem, “f’emblema ta’ għaqda fil-preżent u fi standard ta’ kburija storika”, ried jagħti fiduċja u jispira lill-Maltin biex iħossuhom nazzjon. Dan għamlu bid-diversi kitbiet tiegħu bit-Taljan (l-ilsien tal-kultura) dwar il-Malti (l-ilsien poplari), u b’hekk beda mixja twila li tkompliet mill-kitbiet bennejja tal-letteratura Maltija li ġew warajh bħal Ġan Anton Vassallo, Ġużè Muscat Azzopardi, Dun Karm u Ninu Cremona li wasslet biex il-Malti jingħata għarfien uffiċjali, isir l-ilsien kulturali tal-poplu kollu u għodda tajba għal-letteratura.
Xogħlijiet
Għall-ewwel, Vassalli beda jiġbor il- (qwiel) tal-Maltin biex minnhom joħroġ il-bixra storika tal-gżejjer Maltin. Fl-1828, ippubblika “Motti, aforismi e proverbii maltesi”, li bihom fittex “li jinterpreta l-identità popolari skond kif il-kotra taħseb u mbagħad tirrifletti bil-għaqal f’sentenzi li jintirtu minn nisel għal ieħor u li jiġbru fihom l-għerf tal-poplu li ma jinqediex bil-kelma miktuba”. Permezz ta’ din it- ried jasal għal tradizzjoni miktuba. Bħar-Romantiċi, Vassalli ried dinjità u attenzjoni lill-wirt qadim iżda mwarrab bħalma kienet l-għana, il-qwiel u l-. Din il-kuxjenza ta’ għarfien tal-kultura popolari fid-dawl tal-kultura ġdida kienet il-kuxjenza li dejjem mexxiet lil Vassalli.
Fost il-kitbiet tiegħu nsibu l-Alfabett Malti Mfisser bil-Malti u bit-Taljan, Alfabeto Maltese spiegato in lingua maltese e italiana, fuq ktejjeb ta' 24 faċċata li kien mibjugħ fl-istamperija ta' .
Vassalli kiteb ukoll l-ewwel dizzjunarju Malti, dan kien magħruf bħala Lexicon (lessiku), li kien ippublikat fl-1796. Dan id-dizzjunarju kien fih madwar tmintax-il elf kelma; kull kelma kienet spjegata bil-Latin imbagħad bit-Taljan. Riċentament, il- reġa' ġie ippublikat minn Frans Sammut u mitbugħ fil-Marsa Press.
Vassalli llum
Illum il-ġurnata, Mikiel Anton Vassalli jitqies bħala ħassieb u riformatur, kif ukoll bħala ribell u studjuż li lemaħ fil-bogħod u sa minn kmieni l-qawmien għaqli tan-nazzjonalità Maltija.
Fl-1994, l-awtur Frans Sammut ħareġ ir-rumanz Il-Ħolma Maltija, dwar il-ħajja ta' Vassalli, rumanz li ħafna kritiċi jqisuh li huwa fost l-aqwa jekk mhux l-aqwa rumanz bil-Malti li nkiteb s'issa.
huwa ktieb ieħor li jitratta dwar kitbiet li saru fiż-żminijiet li fihom għex Mikiel Anton Vassalli u li setgħu kienu xogħolijiet tiegħu.
Il-figura ta' Vassalli saret l-oġġett ta' attenzjoni mhux biss akkademika iżda wkoll letterarja u politika. Numru ta' storiċi fittxew tagħrif dwaru bħala bniedem, oħrajn l-aspetti ta' ħidmitu fil-politika u l-kultura u oħrajn xeħtu dawl fuq il-qofol ta' ħsibijietu fejn tixref il-viżjoni ta' nazzjon modern u ħieles.
Fid-daħla għal raħal twelidu llum jinsab monument tiegħu, quddiem Bieb de Rohan.
Kronoloġija ta' ġrajjiet minn ħajtu
5/3/1764Jitwieled f’Ħaż-Żebbuġ, it-tieni iben ta’ Grabiel u Katerina
1785Vassalli m’għadux ma’ niesu ħaż-Żebbuġ. Jitgħallem l-Għarbi taħt Dun Ġużepp Calleja, il-Belt Valletta. Rebbieħ tal-premju tal-Għarbi, f’Lulju jitla’ Ruma jissokta l-istudji tiegħu.
1790Vassalli magħruf bħala Professur tal-Ilsien Sirjakk f’Ruma. Jippubblika f’Ruma l-Alfabett Malti Mfisser bil-Malti u bit-Taljan.
1791Jippubblika f’Ruma ukoll, il-Grammatika Maltija tiegħu.
1795Jikteb lill- u jitolbu l-permess biex jiftaħ skola għat-tagħlim tal-Malti. Jidħol sew fil-qasam politiku.
1796Jippubblika f’Ruma ukoll il-Lexicon li fid-daħla tiegħu jesprimi l-fehmiet soċjali, lingwistiċi u politiċi tiegħu.
11/5/1797Tinkixef il-konfoffa kontra l-Gvern tal-Ordni tal-Kavallieri, u Vassalli, meqjus bħala l-mexxej tagħha, jisfa arrestat u mressaq quddiem tribunal maħtur għal dan il-għan.
12/6/1797Vassalli jinstab ħati u jintbagħat għomru l-ħabs. Jagħlquh ir-Rikażli minn fejn x’aktarx ħarrbuh ħbiebu għaxar xhur wara u ħaduh l-Italja t’Isfel.
10/6/1798Vassalli ħieles f’pajjiżu mal-wasla ta’ Napuljun li jfaħħru bħala l-egħref fost il-Maltin.
28/8/1799Joħroġ mill-Belt imbukkata u bi kmand tal-Kmandant Ingliż jintbagħat il-ħabs fl-Imdina.
16/8/1800Jisfa kkundannat mill-Ingliżi għall-eżilju fi Franza għal għomru
1813Ma' Katerina Formosa de Fremaux ikollu tliet ulied subien (għad li ma kinux miżżewġin)
19/6/1820Jerġa’ lura Malta wara vjaġġ ta’ ħamest ijiem minn Marsilja.
1/9/1820Jibda jgħallem il-Franċiż f’dar fil-Belt.
21/2/1825Vassalli maħtur Professur tal-Malti fl-Università b’talba ta’ John Hookham Frere li jidħol biex iħallaslu l-paga hu stess.
3/10/1827Tidher aħbar fil-Gazzetta tal-Gvern li l-“wisq mistennija Grammatika Maltija” fl-aħħar tinsab għall-bejgħ.
12/1/1829Vassalli jmut fl-għomor ta’ 65 sena fid-dar tiegħu f’Tal-Pietà. Jidfnuh l-għada, imċaħħad minn difna Kattolika.
1829Toħroġ f’Londra, wara mewtu, it-traduzzjoni li Vassalli għamel tal-Vanġeli u l-Atti tal-Appostli.
4/5/1987Jinkixef monument ta’ Vassalli f’Ħaż-Żebbuġ, raħal twelidu, iktar minn 150 sena wara mewtu.
Is-Sunett ta' Dun Karm iddedikat lil Vassalli
Il-Poeta Nazzjonali kiteb sunett mill-isbaħ għal Vassalli, Żebbuġ bħalu.
Vassalli, meta ngħarrex ġewwa ħsiebek,
il-ħsieb li kiber ma' żgħożitek f'Ruma,
u kif fissirtu fit-taħdit ma' ħbiebek,
meta lil artek rajt bil-ħan maħkuma;
u n-nafra tas-sultan li xejn ma ġiebek
wara t-twissja b'għaqal kbir maħduma,
u l-għawġ u l-għar li ngabar wara biebek
u l-ħabs u l-ħarba f'nofs ta' lejl mitmuma,
"Malti safi tassew!" joħroġ minn fommi;
mhux għax għallimtna l-ġmiel, is-saħħa, il-għana
tal-lsien li tkellmu bih ommok u ommi,
iżd'għax ħabbejtha lil din l-art ħanina,
u kont ewlieni fost in-nisel tagħna
li ħsibt il-jedd li nkunu ġens għalina.
Ħoloq interni
- Storja tal-Bibbja bil-Malti
- Filosofija f'Malta
Referenzi
Ħoloq esterni
- Il-ħajja fil-qosor ta' Mikiel Anton Vassalli
- L-istorja tal-lingwa Maltija li tinkludi l-interventi ta' Mikiel Anton Vassalli
- Min tgħidu li hu Vassalli? Fiona Vella
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mikiel Anton Vassalli, X'inhi Mikiel Anton Vassalli? Xi tfisser Mikiel Anton Vassalli?
Mikiel Anton Vassalli Ħaz Zebbuġ 5 ta Marzu 1764 12 ta Jannar 1829 magħruf bħala Missier l Ilsien Malti minħabba l kontribut kbir li ta biex il Malti jkun Mikiel Anton VassalliĦajjaTwelid Ħaz Zebbuġ 5 Marzu 1764Nazzjonalita MaltaMewt Malta 12 Jannar 1829Post tad dfin Ġnien Storiku tas Sur tal ImsidaEdukazzjoniAlma mater La SapienzaLingwi Malti Latin TaljanOkkupazzjoniOkkupazzjoni traduttur politikuImpjegaturi Universita ta MaltaDan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija TfulijaStatwa ta Mikiel Anton Vassalli f Ħaz Zebbuġ Semmewh Mikiel għal missier missieru u Anton għal missier ommu Fuq tfulitu Mikiel kien għad kellu sentejn meta missieru miet fl għomor ta 32 sena u li erba snin wara ommu reġgħat izzewġet lil Gejtan Mifsud bin Ġuzeppi minn Ħaz Zebbuġ ukoll Nhar it Mikiel Anton għamel il Grizma tal Isqof waqt zjara pastorali tal Isqof Pellerano Il parrinu tiegħu kien il Markiz Mikiel Apap Fl 1785 huwa ngħata premju mill iskola tal Għarbi ġewwa l Belt Billi l familja tiegħu riditu jsir qassis bagħtuh is Seminarju Huwa malajr wera l ħiliet tiegħu u għalhekk issokta l istudji tiegħu f Ruma fejn tħarreġ tajjeb fil Latin u t Taljan izda l iktar fl li ma damx ma sar professur tagħhom Vassalli kien jemmen li l akbar ħtieġa li kellu l poplu Malti kienet li jgħolli lilu nnifsu billi jintebah min hu jitgħallem sew ilsienu għax fih jinsab il qofol ta ħajtu u permezz ta lsienu jsir midħla tal ideat progressivi li bihom il ġnus Ewropej kienu qed jagħmlu passi ta ġgant il quddiem Vassalli fil kitbiet tiegħu ħajjar lill Maltin biex ma jaqtaw qalbhom qatt iwarrbu d dalma ta l injoranza ikissru l ktajjen ta fehmiet imqarrqa u ta deni Għaldaqstant ħa sehem fit tkeċċija tal Kavallieri minn Malta favur il ħakma Franċiza u għalhekk intefa l ħabs mill Kavallieri fil forti Rikazli fejn dam sentejn sakemm inħeles minn Napuljun li laħħqu Ajjutant biex isoddlu ħalqu Għall għerf li bih kien imzejjen u għall ħidma li ħadem favur il Franċizi kien ħaqqu jiġi mħallas b xi ħaġa aħjar Meta l Inglizi waslu Malta tefgħu lil Vassalli mill ġdid fil ħabs fuq suspett li hu miftiehem mal għedewwa Huwa qatta sena fil qorti Kapitanali tal Imdina sakemm marad u ħaduh fl isptar tad Dumnikani tar Rabat Jingħad li lanqas fl isptar ma fdawh għax rabtulu siequ b katina tal ħadid mas sodda Xahar wara eziljawh fi Franza għal dejjem bħala Izda għoxrin sena wara fl 1820 Vassalli wasal lura Malta għajjien u nieqes minn mezzi ta għixien għalih u għal uliedu B xorti tajba Vassalli għamel ħbieb ma John Hookham Frere il President tal Kunsill tal Universita li bis saħħa tiegħu sar l ewwel professur tal Malti fl Universita B riħet Frere Vassalli sab għajnuna mingħand iċ Church Missionary Society li kienet knisja Protestanta u li kienet waqqfet ċentru f Malta mnejn tqassam il Bibbja f ilsien il poplu Vassalli ġie fdat bit traduzzjoni tal Vanġeli bil wegħda li jistampawlu wkoll il grammatika riveduta tiegħu tal Malti L għan tat traduzzjoni tal Vangeli ma kienx reliġjuz izda biex il Maltin isiru midħla tal Malti Izda meta miet fit 12 ta Jannar 1829 il Kappillan ma riedx jagħtih difna Kattolika minħabba l kolloborazzjoni tiegħu mal Protestanti għalkemm Vassalli qatt ma sar membru tagħhom kif kitbet l istess knisja Protestanta Billi Vassalli qatt ma stqarr li hu protestant aħna ridna nidfnuh f post tad dfin ta l Insara Kattoliċi Billi ħbiebu l Protestanti ma xtaqux li l katavru tiegħu jindifen f post imwarrab li ma kienx jixraqlu ħadu ħsieb huma u difnuh f wieħed miċ ċimiterji tal Inglizi li qegħdin taħt it trunċieri tal Furjana li jħarsu faċċata ta Vassalli emmen b qawwa kbira fil lingwa Maltija fejn f waħda mill kitbiet tiegħu hu jistqarr imma jien dan l ilsien tagħna li hu lsien art twelidi u n natura għalija ma nafx u ma nistax insejjaħlu ħaġa oħra ħlief Malti L Illuminizmu u r Romantiċizmu ta VassalliIr Romantiċizmu li nistgħu ngħidu li sar moviment għalih minn madwar nofs is seklu tmintax beda jikxef l identita tal wirt mhux stmat tal poplu Introduċa vizjoni radikali tal ħajja li permezz tagħha neħħa kemm seta l qasma bejn iz zewġ espressjonijiet ta poplu wieħed maqsum fi klassi kolta u klassi baxxa Ir Romantiċizmu adotta l prinċipju tad demokratizazzjoni tal kultura Vassalli kellu propju dan l ispirtu illuministiku jew preromantiku izda kiseb għarfien ukoll mir Romantiċi tar bħala eroj tagħhom Filwaqt li Oliver Friggieri qiegħed lil Vassalli fil kwadru Romantiku Frans Sammut jipproponi l kwadru izgħar ta l Illuminizmu għad li fl istess ċirku Romantiku Fi kliem Kant l ispirtu tal Illuminizmu jinġabar fil motto Sapere aude Kun qlubi bizzejjed biex tuza dehnek L għan aħħari kellu jkun l hena tal bniedem Fil Lexicon Vassalli jidher ispirat minn din il filosofija meta jikteb li t trawwim tal ilsien li jittieħed mill omm huwa mmela meħtieġ l ewwelnett għat tagħlim Dan hu l għan ewlieni li għandu jkollha nazzjon għaliex fuqu jistrieħ l hena ta kulħadd Il konvinzjoni ta Locke li l bniedem jitwieled tabula rasa lest biex jitgħallem kollox u li huwa tort tal ambjent li jitwieled fih li wieħed ma jsirx tajjeb kompla għaddab lil Vassalli għall ħakkiema li ma ridux jgħallmu lin nazzjon għax kien jaqblilhom iħalluh fil għama Fuq kollox ra li t tagħlim seta jseħħ biss f ilsien il poplu jiġifieri bil Malti Il Maltin ma setgħux jagħmlu parti mis seklu li fih l oqsma ta l arti u x xjenzi mxew tant il quddiem jekk ma jitgħallmux ilsienhom għax minħabba f hekk la setgħu jitgħallmu ilsna oħra u lanqas it tagħlim li setgħu jiksbu bihom Sehem l intelletwali fil moviment illuninistiku kien fenomenu ġdid għax għall ewwel darba l intelletwali taw sehem ċivili fil ġlieda kontra l ordni soċjali L intelletwali tal imgħoddi kienu jbaxxu rashom għas slaten u jaħarbu f dinja ta ħolm filwaqt li l intelletwali illuminista huwa fittiex tal veritau tal ħelsien riformatur konxju li qed jagħmel sehem minn klassi li dmirha kien li tmexxi lis soċjeta Vassalli ddakkar mill ispirtu ta zminijietu jgħid Cremona Meta Napuljun nizel Malta lil Vassalli sejjaħlu għax kien ħabib tar Rivoluzzjoni Franċiza li riedet tbiddel lis soċjeta mill qiegħ Vassalli bħal kull riformatur ewlieni tas soċjeta f kull zmien ħadha kontra l ħakkiema ta zmienu li kienu l Ordni tal Kavallieri għamel ħafna ħbieb u ħafna għedewwa u ovvjament pattieha qares Ta min jinnota li l Ordni tal Kavallieri li oriġinarjament kien ordni religjuz ospitalier meta ntebaħ x setgħa u xi privieġġi għandu fuq il gzira u l abitanti tagħha inbidel f reġim despotiku ħabib tal ancien regime u tas Slaten tal Ewropa Frans Sammut jistħarreġ u jgħarbel it termini li Vassalli juza fil kitbiet tiegħu l aktar id Discorso Preliminare u Stedina Fid Discorso isejjaħ għall ewwel darba nazione lill Maltin bħala poplu u wkoll concittadini terminu Repubblikan Ir raġuni hija dik li tmexxieh f xogħlu u jistenna li min se jikkritikah jagħmel dan b mod raġunat u mhux biss sempliċiment jopponi izda biex ipoġġi l verita f dawl aktar ċar Vassalli jinqeda bit termini in voga li jieħdu saħħithom mill miti tas seklu biex iċanfar bil qawwa kollha lil min qed iħalli lin nazzjon fl injuranza Bħala Illuminista u neo klassiċista kif isejjaħlu Sammut Vassalli ried iħaffer bħalma għamlu l arkeoloġi fl Eġittu biex isib nisel il Malti fl ilsna orjentali qodma F argumentazzjoni illuministika interessanti Vassalli jistaqsi Jekk id djaletti tal Italja fosthom dak ta Ragusa jingħataw importanza mil letterati għaliex il Malti le Izda Sammut li jqis lil Vassalli iktar bħala Illuminista milli bħala Romantiku jaċċenna għall qasma bejn Vassalli u dawk ta zmienu b għeruqhom fil bidu tas seklu dsatax għall fatt li Vassalli jħalli barra għal kollox x kien se jfisser djalett wieħed it Toskan izjed tard it Taljan għall li ġiet izjed tard Skond Sammut aktarx li r Romantiċi Maltin ma wirtux l ideat mingħand Vassalli izda mxew fuq l ezempju tar Romantiċi Taljani Sammut jagħlaq il kontribuzzjoni tiegħu fil Journal of Maltese Studies billi jsostni li permezz ta Vassalli Malta ssieħbet għall inqas moralment fl Illuminizmu li ħakem lill Ewropa u ħariġha mid dlam tal Biz zmien tagħlim Vassalli qabad l art u minn għeruqu xxittlet siġra li kibret fil ġnien intelletwali tal Punent Friġġieri jara f Vassalli It Tnissil ta Kuxjenza Nazzjonali li fuq kollox hija l qofol tar Romantiċizmu li minnu twieled in nazzjonalizmu Vassalli li studja fl Ewropa ta zmienu kien konxju li Malta ma tistax tibqa izjed izolata għax hija parti mill Ewropa Il prezenza kulturali Taljana f Malta ġabet magħha l mewġa tal Illuminizmu u tar Romantiċizmu Għall kuntrarju tal Illuminizmu ir Romantiċizmu beda jħares lejn l individwu ċittadin bħala l qofol ta kollox u dan it twemmin fil poplu sar reliġjon u l idejal ġdid tal ħelsien tbiddel fi pjan ta fidwa għan nazzjonijiet mhux ħielsa B hekk twieled in nazzjonalizmu Vassalli huwa l prekursur jew il ħabbar ta din il kuxjenza radikali li iktar tard saret moviment politiku u letterarju In nazzjonalizmu romantiku ta importanza kbira lill lingwa nazzjonali bħala mezz siewi ta għaqda popolari u għalhekk ma setax jonqos li Vassalli jisħaq fuq il bzonn tal ilsien Malti u ma jarax fih il valur lingwistiku li nqisu llum izda valuri politiċi u soċjali Għal ħafna kittieba u filosofi Romantiċi lingwa kienet tfisser nazzjon u għalhekk l għarfien tagħha ma setax jibqa oġġett privat ta l istudju izda kellu jinfetaħ u jieħu wkoll xejriet politiċi diretti Izda Vassalli bħal kull riformatur ieħor tas soċjeta Maltija għal zmien twil kellu jibqa leħen solitarju moħħ akbar minn zmienu U tabilħaqq Vassalli immudella r riforma tiegħu fuq esperjenzi ta artijiet oħra Bena kollox fuq il kultura li mingħajra m hemmx riforma politika U b kultura kien qiegħed jifhem l aktar l għarfien lingwistiku u letterarju Kif jgħid Friggieri dan ukoll hu wirt illuministiku u romantiku zewġ kulturi li integraw b saħħa kbira lill kelma u l arti tagħha fil kumpless tal ħajja ċivili u politika Qabel ma Vassalli seta jibdel l ilsien Malti monument ta qedem f emblema ta għaqda fil prezent u fi standard ta kburija storika ried jagħti fiduċja u jispira lill Maltin biex iħossuhom nazzjon Dan għamlu bid diversi kitbiet tiegħu bit Taljan l ilsien tal kultura dwar il Malti l ilsien poplari u b hekk beda mixja twila li tkompliet mill kitbiet bennejja tal letteratura Maltija li ġew warajh bħal Ġan Anton Vassallo Ġuze Muscat Azzopardi Dun Karm u Ninu Cremona li wasslet biex il Malti jingħata għarfien uffiċjali isir l ilsien kulturali tal poplu kollu u għodda tajba għal letteratura XogħlijietGħall ewwel Vassalli beda jiġbor il qwiel tal Maltin biex minnhom joħroġ il bixra storika tal gzejjer Maltin Fl 1828 ippubblika Motti aforismi e proverbii maltesi li bihom fittex li jinterpreta l identita popolari skond kif il kotra taħseb u mbagħad tirrifletti bil għaqal f sentenzi li jintirtu minn nisel għal ieħor u li jiġbru fihom l għerf tal poplu li ma jinqediex bil kelma miktuba Permezz ta din it ried jasal għal tradizzjoni miktuba Bħar Romantiċi Vassalli ried dinjita u attenzjoni lill wirt qadim izda mwarrab bħalma kienet l għana il qwiel u l Din il kuxjenza ta għarfien tal kultura popolari fid dawl tal kultura ġdida kienet il kuxjenza li dejjem mexxiet lil Vassalli Frans Sammut u t traduzzjoni tal Qwiel Maltin ta Vassalli 2006 Fost il kitbiet tiegħu nsibu l Alfabett Malti Mfisser bil Malti u bit Taljan Alfabeto Maltese spiegato in lingua maltese e italiana fuq ktejjeb ta 24 faċċata li kien mibjugħ fl istamperija ta Vassalli kiteb ukoll l ewwel dizzjunarju Malti dan kien magħruf bħala Lexicon lessiku li kien ippublikat fl 1796 Dan id dizzjunarju kien fih madwar tmintax il elf kelma kull kelma kienet spjegata bil Latin imbagħad bit Taljan Riċentament il reġa ġie ippublikat minn Frans Sammut u mitbugħ fil Marsa Press Vassalli llumIllum il ġurnata Mikiel Anton Vassalli jitqies bħala ħassieb u riformatur kif ukoll bħala ribell u studjuz li lemaħ fil bogħod u sa minn kmieni l qawmien għaqli tan nazzjonalita Maltija Fl 1994 l awtur Frans Sammut ħareġ ir rumanz Il Ħolma Maltija dwar il ħajja ta Vassalli rumanz li ħafna kritiċi jqisuh li huwa fost l aqwa jekk mhux l aqwa rumanz bil Malti li nkiteb s issa huwa ktieb ieħor li jitratta dwar kitbiet li saru fiz zminijiet li fihom għex Mikiel Anton Vassalli u li setgħu kienu xogħolijiet tiegħu Il figura ta Vassalli saret l oġġett ta attenzjoni mhux biss akkademika izda wkoll letterarja u politika Numru ta storiċi fittxew tagħrif dwaru bħala bniedem oħrajn l aspetti ta ħidmitu fil politika u l kultura u oħrajn xeħtu dawl fuq il qofol ta ħsibijietu fejn tixref il vizjoni ta nazzjon modern u ħieles Fid daħla għal raħal twelidu llum jinsab monument tiegħu quddiem Bieb de Rohan Kronoloġija ta ġrajjiet minn ħajtu5 3 1764Jitwieled f Ħaz Zebbuġ it tieni iben ta Grabiel u Katerina 1785Vassalli m għadux ma niesu ħaz Zebbuġ Jitgħallem l Għarbi taħt Dun Ġuzepp Calleja il Belt Valletta Rebbieħ tal premju tal Għarbi f Lulju jitla Ruma jissokta l istudji tiegħu 1790Vassalli magħruf bħala Professur tal Ilsien Sirjakk f Ruma Jippubblika f Ruma l Alfabett Malti Mfisser bil Malti u bit Taljan 1791Jippubblika f Ruma ukoll il Grammatika Maltija tiegħu 1795Jikteb lill u jitolbu l permess biex jiftaħ skola għat tagħlim tal Malti Jidħol sew fil qasam politiku 1796Jippubblika f Ruma ukoll il Lexicon li fid daħla tiegħu jesprimi l fehmiet soċjali lingwistiċi u politiċi tiegħu 11 5 1797Tinkixef il konfoffa kontra l Gvern tal Ordni tal Kavallieri u Vassalli meqjus bħala l mexxej tagħha jisfa arrestat u mressaq quddiem tribunal maħtur għal dan il għan 12 6 1797Vassalli jinstab ħati u jintbagħat għomru l ħabs Jagħlquh ir Rikazli minn fejn x aktarx ħarrbuh ħbiebu għaxar xhur wara u ħaduh l Italja t Isfel 10 6 1798Vassalli ħieles f pajjizu mal wasla ta Napuljun li jfaħħru bħala l egħref fost il Maltin 28 8 1799Joħroġ mill Belt imbukkata u bi kmand tal Kmandant Ingliz jintbagħat il ħabs fl Imdina 16 8 1800Jisfa kkundannat mill Inglizi għall ezilju fi Franza għal għomru 1813Ma Katerina Formosa de Fremaux ikollu tliet ulied subien għad li ma kinux mizzewġin 19 6 1820Jerġa lura Malta wara vjaġġ ta ħamest ijiem minn Marsilja 1 9 1820Jibda jgħallem il Franċiz f dar fil Belt 21 2 1825Vassalli maħtur Professur tal Malti fl Universita b talba ta John Hookham Frere li jidħol biex iħallaslu l paga hu stess 3 10 1827Tidher aħbar fil Gazzetta tal Gvern li l wisq mistennija Grammatika Maltija fl aħħar tinsab għall bejgħ 12 1 1829Vassalli jmut fl għomor ta 65 sena fid dar tiegħu f Tal Pieta Jidfnuh l għada imċaħħad minn difna Kattolika 1829Toħroġ f Londra wara mewtu it traduzzjoni li Vassalli għamel tal Vanġeli u l Atti tal Appostli 4 5 1987Jinkixef monument ta Vassalli f Ħaz Zebbuġ raħal twelidu iktar minn 150 sena wara mewtu Is Sunett ta Dun Karm iddedikat lil VassalliIl Poeta Nazzjonali kiteb sunett mill isbaħ għal Vassalli Zebbuġ bħalu Vassalli meta ngħarrex ġewwa ħsiebek il ħsieb li kiber ma zgħozitek f Ruma u kif fissirtu fit taħdit ma ħbiebek meta lil artek rajt bil ħan maħkuma u n nafra tas sultan li xejn ma ġiebek wara t twissja b għaqal kbir maħduma u l għawġ u l għar li ngabar wara biebek u l ħabs u l ħarba f nofs ta lejl mitmuma Malti safi tassew joħroġ minn fommi mhux għax għallimtna l ġmiel is saħħa il għana tal lsien li tkellmu bih ommok u ommi izd għax ħabbejtha lil din l art ħanina u kont ewlieni fost in nisel tagħna li ħsibt il jedd li nkunu ġens għalina Ħoloq interniStorja tal Bibbja bil Malti Filosofija f MaltaReferenzi https www um edu mt library oar bitstream 123456789 72527 1 Sammut Mark 20A Xuereb Charles New 20document 20reveals 20Vassalli 20was 20never 20married Times 20of 20Malta 2020 02 18 pdfĦoloq esterniIl ħajja fil qosor ta Mikiel Anton Vassalli L istorja tal lingwa Maltija li tinkludi l interventi ta Mikiel Anton Vassalli Min tgħidu li hu Vassalli Fiona Vella